This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52008XC1127(06)
Notice concerning the anti-dumping measures in force in respect of imports into the Community of cotton-type bed linen originating in Pakistan: change of the address of a company subject to an individual anti-dumping duty
Avviż li jikkonċerna l-miżuri fis-seħħ tal-anti-dumping rigward l-importazzjoni fil-Komunita' ta' bjankerija tal-qoton li joriġinaw fil-Pakistan: bdil tal-indirizz ta' kumpanija suġġetta għad-dazju individwali tal-anti-dumping

ĠU C 304, 27.11.2008, p. 18–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
27.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 304/18 |
Avviż li jikkonċerna l-miżuri fis-seħħ tal-anti-dumping rigward l-importazzjoni fil-Komunita' ta' bjankerija tal-qoton li joriġinaw fil-Pakistan: bdil tal-indirizz ta' kumpanija suġġetta għad-dazju individwali tal-anti-dumping
(2008/C 304/08)
L-importazzjoni ta' bankerija tal-qoton li joriġinaw fil-Pakistan hija suġġetta għad-dazju definittiv tal-anti-dumping, impost mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 397/2004 (1) tat-2 ta' Marzu 2004 (“Regolament (KE) Nru 397/2004”).
Il-Kumpanija A.B.Exports (PVT) Ltd li tinsab fil-Pakistan u li l-esportazzjonijiet tagħha tal-bjankerija tal-qoton huma suġġetti għal rata ta' 5,8 % fid-dazju tal-anti-dumping individwali, imposta mill-Artiklu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 397/2004, infurmat lill-Kummissjoni li fil-5 ta' Marzu 2008, biddlet l-indirizz tagħha.
Il-kumpanija argumentat li l-bdil tal-indirizz mhux se jaffettwa d-dritt tal-kumpanija milli tibbenefika mir-rata tad-dazju individwali applikat fuq il-kumpanija fl-indirizz li kellha qabel:
Off. No 6, Ground Floor |
Business Center, New Civil Lines |
Faisalabad |
Il-kumpanija issottomettiet xhieda suffiċjenti biex tistabilixxi li l-bdil tal-indirizz reġistrat tagħha kien dovut għall-għeluq ta' uffiċċju li kellha fil-belt u t-trasferiment tal-attivita' tagħha għall-faċilita' ta' produzzjoni eżistenti tal-kumpanija.
Il-Kummissjoni eżaminat l-informazzjoni pprovduta u kkonkludiet li l-bdil tal-indirizz bl-ebda mod m'hu se jaffettwa s-sejbiet tar-Regolament (KE) Nru 397/2004. Għalhekk, ir-referenza fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 397/2004, għal:
A.B. Exports (PVT) Ltd |
Off. No 6, Ground Floor |
Business Center, New Civil Lines |
Faisalabad |
għandha tinqara bħala
A.B. Exports (PVT) Ltd |
Lasani Pulli, Near Khayaban Gardens |
Sargodha Road |
Faisalabad |
Il-kodici addizzjonali Taric A706 għandha tapplika għal:
A.B. Exports (PVT) Ltd |
Lasani Pulli, Near Khayaban Gardens |
Sargodha Road |
Faisalabad |