Välj vilka experimentfunktioner du vill testa

Det här dokumentet är ett utdrag från EUR-Lex webbplats

Dokument C2008/304/11

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5405 — Hargreaves/Evonik/JV) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata Test b'rilevanza għaż-ŻEE

ĠU C 304, 27.11.2008, s. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 304/21


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5405 — Hargreaves/Evonik/JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 304/11)

1.

Fl-20 ta' Novembru 2008 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha l-impriżi Evonik Power Minerals GmbH (“EPM GmbH”, il-Ġermanja) [li tappartjeni lill-grupp Evonik Industries AG]u Hargreaves Services Plc (“HS”, ir-Renju Unit) [li tappartjeni lill-grupp Hargreaves]takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill kontroll konġunt tal-impriża Evonik Hargreaves Ltd. (ir-Renju Unit) permezz ta' xiri ta' ishma f'kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal EPM GmbH: provvista ta' servizzi lil impjanti li jaħdmu bil-faħam rigward l-immaniġġjar tal-iskart u l-bejgħ ta' prodotti ta' kombustjoni tal-faħam,

għal HS: importazzjoni ta' minerali, immaniġġjar tal-iskart u trasportazzjoni u tħaffir fir-Renju Unit.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-transazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija rriżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu bil-faks (faks nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.5405 — Hargreaves/Evonik/JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussell


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


Upp