EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008XC1203(04)

Komunikazzjoni tal-Gvern Franċiż dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplotazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi (Avviż dwar it-talba għall-permess esklussiv għat-tiftix ta' idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass imsejjaħ Permis du Pays de Buch) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

ĠU C 308, 3.12.2008, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 308/17


Komunikazzjoni tal-Gvern Franċiż dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplotazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi (1)

(Avviż dwar it-talba għall-permess esklussiv għat-tiftix ta' idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass imsejjaħ “Permis du Pays de Buch”)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 308/07)

Permezz ta' talba bid-data tat-18 ta' Frar 2008, il-kumpanija Vermilion REP S.A.S, li għandha s-sede tagħha tinsab BP no 5 route de Pontenx, F-40161 Parentis-en-Born cedex, talbet għal permess esklussiv imsejjaħ “Permis du Pays de Buch”, għat-tul ta' erba' snin, għat-tiftix ta' idrokarburi likwidi jew gassużi fuq żona ta' madwar 178 kilometru kwadru, li tagħmel parti mid-dipartimenti ta' Gironde u ta' Landes.

Il-perimetru ta' dan il-permess huwa kkostitwit mill-arki tal-meridjani u l-paralleli li jgħaqqdu suċċessivament il-punti definiti hawn taħt mill-koordinati ġeografiċi tagħhom fi gradi, bil-meridjan oriġinali dak ta' Pariġi.

IL-PUNT A

=

l-intersezzjoni tal-parallel 49,58 gr Tramuntana max-xatt tal-kosta Atlantika

PUNTI

Lonġitudni

Latitudni

B

3,90 gr Punent

49,58 gr Tramuntana

C

3,90 gr Punent

49,57 gr Tramuntana

D

3.88 gr Punent

49,57 gr Tramuntana

E

3,88 gr Punent

49,60 gr Tramuntana

F

3,80 gr Punent

49,60 gr Tramuntana

G

3,80 gr Punent

49,40 gr Tramuntana

IL-PUNT H

=

l-intersezzjoni tal-parallel 49,40 gr Tramuntana max-xatt tal-kosta Atlantika

IL-PUNT I

=

l-intersezzjoni tal-parallel 49,49 gr Tramuntana max-xatt tal-kosta Atlantika

Punt

Lonġitudni

Latitudni

J

3.97 gr Punent

49,49 gr Tramuntana

K

3,97 gr Punent

49,48 gr Tramuntana

L

3,94 gr Punent

49,48 gr Tramuntana

M

3,94 gr Punent

49.47 gr Tramuntana

N

3,89 gr Punent

49,47 gr Tramuntana

O

3,89 gr Punent

49,46 gr Tramuntana

P

3,83 gr Punent

49,46 gr Tramuntana

Q

3,83 gr Punent

49,48 gr Tramuntana

R

3,82 gr Punent

49,48 gr Tramuntana

S

3,82 gr Punent

49,51 gr Tramuntana

T

3,90 gr Punent

49,51 gr Tramuntana

U

3,90 gr Punent

49,52 gr Tramuntana

V

3,93 gr Punent

49,52 gr Tramuntana

W

3,93 gr Punent

49,53 gr Tramuntana

IL-PUNT X

=

l-intersezzjoni tal-parallel 49,53 gr Tramuntana max-xatt tal-kosta Atlantika

IL-PUNTI H sa I u X sa A

=

ix-xatt tal-kosta Atlantika

It-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-kriterji tal-għoti tad-dritt minerarju

Dawk li jressqu l-applikazzjoni inizjali u l-applikazzjonijiet kompetittivi għandhom jagħtu prova li jissodisfaw il-kundizzjonijiet definiti fl-Artikoli 4 u 5 tal-Liġi Nru 2006-648 tat-2 ta' Ġunju 2006 dwar id-drittijiet minerarji u d-drittijiet tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta' Ġunju 2006).

Il-kumpaniji interessati jistgħu jippreżentaw applikazzjoni kompetittiva fi żmien disgħin jum mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż, skont il-proċedura miġbura fl-“Avviż dwar il-ksib ta' drittijiet minerarji għall-idrokarburi fi Franza”, ippubblikat fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej C 374 tat-30 ta' Diċembru 1994, paġna 11, u stabbiliti bil-Liġi Nru 2006-648 dwar id-drittijiet minerarji u l-ħżin taħt l-art. L-applikazzjonijiet kompetittivi għandhom ikunu indirizzati lill-ministru inkarigat mill-minjieri, fl-indirizz li jingħata hawn taħt.

Id-deċiżjonijiet dwar l-applikazzjoni inizjali u l-applikazzjonijiet kompetittivi isiru bl-applikazzjoni tal-kriterji għall-għoti ta' dritt minerarju definiti fl-Artikolu 6 tal-liġi msemmija, u jsiru sa mhux aktar tard mid-29 ta' Mejju 2010.

Il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti għall-eżerċizzju tal-attività u d-deċiżjoni relattiva

L-applikanti huma mistiedna jirreferu għall-Artikoli 79 u 79.1 tal-kodiċi minerarju u għal-Liġi Nru 2006-649 tat-2 ta' Ġunju 2006 rigward ix-xogħlijiet minerarji, il-ħżin taħt l-art u l-pulizija tal-minjieri u tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta' Ġunju 2006).

Aktar tagħrif jista' jinkiseb mill-Ministeru tal-Ekoloġija, l-Enerġija, l-Iżvilupp Sostenibbli u l-Użu tal-Artijiet (Direttorat Ġenerali tal-Enerġija u tal-Klima, Direttorat tal-Enerġija, Sottodirettorat tas-Sigurtà tal-Provvista u tal-Prodotti Ġodda Enerġetiċi, Uffiċċju tal-Esplorazzjoni u tal-Produzzjoni tal-Idrokarburi), 41, Boulevard Vincent Auriol, F-75703 Paris Cedex 13 (tel. (33) 153 94 14 81, feks (33) 153 94 14 40).

Id-dispożizzjonijiet regolamentari u leġiżlattivi msemmija hawn fuq jinsabu fis-sit:

http://www.legifrance.gouv.fr


(1)  ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3.


Top