EUR-Lex Dostop do prava EU

Nazaj na domačo stran EUR-Lex

Dokument je izvleček s spletišča EUR-Lex.

Dokument 52008TA1110(01)

Ir-Rapport Annwali tal-Qorti ta’ l-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2007, flimkien mar-risposti tal-Istituzzjonijiet

ĠU C 286, 10.11.2008, str. 1–272 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 286/1


 

IL-QORTI TA’ L-AWDITURI

Image

Skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 248(1) u (4) tat-Trattat tal-KE u l-Artikoli 129 u 143 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1525/2007 tas-17 ta’ Diċembru 2007 u l-Artikoli 139 u 156 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 215/2008 tat-18 ta’ Frar 2008 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp,

il-Qorti ta’ l-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej, fil-laqgħa tagħha ta’ l-24 u l-25 ta' Settembru 2008, adottat

IR-RAPPORTI ANNWALI

tagħha għas-sena finanzjarja 2007

Ir-rapporti, flimkien mar-risposti ta’ l-istituzzjonijiet għall-osservazzjonijiet tal-Qorti, intbagħtu lill-awtoritajiet responsabbli milli jagħtu l-kwittanza u lill-istituzzjonijiet l-oħra.

Il-Membri tal-Qorti ta’ l-Awdituri huma:

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA (President), Hubert WEBER, Maarten B. ENGWIRDA, Máire GEOGHEGAN-QUINN, David Bostock, Morten Louis LEVYSOHN, Ioannis SARMAS, Július OLNÁR, Vojko Anton ANTONČIČ, Gejza HALÁSZ, Jacek UCZKIEWICZ, Josef BONNICI, Irena PETRUŠKEVIČIENĖ, Igors LUDBORŽS, Jan KINŠT, Kersti KALJULAID, Kikis KAZAMIAS, Massimo VARI, Juan RAMALLO MASSANET, Olavi ALA-NISSILÄ, Lars HEIKENSTEN, Karel PINXTEN, Ovidiu ISPIR, Nadejda SANDOLOVA, Michel CRETIN, Harald NOACK, Henri GRETHEN.


 

IR-RAPPORT ANNWALI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-BAĠIT

(2008/C 286/01)

WERREJ

Introduzzjoni ġenerali

Kapitolu 1

Id-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni u informazzjoni ta' sostenn

Kapitolu 2

Is-sistema ta' kontroll intern tal-Kummissjoni

Kapitolu 3

Il-ġestjoni tal-baġit

Kapitolu 4

Dħul

Kapitolu 5

Agrikoltura u riżorsi naturali

Kapitolu 6

Koeżjoni

Kapitolu 7

Riċerka, enerġija u trasport

Kapitolu 8

Għajnuna esterna, żvilupp u tkabbir

Kapitolu 9

Edukazzjoni u Ċittadinanza

Kapitolu 10

Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Kapitolu 11

Nefqa Amministrattiva u nefqa oħra

Anness I

Informazzjoni finanzjarja dwar il-baġit ġenerali

Anness II

Lista tar-Rapporti Speċjali adottati mill-Qorti ta’ l-Awdituri sa mill-aħħar Rapport Annwali

 

INTRODUZZJONI ĠENERALI

0.1.

Il-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri hija l-istituzzjoni ta’ l-UE stabbilita mit-Trattat biex twettaq il-verifika tal-finanzi ta’ l-UE. Bħala l-awditur estern ta’ l-UE hija tikkontribwixxi għat-titjib tal-ġestjoni finanzjarja ta’ l-UE u taġixxi bħala l-gwardjan indipendenti ta’ l-interessi finanzjarji taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni. Aktar informazzjoni dwar il-Qorti tista’ tinstab fir-rapport ta’ attività annwali tagħha li, flimkien mar-rapport speċjali tagħha dwar temi speċifiċi u l-opinjonijiet tagħha dwar leġiżlazzjoni proposta, huma disponibbli fuq il-websajt tal-Qorti www.eca.europa.eu.

0.2.

Dan id-dokument, li jkopri s-sena finanzjarja 2007, jikkomprendi l-31 rapport annwali tal-Qorti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea. Ir-risposti tal-Kummissjoni — jew istituzzjonijiet u korpi oħrajn ta’ l-UE fejn jixraq — huma ppreżentati mar-rapport. Rapport annwali separat ikopri l-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp.

0.3.

Il-baġit ġenerali ta’ l-UE jiġi deċiż annwalment mill-Kunsill u l-Parlament Ewropew. Ir-rapport annwali tal-Qorti jagħti bażi għall-proċedura ta’ kwittanza li ttemm il-proċess baġitarju annwali. Parti ċentrali ta’ dan ir-rapport hija d-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni tal-Qorti dwar l-affidabilità tal-kontijiet annwali tal-Komunitajiet Ewropej u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi.

0.4.

Il-kapitolu 1 tar-rapport jinkludi din id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni kif ukoll aktar informazzjoni biex isostniha. Il-kapitolu 2 jirrapporta dwar is-sistema ta’ kontroll intern tal-Kummissjoni u l-kapitolu 3 jkopri l-ġestjoni tal-Kummissjoni tal-baġit ta’ l-2007. Il-kapitoli l-oħra — minn 4 sa 11 — jitrattaw il-parti tad-dħul tal-baġit u l-oqsma differenti ta’ l-infiq fil-forma ta’ gruppi ta’ oqsma tal-politika.

0.5.

Kull kapitolu minn 4 sa 11 fih l-elementi li ġejjin:

sommarju u analiżi tar-riżultati tax-xogħol tal-verifika mwettqa għad-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni fil-forma ta’ evalwazzjonijiet speċifiċi tal-qasam tal-baġit ikkonċernat;

rapporti dwar il-progress imwettaq fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti u l-Awtoritajiet Baġitarji li joħorġu minn verifiki preċedenti;

0.6.

L-evalwazzjonijiet speċifiċi huma prinċipalment ibbażati fuq evalwazzjoni ta’ l-operat tas-sistemi prinċipali ta’ sorveljanza u kontrolli li jigvernaw id-dħul u l-infiq u fuq ir-riżultati ta’ l-ittestjar tat-tranżazzjonijiet tal-Qorti. L-evalwazzjoni ġenerali tal-Qorti ta’ dawn l-elementi kollha tifforma l-bażi għad-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni.

0.7.

Barra minn rakkomandazzjonijiet fuq oqsma speċifiċi fil-kapitoli individwali tad-dħul u l-infiq, il-Qorti tistabbilixxi aktar oqsma transversali fil-paragrafi 1.52 sa 1.54, 2.41, 2.42, 3.29, 3.32 u 3.33.

Approċċ aktar fil-wisa’ huwa meħud fil-kontribuzzjoni tal-Qorti għar-reviżjoni kurrenti tal-baġit ta’ l-UE, imnedija mill-Kummissjoni fl-2007. F’din il-kontribuzzjoni l-Qorti tgħid li l-analiżi għandha tindirizza l-kwalità tat-tranżazzjonijiet baġitarji ta’ l-UE — legalità, regolarità u valur għall-flus — kif ukoll il-prijoritajiet ta’ l-infiq u l-ekwità. Barra dan il-Qorti:

tilqa’ l-opinjoni tal-Kummissjoni li l-infiq ta’ l-UE għandu jirrifletti evalwazzjoni li dan iżid il-valur lill-Unjoni u titlob biex dan il-kriterju jintqal b’mod aktar ċar;

telenka prinċipji ewlenin li għandhom jiġu applikati fit-tfassil ta’ l-arranġamenti għall-infiq ta’ l-UE: objettivi ċari, simplifikazzjoni, realiżmu, transparenza u responsabilità;

tirrikmanda lill-awtoritajiet politiċi biex ikunu lesti li jaħsbu radikalment dwar it-tfassil tal-programmi ta’ l-infiq, per eżempju billi jerġgħu jpoġġuhom f’termini ta’ prodotti, billi jikkunsidraw b’mod kritiku l-livell xieraq ta’ diskrezzjoni nazzjonali, reġjonali u lokali fil-programmi ta’ ġesjoni u billi jagħmlu użu aħjar tal-kunċett ta’ riskju tollerabbli;

tiġbed l-attenzjoni li hemm ambitu konsiderevoli għas-simplifikazzjoni u l-kjarifikazzjoni tas-sistemi ta’ riżorsi proprji li permezz tagħhom huwa ffinanzjat il-baġit.

0.8.

L-implimentazzjoni tal-baġit hija r-responsabilità tal-Kummissjoni. Iżda, l-Istati Membri jikkoperaw mal-Kummissjoni biex jassiguraw li l-fondi huma użati skond il-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba. Hemm tendenza lejn rwol akbar għall-Istati Membri, u ta’ sikwit anke istituzzjonijiet nazzjonali supremi tal-verifika (SAIs), fis-sorveljanza u l-kontroll tal-fondi ta’ l-UE. Per eżempju, l-2007 kienet l-ewwel sena li fiha l-Istati Membri kienu meħtieġa jipproduċu sommarju annwali tal-verifiki u d-dikjarazzjonijiet disponibbli.

0.9.

Kif intqal fl-opinjoni tal-Qorti Nru 6/2007 sommarji annwali, kif ukoll l-inizjattivi volontarji mill-Istati Membri biex joħorġu dikjarazzjonijiet u d-deċiżjonijiet ta’ xi korpi nazzjonali tal-verifika biex jivverifikawhom, jistgħu jistimolaw ġestjoni u kontroll aħjar tal-fondi ta’ l-UE. Għall-2007, il-Qorti sabet li l-Kummissjoni issorveljat b’mod xieraq il-proċess tas-sommarji annwali (ara l-paragrafi 2.19 u 2.20). Iżda, minħabba differenzi fil-preżentazzjoni u n-nuqqas frekwenti ta’ dikjarazzjoni dwar il-kompletezza u l-preċiżjoni tagħhom, is-sommarji għadhom ma jistgħux jitqiesu li jagħtu evalwazzjoni affidabbli tal-ħidma tas-sistemi tal-kontroll.

0.10.

Il-Qorti tfittex li tuża x-xogħol tal-verifika tas-SAIs nazzjonali fuq id-dikjarazzjonijiet nazzjonali, skond il-kundizzjonijiet imsemmija fl-opinjoni tagħha. B’mod ġenerali l-Qorti timmira li ttejjeb il-koperazzjoni mas-SAIs nazzjonali, kemm billi tiżviluppa standards tal-verifika imfassla għall-qasam ta’ l-UE flimkien mas-SAIs l-oħra, u kif ukoll permezz ta’ koperazzjoni bilaterali ma’ SAIs individwali. Eżempju pożittiv reċenti ta’ koperazzjoni huwa r-rapport speċjali dwar il-koperazzjoni amministrattiva fil-qasam tal-VAT (Nru 8/2007) fejn kien hemm referenza għal bosta rapporti ta’ SAIs nazzjonali.

0.11.

Mill-2005 il-baġit ġenerali ġie strutturat biss madwar oqsma tal-politika ta’ l-Ibbaġitjar Ibbażat fuq l-Attività (ABB). Din is-sena l-Qorti bidlet l-istruttura tar-rapport tagħha biex tirrifletti din il-bidla kif ukoll l-introduzzjoni ta’ qafas finanzjarju ġdid. Din is-sena, għall-ewwel darba, kull evalwazzjoni speċifika hija ċċentrata madwar gruppi ta’ oqsma tal-politika ta’ l-ABB imniżżla fit-tabella 1.2. Dan irriżulta fl-introduzzjoni ta’ żewġ evalwazzjonijiet speċifiċi ġodda, waħda fuq l-Edukazzjoni u ċ-ċittadinanza u waħda fuq l-Affarijiet ekonomiċi u finanzjarji (qabel koperti taħt il-Politika interna), kif ukoll bħall-għaqda taż-żewġ evalwazzjonijiet preċedenti (Għajnuna ta’ qabel l-adeżjoni u Azzjonijiet esterni) f’wieħed dwar Għajnuna esterna, żvilupp u tkabbir.

KAPITOLU 1

Id-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni u l-informazzjoni ta' sostenn

WERREJ

I-XII

Id-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni tal-qorti mogħtija lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill

VII-VIII

L-opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

IX-XII

L-opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

1.1-1.54

Informazzjoni ta' sostenn għad-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni

1.1-1.5

Introduzzjoni

1.6-1.31

Affidabbiltà tal-kontijiet

1.6-1.8

Sfond ġenerali

1.9

Ambitu u approċċ tal-verifika

1.10-1.18

Aktar passi meħuda biex tissaħħaħ it-tranżizzjoni għall-kontabilità bbażata fuq id-dovuti

1.19-1.20

Rendikonti finanzjarji konsolidati fil-31 ta' Diċembru 2007

1.21-1.26

Karta tal-bilanċ konsolidata fil-31 ta' Diċembru 2007

1.27-1.28

Kont tar-riżultat ekonomiku konsolidat

1.29-1.31

Kwistjonijiet oħra

1.32-1.54

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi tal-kontijiet ta’ l-2007

1.32

Struttura ġdida ta’ l-evalwazzjonijiet speċifiċi DAS

1.33-1.37

Approċċ tal-Qorti

1.38-1.41

Ħarsa ġenerali lejn ir-riżultati tal-verifika ta’ l-2007

1.42-1.54

Evalwazzjoni tal-progress li sar lejn qafas ta’ kontroll intern Komunitarju effettiv

ID-DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI TAL-QORTI MOGĦTIJA LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

I.

Skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 248 tat-Trattat, il-Qorti vverifikat

a)

il-“Kontijiet Annwali tal-Komunitajiet Ewropej” (1) li jinkludu ir-“Rendikonti finanzjarji konsolidati” (2) u r-“Rapporti konsolidati dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (3) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2007; u

b)

l-legalità u r-regularità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

II.

Skond l-Artikoli 268 sa 280 tat-Trattat u r-Regolament Finanzjarju, il-maniġment (4) huwa responsabbli għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-“Kontijiet Annwali tal-Komunitajiet Ewropej” u għal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom:

a)

Ir-responsabbiltà tal-maniġment fir-rigward tal-“Kontijiet Annwali tal-Komunitajiet Ewropej” tinkludi: it-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta' kontroll intern relevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta' rendikonti finanzjarji li huma ħielsa minn dikjarazzjoni ħażina materjali, sew jekk minħabba frodi sew minħabba żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta' politika tal-kontabilità xierqa, abbażi tar-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni (5); u l-kalkolu ta' stimi tal-kontabilità li huma raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Skond l-Artikolu 129 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni tapprova l-“Kontijiet annwali tal-Komunitajiet Ewropej” wara li l-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni jkun ikkonsolidahom abbażi ta' l-informazzjoni ppreżentata mill-istituzzjonijiet (6) u l-korpi (7) l-oħra, u stabbilixxa nota, li takkumpanja l-kontijiet konsolidati, fejn jiddikjara, inter alia, li għandu assigurazzjoni raġonevoli li dawn jagħtu stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Komunitajiet Ewropej fl-aspetti materjali kollha.

b)

Il-mod li bih il-maniġment jeżerċita r-responsabbiltà tiegħu għal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi jiddependi fuq il-metodu ta' l-implimentazzjoni tal-baġit. Fil-każ ta' amministrazzjoni ċentralizzata diretta, il-kompiti ta’ l-implimentazzjoni jitwettqu mid-dipartimenti tal-Kummissjoni. Taħt amministrazzjoni maqsuma, il-kompiti ta’ l-implimentazzjoni huma delegati lill-Istati Membri, taħt amministrazzjoni deċentralizzata lil pajjiżi terzi u taħt amministrazzjoni ċentralizzata indiretta lil korpi oħrajn. Fil-każ ta' amministrazzjoni konġunta, il-kompiti ta’ l-implimentazzjoni jinqasmu bejn il-Kummissjoni u organizzazzjonijiet internazzjonali (l-Artikoli 53 sa 57 tar-Regolament Finanzjarju). Il-kompiti ta’ l-implimentazzjoni jridu jikkonformaw mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba, li teħtieġ it-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta' kontroll intern effettiv u effiċjenti li jinkludu s-sorveljanza adegwata u miżuri xierqa biex jevitaw irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġa, proċeduri legali biex jiġu rkuprati fondi mħallsa jew użati ħażin. Irrespettivament mill-metodu ta' implimentazzjoni applikat, il-Kummissjoni għandha r-responsabbilità finali għal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li l-kontijiet tal-Komunitajiet Ewropej huma bbażati fuqhom (l-Artikolu 274 tat-Trattat).

Ir-responsabbiltà ta’ l-awditur

III.

Ir-responsabbilità tal-Qorti hija li tipprovdi, abbażi tal-verifika tagħha, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skond l-Istandards Internazzjonali tal-Verifika u l-Kodiċi ta’ l-Etika ta’ l-IFAC u l-Istandards Internazzjonali ta' l-Istituzzjonijiet Supremi ta' Verifika ta’ l-INTOSAI, safejn dawn japplikaw għall-kuntest tal-Komunità Ewropea. Dawn l-istandards jitolbu li l-Qorti tippjana u twettaq il-verifika biex tikseb assigurazzjoni raġonevoli dwar jekk il-“Kontijiet Annwali tal-Komunitajiet Ewropej” humiex ħielsa minn dikjarazzjoni ħażina materjali u jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati, humiex legali u regolari.

IV.

Verifika tinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex jinkisbu provi tal-verifika dwar l-ammonti u t-tagħrif fil-kontijiet konsolidati u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju ta’ l-awditur, inkluża l-evalwazzjoni tar-riskji ta' dikjarazzjoni ħażina materjali dwar il-kontijiet konsolidati u ta' nuqqas ta' konformità materjali tat-tranżazzjonijiet ta' bażi mar-rekwiżiti tal-qafas legali tal-Komunitajiet Ewropej, sew jekk minħabba frodi sew minħabba żbalji. Waqt li jevalwa r-riskju, l-awditur jikkunsidra l-kontroll intern relevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet konsolidati, u s-sistemi ta' sorveljanza u kontroll implimentati biex jiżguraw il-legalità u r-regolarità tar-tranżazzjonijiet ta' bażi, biex ifassal proċeduri tal-verifika li huma xierqa fiċ-ċirkustanzi. Verifika tinkludi wkoll l-evalwazzjoni dwar jekk il-politika tal-kontabilità użata hix xierqa u jekk l-istimi tal-kontabilità humiex raġonevoli, kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni ġenerali tal-kontijiet konsolidati u r-rapporti ta' attività annwali.

V.

Fil-każ tad-Dħul, l-ambitu tax-xogħol ta' verifika tal-Qorti kien limitat. L-ewwel nett, ir-riżorsi proprji tal-VAT u DĠN huma bbażati fuq statistiċi makroekonomiċi li għalihom id-data ta' bażi ma tistax tkun ivverifikata direttament mill-Qorti, u t-tieni nett, il-verifiki tar-riżorsi proprji tradizzjonali ma jistgħux ikopru l-importazzjonijiet li ma kinux soġġetti għal sorveljanza doganali.

VI.

Il-Qorti tikkunsidra li l-evidenza tal-verifika li nkisbet hija biżżejjed u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tagħha.

L-opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

VII.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-“Kontijiet Annwali tal-Komunitajiet Ewropej” jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Komunitajiet fil-31 ta' Diċembru 2007, u r-riżultati ta' l-operazzjonijiet u tal-likwidità tagħhom għas-sena li għalqet, skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju u r-regoli ta' kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni.

VIII.

Mingħajr ma tpoġġi f'diskussjoni l-opinjoni espressa fil-paragrafu VII, il-Qorti tinnota li nuqqasijiet fis-sistemi ta’ kontabilità, li huma parzjalment minħabba qafas legali u finanzjarju kumpless, għadhom ipoġġu fir-riskju l-kwalità ta’ informazzjoni finanzjarja ta’ ċerti Direttorati-Ġenerali tal-Kummissjoni (b'mod partikolari għall-finanzjament bil-quddiem, għall-qtugħ relatat u għall-fatturi/dikjarazzjonijiet ta’ l-ispejjeż) u korpi deċentralizzati li l-kontijiet tagħhom għandhom ikunu kkonsolidati (b’mod partikolari għall-attivi fissi ta’ l-Awtorità ta' Viġilanza tal-GNSS (8) Ewropea (GSA). Dawn in-nuqqasijiet wasslu għal għadd ta' korrezzjonijiet wara l-preżentazzjoni tal-kontijiet provviżorji.

L-opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

IX.

Fl-opinjoni tal-Qorti, id-dħul, l-impenji u l-pagamenti għan-“Nefqa amministrattiva u nefqa oħra”, u “Affarijiet ekonomiċi u finanzjarji” huma ħielsa minn żbalji materjali. F'dawn l-oqsma, is-sistemi ta' sorveljanza u kontroll huma implimentati b'mod li jagħtu lok għal ġestjoni xierqa tar-riskju ta’ illegalità u irregolarità.

X.

Fl-opinjoni tal-Qorti, fl-oqsma oħra tan-nefqa l-pagamenti għadhom milquta minn żbalji b'mod materjali, għalkemm fuq livelli differenti. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri u stati benefiċjarji oħra jridu jagħmlu aktar sforzi biex jimplimentaw sistemi adegwati ta' sorveljanza u kontroll, biex itejbu l-ġestjoni tar-riskju ta’ illegalità u irregolarità. Dawn l-oqsma huma: “Agrikoltura u riżorsi naturali”, “Koeżjoni”, “Riċerka, enerġija u trasport”, “Għajnuna esterna, żvilupp u tkabbir” u “Edukazzjoni u ċittadinanza”.

a)

F-l “Agrikoltura u riżorsi naturali”, il-Qorti sabet li t-tranżazzjonijiet li fuqhom hija bbażata n-nefqa hekk kif iddikjarati minn dan il-grupp ta’ politika, meħudin globalment, huma milquta b’livell materjali ta’ żball ta’ legalità u/jew regularità. Fuq il-bażi tax-xogħol ta’ verifika tagħha, il-Qorti tikkonkludi li s-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll huma biss parzjalment effettivi biex jipprovdu assigurazzjoni li hemm konformità mar-regoli ta’ l-UE. Madankollu, il-Qorti tikkonkludi li s-Sistema Integrata ta' Ġestjoni u Kontroll (SIĠK) tibqa’ tkun effettiva biex tillimita r-riskju ta' nefqa irregolari meta tkun implimentata b'mod xieraq u jekk tiddaħħal fis-sistema data preċiża u affidabbli.

b)

Fil- “Koeżjoni”, il-Qorti sabet li r-rimborż tan-nefqa għall-proġetti tal-politika ta’ Koeżjoni huwa milqut minn livell materjali ta' żball ta’ legalità u/jew regolarità. Il-Qorti tikkonkludi fuq il-bażi tax-xogħol ta’ verifika tagħha li s-sistemi ta' sorveljanza tal-Kummissjoni u s-sistemi ta’ kontroll ta' l-Istati Membri, huma ġeneralment effettivi parzjalment biss biex jipprevjenu nefqa ddikjarata iżjed jew dik ineliġibbli.

c)

Fir- “Riċerka, enerġija u trasport”, il-Qorti sabet li l-pagamenti għal dan il-grupp ta’ politika huma milquta minn livell materjali ta’ żball ta’ legalità u/jew regularità. Il-Qorti tikkonkludi fuq il-bażi tax-xogħol ta’ verifika tagħha li, għalkemm kien hemm xi titjib, is-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tal-Kummissjoni huma biss parzjalment effettivi biex inaqqsu r-riskju ta’ rimborż ta’ spejjeż iddikjarati iżjed jew dawk ineliġibbli.

d)

Fl- “Għajnuna esterna, żvilupp u tkabbir”, il-Qorti sabet li t-tranżazzjonijiet li fuqhom hija bbażata n-nefqa ta’ dan il-grupp ta’ politika, huma milquta minn livell materjali ta’ żball ta’ legalità u/jew regularità, l-aktar fil-livell ta' organizzazzjonijiet implimentattivi. Il-Qorti tikkonkludi fuq il-bażi tax-xogħol ta’ verifika tagħha li, għalkemm kien hemm titjib fil-livell tal-Kummissjoni, is-sistemi ta' sorveljanza u kontroll huma biss parzjalment effettivi biex jipprovdu assigurazzjoni li n-nefqa hija eliġibbli u sostnuta b'evidenza xierqa.

e)

Fl-“Edukazzjoni u ċittadinanza”, il-Qorti sabet li l-pagamenti għal dan il-grupp ta’ politika huma milquta minn livell materjali ta’ żball ta’ legalità u/jew regolarità. Il-Qorti tikkonkludi fuq il-bażi tax-xogħol ta’ verifika tagħha li s-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll huma biss parzjalment effettivi biex jipprovdu assigurazzjoni li n-nefqa hija eliġibbli u sostnuta b’evidenza xierqa.

XI.

Il-Qorti tenfasizza li:

a)

L-iżvilupp rurali jikkostitwixxi, b‘mod sproporzjonat, parti kbira tar-rata ġenerali ta’ żball stmata għall-qasam ta' l-“Agrikoltura u riżorsi naturali”; għan-nefqa tal-FAEG il-Qorti smat il-valur tar-rata ta’ żball għal ftit inqas mill-materjalità, filwaqt li n-nefqa għall-FAEŻR hija stmata ogħla, b’mod sinifikanti.

b)

Rekwiżiti legali kkumplikati jew mhux ċari (bħar-regol ta’ eliġibbiltà) għandhom impatt konsiderevoli fuq il-legalità u/jew regularità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom hija bbażata n-nefqa fl-oqsma ta’ l-“Agrikoltura u riżorsi naturali”, “Koeżjoni”, “Riċerka, enerġija u trasport” kif ukoll “Edukazzjoni u ċittadinanza”.

XII.

Il-Qorti identifikat aktar progress fis-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tal-Kummissjoni, b’mod partikulari fejn għandu x’jaqsam, minn naħa, l-impatt tar-riżervi dwar l-assigurazzjoni mogħtija fid-dikjarazzjonijiet tad-Diretturi-Ġenerali; u, min-naħa l-oħra, il-konsistenza akbar ta’ dawn id-dikjarazzjonijiet mas-sejbiet tal-Qorti. Madankollu, il-Qorti tinnota li għadha mhix f’pożizzjoni biex turi li l-azzjonijiet tagħha biex ittejjeb is-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll kienu effettivi biex jitnaqqas ir-riskju ta' żball f’oqsma kbar tal-baġit.

l-24 u l-25 ta’ Settembru 2008

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President

Il-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri

12, rue Alcide De Gasperi, L-1615 Luxembourg

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

INFORMAZZJONI TA' SOSTENN GĦAD-DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

Introduzzjoni

1.1.

Skond l-Artikolu 248 tat-Trattat tal-KE, il-Qorti ta' l-Awdituri tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b' Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi (“id-DAS”). It-Trattat jawtorizza wkoll lill-Qorti biex tissupplimenta din id-dikjarazzjoni b'evalwazzjonijiet speċifiċi ta' kull qasam prinċipali ta' attività ta’ l-UE.

 

1.2.

L-għan tax-xogħol fuq l-affidabbiltà tal-kontijiet tal-Komunitajiet Ewropej huwa li tinkiseb biżżejjed evidenza xierqa li twassal għal konklużjoni dwar il-punt safejn id-dħul, in-nefqa, l-attivi u l-passivi ġew irreġistrati kif suppost u li l-kontijiet annwali jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja fil-31 ta' Diċembru 2007, u r-riżultati ta' l-operazzjonijiet tagħhom u l-likwidità għas-sena li ntemmet (ara l-paragrafi 1.6 sa 1.31).

 

1.3.

L-għan tax-xogħol tal-verifika tal-Qorti dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet ta’ l-2007 huwa li tinġabar biżżejjed evidenza xierqa, ta’ natura diretta jew indiretta, biex tingħata opinjoni dwar jekk humiex skond ir-regolamenti applikabbli jew id-dispożizzjonijiet kuntrattwali, jew kinux ikkalkulati b’mod korrett (ara l-paragrafi 1.32 sa 1.54 ta’ dan il-kapitolu għal kwistjonijiet orizzontali u l-kapitoli 2 u 4 sa 11 għal dettalji).

 

1.4.

Għal darb’oħra, il-Qorti evalwat il-progress li sar mill-Kummissjoni fit-tisħiħ tas-sistema tagħha ta’ kontroll intern u fis-segwitu mogħti lill-pjanijiet ta’ azzjoni adottati fi ħdan il-kuntest tar-Roadmap lejn qafas ta’ kontroll intern integrat (ara l-kapitolu 2).

 

1.5.

Barra dan, billi ma kienx hemm indikaturi tal-Kummissjoni fuq perijodu ta' snin u biex tikkumplimenta dawk li hemm provvediment għalihom fl-2007 (9), il-Qorti tippreżenta ċerti indikaturi biex tissorvelja l-progress fit-titjib tal-kontrolli interni kemm b'mod ġenerali, kif ukoll għal kull qasam ta’ dħul u nfiq (ara l-annessi għal dan il-kapitolu u għall-kapitoli 2 u 4 sa 11).

 

Affidabbiltà tal-kontijiet

Sfond ġenerali

1.6.

L-osservazzjonijiet tal-Qorti jikkonċernaw il-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2007, ippreparati mill-Uffiċjal tal-Kontijiet tal-Kummissjoni u approvati mill-Kummissjoni b'konformità ma' l-Artikolu 129 tar-Regolament Finanzjarju tal-25 ta' Ġunju 2002 (10) u mibgħuta lill-Qorti fit-28 ta’ Lulju 2008. Il-kontijiet jiġbru r-“rendikonti finanzjarji konsolidati” — li jkopru, b'mod partikolari, il-karta tal-bilanċ li telenka l-attivi u l-passivi sa għeluq is-sena kif ukoll il-kont tar-riżultat ekonomiku — u r-“rapporti konsolidati dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” li jkopru d-dħul u n-nefqa għas-sena.

 

1.7.

Il-kontijiet annwali 2007 huma t-tielet sett ta' kontijiet ippreparati skond ir-regoli tal-kontabilità bbażata fuq id-dovuti li kienu introdotti mill-Komunitajiet Ewropej fl-2005 abbażi tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju (b'mod partikolari l-Artikoli 123 sa 138). B'paragun mal-kontijiet annwali ta' l-2005 u l-2006, seħħew il-bidliet prinċipali li ġejjin:

l-ambitu tal-konsolidazzjoni ġie miżjud minn 16-il aġenzija konsolidata fl-2005 għal 26 aġenzija fl-2007 (24 fl-2006);

l-informazzjoni mogħtija fuq l-għamliet differenti ta’ rkupru ta’ nefqa żejda magħmula mill-Kummissjoni ġiet ikklassifikata mill-ġdid;

ingħatat rikonċiljazzjoni tar-riżultat ekonomiku mar-riżultat baġitarju;

għall-ewwel darba din is-sena, l-Uffiċjali tal-Kontabilità ta’ l-Istituzzjonijiet u tal-korpi l-oħra taw lill-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Kummissjoni “ittri ta’ trasmissjoni” ffirmati kif meħtieġ, il-biċċa l-kbira minnhom materjalment simili għall-ittra tar-rappreżentazzjoni tal-maniġment (11) mogħtija mill-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Kummissjoni.

 

1.8.

L-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Kummissjoni ta lill-Qorti ittra ta’ rappreżentazzjoni li tikkonferma li bil-kundizzjoni ta' ċerti limitazzjonijiet il-kontijiet konsolidati huma kompleti u affidabbli (madankollu ara l-paragrafi 1.29 u 1.31) u li l-biċċa l-kbira tas-sistemi lokali tal-Kummissjoni ġew validati (madankollu ara l-paragrafi 1.13 sa 1.16).

 

Ambitu u approċċ tal-verifika

1.9.

It-tranżizzjoni għall-kontabilità bbażata fuq id-dovuti, u l-bidliet sinifikanti riżultanti fl-istruttura u fil-kontenut tal-kontijiet tal-Komunitajiet Ewropej, jeħtieġu proċess ta’ adattament multi-annwali għall-Kummissjoni. Fil-verifika tagħha tal-kontijiet ta' l-2007 l-Qorti qagħdet attenta b'mod partikolari għall-bidliet introdotti bħala riżultat ta’ l-immodernizzar kontinwu tas-sistema tal-kontabilità tal-Komunitajiet (12). Il-verifika ffukat fuq l-elementi segwenti (13):

evalwazzjoni dwar jekk il-miżuri meħuda fil-Kummissjoni, biex tirrimedja n-nuqqasijiet fil-qafas tar-rappurtar finanzjarju l-ġdid u s-sistemi tal-kontabilità ta' ċerti Istituzzjonijiet u Direttorati-Ġenerali (14), jikkontribwixxux biex jagħtu assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet huma veri u ġusti. Dan sar, b’mod partikolari, permezz ta’ analiżi tal-bażijiet għall-validazzjonijiet (skond l-Artikolu 61 tar-Regolament Finanzjarju) mill-Uffiċjali li Jawtorizzaw tal-kontijiet 2007 li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħhom, kif ukoll permezz ta’ analiżi tal-validazzjoni ta' l-Uffiċjali li Jawtorizza għall-metodoloġija tal-qtugħ u l-istat ta' tlestija tas-sistemi tal-ġestjoni finanzjarja lokali li jagħtu data għall-kontijiet tal-Kummissjoni (ara l-paragrafi 1.13 sa 1.18);

verifikazzjoni ta’ l-affidabbiltà tal-kontijiet ta’ l-2007, b’fok fuq elementi li għalihom ingħatat opinjoni modifikata fil-kuntest tad-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni ta' l-2006 (15) (finanzjamenti minn qabel, fatturi/rendikonti ta' l-ispejjeż u qtugħ). Dan sar bit-twettiq ta’ reviżjonijiet analitiċi u testijiet sostantivi fuq kampjuni statistiċi rappreżentattivi (ara l-paragrafi 1.23, 1.24, 1.25 u 1.26).

 

Aktar passi meħuda biex tissaħħaħ it-tranżizzjoni għall-kontabilità bbażata fuq id-dovuti

Kisbiet ġenerali

1.10.

L-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Kummissjoni introduċa numru ta’ miżuri sabiex jikkonsolida t-tranżizzjoni għall-kontabilità bbażata fuq id-dovuti mmodernizzata. Tneda studju pilota f’Lulju 2006 fuq il-kwalità tad-data tal-kontabilità u dan tlesta. Minħabba dan, l-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Kummissjoni ffinalizza numru ta’ miżuri li tqassmu lid-Direttorati-Ġenerali kollha f'Marzu 2007. L-għan tagħhom kien li jittejjeb l-ambjent tal-kontroll tal-kontabilità fil-livell tad-Direttorati-Ġenerali individwali. Dawn jinkludu l-iżvilupp ta’ analiżi tar-riskji tal-kontabilità, l-użu ta’ eżerċizzji ta’ reviżjoni tal-kontabilità bbażata fuq ir-riskji, l-elaborazzjoni ta’ manwali tal-kontabilità speċifiċi u d-dokumentazzjoni ta’ fajls ta’ għeluq il-kontabilità għal tmiem is-sena. Il-proġett japplika għall-ewwel darba għall-kontijiet annwali ta’ l-2007.

 

1.11.

Dawn il-miżuri kkontribwew għat-tisħiħ tal-qafas ta' rappurtar finanzjarju u s-sistemi tal-kontabilità. Madankollu, ċerti nuqqasijiet xorta għadhom jeżistu li jpoġġu f'riskju l-kwalità tad-data tal-kontabilità (ara l-paragrafi 1.13 sa 1.18). Barra dan, kien innutat li l-linji gwida dwar l-ambjent tal-kontroll tal-kontabilità, maħruġa mill-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Kummissjoni, ma kinux applikati b’mod sħiħ minn għadd limitat ta’ Direttorati-Ġenerali operattivi għall-kalkolu tal-qtugħ.

1.11.

Għalkemm ġew identifikati xi nuqqasijiet fil-kwalità ta’ xi data tal-kontabbiltà, dawk ma kellhom l-ebda impatt fuq l-affidabbiltà tal-kontijiet.

1.12.

It- Tabella 1.1 fiha segwitu tal-kwalifiki tal-Qorti dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet li kienu espressi fid-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni għas-sena finanzjarja 2006, kif ukoll il-punti l-oħra mqajma mill-Qorti, li kienu [parzjalment] solvuti jew għadhom iridu jiġu indirizzati fil-kuntest tal-miżuri meħuda mill-Kummissjoni biex tikkonsolida t-tranżizzjoni għall-kontabilità bbażata fuq id-dovuti.

 

Validazzjoni tas-sistemi lokali

1.13.

Ħafna Direttorati-Ġenerali jużaw is-sistemi ta' l-IT tagħhom stess għal għanijiet ta' ġestjoni finanzjarja u biex joħolqu tranżazzjonijiet li jintbagħtu lis-sistemi tal-kontabilità ċentrali (ABAC) permezz ta' interface.

1.13.

Peress li s-sitwazzjoni qiegħda tevolvi kostantement, it-tim ta' validazzjoni tas-servizzi tal-kontabbiltà jeħtieġ li jaġġorna ruħu dwar din l-evoluzzjoni, u introduċa, kif kien diġà msemmi s-sena li għaddiet, proċedura għal validazzjoni tat-tibdil fis-sistemi lokali.

Tabella 1.1 — Segwitu tar-riżervi espressi fid-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni dwar is-sena finanzjarja 2006 rigward l-affidabbiltà tal-kontijiet u ċerti osservazzjonijiet oħra magħmula fir-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2006

Riżervi fid-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni dwar is-sena finanzjarja 2006

Risposti tal-Kummissjoni fir-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2006

Żviluppi fl-2007

Ġew identifikati żbalji fl-ammonti rreġistrati fis-sistema tal-kontabilità bħala fatturi/rendikonti ta' l-ispejjeż u finanzjament minn qabel li l-effett tagħhom hu li l-kontijiet pagabbli ġew iddikjarati iżjed b'madwar 201 miljun euro u l-ammont totali ta' finanzjament minn qabel b'madwar 656 miljun euro.

Għal dak li jirrigwarda l-kontijiet pagabbli, il-livell ta’ l-iżbalji li nstab mill-Qorti kien wieħed limitat.

Ġie identifikat biss livell ta’ żball baxx f’termini ta' l-impatt finanzjarju rigward dawn il-punti tal-karta tal-bilanċ. Madankollu, il-frekwenza ta’ dawn l-iżbalji tenfasizza l-ħtieġa għal aktar titjib ta’ l-affidabbiltà tad-data tal-kontabilità bażika fil-livell tad-Direttorati-Ġenerali operazzjonali.

Ċerti osservazzjonijiet oħra magħmula fil-kuntest tar-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2006

 

 

Parzjalment minħabba s-sistema kumplessa ta' ġestjoni finanzjarja u minkejja titjib li sar, nuqqasijiet fis-sistemi tal-kontabilità ta' ċerti Istituzzjonijiet u Direttorati-Ġenerali tal-Kummissjoni għadhom ipoġġu fir-riskju l-kwalità ta' l-informazzjoni finanzjarja, b'mod partikolari għal qtugħ u pensjonijiet tal-persunal. Dan wassal għal għadd ta' korrezzjonijiet wara l-preżentazzjoni tal-kontijiet provviżorji.

Il-Kummissjoni ddikjarat li se tagħmel ħilitha biex tkompli ttejjeb il-proċeduri tagħha tal-kontabilità għal għeluq is-sena. Fl-2006 l-Kummissjoni tejbet l-istima ta' l-ammonti tal-qtugħ tagħha billi ħadet bosta azzjonijiet. Għal dak li jirrigwarda s-sistema tal-pensjoni għal xi Membri tal-Parlament Ewropew, fin-nuqqas ta' evalwazzjoni attwarja l-ebda dispożizzjoni ta' sinifikat ma tista' ssir fil-kontijiet.

Nuqqasijiet fis-sistemi tal-kontabilità ta’ ċerti Direttorati-Ġenerali tal-Kummissjoni u korpi oħra għadhom ipoġġu fir-riskju l-kwalità ta' l-informazzjoni finanzjarja, b'mod partikolari għal finanzjament minn qabel, qtugħ relatat u fatturi/rendikonti ta' l-ispejjeż. Dan wassal għal korrezzjonijiet wara li l-kontijiet provviżorji kienu ppreżentati. Il-previżjoni għal xi Membri tal-Parlament Ewropew issa huwa rikonoxxut fil-karta tal-bilanċ konsolidat.

L-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Kummissjoni ma setax jagħti validazzjoni għat-tliet sistemi tal-kontabilità sussidjarji lokali. Barra minn hekk, l-għadd u l-importanza ta’ kwistjonijiet u affarijiet li għandhom ikunu kkunsidrati f’aktar dettall jibqgħu fil-parti l-kbira l-istess bħal tas-sena ta’ qabel. Għalhekk, fid-dawl ta' dawn il-problemi kontinwi, id-Direttur-Ġenerali għall-Baġit imissu għamel riżerva speċifika dwar dawn il-kwistjonijiet.

Sar progress sinifikanti fl-2006 b’relazzjoni mat-tliet servizzi kkonċernati. Is-sistemi tagħhom se jkunu eżaminati fl-2007 sabiex ikun deċiż jekk it-titjib tagħhom huwiex biżżejjed biex jistħoqq validazzjoni. Fid-dawl tal-progress li sar, ma kienet meħtieġa l-ebda riżerva fir-Rapport ta’ Attività Annwali għall-2006.

L-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Kummissjoni ma setax jagħti validazzjoni lil tnejn mis-sistemi lokali u lanqas ma seta' jivvalida t-tielet sistema mingħajr kwalifika. Bħal fis-snin ta’ qabel l-għadd u l-importanza ta’ kwistjonijiet orizzjontali u affarijiet oħra li għandhom ikunu kkunsidrati jibqgħu l-istess fil-parti kbira tagħhom.

Għalkemm in-noti ta’ spjegazzjoni fil-kontijiet konsolidati fihom informazzjoni dwar korrezzjonijiet possibbli, ma jidentifikawx l-ammonti u l-oqsma tan-nefqa li jistgħu jkunu soġġetti għal aktar verifikazzjoni u approvazzjoni tal-proċeduri tal-kontijiet.

Id-dritt li jitwettqu kontrolli fuq in-nefqa ħafna snin wara li ġġarrbet m’għandux jimplika li n-nefqa kkonċernata kollha għad trid tiġi aċċettata. Tingħata informazzjoni dwar l-ammonti kwantifikabbli ta’ rkupri potenzjali fin-noti relatati mal-kontijiet konsolidati.

F'dak li għandu x'jaqsam mal-passat, fin-noti relatati mal-kontijiet ma tingħatax informazzjoni dwar l-ammonti u l-oqsma tan-nefqa li jistgħu jkunu soġġetti għal aktar verifikazzjoni u approvazzjoni tal-proċeduri tal-kontijiet.

Jinħtieġu aktar miżuri għall-assigurazzjoni tal-kompletazzjoni u l-affidabbiltà tad-data u l-informazzjoni tal-kontabilità ppreżentati fin-noti ta' spjegazzjoni dwar l-ammonti rkuprati bħala rispons għal operazzjonijiet illegali jew irregolari.

Is-sistema tal-kontabilità qiegħda tiġi adattata sabiex iżżid il-kwantità ta’ l-informazzjoni rreġistrata dwar l-irkupri. Dan it-titjib huwa ppjanat li jkun effettiv għall-kontijiet ta' l-2008.

Minkejja t-titjib innutat, jinħtieġu aktar miżuri għall-assigurazzjoni tal-kompletazzjoni u l-affidabbiltà tad-data u l-informazzjoni tal-kontabilità ppreżentati fin-noti ta' spjegazzjoni dwar l-ammonti rkuprati bħala rispons għal operazzjonijiet illegali jew irregolari, b’mod partikolari fil-livell ta’ l-Istati Membri u għal tnaqqis minn pagamenti sussegwenti.

Ir-rikonċiljazzjoni bejn ir-riżultat baġitarju u dak ekonomiku għadha tippreżenta differenzi żgħar mingħajr spjegazzjoni u l-intelliġibbiltà tal-kontijiet tittejjeb kieku tali rikonċiljazzjoni kienet inkluża fil-kontijiet annwali.

Il-Kummissjoni taċċetta li l-proċedura ta’ rikonċiljazzjoni għad trid tittejjeb u se tikkunsidra l-inklużjoni ta’ rikonċiljazzjoni sħiħa fil-kontijiet annwali.

Il-Kummissjoni tejbet il-proċedura ta’ rikonċiljazzjoni tagħha u inkludiet ir-rikonċiljazzjoni bejn ir-riżultat baġitarju u dak ekonomiku fil-kontijiet annwali konsolidati.

1.14.

Għas-sena finanzjarja 2007, is-servizzi ta' l-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Kummissjoni wettqu segwitu tas-sejbiet tas-sena preċedenti (16). Barra dan, sitt servizzi oħra (17) kienu soġġetti għal reviżjonijiet fil-fond bħala parti minn approċċ ċikliku mmirat biex ikopri bis-sħiħ is-servizzi tal-Kummissjoni f’terminu taż-żmien medju. Żewġ servizzi oħra (18) kienu wkoll soġġetti għal reviżjoni iżda r-rapporti tagħhom ma kinux iffinalizzati fil-ħin għar-Rapport ta’ Validazzjoni Globali tal-Kontabilista tal-Kummissjoni għall-2007.

1.14.

It-tim tal-validazzjoni tas-servizzi tal-kontabbiltà jsegwi materji mqajma fir-rapporti preċedenti sabiex jiżgura li r-rakkomandazzjonijiet li saru jiġu implimentati, sabiex b’hekk jiġi żgurat li l-kwalità tas-sistemi ta’ ġestjoni finanzjarja lokali qiegħda titjieb il-ħin kollu.

Hu maħsub li l-ewwel ċiklu komplet ta’ verifika fir-rigward tal-kriterji tal-validazzjoni fid-Direttorati Ġenerali u s-Servizzi kollha se jitlesta sal-aħħar tal-2008 jew fil-bidu tal-2009.

Ir-rapport għad-Direttorat Ġenerali tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji kien trażmess lill-Qorti fl-4 ta' Ġunju tal-2008. Ir-rapport għad-Direttorat Ġenerali tas-Saħħa u l-Konsumaturi kien trażmess lill-Qorti fit-2 ta' Settembru tal-2008.

1.15.

L-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Kummissjoni kien għadu mhux f’pożizzjoni li jivvalida s-sistemi lokali tad-Direttorat-Ġenerali għall-Edukazzjoni u Kultura (19) u d-Direttorat-Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni (20), kif hemm indikat fl-ittra tar-rappreżentazzjoni amministrattiva tiegħu (ara l-paragrafu 1.8), u lanqas biex jivvalida mingħajr kwalifiki s-sistema lokali ta’ l-Uffiċċju għall-Koperazzjoni ta’ l-Europe-Aid (21) għas-sena finanzjarja 2007. Ir-riżerva mhux relatata mal-kontabilità maħruġa għaċ-Ċentru tar-Riċerka Konġunta (22) fl-2006 nżammet għas-sena finanzjarja 2007. L-għadd u l-importanza ta’ kwistjonijiet orizzontali u punti oħra għall-kunsiderazzjoni jibqgħu fil-biċċa l-kbira l-istess bħal fi snin preċedenti (23).

1.15.

Ix-xogħol għadu għaddej bil-għan li tintlaħaq il-validazzjoni għad-Direttorati Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni u għall-Edukazzjoni u l-Kultura.

Il-kwalifika għall-validazzjoni tal-Uffiċċju ta’ Kooperazzjoni tal-EuropeAid issa tneħħiet għax dan id-Direttorat Ġenerali kien kapaċi li jipprovdi evidenza biżżejjed rigward il-konsistenza tiegħu tar-rappurtaġġ, u li qed issir rikonċiljazzjoni sistematika tal-CRIS mal-ABAC.

Tqiegħed f’postu l-interface nieqes bejn is-sistema lokali tal-IT taċ-Ċentru Konġunt ta’ Riċerka (JRC), JIPSY, u ABAC għat-trasferiment tal-kuntratti tal-JRC għall-bażi tad-data ċentrali tal-kuntratti tal-ABAC, u l-kuntratti kollha tal-2007 tpoġġew fil-bażi tad-data ċentrali. Il-JRC għad trid ittella’ l-kuntratti għall-perjodu li fadal mill-2005 sal-2006, li huwa ppjanat li jsir qabel tintemm is-sena.

In-non-validazzjoni tas-sistema RELEX kienet tikkonċerna sistema lokali tal-kontabbiltà (BCC-NT/Rai-Web) li ma kentix konformi mal-kriterji tal-validazzjoni. Is-sistema tal-ABAC IT intbgħatet lid-Delegazzjonijiet kollha tal-Kummissjoni fiż-żmien previst u, sa minn Jannar tal-2007, l-ispiża amministrattiva tad-delegazzjonijiet issa hija ġesita fi ħdan is-sistema tal-ABAC. Is-sitwazzjoni għalhekk hija aħjar meta mqabbla mal-2006.

1.16.

Il-verifika tal-Qorti kkonfermat li d-deċiżjonijiet ta' l-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Kummissjoni kellhom bażi soda: il-kwistjonijiet u l-punti pendenti kienu importanti.

 

Tisħiħ tal-proċeduri tal-qtugħ

1.17.

Minn mindu saret it-tranżizzjoni għall-kontabilità bbażata fuq id-dovuti, l-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Kummissjoni stieden lis-servizzi tal-Kummissjoni biex iwettqu ttestjar ex-post tal-metodoloġija tal-qtugħ tagħhom, fejn dan ikun relevanti (24), b'taħlita ta' data minn sorsi baġitarji u mill-kontabilità ġenerali sabiex l-adegwatezza tal-metodi tkun iċċekkjata. Mid-disa’ Direttorati-Ġenerali eżaminati (25), sitta kienu parzjalment imħassba minħabba dan l-ittestjar li rrappreżenta anqas minn 20 % ta’ l-ammont ta’ qtugħ totali, kien hemm Direttorat-Ġenerali li tejjeb il-proċeduri tiegħu billi ttestja u kkorreġa l-proċeduri tiegħu tal-qtugħ (26), oħrajn ittestjaw il-metodoloġija tagħhom iżda azzjonijiet korrettivi kienu postposti (27) u xi Direttorati-Ġenerali (28) għadhom ma wettqux ittestjar ex-post tal-metodoloġiji tagħhom ta’ qtugħ. Dan jista’ jwassal għal impreċiżjonijiet fid-data tal-kontabilità.

1.17.

L-Uffiċjal tal-Kontabbiltà kkunsidra li d-data tal-kontabbiltà hija preċiża biżżejjed għall-finijiet tal-kontijiet finali.

1.18.

Xi Direttorati-Ġenerali (li jirrappreżentaw madwar 20 % ta’ l-ammont ta’ qtugħ totali) jistabbilixxu l-qtugħ tagħhom ta’ l-ispejjeż dovuti skond metodu pro rata temporis  (29). Madankollu, jekk id-dati tal-kuntratt mogħtija fis-sistemi tal-kontabilità użati bħala bażi għall-kalkoli tal-qtugħ huma inkorretti jew inkella l-bidliet fihom mhumiex aġġornati, huma jolqtu l-affidabbiltà tal-kontijiet b’mod avvers.

1.18.

Il-pjan tal-kontroll tal-kwalità tad-Direttorat Ġenerali ewlieni kkonċernat iffoka fuq id-dati tal-attività. Ġew riveduti 935 kuntratt, inklużi l-kuntratti kollha tat-tul. Bħala konsegwenza, l-iżbalji li fadal fid-dati tal-attivitajiet għandhom x’jaqsmu ma’ kuntratti għal perjodi qosra li għandhom impatt aktar baxx fuq il-cut-off mill-aħħar snin. Fil-kampjun tal-Qorti ta’ 20 tranżazzjoni għal dan id-Direttorat Ġenerali, hemm 3 żbalji minħabba dati skorretti tal-attivitajiet. Dan hu titjib meta mqabbel mal-aħħar snin.

Rendikonti finanzjarji konsolidati fil-31 ta' Diċembru 2007

Rimarki ġenerali

1.19.

Matul l-2007, il-Kummissjoni ħadet miżuri biex tiżgura l-kompletezza u l-preċiżjoni tar-reġistrazzjoni ta' pagamenti ġodda ta' finanzjament minn qabel, kif ukoll rendikonti tal-fatturi/spejjeż miftuħa ġodda, u l-qtugħ.

 

1.20.

Il-verifika tal-Qorti ta' self, inventarji, riċevibbli ta’ skadenza twila, likwidità u ekwivalenti likwidi, benefiċċji ta’ l-impjegat, proviżjonijiet u responsabbiltajiet finanzjarji u responsabbiltajiet oħra ta' skadenza twila, u riżervi, ma pproduċiet l-ebda sejbiet sinifikanti. Madankollu, għadd ta’ żbalji kienu identifikati fir-rigward ta’ elementi oħra li huma ppreżentati aktar ’il quddiem.

 

Karta tal-bilanċ konsolidata fil-31 ta' Diċembru 2007

Kwistjonijiet pendenti fil-kontijiet dwar is-sistema tas-satellita Ewropea

1.21.

L-Awtorità Ewropea ta' Sorveljanza GNSS (GSA) (30), Aġenzija ta’ l-UE maħluqa fl-2004 (31), uffiċjalment ħadet kontroll tar-responsabbiltà (32) minn dik li qabel kienet l-Impriża Konġunta Galileo (GJU) fl-1 ta’ Jannar 2007. Fil-bidu, il-korp il-ġdid kien intenzjonat sabiex jaħdem bħala sħab pubbliku u privat; wara deċiżjoni tal-Kunsill meħuda f’Novembru 2007 l-programm Galileo issa se jkun iffinanzjat mill-baġit ta’ l-UE. Fi tmiem l-2007, minkejja l-firma ta’ ftehimiet (33) bejn il-partijiet interessati (GJU, l-Aġenzija Ewropea ta’ l-Ispazju, l-Awtorità), l-appartenenza ta’ l-attivi tal-proġetti mill-GJU għall-Awtorità ma kinitx ġiet trasferita għal kollox u l-ebda lista ta’ attivi ta’ Galileo miżmuma mill-Aġenzija Ewropea ta’ l-Ispazju ma kienet ġiet stabbilita. Il-Qorti għalhekk ma esprimietx opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet ta' l-Awtorità għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2007.

1.21.

Fi tmiem l-2007, minkejja l-firma ta' ftehim bejn il-partijiet interessati (GJU, l-Aġenzija Spazjali Ewropea, GSA), l-appartenenza tal-assi tal-proġett kienet għadha ma ġietx trasferita għal kollox mill-ESA għall-Komunitajiet Ewropej. Ladarba għad hemm xi inċertezza u dewmien fit-trasferiment tal-assi, għal raġunijiet ta' prudenza l-Komunitajiet Ewropej ma rrikonoxxewx l-assi tal-programm fil-karta tal-bilanċ tagħhom. Huwa maħsub li l-assi jkunu rikonoxxuti ladarba jiġu riżolti l-kwistjonijiet tat-trasferiment.

Operazzjonijiet tal-kapital ta' riskju

1.22.

Fir-rendikonti finanzjarji konsolidati tal-Komunitajiet Ewropej, l-operazzjonijiet tal-kapital ta’ riskju kollha (218-il miljun euro fil-31 ta’ Diċembru 2007) huma kklassifikati bħala “investimenti ta’ skadenza twila” (attivi disponibbli għall-bejgħ). Huma rreġistrati kollha bil-prezz storiku li minnu huma mnaqqsa l-proviżjonijiet għat-tnaqqis fil-valur, peress li fil-preżent il-valur ġust tagħhom ma jistax jitkejjel b'mod affidabbli. Filwaqt li tali metodu ta' stima huwa aċċettabbli fiċ-cirkostanzi, dan mhux applikat b'mod konsistenti. Il-Qorti sabet li d-deterjoramenti huma bbażati biss fuq write-offs filwaqt li l-istimi provviżorji għad-deterjoramenti kienu disponibbli lill-ġestjonarju ta' l-operazzjonijiet (Il-Bank Ewropew ta' l-Investiment) iżda ma kinux ġew ikkomunikati lill-Kummissjoni (34).

1.22.

L-istandards tar-rappurtaġġ u tal-kontabbiltà evolvew b’mod sinifikanti matul il-perjodu tal-mandati tal-MEDA li jkopru dawn l-operazzjonijiet ta' kapital tar-riskju (RCO). Il-BEI u l-Kummissjoni kienu qed isegwu l-iżviluppi u fil-preżent qed jeżaminaw is-sitwazzjoni flimkien, billi qed ifittxu l-aħjar soluzzjoni li toffri bilanċ bejn in-nefqa u l-benefiċċju u wkoll qed jieħdu inkunsiderazzjoni l-informazzjoni disponibbli skont il-kuntratti ffirmati ħafna snin ilu ma' benefiċjarji finali (b'hekk ma jinkludux standards kurrenti ta' rappurtaġġ). Din ir-reviżjoni kkonfermat li l-eżerċizzju preżenti ta’ valutazzjoni tal-Operazzjonijiet ta’ Kapital tar-Riskju huwa eżerċizzju li jieħu ħafna ħin u joffri sfida minħabba n-numru kbir u l-kumplessità tal-istruttura kaskata tat-tranżazzjonijiet RCO. Il-BEI saħaq ukoll li l-valutazzjoni tat-tranżazzjonijiet RCO hija bbażata, sa kemm huwa possibbli, fuq prinċipji relevanti tal-kontabbiltà internazzjonali, b’mod partikolari l-IAS 39.

Finanzjament minn qabel u garanziji relatati

1.23.

Il-verifika tal-Qorti ta’ kampjun statistiku rappreżentattiv ta’ 150 finanzjament minn qabel li kienu rreġistrati fis-sistema tal-kontabilità identifikat livell ta’ żball baxx f’termini ta’ l-impatt finanzjarju rigward dan il-punt tal-karta tal-bilanċ. Madankollu, il-frekwenza ta’ dawn l-iżbalji tenfasizza l-ħtieġa għal aktar titjib fil-preċiżjoni tad-data tal-kontabilità bażika fil-livell tad-Direttorati-Ġenerali operazzjonali. It-tipi ta' żbalji l-aktar komuni huma:

reġistrazzjoni ta' finanzjamenti minn qabel mhux skond it-tipi ta’ ġestjoni differenti hekk kif ippreżentati fin-noti tar-rendikonti finanzjarji;

l-ammonti tal-finanzjamenti minn qabel baqgħu miftuħa għalkemm kienu ntużaw mill-benefiċjarji qabel għeluq is-sena.

 

1.24.

Barra dan, xogħol ta' verifika addizzjonali dwar l-identifikazzjoni u l-validazzjoni ta' finanzjamenti minn qabel kixef problemi ta' kompletezza/preċiżjoni fil-karta tal-bilanċ:

1.24.

 

reġistrazzjoni ta’ xi wħud mill-pagamenti bħala spejjeż fil-kont tar-riżultat ekonomiku filwaqt li kien imisshom ġew irreġistrati bħala finanzjamenti minn qabel fil-karta tal-bilanċ;

 

preżenza ta’ xi finanzjamenti minn qabel li baqgħu fil-karta tal-bilanċ għalkemm l-informazzjoni relevanti, bħal ċertifikati tal-verifika, kienet disponibbli sabiex l-approvazzjoni tagħhom tkun tista’ ssir permezz ta’ reġistrazzjoni ta’ l-ispejjeż korrispondenti fil-kont tar-riżultat ekonomiku. Barra dan, ġie osservat trattament inkonsistenti ta’ l-approvazzjoni ta’ finanzjamenti minn qabel. Id-Direttorat-Ġenerali għas-Soċjetà Informatika u Mezzi ta’ Komunikazzjoni jipproċedi sew għall-approvazzjoni ta’ finanzjamenti minn qabel fil-każ ta’ talbiet ta’ spejjeż li magħhom m'hemmx ċertifikati tal-verifika filwaqt li d-Direttorat-Ġenerali għar-Riċerka, fl-istess ċirkustanzi, iħalli miftuħ il-finanzjament minn qabel;

Il-Kummissjoni taqbel mal-Qorti li hija l-aħjar prattika li jiġu approvati l-ammonti miftuħa tal-prefinanzjament bl-anqas dewmien possibbli u l-għan għandu jkun li s-servizzi kollha jagħmlu dan hekk kif dokumentazzjoni suffiċjenti ta' sostenn tkun disponibbli. Sadanittant, il-prenotazzjonijiet tal-aħħar tas-sena jiżguraw li l-prattika kkritikata ma taffettwax l-affidabbiltà tal-kontijiet.

Aktar minn hekk, id-Direttorat Ġenerali għas-Soċjetà tal-Informazzjoni u l-Media u d-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka qed jikkooperaw biex isibu triq komuni biex jittrattaw din il-kwistjoni skont ir-rakkomandazzjonijiet li saru mis-servizzi tal-kontabbiltà.

Kontijiet pagabbli

1.25.

Il-verifika ta’ kampjun statistiku rappreżentattiv ta’ 150 fattura/rendikont ta’ l-ispejjeż mill-popolazzjoni tal-kontijiet pagabbli li kienu rreġistrati fis-sistema tal-kontabilità identifikat livell ta’ żball baxx f’termini ta’ l-impatt finanzjarju rigward dan il-punt tal-karta tal-bilanċ. Madankollu, il-frekwenza ta’ dawn l-iżbalji tenfasizza l-ħtieġa għal aktar titjib ta’ l-affidabbiltà tad-data tal-kontabilità bażika fil-livell tad-Direttorati-Ġenerali operazzjonali. Il-biċċa l-kbira ta’ l-iżbalji huma dwar fatturi jew rendikonti ta’ l-ispejjeż irreġistrati għall-ammonti ħżiena.

 

1.26.

Kien identifikat dewmien sinifikanti fit-trattament ta' xi fatturi u dikjarazzjonijiet ta' l-ispejjeż. Dan kellu impatt fuq il-kontabilità fejn dewmien fl-analiżi ta’ l-eliġibbiltà tal-fatturi ma jippermettix il-bidu ta’ l-approvazzjoni ta’ finanzjamenti minn qabel. Dan jista’ jwassal għal pożizzjoni ta’ responsabbiltà mhux eżatta fir-rigward ta' partijiet terzi u r-reġistrazzjoni ta’ ammont ta’ spiża, fuq bażi ta’ stima tal-qtugħ, minflok ammont sostnut minn fatturi diġà rċevuti.

 

Kont tar-riżultat ekonomiku konsolidat

1.27.

Ir-reġistrazzjoni ta’ pagamenti taħt it-tip ta’ ġestjoni ħażin għandha impatt fuq il-preċiżjoni tat-tqassim ta’ l-ispejjeż skond it-tip ta’ ġestjoni fin-noti relatati mal-kont tar-riżultat ekonomiku kif ukoll fir-rappurtar skond is-segmenti (ara wkoll il-paragrafu 1.23).

 

Informazzjoni dwar punti li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ

1.28.

Għalkemm in-noti ta’ spjegazzjoni relatati mal-kontijiet annwali fihom informazzjoni dwar il-fatt li xi wħud mit-tranżazzjonijiet x’aktarx li jkunu kkorreġuti aktar tard mid-dipartimenti tal-Kummissjoni jew mill-Istati Membri, l-ammonti u l-oqsma tan-nefqa li jistgħu jkunu soġġetti għal aktar verifikazzjoni u approvazzjoni tal-proċeduri tal-kontijiet (35) għadhom mhux identifikati fin-noti.

1.28.

Ir-Regolament Finanzjarju u r-regolamenti settorjali dwar il-fondi agrikoli u strutturali, jagħtu d-dritt lill-Kummissjoni sabiex din twettaq verifiki fuq l-infiq kollu sa ħafna snin wara li dan ikun sar. Il-kontijiet m’għandhomx jimplikaw li, minħabba dan id-dritt, l-infiq kollu kkonċernat jkun għadu ma ġiex approvat. Fejn l-ammonti ta’ rkupri potenzjali huma kwantifikabbli, jiġu żvelati fin-noti 5.3 u 5.4 tal-kontijiet konsolidati.

Kwistjonijiet oħra

Rkupru ta’ pagamenti mhux dovuti

1.29.

Fuq rakkomandazzjoni tal-Qorti, aktar informazzjoni dwar l-irkupru ta’ pagamenti mhux dovuti kienet ippreżentata fin-noti relatati mar-rendikonti finanzjarji. Madankollu, in-noti tar-rendikonti finanzjarji għadhom ma fihomx informazzjoni kompleta u affidabbli dwar l-attivitajiet ta’ korrezzjoni finanzjarja magħmula mill-Istati Membri. Huma jagħtu din l-informazzjoni b’mod partikolari fir-rigward ta’ rtirar, rkupri u rkupri pendenti fil-qasam ta’ Azzjonijiet Strutturali (36). Bħala riżultat tal-proporzjon għoli ta' nefqa ineliġibbli indikat repetutament fir-Rapporti Annwali tal-Qrati, u sabiex tkun kompatibbli mal-preżentazzjoni ta' stampa vera u ċara, il-Qorti tikkunsidra li għandha tkun ippreżentata informazzjoni xierqa fin-noti relatati mal-kontijiet fuq dawn il-mekkaniżmi ta' korrezzjoni.

1.29.

Kapitolu 6 tal-kontijiet annwali tal-2007 jagħti ħarsa ġenerali tal-proċeduri li qed jintużaw għall-irkupru tal-ħlasijiet mhux dovuti, u jipprovdi l-aħjar stima tal-ammont totali ta’ rkupri bħal dawn, inklużi rkupri li jkunu saru mill-Istati Membri rigward in-nefqa fl-agrikoltura.

Fin-noti tal-kontabbiltà tal-irkupri tal-Istati Membri tal-Fondi strutturali, ġiet ipprovduta biss informazzjoni fil-qosor minħabba ż-żmien li fih intbgħatet l-informazzjoni u l-ħtieġa li jiġu ċċarati biċċiet mid-data mal-Istati Membri. Madankollu, il-Kummissjoni pprovdiet aktar informazzjoni dettaljata lill-Parlamenti f’Lulju tal-2008 fit-tieni rapport trimestrali fuq l-Pjan ta’ Azzjoni għat-tisħiħ tar-rwol superviżorju tal-Kummissjoni fin-nefqa fuq l-azzjonijiet strutturali, u qed tippubblika l-figuri f’anness għar-Rapport Annwali dwar il-Fondi Strutturali għall-2007, kif għamlet is-sena li għaddiet għall-informazzjoni tal-2006. Skont il-pjanijiet ta’ azzjoni, il-Kummissjoni qed tagħmel sforzi biex ittejjeb l-affidabbiltà u l-kompletezza tal-informazzjoni li tirċievi mill-Istati Membri, permezz, fost affarijiet oħra, ta’ verifiki fuq il-post fl-Istati Membri.

1.30.

Fuq bażi ta’ l-eżami tax-xogħol tal-korpi li jiċċertifikaw (37) il-Qorti ttenni (38) d-dubji tagħha fir-rigward tal-preċiżjoni tar-riċevibbli mill-Istati Membri fil-qasam ta’ l-agrikoltura. Barra dan il-Qorti tinnota li l-politika differenti applikata għad-data tar-rikonoxximent tad-dejn mill-Aġenziji tal-Pagament tirriżulta f’preżentazzjoni inkonsistenti tal-valur globali tad-djun (ara l-paragrafi 5.44 u 5.45).

1.30.

Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-informazzjoni li rċeviet mill-Istati Membri dwar ammonti riċevibbli fil-qasam tal-agrikoltura hija affidabbli biżżejjed għall-iskopijiet ta’ approvazzjoni u kontabbiltà.

Il-Kummissjoni pprovdiet kjarifiki addizzjonali dwar l-għarfien tad-dejn mill-aġenziji li qed iħallsu fil-linja gwida tagħha riveduti għas-sena finanzjarja 2008. Il-“politiki differenti” li l-Qorti rreferiet għalihom huma r-riżultat ta’ sistemi legali nazzjonali differenti għall-irkupru ta’ ħlasijiet mhux dovuti.

Ara wkoll it-tweġibiet għal paragrafi 5.44 u 5.45.

1.31.

Barra dan, in-noti relatati mal-kontijiet ma jiżvelawx l-irkupri magħmula mit-tnaqqis ta’ pagament sussegwenti (tpaċija).

1.31.

Kif indikat fin-noti tal-kontabbiltà, is-sistemi tal-informazzjoni ma ppermettewx l-identifikazzjoni ta' din l-informazzjoni fl-2007. Is-sistemi issa ġew adattati mill-Kummissjoni matul l-2008 sabiex l-irkupri kollha li saru permezz ta’ tnaqqis minn ħlas sussegwenti seta’ jiġi identifikat u spjegat.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi tal-kontijiet ta’ l-2007

Struttura ġdida ta’ l-evalwazzjonijiet speċifiċi DAS

1.32.

Wara l-introduzzjoni mill-Kummissjoni ta' Baġitjar Ibbażat fuq l-Attività (ABB) u Ġestjoni Bbażata fuq l-Attività (ABM), il-Qorti ddeċidiet li tiddefinixxi mill-ġdid l-evalwazzjonijiet speċifiċi li fihom taqsam il-baġit għal skopijiet DAS f'termini ta' gruppi/ġabriet ta' oqsma tal-politika ABB (ara t- Tabella 1.2 ).

 

Approċċ tal-Qorti

Għejun u metodi

1.33.

Il-Qorti tuża mudell ta’ assigurazzjoni li jieħu minn żewġ għejun prinċipali ta’ evidenza:

1.33.

 

a)

evalwazzjoni ta’ l-operat tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll applikati fil-ġbir u fl-infiq ta’ fondi mill-baġit ta’ l-UE mill-Istituzzjonijiet ta' l-UE, Stati Membri, Reġjuni, Pajjiżi Terzi eċċ. bil-għan li tingħata informazzjoni rappreżentattiva dwar l-implimentazzjoni u l-ħidma ta’ kontrolli prinċipali dwar jekk jistgħux jipprevjenu jew isibu u jikkorreġu żbalji;

 

Tabella 1.2 — Riżultat tan-nefqa fl-2007 skond il-kapitoli tar-Rapport Annwali

(miljun euro)

Taqsimiet (S) u titoli (T) li jikkorrispondu man-nomenklatura baġitarja ta' l-2007 allokata għal kull kapitolu tar-rapport annwali tal-Qorti

Pagamenti magħmula fl-2007

Kapitoli tar-Rapport Annwali

Dħul  (39)

38,1  (45)

Tassazzjoni u għaqda doganali (T.14)

 

Agrikoltura u riżorsi naturali  (40)

51 044,3

Agrikoltura u żvilupp rurali (T.05)

 

Ambjent (T.07)

 

Sajd u affarijiet marittimi (T.11)

 

Saħħa u protezzjoni tal-konsumatur (T.17)

 

Koeżjoni  (39)

42 015,2

Impjiegi u affarijiet soċjali (T.04)

 

Politika reġjonali (T.13)

 

Parti mit-T.05 u t-T.11 hija inkluża f'dan il-kapitolu tar-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2007

Riċerka, enerġija u trasport  (39)

4 483,8

Riċerka (T.08)

 

Enerġija u trasport (T.06)

 

Soċjetà informatika u mezzi ta' komunikazzjoni (T.09)

 

Riċerka diretta (T.10)

 

Għajnuna esterna, żvilupp u tkabbir  (41)

6 198,9

Relazzjonijiet esterni (T.19)

 

Żvilupp u relazzjonijiet ma' l-Istati AKP (T.21)

 

Tkabbir (T.22)

 

Għajnuna umanitarja (T.23)

 

Edukazzjoni u ċittadinanza  (42)

1 453,0

Edukazzjoni u kultura (T.15)

 

Komunikazzjoni (T.16)

 

Żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja (T.18)

 

Affarijiet ekonomiċi u finanzjarji  (43)

489,9

Affarijiet ekonomiċi u finanzjarji (T.01)

 

Intrapriża (T.02)

 

Kompetizzjoni (T.03)

 

Suq intern (T.12)

 

Kummerċ (T.20)

 

Nefqa amministrattiva u nefqa oħra  (44)

8 230,1

Parlament (S. I)

 

Kunsill (S. II)

 

Kummissjoni (S. III)

 

Qorti tal-Ġustizzja (S. IV)

 

Qorti ta' l-Awdituri (S. V)

 

Kumitat Ekonomiku u Soċjali (S. VI)

 

Kumitat tar-Reġjuni (S. VII)

 

Ombudsman Ewropew (S. VIII)

 

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (S. IX)

 

Totali Ġenerali

113 953,3

b)

kontrolli bbażati fuq kampjuni statistiċi rappreżentattivi ta' tranżazzjonijiet ta’ bażi relatati mad-dħul u n-nefqa, li jinżlu sal-livell tal-benefiċjarju finali, bil-għan li jipprovdu evidenza diretta dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti.

b)

Taħt il-leġiżlazzjoni applikabbli (46), il-Kummissjoni tħaddem ċiklu ta’ kontroll fir-rigward ta’ nefqa ffinanzjata mill-Komunità li jitwettaq fuq perjodu ta’ snin. Pereżempju, hi tapplika proċeduri ta’ rilaxx tal-kontijiet fl-agrikoltura, mekkaniżmi ta’ korrezzjoni finanzjarja f’miżuri strutturali, u rkupri ta’ politiki interni u azzjonijiet esterni. L-iżbalji li jiġu identifikati waqt il-kors ta’ proġett multiannwali u l-ħlasijiet mhux dovuti assoċjati jistgħu jiġu rkuprati sena aktar tard minn dak li jkun qed jiġi eżaminat, bħal pereżempju permezz tat-tnaqqis tal-ħlas finali biex jittieħed inkunsiderazzjoni n-nuqqas li jkun instab.

L-applikazzjoni ta’ dawn il-proċeduri mill-Istati Membri u l-Kummissjoni, u l-miżuri l-oħra ta’ kontroll li ttieħdu jipprovdu, bil-limitazzjonijiet deskritti fir-rapporti ta’ attività annwali tal-2007, serħan il-moħħ raġonevoli li r-riżorsi assenjati lill-attivitajiet tal-Kummissjoni ntużaw skont kif ippjanat u b'konformità mal-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja f'saħħitha. Il-proċeduri ta’ kontroll li qed jintużaw jagħtu l-garanziji meħtieġa dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti.

Għaldaqstant il-Kummissjoni tassumi r-responsabbiltà finali għall-implimentazzjoni tal-baġit kif stabbilit permezz tal-Artikolu 274 tat-Trattat tal-KE.

Il-Kummissjoni tilqa’ b’mod pożittiv l-enfasi miżjuda tal-Qorti fuq il-miżuri eżaminattivi li ttieħdu biex jinstabu u jiġu kkoreġuti l-iżbalji, prinċipalment permezz ta’ korrezzjonijiet finanzjarji, rilaxx u rkupri. Il-Kummissjoni għamlet sforzi kbar biex ittejjeb il-kwalità tad-data fuq l-irkupri pprovduti mill-Istati Membri u attwalment tinsab għaddejja b'ħidma ta' vverifikar tal-kompletezza u l-preċiżjoni ta’ din id-data.

Kien hemm progress fir-rigward tal-produzzjoni ta’ provi affidabbli tal-operazzjoni tal-mekkaniżmi korrettivi multiannwali. Fin-noti marbuta mal-kontijiet annwali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2007, il-Kummissjoni inkludiet kapitolu ġdid dwar l-irkupru ta’ ħlasijiet mhux dovuti. L-għan ta’ dan il-Kapitolu hu li tingħata ħarsa ġenerali lejn il-proċedura fis-seħħ għall-irkupru ta’ ħlasijiet mhux dovuti u li tiġi ppreżentata l-aħjar stima tal-ammont totali rkuprat.

Taħt il-mudell ta' assigurazzjoni jingħata ġudizzju fuq il-livell ta' kunfidenza li jista' jiġi dedott mill-operat tas-sistemi ta' sorveljanza u kontroll kif ukoll minn ittestjar dirett ta' tranżazzjonijiet sabiex jintlaħaq il-livell għoli ta' assigurazzjoni meqjus bħala neċessarju fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi biex tingħata konklużjoni b’saħħitha.

 

1.34.

L-għejun prinċipali deskritti hawn fuq jistgħu jiġu kkomplementati b'żewġ għejun oħra:

a)

analiżi tar-Rapport ta' Attività Annwali u d-dikjarazzjonijiet tad-Diretturi-Ġenerali tal-Kummissjoni u s-sinteżi tagħhom dwar jekk il-Kummissjoni kisbitx assigurazzjoni raġonevoli li s-sistemi fis-seħħ jiżguraw il-legalità/regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi;

b)

eżami tax-xogħol ta' awdituri oħra, definiti bħala dawk li huma indipendenti mill-proċess tat-tmexxija u kontroll tal-Komunità (eż. l-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika fl-Istati Membri jew f'Pajjiżi Terzi) (47).

 

Klassifikazzjoni u trattament ta’ l-iżbalji

1.35.

L-iżbalji jistgħu jirrelataw ma’ “kundizzjoni għall-pagament” jew ma’ “kwistjoni ta' osservanza oħra”. B'mod ġenerali, isir ksur tal-kundizzjonijiet għall-pagament meta r-rekwiżiti legali ta' l-iskema ta' għajnuna jew kuntratt rispettivi mhumiex issodisfati. Mill-banda l-oħra, kwistjonijiet ta’ osservanza oħra huma kundizzjonijiet speċifiċi li għandhom ikunu ssodisfati, li jirriżultaw minn objettivi tal-politika relatata (protezzjoni ta’ l-ambjent, prattiċi agrikoli tajbin, eċċ.) jew rekwiżiti tas-sistemi (għadd minimu ta’ kontrolli, strutturi u proċeduri preskritti, eċċ.).

 

1.36.

Il-Qorti tikklassifika l-iżbalji bħala jew “kwantifikabbli” jew “mhux kwantifikabbli”. L-ewwel kategorija tirreferi għal żbalji, li għandhom impatt finanzjarju dirett u miżurabbli fuq l-ammont ta’ tranżazzjonijiet ta’ bażi ffinanzjati mill-baġit ta’ l-UE (48).

 

1.37.

Jittieħed kont ta’ l-iżbalji kwantifikabbli biss waqt li jkun qiegħed jiġi stmat l-impatt finanzjarju ta’ l-iżbalji għall-popolazzjoni sħiħa. F’dan ir-rapport il-frekwenza ta’ l-iżbalji tirreferi għal żbalji kwantifikabbli u dawk mhux kwantifikabbli (49).

 

Ħarsa ġenerali lejn ir-riżultati tal-verifika ta’ l-2007

1.38.

Fil-qasam ta' Dħul, Affarijiet ekonomiċi u finanzjarji u Nefqa amministrattiva u nefqa oħra, fejn is-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll, fit-totalità tagħhom, huma applikati sew u b’mod korrett (ara l-paragrafi 4.40 sa 4.41, 10.32 sa 10.33 u 11.25), il-Qorti tistma li l-iżbalji għandhom impatt finanzjarju ta’ anqas minn 2 % tat-total ta’ l-ammonti (ara t- Tabella 1.3 ). Barra dan, l-evalwazzjoni tal-Qorti tad-dikjarazzjonijiet mid-Diretturi-Ġenerali u mill-uffiċjali li jawtorizzaw b'delega kkonfermaw li, l-ebda riżerva, jew inkella riżervi minuri biss kellhom jiġu ppreżentati (ara l-paragrafi 2.6, 2.7 u 2.9 u t- Tabella 2.1 ).

1.38.

Il-konklużjonijiet tar-rapport ta’ sinteżi tal-2007 jgħidu li s-sistemi ta' kontroll intern fis-seħħ, bil-limiti deskritti fir-rapporti ta’ attività annwali tal-2007, jipprovdu serħan il-moħħ raġonevoli li r-riżorsi assenjati għall-attivitajiet tagħha ntużaw skont kif ippjanat u b’konformità mal-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja soda.

Madankollu, hija tirrikonoxxi li huma meħtieġa iktar sforzi biex jiġu riżolti numru ta' nuqqasijiet, partikolarment dawk enfasizzati fir-riżervi tal-uffiċjali ta' awtorizzazzjoni b'delega u dawk li jappartjenu għall-oqsma tal-baġit li ma kinux ikkunsidrati bħala sodisfaċenti mill-Qorti tal-Awdituri.

Tabella 1.3 — Sommarju tar-riżultati tad-DAS ta' l-2007 dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi

Evalwazzjonijiet speċifiċi tar-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2007

Paragrafi fir-Rapport Annwali

Ħidma tas-sistemi ta' sorveljanza u kontroll

Firxa ta' żball

Dħul (50)

4.40-4.41

 

 

Agrikoltura u Riżorsi Naturali

5.50-5.55

 (51)

 (52)

Koeżjoni

6.32

 

 

Riċerka, enerġija u trasport

7.40-7.41

 

 

Għajnuna esterna, żvilupp u tkabbir

8.31-8.32

 

 

Edukazzjoni u ċittadinanza

9.24

 

 

Affarijiet ekonomiċi u finanzjarji

10.32-10.33

 

 

Nefqa amministrattiva u nefqa oħra

11.25

 

 

It-tabella ta' hawn fuq tagħti sommarju ta' l-evalwazzjoni ġenerali tas-sistemi ta' sorveljanza u kontroll, kif imniżżla fil-kapitoli relevanti, u tagħti r-riżultati wiesgħa ta' l-ittestjar sostantiv tal-Qorti. It-tabella turi biċ-ċar l-elementi prinċipali iżda ma tistax tippreżenta d-dettall relevanti kollu (b'mod partikolari dwar nuqqasijiet fis-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll u tipi ta’ żball) u għalhekk jeħtieġ li wieħed jirreferi għall-qofol tar-rapport, fi ħdan il-kuntest tal-metodoloġija ta’ bażi ta' l-approċċ tal-verifika tal-Qorti (ara l-paragrafi 1.33 sa 1.37).


Kodiċi:

Ħidma tas-sistemi ta' sorveljanza u kontroll

 

Effettiva

 

Parzjalment effettiva (53)

 

Mhux effettiva

Firxa ta' żball (54)

 

Anqas minn 2 % (taħt il-limitu ta' materjalità)

 

Bejn 2 % u 5 %

 

Aktar minn 5 %

1.39.

Fil-qasam ta’ l-Agrikoltura u riżorsi naturali, Koeżjoni, Riċerka, enerġija u trasport, Għajnuna esterna, żvilupp u tkabbir u Edukazzjoni u ċittadinanza, fejn is-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll huma biss parzjalment effettivi (ara l-paragrafi 5.50 sa 5.55, 6.32, 7.40 sa 7.41, 8.31 sa 8.32 u 9.25), il-Qorti tistma li għal dawn l-oqsma l-iżbalji għandhom impatt finanzjarju ta’ aktar minn 2 % tan-nefqa totali (55) (ara t- Tabella 1.3 ). Barra minn hekk, l-evalwazzjoni tal-Qorti tad-dikjarazzjonijiet mid-Diretturi-Ġenerali u mill-uffiċjali li jawtorizzaw permezz ta’ delega kkonfermaw li riżervi kbar kienu ppreżentati jew, fil-fehma tal-Qorti, kien imisshom ġew ippreżentati għall-oqsma in kwistjoni (ara l-paragrafi 2.6 sa 2.11 u t- Tabella 2.1 ).

1.39.

Il-Kummissjoni taħdem sabiex tiżgura li s-sistemi ta' superviżjoni u kontroll ikunu effettivi fl-identifikazzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbalji, b'konsiderazzjoni dovuta lejn l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-verifiki li jridu jsiru fuq il-post. Il-pjan ta’ azzjoni tagħha lejn qafas integrat intern ta' kontroll b’mod ġenerali gie implimentat u qed jidher titjib bil-mod il-mod. L-impatt sħiħ tiegħu huwa għat-tul.

F’dak li jirrigwarda l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali, il-Kummissjoni tisħaq fuq dak li sabet il-Qorti li r-rata tal-iżbalji b’mod ġenerali li hi mistennija l-aktar mhix daqshekk differenti minn dik tas-sena l-oħra, kif ġie rrapurtat fid-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tagħha tal-2006. Statistika ta' kontroll irċevuta mill-Istati Membri tindika wkoll li r-rata tal-iżbalji misjuba fil-livell tal-benefiċjarji finali taħt l-EAGF, li tammonta għal madwar 85 % tan-nefqa kollha fuq l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali hija taħt il-limitu tal-materjalità. Dan jikkonferma mill-ġdid għall-2007 ir-riżultati pożittivi mill-2006 rrikonoxxuti mill-Qorti fir-rapport Annwali għall-2006 (56). Ir-rapport ta’ attività annwali tal-2007 tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali jipprovdi aktar dettalji.

Is-Sistema Integrata ta’ Kontroll Amministrattiv (IACS) li tkopri l-biċċa l-kbira tan-nefqa agrikola hija effettiva fil-limitazzjoni tar-riskju tal-infiq irregolari, fejn hija introdotta data preċiża u affidabbli u s-sistema hija implimentata kif imiss.

In-nefqa fuq l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali tal-2007 li probabbli tiġi eskluża mill-finanzjament tal-Komunità b'deċiżjonijiet futuri ta' konformità, tammonta għal somma stmata ta' EUR 439 miljun, flimkien ma' EUR 152 miljun ta' rkupri mill-benefiċjarji (57).

Fil-qasam tal-koeżjoni, il-Kummissjoni qed timplimenta Pjan ta’ Azzjoni (COM(2008) 97 finali) biex issaħħaħ is-superviżjoni tagħha tas-sistemi tal-Istati Membri sabiex tnaqqas l-iżbalji.

L-istrateġija ta’ kontroll tal-qasam tar-Riċerka, l-enerġija u t-trasport għandha l-għan li tidentifika u tikkoreġi l-iżbalji. Meta tkun implimentata bis-sħiħ fuq perjodu ta’ erba’ snin, din għandha tiżgura li r-rata residwali tal-iżbalji (żbalji li jibqgħu mhux ikkoreġuti) hija taħt il-limitu tal-materjalità, kif deskritt fid-dettall fir-Rapporti ta’ Attività Annwali tad-Direttorati Ġenerali tar-Riċerka.

L-iżbalji fl-għajnuna Esterna, l-iżvilupp u t-tkabbir fil-biċċa l-kbira għandhom x'jaqsmu man-nefqa li ssir mill-organizzazzjonijiet li jimplimentaw il-proġetti fuq ħlasijiet bil-quddiem magħmula mill-Kummissjoni. Verifiki finanzjarji mandatorji maħsuba skont is-sistema ta’ kontroll tal-Kummissjoni qabel il-ħlas finali għandhom jippermettu lill-Kummissjoni biex tintebaħ bi żbalji bħal dawn u tikkoreġihom.

L-iżbalji li għandhom x’jaqsmu mad-Direttorat Ġenerali għall-Edukazzjoni u l-Kultura (DG EAC) huma relatati mal-ħlasijiet finali ta’ azzjonijiet taħt il-qafas legali preċedenti. It-tfassil tal-programmi l-ġodda għall-perjodu 2007-2013 ħa kont tar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri fis-snin ta' qabel sabiex jiġu ssimplifikati r-regoli u jsir użu wiesa' mill-finanzjament b'somom f'daqqa. Dan għandu jnaqqas ir-rata tal-iżbalji fil-futur.

Aktar minn hekk, ir-riżultati tal-kontrolli ex-post imwettqa mid-DĠ EAC, kif ippreżentati fir-rapport ta’ attività annwali tal-2007, ma jidentifikawx livell materjali ta' żbalji.

Ara wkoll it-tweġibiet għal paragrafi 2.8, 2.11, 5.50 sa 5.55, 6.32, 7.41-7.42, 8.31 sa 8.33 u 9.25.

1.40.

Meta mqabbla mas-snin ta’ qabel il-bidliet segwenti kienu nnutati: tnaqqis fl-istima kampjun tal-livell ta' żball kien identifikat għall-oqsma tal-politika li kienu koperti qabel taħt Politika interna (58) u Azzjonijiet esterni (59) (ara t-Tabella 1.3 ). Il-valur tan-nefqa agrikola kopert mill-IACS żdied b’mod sinifikanti permezz ta’ l-inklużjoni ta’ xi oqsma ta’ nfiq ta’ riskju ogħla, inkluż iż-żejt taż-żebbuġa. Madankollu, il-Qorti tikkonkludi li l-IACS tkompli tkun effettiva fil-limitazzjoni tar-riskju ta’ nefqa irregolari meta tkun implimentata sew u jekk tiddaħħal data preċiża u affidabbli dwar il-pagamenti SPS ibbażati fuq intitolamenti allokati. L-introduzzjoni ta’ skemi ta’ sostenn fl-SPS, bħal dawk relatati maż-żejt taż-żebbuġa, hija żvilupp pożittiv għalkemm fuq terminu ta’ żmien qasir għandha mnejn twassal għal frekwenza ta’ żball ogħla (ara l-paragrafu 5.52).

1.40.

Il-Kummissjoni tiġbed ukoll l-attenzjoni li għall-qasam tal-koeżjoni, kien hemm żieda fil-proporzjon ta’ proġetti li fihom ma nstabux żbalji, u l-valutazzjoni ġenerali tal-Qorti tas-sistemi ta' superviżjoni u kontroll sab li tjiebu minn “mhux effettivi” għal “parzjalment effettivi”.

F’dak li jirrigwardja lil IACS, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-introduzzjoni tal-SPS tal-iskemi ta’ appoġġ li fl-imgħoddi kellhom livell akbar ta’ riskju, bħas-settur taż-żejt taż-żebbuġa, naqqsu r-riskju ta’ nfiq skorrett billi kkanċellaw is-sistema l-qadima tal-għajnuna tal-produzzjoni.

1.41.

Il-Qorti tisħaq li l-verifiki tagħha fl-oqsma ta’ “Agrikoltura u riżorsi naturali”, “Koeżjoni”, “Riċerka, enerġija u trasport” kif ukoll “Edukazzjoni u ċittadinanza” juru li kriterji ta’ eliġibbiltà kkumplikati jew mhux ċari jew inkella rekwiżiti legali kumplessi għandhom impatt konsiderevoli fuq il-legalità u/jew ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi (60).

1.41.

Is-simplifikazzjoni hija element ewlieni fil-programm tal-Kummissjoni ta’ regolamentazzjoni aħjar. L-Istati Membri huma mitluba wkoll biex jissimplifikaw il-kriterji tal-eliġibbiltà fil-programmi nazzjonali tagħhom. Madankollu, ċertu livell ta’ kumplessità huwa inevitabbli u jrid jittieħed inkunsiderazzjoni fid-diskussjonijiet futuri dwar livell tollerabbli ta’ riskju.

Evalwazzjoni tal-progress li sar lejn qafas ta’ kontroll intern Komunitarju effettiv

Introduzzjoni

1.42.

Il-paragrafu 1.39 u t- Tabella 1.3 juru li l-biċċa l-kbira ta’ l-infiq skond il-valur għandu sorveljanza u kontroll ineffettiv parzjalment jew għal kollox, u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi għad fihom livell ta' żball materjali. Madankollu, ir-rapporti annwali ta’ l-2007 u ta’ qabel jidentifikaw li:

a)

L-arranġamenti ta’ kontroll intern tal-Kummissjoni qegħdin ikomplu jitjiebu (jiġifieri, rapporti ta’ attività annwali — ara l-paragrafi 2.8, 2.10 sa 2.12 u 2.37) jew jibqgħu f'livell għoli (jiġifieri konformità ma’ standards ta' kontroll intern — ara l-paragrafi 2.25 u 2.39);

b)

Il-Kummissjoni għamlet progress fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni tagħha għal qafas ta’ kontroll intern integrat (ara l-paragrafi 2.29 sa 2.36 u 2.39);

c)

Il-ġestjoni mill-Kummissjoni tal-baġit tjiebet matul l-aħħar ftit snin (ara l-paragrafi 3.4, 3.6, 3.11, 3.15 u 3.30 sa 3.32).

Dawn l-osservazzjonijiet li jidhru kontradittorji huma analizzati fil-paragrafi li ġejjin.

1.42.

Il-valutazzjoni tal-Qorti għandha x’taqsam mal-effettività tas-superviżjoni u l-kontroll fil-prevenzjoni tal-iżbalji. Il-qafas ta' kontroll intern tal-Komunità jinkludi dawk il-kontrolli meħtieġa biex jidentifikaw u jikkoreġu l-iżbalji, kif ukoll dawk imfassla biex jipprevjenu l-iżbalji milli jsiru. Il-Kummissjoni se tivvaluta l-impatt ta’ dan il-qafas fuq l-effettività tas-sistemi kollha flimkien.

Pereżempju, l-istrateġija ta’ kontroll tal-qasam tar-Riċerka, l-enerġija u t-trasport, kif deskritta fid-dettall fir-Rapporti ta’ Attività Annwali tad-Direttorat Ġenerali tar-Riċerka, għandha l-għan li tidentifika u tikkoreġi l-iżbalji sabiex, meta tkun implimentata bis-sħiħ fuq perjodu ta' erba' snin, tiżgura li r-rata tal-iżbalji li jifdal tkun taħt il-limitu tal-materjalità.

Il-livell tar-riskju li jifdal (żbalji li jibqgħu mhux ikkoreġuti) li jista’ jiġi aċċettat se jkun eżaminat lejn l-aħħar tal-2008 f’Komunikazzjoni mill-Kummissjoni.

Qafas għal sorveljanza u kontroll (61)

1.43.

Il-baġit jinvolvi pagamenti magħmula lil miljuni ta’ benefiċjarji finali individwali. Il-pagamenti huma bbażati fuq l-osservanza mill-benefiċjarji finali ta’ kundizzjonijiet legali jew regolatorji (per eżempju, il-benefiċjarju jew l-ispejjeż jissodisfaw regoli ta' eliġibbiltà li kultant ikunu kkumplikati), kif ukoll il-preċiżjoni u l-eżistenza ta' l-attivitajiet ta' bażi u/jew l-ispejjeż. Xi wħud minn dawn il-kundizzjonijiet tal-pagament huma ddeterminati mir-regoli Komunitarji, inklużi r-regoli ta’ l-applikazzjoni ġenerali bħad-direttivi ta’ l-akkwist pubbliku, filwaqt li oħrajn huma deċiżi mill-Istati Membri. Il-benefiċjarji finali jitħallsu jew b’mod dirett (bħal fil-każ tal-ġestjoni diretta) jew permezz tar-rimborż ta’ talbiet ta’ nfiq eliġibbli minn awtoritajiet ta’ l-Istati Membri (b’mod notevoli fil-każ tal-ġestjoni maqsuma).

 

1.44.

Il-pagamenti huma legali u regolari meta dawn il-kundizzjonijiet huma ssodisfati, u meta l-benefiċjarji tajba jirċievu l-ammonti tajba fil-ħin tajjeb. Dan jeħtieġ sorveljanza u kontroll adegwati. L-assigurazzjoni li l-baġit jintefaq tajjeb — li n-nefqa hija legali u regolari kif ukoll li jingħata valur għall-flus — hija r-responsabbiltà tal-Kummissjoni. Għal madwar 80 % ta’ l-infiq — koeżjoni u agrikoltura — il-kompitu ta’ l-implimentazzjoni huwa maqsum ma’ l-Istati Membri, li fil-prattika jfisser li għandhom obbligi speċifiċi biex jagħżlu proġetti għall-finanzjament, jagħmlu pagamenti u jħaddmu sistemi ta’ kontroll, li jġestu r-riskji b’mod effettiv u li jirrappurtaw fuq ir-riżultat.

 

1.45.

Huma ħafna l-fatturi li jaffettwaw jekk l-iżbalji jseħħux jew le, jew li ma jkunux evitati jew misjuba u kkorreġuti mis-sistemi ta’ kontroll. Dawn jinkludu: il-kumplessità tar-regoli u obbligi ta’ eliġibbiltà li l-benefiċjarji għandhom isegwu, u kemm huma familjari magħhom; il-mod kif it-talbiet isiru u jkunu pproċessati; l-għadd u l-limitu ta’ kontrolli magħmula; kemm hemm sanzjonijiet imposti fuq benefiċjarji li jitolbu iżjed milli suppost meta jinstabu l-iżbalji; u l-viżibbiltà — u l-effett ta’ deterrent assoċjat — tal-proċeduri ta’ kontroll. Għalhekk, regoli u regolamenti mfassla sew u li huma ċari biex ikunu interpretati u sempliċi biex jiġu applikati, inaqqsu r-riskju ta’ l-iżbalji.

 

1.46.

Ikun li jkun l-approċċ tal-ġestjoni involut, l-arranġamenti ta’ sorveljanza u kontroll jikkorrispondu għal qafas li fih tliet livelli wiesgħa ta' ħidma:

a)

kontrolli ta’ livell primarju, li jiċċekkjaw jekk il-benefiċjarji jikkonformawx ma’ l-obbligi regolatorji tagħhom;

b)

kontrolli ta’ livell sekondarju, li jiċċekkjaw l-effettività ta’ kontrolli ta’ livell primarju; u

c)

sorveljanza ġenerali mill-Kummissjoni, biex ikun żgurat li l-Istati Membri u/jew id-Direttorati-Ġenerali tal-Kummissjoni jissodisfaw l-obbligi u r-responsabbiltajiet tagħhom fir-rigward tal-ġestjoni tagħhom tal-baġit (62).

 

Il-mod kif jaħdmu l-livelli differenti ta’ kontroll

1.47.

In-natura ta’ l-infiq ta’ l-UE tfisser li r-riskju prinċipali ta’ żball jinsab fil-livell tal-benefiċjarju finali li, apposta, b’mod negliġenti jew bi żvista, jagħmel talbiet għar-rimborż ta’ nefqa li hija ineliġibbli għaliex ma tissodisfax il-kundizzjonijiet regolatorji, jew mhix dokumentata tajjeb jew inkella ġiet kkalkulata ħażin. Dan huwa indikat mis-sejbiet tal-verifika preċedenti tal-Qorti, kif ukoll dawk f'dan ir-rapport annwali (ara l-paragrafi 5.12 sa 5.16, 6.22 sa 6.27, 7.14 sa 7.22, 8.9, 9.8 sa 9.11 u 10.16 sa 10.19). Mhux biss huwa l-każ li r-riskju prinċipali jinsab f’dan il-livell, iżda wkoll l-iżbalji ta’ sikwit jistgħu jinstabu biss fuq il-post, u b’hekk id-desk checks huma effettivi b'mod parzjali biss. Dan — flimkien mal-fatt li ħafna miljuni ta’ pagamenti jsiru kull sena — ifisser li l-kontrolli fil-livell primarju huma għaljin biex isiru, u l-ispiża ġenerali hija funzjoni diretta tal-kopertura.

1.47.

Il-Kummissjoni taqbel li l-kontrolli tad-dokumenti dwar talbiet jistgħu jkunu biss parzjalment effettivi fil-prevenzjoni tal-iżbalji. Għalhekk il-qafas tal-kontroll intern tal-Kummissjoni jżid is-serħan il-moħħ fuq il-legalità u r-regolarità tan-nefqa fuq bażi multi-annwalli permezz ta’ numru akbar ta' verifiki fuq il-post.

Ara wkoll it-tweġibiet għal paragrafi 5.12 sa 5.16, 6.23 to 6.27, 7.15 sa 7.22, 8.9, 9.8 sa 9.10 u 10.16.

1.48.

Il-kontrolli magħmula fuq il-post f’dan il-livell ta’ sikwit jirrappreżentaw proporzjon żgħir biss (normalment 5 sa 10 % kull sena, skond il-qasam) tat-talbiet individwali. Il-Qorti ssib nuqqasijiet dwar il-kontrolli fl-agrikoltura (ara l-paragrafi 5.27, 5.28, 5.30 sa 5.32, u 5.34 sa 5.36) u l-politika tal-Koeżjoni (ara l-paragrafu 6.29), li jikkorrispondu għal nuqqasijiet fi ħdan l-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri. Każijiet ta’ kontrolli primarji ta’ kwalità fqira kienu identifikati wkoll għall-ġestjoni diretta, inklużi kontrolli fil-livell tal-Kummissjoni dwar rimborżi lill-benefiċjarji tar-riċerka li jonqsu milli jaħdmu b'mod sodisfaċenti (il-paragrafi 7.29 u 7.30) u verifiki ta' kwalità fqira mwettqa minn awdituri indipendenti fuq talbiet individwali (ara l-paragrafi 7.32 sa 7.33, u 10.29 sa 10.30).

1.48.

Filwaqt li hu minnu li l-kontrolli fuq il-post qajla jsiru għall-benefiċjarji kollha tal-iskema, il-kontrolli amministrattivi regolatorji jsiru dejjem fir-rigward tat-talbiet individwali kollha. Dan għaliex il-kontrolli fuq il-post huma għaljin ħafna.

Il-frekwenza rrakkomandata tal-kontrolli primarji fuq il-post fin-nefqa tal-azzjonijiet strutturali hija ħafna aktar għolja milli tissuġġerixxi l-Qorti kif indikat fin-nota ta' gwida fuq il-prattika t-tajba għall-verifiki ta' ġestjoni għall-perjodu 2000-2006.

Il-kummenti tal-Qorti prinċipalment għandhom x’jaqsmu mal-iżbalji li jistgħu jiġu identifikati biss permezz ta’ kontrolli fuq il-post, li huma għaljin wisq biex isiru qabel titħallas kull talba. Il-benefiċjarji jistgħu jintalbu biex jibagħtu ċertifikat stabbilit minn awditur indipendenti mat-talba finali tagħhom.

Fil-qasam tar-Riċerka, l-Eenerġija u t-trasport, is-sistemi ta' kontroll issaħħew b'mod notevoli bl-introduzzjoni taċ-ċertifikati ta’ verifika sa mis-sitt Programm ta’ Qafas.

Il-Kummissjoni taqbel li l-affidabbiltà taċ-ċertifikazzjoni tal-verifika tas-Sitt Programm ta' Qafas (FP6) mhix għal kollox sodisfaċenti, meta jitqies il-livell ta' żbalji li baqa' jiġi nnutat fil-verifiki. Madankollu, il-livell ta' żbalji ġenerali fl-FP6 huwa iktar baxx mill-iżbalji nnutati fit-talbiet għall-ispejjeż mhux ċertifikati relatati mal-Ħames Programm ta' Qafas (FP5). Dan jindika li ċ-ċertifikati tal-verifika jikkontribwixxu għat-titjib tal-eżattezza tat-talbiet għall-ispejjeż.

Għas-Seba' Programm ta' Qafas (FP7), il-Kummissjoni tejbet iktar l-affidabbiltà taċ-ċertifikati ta' verifika permezz ta' “proċeduri miftiehma”, li jistabbilixxu fid-dettall ix-xogħol ta' verifika li għandu jsir mill-awdituri li joħorġu ċ-ċertifikati u jinkoraġġixxu ċertifikazzjoni mhux mandatorja tal-metodoloġija tal-ispejjeż.

1.49.

In-natura tal-kontrolli fil-livell primarju tfisser li l-prestazzjoni fqira f’dan il-livell ma tistax tkun ikkumpensata b’mod dirett b’kontrolli fil-livell sekondarju. L-effettività ta’ dawn ta’ l-aħħar hija għalhekk iddeterminata mill-kapaċità tagħhom li jippromwovu arranġamenti ta’ kontroll adegwati fil-livell primarju, aktar mill-kapaċità tagħhom li jsibu u jikkorreġu żbalji individwali. Ix-xogħol tal-verifika tal-Qorti fuq is-sena finanzjarja 2007 reġa’ sab illi l-kontrolli sekondarji mill-Istati Membri u l-kontrolli ta’ sorveljanza mill-Kummissjoni (63) mhumiex qegħdin jiksbu l-livell mixtieq ta' effettività. Per eżempju, il-Qorti sabet nuqqasijiet:

1.49.

Is-superviżjoni tal-Kummissjoni hija mmirata biex ittejjeb is-sistemi tal-ġestjoni u l-kontroll sabiex jipprevjenu jew jidentifikaw u jikkoreġu l-iżbalji, bħal ma tirrakkomanda l-Qorti, u wkoll biex tiżgura li jittieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa. Mhijiex hi nnifisha mmirata għall-identifikazzjoni ta’ żbalji individwali.

a)

fl-approvazzjoni tal-konformità mill-Kummissjoni fl-agrikoltura (ara l-paragrafi 5.47 u 5.48);

a)

Il-konklużjonijiet tal-Qorti li hemm referenza għalihom fil-paragrafi 5.47 u 5.48 huma inerenti fil-mekkaniżmu tal-konformità tal-approvazzjoni fl-agrikoltura u, għalhekk, ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala nuqqasijiet ta' dak il-mekkaniżmu. Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-mekkaniżmu qed jaħdem sew u jilħaq kompletament l-għanijiet li għalhom tfassal, li jinkludu l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Kummissjoni infiq li ma jkunx sar b’konformità mar-regoli tal-Komunità.

Aktar minn hekk, fejn ikunu identifikati, ħlasijiet mhux dovuti lill-benefiċjarji b'riżultat tal-approvazzjoni tal-konformità, l-Istati Membri huma meħtieġa li jsegwuhom b'azzjonijiet ta' rkupru kontra dawn il-benefiċjarji. Madankollu, anke fejn irkupri mill-benefiċjarji ma jkunux meħtieġa minħabba li l-korrezzjoni finanzjarja tirrigwarda biss nuqqasijiet fis-sistema tal-ġestjoni u l-kontroll tal-Istati Membri u mhux ħlasijiet mhux dovuti, dawn il-korrezzjonijiet huma mezz importanti sabiex jittejbu s-sistemi tal-Istati Membri u b'hekk sabiex jiġiu evitati jew identifikati u rkuprati ħlasijiet irregolari lil benefiċjarji.

Ara wkoll it-tweġibiet għal paragrafi 5.47 u 5.48.

b)

fil-verifiki fl-infiq tal-Koeżjoni (ara l-paragrafi 6.30 u 6.31);

b)

Il-Kummissjoni tikkonsidra li fil-biċċa l-kbira tal-każi l-verifiki eżaminati mill-Qorti fil-qasam tal-Politika ta' Koeżjoni wasslu għal miżuri ta’ korrezzjoni effettivi u riżultati operazzjonali utli. Barra minn hekk ir-Rapporti ta’ Attività Annwali tad-Direttorati Ġenerali kompetenti stabbilixxew fid-dettall ir-riżultati tal-attività tal-verifika, b’mod partikolari l-azzjonijiet ta’ rimedju, sospensjonijiet u korrezzjonijiet finanzjarji.

Ara wkoll it-tweġibiet għal paragrafi 6.30 u 6.31.

c)

fil-verifiki finanzjarji ex-post fir-riċerka, enerġija u trasport (ara l-paragrafu 7.34); u

c)

Id-DGs tar-Riċerka żiedu b'mod sinifikanti l-isforzi ta' verifika tagħhom fl-2007 u laħqu l-miri annwali tagħhom.

L-attenzjoni issa ddur lejn il-korrezzjoni tal-iżbalji identifikati. Id-Direttorati Ġenerali tar-Riċerka qed iħabirku attivament biex itejbu l-istrumenti ta' sorveljar u qed joħorġu linji gwida amministrattivi u finanzjarji iktar preċiżi. Dawn huma mistennija li jtejbu l-effiċjenza u l-kompletezza tal-proċess ta' rkupru (inkluża l-estrapolazzjoni u s-segwitu għas-sejbiet tal-Qorti).

d)

fid-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni ex-ante fir-rigward tal-kwalità tal-ġestjoni u żjarat ta' monitoraġġ relatati (ara l-paragrafi 9.16, 9.17 u 9.20).

d)

Id-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja, Libertà u Sigurtà (DG JLS) tejjeb il-gwida tiegħu u stabbilixxa pjan ta' azzjoni biex jiffinalizza ż-żjarat tiegħu ta' sorveljar Ara tweġibiet għal paragrafi 9.16, 9.17 u 9.20.

1.50.

Kontrolli primarji u sekondarji dgħajfa ma jistgħux ikunu kkumpensati bis-sorveljanza tal-Kummissjoni. L-għan ta’ din is-sorveljanza huwa li jkun żgurat li hemm arranġamenti ta’ kontroll adegwati fil-livelli primarji u sekondarji fis-seħħ, u li qegħdin jitħaddmu b’mod effettiv. Għandhom ikunu identifikati nuqqasijiet fil-livelli aktar baxxi (per eżempju fir-rapporti ta’ attività annwali tad-Direttorati-Ġenerali), u għandhom jittieħdu miżuri biex jirrimedjaw is-sitwazzjoni (ara l-paragrafu 2.40). Is-sorveljanza sseħħ f’livelli differenti fi ħdan il-Kummissjoni, kemm fid-Direttorati-Ġenerali involuti fin-nefqa tal-ġestjoni maqsuma, u fl-ogħla livell tal-Kummissjoni fir-rigward ta’ Direttorati-Ġenerali individwali.

1.50.

Fl-agrikoltura, nuqqasijiet fis-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll fl-Istati Membri huma identifikati permess ta’ proċeduri ta’ approvazzjoni b’konformità u jistgħu jwasslu għal korrezzjonijiet finanzjarji imposti fuq Stati Membri. Dawn il-korrezzjonijiet huma mezz importanti biex jitjiebu s-sistemi tal-Istati Membri u biex b’hekk jipprevjenu jew jidentifikaw ħlasijiet irregolari lil benefiċjarji.

Fis-seettur tal-koeżjoni, il-Kummissjoni qed timxi fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti. Qed tikkonċentra x-xogħol tagħha tal-verifika biex ittejjeb l-effettività tal-kontrolli primarji u fl-istess ħin qed tinvesti f’attivitajiet preventivi bħal gwida għal prattiki tajbin u taħriġ tal-awtoritajiet nazzjonali. Hi tieħu wkoll azzjonijiet biex tnaqqas ir-riskju ta' sistemi defiċjenti permezz tal-applikazzjoni ta' korrezzjonijiet finanzjarji. Il-Kummissjoni tidentifika sistemi b’defiċjenzi sinjifikanti, u tippreżenta azzjonijiet korrettivi li qed jittieħdu biex dawn jiġu rimedjati, fir-Rapporti ta’ Attività Annwali tad-Direttorati Ġenerali kkonċernati.

Ara wkoll it-tweġiba għall-paragrafu 2.40.

1.51.

Dan il-proċess huma mxekkel minn fatturi marbuta b’mod dirett ma’ l-għadd ta' benefiċjarji, il-kumplessità tar-regoli, id-diffikultà fl-iċċekkjar tal-konformità u l-effett dissważiv ta' korrezzjonijiet u sanzjonijiet finanzjarji.

1.51.

Dawn huma riskji inerenti ta’ ċerti oqsma ta’ politika li jridu jittieħdu f’kunsiderazzjoni biex tiġi ddeterminata l-istrateġija ta’ kontroll, b’mod partikolari fil-kuntest tal-programmi multiannwali.

L-ispiża u l-benefiċċji tal-kontrolli għandhom ikunu bbilanċjati u mtejjba

1.52.

L-Opinjoni tal-Qorti Nru 2/2004 tirrakkomanda li s-sistemi ta’ kontroll li jiggvernaw in-nefqa Komunitarja għandhom jagħmlu bilanċ xieraq bejn l-ispiża tal-kontrolli, u l-benefiċċji li jġibu f’termini tat-tnaqqis tar-riskju ta' l-iżball fi tranżazzjonijiet għal livell raġonevoli (riskju residwali). Dan jeħtieġ li jkun rikonoxxut mill-parteċipanti kollha fil-proċess tal-baġit:

1.52.

Il-Kummissjoni taqbel mar-rakkomandazzjonijiet tal-Opinjoni tal-Qorti Nru 2/2004, u qed timplimentahom fi ħdan il-Pjan ta’ Azzjoni lejn il-Qafas ta’ Kontroll Intern Integrat, kif ippreżentat fir-rapport tagħha ta’ progress (COM(2008)110 finali). Qed tkompli bix-xogħol tagħha fuq l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-kontrolli taħt punt 10 tal-Pjan ta' Azzjoni u se terġa’ tniedi d-dibattitu dwar ir-riskju tollerabbli lejn l-aħħar tal-2008.

a)

mhux il-benefiċjarji finali kollha jistgħu jkunu ċċekkjati fuq il-post, u b’hekk xi riskju ta’ żball residwali dejjem se jkun preżenti. Il-kwistjoni prinċipali hija li dak ir-riskju jkun iffissat għal livell xieraq (tollerabbli), b’kunsiderazzjoni tan-natura tat-tipi differenti ta’ nfiq, il-kumplessità tar-regoli eżistenti u l-effett dissważiv tas-sanzjonijiet disponibbli;

 

b)

l-ispejjeż tal-kontroll huma kwistjoni importanti, kemm għall-baġit ta’ l-UE u kif ukoll għall-Istati Membri jew benefiċjarji; u

b)

Hija partikolarment l-ispiża tal-kontrolli fuq il-post li hija għalja.

c)

il-bilanċ bejn ir-riskju ta’ l-ispejjeż u residwali għal oqsma ta’ nfiq individwali huwa tant importanti illi għandu jkun approvat mil-livell politiku (jiġifieri mill-awtoritajiet tal-baġit/kwittanza) f’isem iċ-ċittadini ta’ l-Unjoni;

 

d)

jekk skema ma tistax tkun implimentata b’mod sodisfaċenti f’livell aċċettabbli ta’ spiża u b’riskju tollerabbli, din għandha tkun ikkunsidrata mill-ġdid.

 

1.53.

It-twaqqif ta’ qafas ta' kontroll intern ibbażat madwar dawn il-prinċipji razzjonali kieku jippermetti li dawn is-sistemi ta' kontroll ikunu definiti f'termini ta' dak li għandhom jiksbu (64) (miri tal-prodott), kif ukoll kriterji maqbula li abbażi tagħhom għandha tkun meqjusa u vverifikata l-prestazzjoni tagħhom.

1.53.

Il-Kummissjoni se teżamina din l-idea. Il-gwida preżenti fil-qasam tal-politika ta' Koeżjoni tinkoraġġixxi approċċ orjentat lejn ir-riżultati għal kontrolli bbażati fuq l-irreġistrar tar-rati ta’ żbalji u kemm jinbidlu maż-żmien, u r-rekwiżit biex jiġu sorveljati u rrapurtati r-rati tal-iżbalji huwa mandatorju fil-leġiżlazzjoni għall-perjodu 2007-2013. Fl-agrikoltura, ir-riżultati tal-kontrolli mitluba taħt l-IACS huma ssorveljati mill-qrib.

1.54.

Il-Qorti tħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tikkonkludi l-analiżi tagħha fuq l-ispiża tal-kontrolli u fuq il-livelli differenti tar-riskju inerenti fl-oqsma ta' l-infiq (65). Approċċ realistiku, trasparenti, razzjonali u effettiv b'relazzjoni ma' l-ispejjeż lejn il-ġestjoni tar-riskji kieku, fil-fehma tal-Qorti, ikun ta’ benefiċċju kemm għall-kontributuri kif ukoll għall-benefiċjarji.

 


(1)  Il-“Kontijiet Annwali tal-Komunitajiet Ewropej” huma preżentati fil-Volum I tal-Kontijiet Annwali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2007.

(2)  Ir-“Rendikonti finanzjarji konsolidati” huma magħmula mill-karta tal-bilanċ, il-kont tar-riżultat ekonomiku (inkluż ir-rappurtar tas-segmenti), it-tabella tal-likwidità, ir-rendikont tat-tibdiliet fl-attivi netti u sommarju ta' politiki tal-kontabilità sinifikanti u noti oħra ta' spjegazzjoni.

(3)  Ir-“Rapporti konsolidati dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” huma magħmulin mir-rapporti konsolidati dwar l-implimentazzjoni tal-baġit u sommarju tal-prinċipji baġitarji u noti oħra ta' spjegazzjoni.

(4)  Fil-livell ta' l-Istituzzjonijiet u korpi Ewropej, il-maniġment jinkludi l-Membri ta' l-Istituzzjonijiet, Diretturi ta' l-Aġenziji, Uffiċjali li jawtorizzaw b'delegazzjoni u b'sotto-delegazzjoni, Uffiċjali tal-Kontijiet u l-persunal prinċipali ta' unitajiet finanzjarji, ta' verifika jew ta' kontroll. Fil-livell ta' Stati Membri u Benefiċjarji, il-maniġment jinkludi Uffiċjali li jawtorizzaw, Uffiċjali tal-Kontijiet u l-persunal prinċipali ta' awtoritajiet ta' pagament, korpi ta' ċertifikazzjoni u aġenziji implimentattivi.

(5)  Ir-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni huma meħuda mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità tas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fin-nuqqas tagħhom, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS)/Standards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord Internazzjonali ta' l-Istandards tal-Kontabilità. Skond ir-Regolament Finanzjarju, ir-“Rendikonti finanzjarji konsolidati” għas-sena finanzjarja 2007 jitħejjew (bħalma kienu sa mis-sena finanzjarja 2005) abbażi ta' dawn ir-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni, li jadattaw il-prinċipji tal-kontabilità bbażati fuq id-dovuti għall-ambjent speċifiku tal-Komunitajiet, filwaqt li r-“Rapporti konsolidati dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” jkomplu jkunu bbażati primarjament fuq il-likwidità.

(6)  Qabel l-adozzjoni tal-kontijiet annwali mill-istituzzjonijiet, l-uffiċjali tal-kontabilità differenti japprovawhom, u b'hekk jiċċertifikaw li għandhom assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet jagħtu stampa vera u ġusta tas-sitwazzjoni finanzjarja ta' l-istituzzjoni (l-Artikolu 61 tar-Regolament Finanzjarju).

(7)  Il-Kontijiet Annwali huma ppreparati mid-diretturi rispettivi u jintbagħtu lill-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni flimkien ma’ l-opinjoni tal-bord ta’ l-amministrazzjoni kkonċernat. Barra minn hekk, l-uffiċjali tal-kontijiet rispettivi japprovawhom, u b'hekk jiċċertifikaw li għandhom assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet jagħtu stampa vera u ġusta tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-korpi (l-Artikolu 61 tar-Regolament Finanzjarju).

(8)  GNSS: Sistemi Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita.

(9)  Ara –paragrafu 1.5 tar-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2006 u l-kapitolu 2 tar-Rapport Annwali preżenti.

(10)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 fuq ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1) jitlob li l-kontijiet finali għandhom jintbagħtu qabel il-31 ta’ Lulju tas-sena finanzjarja li tmiss.

(11)  Dawn l-ittri jintużaw biex permezz tagħhom il-maniġment jagħraf li r-rendikonti finanzjarji huma biżżejjed u xierqa u li ma tħallewx barra fatti materjali.

(12)  Ara l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni — L-immodernizzar tas-Sistema tal-Kontabilità tal-Komunitajiet Ewropej (COM(2002) 755 finali tas-17.12.2002).

(13)  Is-sejbiet tal-Qorti fuq stadji preċedenti ta’ l-immodernizzar kienu ppreżentati fir-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2004 (ara l-paragrafi 1.21 sa 1.45), fir-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2005 (ara l-paragrafi 1.5 sa 1.58), u fir-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2006 (ara l-paragrafi 1.6 sa 1.36). Riżultati ta' stadji sussegwenti ser jiġu inklużi f'Rapporti Annwali futuri.

(14)  Ara l-paragrafu IX fid-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni tal-Qorti dwar is-sena finanzjarja 2006.

(15)  Ara l-paragrafu VIII u IX fid-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni tal-Qorti dwar is-sena finanzjarja 2006.

(16)  Ara l-paragrafi 1.20 u 1.21 tar-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2005 u l-paragrafi 1.15 sa 1.17 tar-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2006. Fi tmiem l-2006, l-Uffiċjal tal-Kontabilità kien għadu ma tax il-validazzjoni tiegħu lil tliet sistemi tal-kontabilità lokali u għadd ta' kwistjonijiet oħra kienu għadhom iridu jiġu kkunsidrati.

(17)  Id-Direttorati-Ġenerali għall-Iżvilupp, Tkabbir, Ambjent, Affarijiet Marittimi u Sajd, Servizz ta’ Verifika Interna, Interpretazzjoni.

(18)  Id-Direttorati-Ġenerali għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, is-Saħħa u l-Protezzjoni tal-Konsumatur.

(19)  Ir-rapport ta’ validazzjoni għad-Direttorat-Ġenerali għall-Edukazzjoni u Kultura ma kienx iffinalizzat fil-ħin għar-Rapport ta’ Validazzjoni Globali. Is-sistema l-ġdida SYMMETRY issa hija prevista għall-2009 b’fażi pilota limitata maħsuba għall-2008.

(20)  Ir-rapport ta’ validazzjoni għad-Direttorat-Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni ma kienx iffinalizzat fil-ħin għar-Rapport ta’ Validazzjoni Globali. Ir-rapport ta’ validazzjoni mibgħut fl-aħħar ta’ Mejju 2008 żamm il-validazzjoni sospiża.

(21)  Matul l-2007, l-Uffiċċju għall-Koperazzjoni ta’ l-EuropeAid għad kellu riżerva dwar konsistenza fir-rappurtar minħabba nuqqas ta’ rikonċiljazzjoni sistematika mas-sistema ċentrali. Madankollu, din il-kwistjoni kienet indirizzata fl-aħħar ta’ Lulju 2008.

(22)  Sa tmiem l-2007 ċ-Ċentru tar-Riċerka Konġunta implimenta interface ġdida biex ittella’ informazzjoni tal-kuntratt fis-sistema Kuntratti ABAC. Ittellgħet data għal kuntratti ġodda mill-2007, iżda għad ma ttellgħetx għall-kuntratti ta’ l-2006 u ta’ l-2005.

(23)  B’mod notevoli kwistjonijiet ġenerali dwar proċeduri tal-qtugħ, kwittanza tard u żbalji fir-reġistrazzjoni ta’ finanzjament minn qabel, twaqqit ta’ ppustjar ta’ tranżazzjonijiet, kuntratti ABAC, reġistrazzjoni ta’ garanziji, tagħrif differenti dwar prinċipji tal-kontabilità bbażata fuq id-dovuti fost is-servizzi, konsistenza tad-data bejn sistemi lokali u l-ABAC.

(24)  L-ittestjar ex-post jinħtieġ biss meta tintuża t-teknika pro-rata temporis u meta l-intervall bejn iż-żewġ rapporti tal-progress ikun twil wisq.

(25)  Ara wkoll il-paragrafu 1.18 tar-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2006.

(26)  Id-Direttorat-Ġenerali għas-Soċjetà Informatika u Mezzi ta’ Komunikazzjoni.

(27)  Eż. id-Direttorati-Ġenerali għall-Enerġija u t-Trasport u t-Tkabbir.

(28)  Eż. id-Direttorati-Ġenerali għar-Riċerka, Edukazzjoni u Kultura u l-Uffiċċju għall-Koperazzjoni ta’ l-EuropeAid.

(29)  Il-metodu pro rata temporis huwa teknika ta' stima li permezz tagħha l-valuri proporzjonali jistgħu jkunu attribwiti għat-tul ta' żmien involut.

(30)  GNSS: Sistema ta' Navigazzjoni Globali bis-Satellita.

(31)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1321/2004 (ĠU L 246, 20.7.2004. p. 1), estiż permezz tar-Regolament (KE) Nru 1942/2006 (ĠU L 367, 22.12.2006, p. 18).

(32)  L-Awtorità GSA se tamministra l-interessi pubbliċi relatati mal-programmi Ewropej GNSS u se taġixxi bħala l-awtorità regolatorja matul il-fażijiet ta’ żvilupp u operattivi u se jkollha rwol prinċipali fil-kisba tal-Programm Galileo.

(33)  Fid-19 ta’ Settembru 2007 l-Kummissjoni ressqet proposta biex temenda r-Regolament ta’ bażi Nru 1321/2004. Din il-proposta ma tiċċarax ir-rwol ġdid ta’ l-Awtorità u tirreferi mingħajr aktar dettall għal ftehimiet ta’ delega li għandhom ikunu konklużi mill-Awtorità u mill-Aġenzija Ewropea ta’ l-Ispazju (ESA) dwar il-ġestjoni tal-fondi tal-programm u l-appartenenza ta’ l-attivi tagħha.

(34)  Ara wkoll il-paragrafu 1.26 tar-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2006.

(35)  Ara l-paragrafi 1.10 u 1.11 tar-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2002, il-paragrafu 1.11 tar-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2003, il-paragrafi 1.12 u 1.13 tar-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2004, il-paragrafu 1.57 tar-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2005 u l-paragrafu 1.34 tar-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2006.

(36)  Ara wkoll it-taqsima 6 dwar l-irkupru ta’ pagamenti mhux dovuti fil-Kontijiet Annwali tal-Komunitajiet Ewropej dwar is-sena finanzjarja 2007, il-Volum 1, p. 75-80.

(37)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2006 (ĠU L 171, 23.6.2006, p. 90), l-Anness III.

(38)  Ara l-paragrafu 5.61 tar-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2006.

(39)  Nefqa relatata primarjament ma' l-intestatura 1 tal-Qafas Finanzjarju, “Tkabbir sostenibbli”.

(40)  Nefqa relatata primarjament ma' l-intestatura 2 tal-Qafas Finanzjarju, “Preżervazzjoni u ġestjoni tar-riżorsi naturali”.

(41)  Nefqa relatata primarjament ma' l-intestatura 4 tal-Qafas Finanzjarju, “L-UE bħala parteċipanta globali”.

(42)  Nefqa relatata primarjament ma' l-intestatura 3 tal-Qafas Finanzjarju, “Ċittadinanza, libertà, sigurtà u ġustizzja”.

(43)  Nefqa relatata ma' l-intestaturi 1 u 3 tal-Qafas Finanzjarju.

(44)  Nefqa relatata primarjament ma' l-intestaturi 5 tal-Qafas Finanzjarju, “Amministrazzjoni”, u 6, “Kumpensazzjonijiet” — ara l-paragrafu 11.1 għal aktar dettalji.

(45)  Din iċ-ċifra tirreferi għal “nefqa operattiva” u mhux għall-valur tad-“dħul”.

(46)  L-Artikolu 53 tar-Regolament Finanzjarju.

(47)  Aktar informazzjoni dettaljata tista' tinstab fuq is-sit ta' l-internet tal-Qorti www.eca.europa.eu.

(48)  Dan jinkludi, per eżempju, każijiet serji ta’ nuqqas ta’ rispett għall-proċeduri ta’ l-akkwist li jolqtu l-kundizzjonijiet għall-pagament (ara per eżempju l-paragrafu 6.17).

(49)  L-iżbalji kwantifikabbli u mhux kwantifikabbli huma kklassifikati bħala jew limitati jew serji bbażati fuq in-natura, il-kuntest, l-importanza finanzjarja u/jew il-proporzjon tat-tranżazzjonijiet milquta. L-iżbalji kwantifikabbli serji jirreferu għall-iżbalji ’l fuq minn 2 %.

(50)  Ara l-limitazzjonijiet ta’ l-ambitu fil-paragrafi 4.4 u 4.9.

(51)  Il-Qorti tikkonkludi li l-IACS tkompli tkun effettiva fil-limitazzjoni tar-riskju ta' nefqa irregolari meta hija implimentata sew u jekk tiddaħħal data preċiża u affidabbli dwar il-pagamenti SPS ibbażata fuq intitolamenti allokati (ara l-paragrafu 5.52).

(52)  L-iżvilupp rurali jirrappreżenta parti sproporzjonalment kbira tar-rata ta' żball ġenerali: għan-nefqa tal-FAEG il-Qorti tistma li l-valur tar-rata ta' żball huwa ħarira anqas minn 2 % (ara l-paragrafu 5.13).

(53)  Sistemi huma kklassifikati bħala “parzjalment effettivi” fejn xi arranġamenti tal-kontroll tqiesu bħala li jaħdmu b’mod adegwat filwaqt li oħrajn le. Konsegwenza ta’ dan, fit-totalità tagħhom, għandhom mnejn ma jirnexxilhomx jillimitaw l-iżbalji għal livell aċċettabbli fit-tranżazzjonijiet ta’ bażi.

(54)  Il-firxa ta’ żball ma tistax tkun interpretata bħala intervall ta’ kunfidenza (f’sens statistiku). Hija l-qsim tal-Qorti ta’ l-iskala ta’ rati ta’ żball fi tliet intervalli.

(55)  Għall-Agrikoltura u riżorsi naturali, ir-rata ta' żball ġenerali mhix differenti b’mod sinifikanti mill-valur miksub is-sena l-oħra iżda ma tiħux kont ta’ ċerti żbalji serji li ma setgħux ikunu kkwantifikati (ara l-paragrafu 5.13).

(56)  ĠU C 273, 15.11.2007.

(57)  Fl-2007, 607 miljun euro kienu rkuprati permezz ta’ korrezzjoni finanzjarja u 247 miljun euro rkuprati minn benefiċjarji finali minn Stati Membri (kapitolu 6 tan-noti għall-kontijiet annwali tal-2007).

(58)  Dik li qabel kienet “Politika interna” issa hija koperta mill-gruppi tal-politika “Riċerka, enerġija u trasport”, “Edukazzjoni u ċittadinanza” u “Affarijiet ekonomiċi u finanzjarji” (ara t- Tabella 2.1 ).

(59)  Dik li qabel kienet “Azzjonijiet esterni” issa hija parti mill-grupp tal-politika “Għajnuna esterna, żvilupp u tkabbir” (ara t- Tabella 2.1 ).

(60)  Per eżempju, minħabba l-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà li spiss ikunu kumplessi, l-iżbalji kienu aktar frekwenti b’mod sinifikanti fost tranżazzjonijiet li fuqhom kien ibbażat il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li kienu eżaminati mill-Qorti milli fost tranżazzjonijiet iffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) u eżaminati mill-Qorti. Għan-nefqa tal-FAEG, il-Qorti tistma li l-valur tar-rata ta' l-iżball huwa ħarira taħt it-2 % filwaqt li għan-nefqa tal-FAEŻR huwa stmat li huwa ħafna 'l fuq minn dan (ara l-paragrafu 5.13 tar-Rapport annwali preżenti u l-paragrafu 1.42 tar-Rapport annwali dwar is-sena finanzjarja 2006).

(61)  L-Opinjoni tal-Qorti Nru 2/2004 fuq il-mudell ta’ “verifika unika” (u proposta għal qafas ta’ kontroll intern tal-Komunità).

(62)  Is-sorveljanza ġenerali mill-Kummissjoni tista’ tieħu wkoll mill-kontrolli tal-livelli primarji u sekondarji.

(63)  Dan ma jirreferix għas-Servizz ta’ Verifika Interna u l-Kapaċitajiet ta’ Verifika Interna tal-Kummissjoni.

(64)  Ukoll f’termini ta’ miri tal-prodott tar-riskju residwali, aktar milli riżorsi (jiġifieri l-persentaġġ ta’ talbiet li għandhom ikunu ċċekkjati) bħalma hemm issa (ara l-paragrafu 2.42(b)).

(65)  Komunikazzjoni fuq din il-kwistjoni għandha tkun ippubblikata mill-Kummissjoni f’Ottubru 2008.

KAPITOLU 2

Is-sistema ta’ kontroll intern tal-Kummissjoni

WERREJ

2.1

Introduzzjoni

2.2-2.23

Is-sejbiet tal-verifika dwar ir-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment tal-Kummissjoni

2.2-2.5

Ir-rapport ta’ sinteżi tal-Kummissjoni

2.6-2.23

Rapporti ta’ Attività Annwali u Dikjarazzjonijiet mid-Diretturi-Ġenerali

2.8

Proċess ta’ preparazzjoni

2.9-2.14

Dikjarazzjonijiet mid-Diretturi-Ġenerali

2.15

Indikaturi tal-legalità u r-regolarità

2.16-2.20

Assigurazzjoni miksuba mit-Taqsiriet Annwali

2.21-2.23

Kriterji ta’ materjalità u kriterji biex jiddefinixxu r-riżervi

2.24-2.28

Standards ta’ kontroll intern tal-Kummissjoni

2.25

Osservanza tar-rekwiżiti minimi

2.26

Effettività fi tmiem l-2007

2.27-2.28

L-effettività u t-tranżizzjoni lejn standards reveduti

2.29-2.36

Pjan ta’ azzjoni

2.29

Evalwazzjoni ġenerali

2.30-2.33

Evalwazzjoni skond l-azzjoni

2.30

L-implimentazzjoni ta’ l-azzjonijiet kompliet …

2.31-2.33

… b’eċċezzjoni notevoli waħda

2.34-2.36

L-ewwel evalwazzjoni ta’ l-impatt tal-Pjan ta’ Azzjoni

2.37-2.42

Konklużjonijiet ġenerali u rakkomandazzjonijiet

2.37-2.40

Konklużjonijiet

2.41-2.42

Rakkomandazzjonijiet

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

INTRODUZZJONI

2.1.

Dan il-kapitolu jirrapporta dwar il-progress li għamlet il-Kummissjoni fl-2007 fit-titjib ta’ l-effettività tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll fid-Direttorati-Ġenerali sabiex tassigura l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet iffinanzjati mill-baġit ta’ l-UE. B’mod partikolari, hija tanalizza l-punt safejn:

2.1.

 

a)

ir-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment fir-rapporti ta’ attività annwali u d-dikjarazzjonijiet tad-Diretturi-Ġenerali u fir-rapport ta’ Sinteżi tal-Kummissjoni huma kkonfermati bis-sejbiet tal-verifika tal-Qorti (il-paragrafi 2.2 sa 2.14);

 

b)

il-Kummissjoni rnexxiela żżid l-assigurazzjoni dwar il-legalità u r-regolarità bl-użu ta’ indikaturi, kriterji ta’ materjalità rilevanti u taqsiriet annwali (il-paragrafi 2.15 sa 2.23);

 

c)

il-Kummissjoni għamlet progress fl-implimentazzjoni ta’ l-istandards ta’ kontroll intern u tal-qafas ta’ kontroll intern integrat, u l-punt safejn kienet kapaċi turi l-impatt tagħhom fuq l-infiq ta’ l-2007 (il-paragrafi 2.24 sa 2.36).

c)

Il-Kummissjoni tikkunsidra li s-sistemi ta' kontroll intern fis-seħħ, bil-limiti deskritti fir-rapporti ta’ attività annwali tal-2007, jipprovdu assigurazzjoni raġonevoli li r-riżorsi assenjati għall-attivitajiet tal-Kummissjoni ntużaw għall-għan intiż tagħhom u skont il-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja soda. Il-proċeduri ta’ kontroll li ddaħħlu fis-seħħ u s-segwitu tas-sejbiet tal-verifika tal-Qorti jagħtu l-garanziji meħtieġa dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti.

Il-Kummissjoni qed tieħu azzjoni biex ittejjeb aktar is-sistema ta’ kontroll intern tagħha fid-dawl tal-esperjenza tagħha stess u biex tindirizza l-kwistjonijiet li tqajmu mill-awdituri. Fost l-azzjonijiet li ttieħdu fl-2007 kien hemm ir-reviżjoni tal-istandards tal-kontroll intern għal ġestjoni effettiva, l-issuktar tal-implimentazzjoni tal-Pjan ta’Azzjoni lejn Qafas Integrat ta’ Kontroll Intern u linji gwida riveduti għar-Rapporti ta’ Attività Annwali.

Il-Kummissjoni qed tindirizza ċerti kwistjonijiet, bħal dawk enfasizzati fir-riżervi tal-uffiċjali awtorizzanti ddelagati. Se tispjega b’mod aktar ċar ir-raġunijiet fejn hemm xi differenzi fl-opinjoni bejn l-analiżi annwali tal-qorti, mitluba mit-Trattati tal-KE, u l-analiżi multiannwali tal-maniġer, li ma tikkunisdrax il-miżuri meħuda biex jinstabu u jiġu kkoreġuti żbalji li jseħħu matul is-sena.

IS-SEJBIET TAL-VERIFIKA DWAR IR-RAPPREŻENTAZZJONIJIET TAL-MANIĠMENT TAL-KUMMISSJONI

Ir-rapport ta’ sinteżi tal-Kummissjoni

2.2.

Billi tadotta r-Rapport ta’ Sinteżi l-Kummissjoni tassumi r-responsabilità politika tagħha għall-implimentazzjoni operattiva tal-baġit permezz tad-Diretturi-Ġenerali tagħha (1). Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-proċeduri ta’ kontroll fis-seħħ jagħtu l-garanziji neċessarji dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi li l-Kummissjoni tieħu r-responsabilità totali tagħhom skond l-Artikolu 274 tat-Trattat tal-KE.

 

2.3.

Minkejja dan, il-Kummissjoni tagħraf li hemm bżonn sforzi ulterjuri biex jiġu solvuti għadd ta’ nuqqasijiet, b’mod partikolari dawk enfasizzati fir-riżervi ta’ l-uffiċjali delegati li jawtorizzaw u dawk li jappartjenu ma’ l-oqsma tal-baġit li ma kinux ikkunsidrati bħala sodisfaċenti mill-Qorti ta’ l-Awdituri. F’dan ir-rigward, il-Qorti tqis li l-ambitu ta’ xi riżervi għandu jkun akbar minn dak ippreżentat mid-Diretturi-Ġenerali tal-Kummissjoni (il-paragrafu 2.12 u t- Tabella 2.1 )

2.3.

Il-Kummissjoni tilqa’ l-valutazzjoni mtejba tal-Qorti fit-tabella 2.1 dwar l-evidenza mogħtija mir-Rapporti ta’ Attività Annwali tal-2007 tad-Diretturi Ġenerali għall-konklużjonijiet tad-DAS tal-Qorti.

Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-iskop tar-riżervi potenzjali kien konformi mal-kriterji li stabbilixxiet (ara t-tweġiba għall-paragrafu 2.12)

Ir-rapport ta’ sinteżi jqis ir-riżervi li saru mid-Diretturi Ġenerali fir-Rapporti ta’ Attività Annwali tal-2007 u l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri fir-rapport annwali tal-2006. Wara, il-Kummissjoni tkun f’pożizzjoni li tikkonkludi li s-sistemi ta' kontroll intern fis-seħħ, bil-limiti deskritti fir-rapporti ta’ attività annwali tal-2007, jipprovdu assigurazzjoni raġonevoli li r-riżorsi assenjati għall-attivitajiet tal-Kummissjoni ntużaw għall-għan maħsub għalihom u skont il-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja soda.

Tabella 2.1 — Evoluzzjoni ta' l-evidenza mogħtija mir-rapporti ta' attivita annwali tad-Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni għad-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni tal-Qorti

Grupp ta' Politika (2)

Riżervi l-aktar importanti tad-Diretturi-Ġenerali

(inklużi fid-dikjarazzjonijiet)

2005

2006

2007

 

Impatt ta' dawn ir-riżervi l-aktar importanti fuq l-assigurazzjoni tad-Direttur-Ġenerali fl-opinjoni tal-Qorti (3)

Nuqqasijiet oħra sinifikanti żvelati mill-verifika tal-Qorti u/jew mill-Kummissjoni (mhux inklużi fid-dikjarazzjonijiet)

2005

2006

2007

 

Evidenza mogħtija mir-rapport ta' attivita annwali għall-konklużjonijiet tal-verifika tal-Qorti (4)

2005

2006

2007

2005

2006

2007

Riżorsi Agrikoli u Naturali

Implimentazzjoni insuffiċjenti tal-IACS fil-Ġreċja

×

×

×

 

B

B

B

Sistemi ta' ġestjoni u kontroll fl-Istati Membri dwar żvilupp rurali

 

×

 

 

B (6)

C (7)

B (6)

C (7)

B

Infiq taħt l-iżvilupp rurali

 

 

×

Dwar is-sistemi ta' kontroll, spezzjoni u sanzjoni relatati mar-riżorsi tas-sajd: id-data tal-qbid hija inkompleta u inaffidabbli, is-sistemi ta' spezzjoni ma jagħtux assigurazzjoni

 

×

Koeżjoni

FSE: sistemi ta' ġestjoni u kontroll (2000/2006)

×

Renju Unit

×

Spanja, Skozja (Renju Unit), Svezja, Slovakkja, Slovenja, Latvja, Kalabria u Lazio (Italja)

×

Spanja, Renju Unit, Franza, Italja, Slovakkja, Portugall, Belġju u Lussemburgu

 

B

B

B

Riskji marbuta ma' l-għeluq tal-perijodu ta' programmar 1994-1999 u/jew nuqqasijiet sinifikanti dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2064/97

×

 

 

 

C

C

B

FEŻR: sistemi ta' ġestjoni u kontroll (2000/2006)

×

Renju Unit u Spanja

×

Ingilterra u Skozja (Renju Unit)

×

Repubblika Ċeka, Finlandja, Ġermanja, Greċja, Irlanda, Italja, Lussemburgu, Polonja, Slovakkja u Spanja

Ġestjoni u sistemi ta' kontroll fl-Istati Membri (2000/2006) (5)

×

×

INTERREG: sistemi ta' ġestjoni u kontroll (2000/2006)

 

×

Il-programmi kollha (barra IIIB il-Majjistral ta' l-Ewropa u l-Azores, il-Canaries u Madeira)

×

Fuq total ta' 51 programm

Fondi ta' Koeżjoni: sistemi ta' ġestjoni u kontroll (2000/2006)

×

Greċja

×

Spanja

×

Bulgarija, Repubblika Ċeka, Slovakkja, Ungerija u Polonja

Riċerka, Enerġija u Trasport

Assigurazzjoni insuffiċjenti/nuqqasijiet fil-ġestjoni permezz ta' Aġenziji Nazzjonali

×

×

 

 

B

B

B

Frekwenza ta' l-iżball għas-6 Programm Qafas tar-Riċerka (5)

×

 

 

 

B

B

B

Nuqqas ta' evidenza biex jiġi determinat il-livell residwu ta' żball fir-rigward tal-preċiżjoni tad-dikjarazzjonijiet ta' l-ispejjeż

×

×

6 Programm Qafas

×

6 Programm Qafas

Frekwenza ta' l-iżball (eliġibilita) fid-dikjarazzjonijiet ta' l-ispejjeż għall-kuntratti ta' riċerka

×

5 Programm Qafas

×

5 Programm Qafas

 

Għajnuna Esterna, Żvilupp u Tkabbir

Status legali u responsabilita għad-danni ta' l-imsieħeb kontrattwali fil-qafas ta' l-implimentazzjoni tal-kontribut ta' l-UE Pillar IV fil-Kosovo

×

 

 

 

A

A

A

Sistemi ta' sorveljanza u kontroll għal-legalita u r-regolarita tat-tranżazzjonijiet ta' bażi fil-livell ta' l-organizzazjonijiet implimentattivi jeħtieġu li jittejbu sabiex ikunu kompletament operattivi

 

×

×

 

B

B

B

PHARE: Irregolaritajiet potenzjali fil-ġestjoni tal-fondi PHARE minn ċerti Aġenziji Implimentattivi fil-Bulgarija

 

×

Edukazzjoni u Ċittadinanza

Nuqqas ta' sistema ta' kontroll ex-post strutturata u kontrolli fuq il-post fid-DĠ kif ukoll kontrolli mwettqa fir-arppreżentazzjonijiet għall-parti l-kbira tas-sena — 10 minn 12-il xahar

NA (2)

×

 

NA

B

Nuqqasijiet fl-evalwazzjoni mill-Kummissjoni tad-dikjarazzjonijiet ex-ante ppreżentati mill-Istati Membri għall-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja

NA

×

 

NA

B

Nuqqas fis-sistema ta' ġestjoni u kontroll tal-Fond Ewropew għar-Refuġjati fl-Italja għall-perijodu ta' programmar 2000-2004 u 2005-2007

×

Assigurazzjoni limitata fir-rigward ta' l-operazzjonijiet ta' bażi ta' legalita u regolarita implimentati minn 14-il Stat Membru fil-Qafas tal-Fond Ewropew għar-Refuġjati II (2005-2007)

×

Nuqqasijiet fis-sistemi ta' ġestjoni u kontroll tal-Fond Ewropew għar-Refuġjati

×

Italy

Affarijiet Ekonomiċi u Soċjali

Possibilita li r-rekwiżiti ta' l-addizzjonalita ma jinkisbux biżżejjed għal attivita finanzjarja implimentata minn korp estern

NA (2)

×

 

NA

B

 

NA

 

 

NA

A

Ir-rata ta' żbalji residwi f'dak li għandu x'jaqsam mal-preċiżjoni tad-dikjarazzjonijiet ta' l-ispejjeż fis-Sitt Programm Qafas tar-Riċerka — FP6

×

Operat insodisfaċenti tal-finanzjament ta' l-istandardizazzjoni Ewropea

×

Nefqa Amministrattiva

Implimentazzjoni ta' l-istandard ta' kontroll intern fid-delegazzjonijiet ta' l-UE

×

×

 

 

A

A

A

Nuqqasijiet fis-sistemi ta' sorveljanza u kontroll fid-delegazzjonijiet ta' l-UE (5)

 

×

 

 

A

A

A

Sors: Il-Qorti ta' l-Awdituri.

2.4.

Għall-Fondi Strutturali, il-Kummissjoni tindika li tat figuri aggregati dwar korrezzjonijiet finanzjarji li twettqu fuq livell nazzjonali permezz ta’ rtirar u rkupri mill-Istati Membri (8). Iżda, il-Kummissjoni għandha tpoġġi aktar enfasi fir-Rapport ta’ Sinteżi tagħha fuq il-“‘vojt u l-inkonsistenzi” fid-data mill-Istati Membri. Il-miżuri intiżi biex itejjbu l-kwalità ta’ l-informazzjoni għalhekk m’għandhom ikunu limitati biss għall-Kummissjoni, kif intqal fir-Rapport ta’ Sinteżi, imma estiżi wkoll għall-Istati Membri (ara wkoll il-paragrafi 1.42, 2.31 sa 2.33 u 3.26 sa 3.28)

2.4.

L-anness tar-Rapport Annwali dwar il-Fondi Strutturali tal-2006, li ssir referenza għalih fir-Rapport ta’ Sinteżi (COM(2008) 338 finali), u l-kontijiet annwali tal-2007 jagħrfu l-fatt li jeżistu nuqqasijiet u inkonsistenzi fid-dejta li ntbagħtet mill-Istati Membri.

Ir-Rapport ta’ Sinteżi tal-2007 jtenni l-impenn tal-Kummissjoni (ara t-taqsima 3.1) li tipprovdi lill-Parlament Ewropew b’rapporti kull tliet xhur dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni tagħha għat-tisħiħ tar-rwol superviżorju tagħha taħt il-ġestjoni maqsuma ta' azzjonijiet strutturali (COM(2008) 97 finali). Dawn ir-rapporti kull tliet xhur jinkludu informazzjoni dwar korrezzjonijiet u rkupri imposti mill-Kummissjoni fil-qasam tal-ġestjoni maqsuma, u t-tieni rapport ta' kull tliet xhur fih informazzjoni dwar irtirar u rkupri minn Stati Membri rrappurtati fl-2008 fir-rigward tas-sena ta’ qabel. Il-pjan ta’ azzjoni tal-Kummissjoni jinkludi miżuri mmirati lejn it-titjib tal-kwalità tal-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri.

Ara wkoll it-tweġibiet għall-paragrafi 2.32, 2.33 u 3.26, u 3.27 sa 3.28.

2.5.

Għal xi wħud mill-objettivi multi-annwali tal-Kummissjoni l-evalwazzjoni tagħha hija differenti minn dik li għamlet il-Qorti. Il-Kummissjoni tiggrada, per eżempju, kemm l-objettiv tagħha li tikseb sistema ta’ kontroll intern effettiva u kif ukoll dak li tippromwovi r-responsabilità permezz ta’ Rapporti ta’ Attività Annwali bħala kkompletati. Iżda, il-Qorti tinnota li għalkemm l-istandards ta’ kontroll intern ġew implimentati, l-effettività ta’ għadd ta’ sistemi ta’ sorveljanza kontroll biex jipprevjenu jew isibu u jikkoreġu l-iżbalji ma tistax tintwera (ara wkoll il-paragrafu 2.26) u li l-ambitu u l-iskala ta’ xi riżervi fir-rapporti ta’ Attività Annwali għandhom ikunu usa’ sabiex jirriflettu l-impatt potenzjali tagħhom b’mod sħiħ (ara l-paragrafu 2.12).

2.5.

Ir-rapport ta’ sinteżi tal-Kummissjoni (COM(2008) 338 finali anness 3) qies li xi inizjattivi meħuda biex jiġu sodisfatti l-għanijiet kienu ġew konklużi. Dan ma jimplikax li l-Kummissjoni tikkunsidra li mhi se tittieħed l-ebda azzjoni ulterjuri biex fil-ġejjieni ttejjeb is-sistemi ta’ kontroll intern jew ir-rapporti ta’ attività annwali. Il-Kummissjoni hija impenjata li ttejjeb is-sistema ta’ kontroll intern tagħha b’mod kostanti.

Pereżempju fl-2007 l-Kummissjoni wettqet żewġ inizjattivi speċifiċi fl-ambitu tal-għan tal-promozzjoni tar-responsabbiltà permezz ta' rapporti ta' attività annwali u ġiet introdotta azzjoni ġdida li tikkonsisti fil-promozzjoni tal-konsistenza fit-trattament tar-riskju ta’ reputazzjoni u fl-indirizzar aktar ċar tar-rabta bejn ir-rati differenti ta’ żbalji, il-materjalità u r-riżervi.

L-azzjoni li tikkonċerna r-rapporti ta’ attività annwali u s-Sinteżi ttieħdet. Issa d-Diretturi Ġenerali jagħtu spjegazzjoni aktar fid-dettall dwar l-ambjent tagħhom, dwar ir-riskji involuti u dwar l-impatt globali fuq l-assigurazzjoni. Pereżempju, fl-oqsma tal-koeżjoni u l-agrikoltura, ir-riżervi li saru fir-Rapporti ta’ Attività Annwali tal-2007 tad-Diretturi Ġenerali kienu, fil-fehma tal-Kummissjoni, konformi mal-kriterji ta’ materjalità stabbiliti u kienu jkopru s-sistemi kollha fejn kien hemm nuqqasijiet materjali, u li l-impatt potenzjali tar-riżervi kien ivvalutat adegwatament.

Qabel jiffirmaw id-dikjarazzjonijiet tagħhom, id-Diretturi Ġenerali jikkunsidraw l-effikaċja tal-qafas ta’ kontroll b’mod ġenerali, u mhux biss l-effikaċja tal-prevenzjoni ta' żbalji.

Ara wkoll it-tweġibiet għall-paragrafi 2.12, 2.25 u 2.26.

Rapporti ta’ Attività Annwali u Dikjarazzjonijiet mid-Diretturi-Ġenerali

2.6.

Fl-eżami tagħha tar-rapporti ta’ attività annwali u tad-dikjarazzjonijiet tad-Diretturi-Ġenerali, il-Qorti evalwat il-punt safejn dawn jagħtu stampa ġusta (jiġifieri mingħajr distorsjonijiet sinifikanti) ta’ l-effettività tal-proċeduri fis-seħħ. B’mod partikolari, jekk is-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll jagħtux l-assigurazzjoni neċessarja f’dak li għandu x’jaqsam mal-legalità u r-regolarità ta’ l-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom.

 

2.7.

Twettqet reviżjoni fuq ir-rapporti ta’ attività annwali kollha, ikkomplementata b’analiżi fil-fond fuq dawk ta’ 15-il Direttorat-Ġenerali.

 

Proċess ta’ preparazzjoni

2.8.

Il-gwida (9) għar-rapporti ta’ attività annwali ta’ l-2007 enfasizzat il-bżonn espress mis-servizzi ċentrali tal-Kummissjoni biex issir kjarifika tar-rabta bejn l-effettività tas-sistemi ta’ kontroll intern u l-bażi li fuqha huma mibnija d-dikjarazzjonijiet. Fil-prattika, il-parti l-kbira tad-Diretturi-Ġenerali spjegaw fid-dettall fuq xiex bnew jew l-elementi prinċipali li fuqhom ibbażaw l-assigurazzjoni tagħhom.

 

Dikjarazzjonijiet mid-Diretturi-Ġenerali

2.9.

Id-Diretturi-Ġenerali kollha qalu li kisbu assigurazzjoni raġonevoli li r-riżorsi allokati lilhom intużaw għall-għanijiet speċifikati u l-kontrolli interni li huma introduċew assiguraw il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, f’għadd ta’ każijiet soġġetti għal riżervi. Il-Qorti evalwat il-bażi ta’ dawn ir-rendikonti billi pparagunat il-kopertura u l-impatt tagħhom mar-riżultati tal-verifika proprja tal-Qorti.

 

2.10.

Mill-40 dikjarazzjoni għall-2007, 13 (10) fihom riżerva waħda jew aktar, il-maġġoranza tagħhom jirreferu għal nuqqasijiet dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. L-għadd totali ta’ riżervi waqa’ minn 20 (2006) għal 17 (2007), għalkemm l-impatt finanzjarju tagħhom flimkien żdied.

 

2.11.

Għad-Direttorati-Ġenerali tal-politika Reġjonali u ta’ l-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Opportunitajiet Indaqs il-kwantifikazzjoni finanzjarja stmata totali ta’ l-impatt tar-riżervi tagħhom żdied minn madwar 140 miljun euro fl-2006 għal madwar 725 miljun euro fl-2007 (11). Għad-Direttorat-Ġenerali ta’ l-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali r-riżerva l-ġdida għall-2007 dwar l-infiq fuq l-Iżvilupp Rurali hija bbażżata fuq informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri li turi rata ta’ żball ta’ aktar minn 3 %. Iżda, din l-informazzjoni ma kinitx ġiet validata mill-korpi ta’ ċertifikazzjoni jew aċċettata mid-Direttorat-Ġenerali. Ir-riservi l-aktar sinifikanti fil-kuntest tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi qegħdin fit- Tabella 2.1 .

2.11.

Ir-rapporti ta’ attività annwali tad-Direttorati Ġenerali għall-Politika Reġjonali, u għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Opportunitajiet Indaqs jistabbilixxu l-ammonti li qegħdin f’riskju, jiġifieri l-ħlasijiet relatati mas-sistemi milquta minn nuqqasijiet, u l-kwantifikazzjoni tal-impatt finanzjarju. Dan isir permezz ta' referenza għall-iskali ta' korrezzjonijiet b' rata fissa għal nuqqasijiet fis-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll. Il-Kummissjoni tikkunsidra li dan l-approċċ jagħti valutazzjoni ġusta tal-impatt finanzjarju potenzjali tan-nuqqasijiet misjuba.

Ir-riżerva tal-2007 dwar in-nefqa fuq l-Iżvilupp Rurali kienet imsejsa fuq informazzjoni li ngħatat mill-Istati Membri sal-31 ta’ Marzu 2008 kif ukoll fuq riżultati tal-verifika tal-Qorti.

Għall-baġit tal-2008, il-Kummissjoni qed tistenna li jkollha informazzjoni vvalidata mill-Istati Membri qabel tmiem Marzu 2009.

2.12.

It-tabella turi li r-rapporti ta’ attività annwali jagħtu evidenza ċara u mhux ambigwa għall-konkluzjonijiet tad-DAS tal-Qorti dwar l-infiq amministrattiv u l-affarijiet ekonomiċi u finanzjarji biss. Għal parti kbira ta’ l-oqsma tal-politika, ir-rapporti ta’ attività annwali huma aktar qrib il-konklużjonijiet ta’ l-evalwazzjoni speċifika tad-DAS rilevanti milli fi snin preċedenti, b’mod partikolari fil-każ tal-politika agrikola u ta’ koeżjoni. Il-Qorti tinnota, iżda, illi l-ambitu u l-iskala ta’ dawn ir-riżervi għandu jkun usa’ sabiex jirrifletti bis-sħiħ l-impatt potenzjali tagħhom u, għal għadd ta’ oqsma tal-politika d-Diretturi-Ġenerali jaslu xorta għal konklużjoni aktar pożittiva dwar il-legalità u r-regolarità ta’ l-infiq ta’ l-UE minn dik tas-sejbiet tal-verifika tal-Qorti proprji.

2.12.

Filwaqt li l-Qorti tagħti opinjoni annwali tal-verifika dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti (kif jitlob it-Trattat tal-KE), l-opinjoni tad-Diretturi Ġenerali tiffoka fuq jekk il-fondi jkunux intużaw għall-iskop intiż, b’kunsiderazzjoni għan-natura multiannwali tal-kontrolli, u l-effikaċja tagħhom fis-sejba u l-korrezzjoni ta’ żbalji. Id-Diretturi Ġenerali jagħtu opinjoni amministrattiva bbażata fuq informazzjoni li tinkludi l-ħidma ta' verifika tal-Kummissjoni stess, rapporti u osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri u, fejn xieraq, ir-riżultati tal-kontrolli tal-Istati Membri.

Kif diġà ssemma fit-tweġibiet għal paragrafi 2.3 u 2.5, il-Kummissjoni tikkunsidra li r-riżervi li saru fir-Rapporti ta’ Attività Annwali tal-2007 tad-Diretturi Ġenerali jew in-nuqqas ta’ riżervi kienu, fil-fehma tal-Kummissjoni, konformi mal-kriterji ta’ materjalità stabbiliti u kienu jkopru s-sistemi kollha fejn kien hemm nuqqasijiet materjali u li l-impatt potenzjali tar-riżervi kien ivvalutat b’mod xieraq.

Qabel jiffirmaw id-dikjarazzjonijiet tagħhom id-Diretturi Ġenerali jikkunsidraw l-effikaċja tal-qafas ta’ kontroll b’mod ġenerali, u mhux biss l-effikaċja fil-prevenzjoni ta' żbalji.

2.13.

Fir-rigward tal-qasam tal-politika Edukazzjoni u Ċittadinanza, l-assigurazzjoni mogħtija mid-Diretturi-Ġenerali mhix kompattibbli f’xi aspetti sinifikanti mas-sejbiet tal-Qorti. Il-Qorti sabet nuqqasijiet sinifikanti fil-proċeduri ta’ dikjarazzjoni ex-ante taħt ir-responsabilità tad-Direttorat-Ġenerali għall-Edukazzjoni u l-Kultura (ara l-paragrafi 9.17 u 9.25), iżda dawn in-nuqqasijiet ma jidhrux bħala riżerva tad-Direttur-Ġenerali. Għad-Direttorat-Ġenerali għall-Komunikazzjoni hemm riżerva dwar nuqqas ta’ kontrolli ex-post strutturati, imma l-Qorti sabet ukoll li hemm nuqqasijiet sinifikanti fil-kontrolli ex-ante (ara l-paragrafi 9.23 u 9.25).

2.13.

Id-Direttorat Ġenerali tal-Edukazzjoni u l-Kultura (DG EAC) bbaża l-assigurazzjoni tiegħu fuq sett komprensiv ta' kontrolli u mhux biss fuq il-proċedura ta’ valutazzjoni tad-dikjarazzjoni ex-ante.

Is-sistema ta’ ġestjoni u kontroll previsti fil-bażi legali tal-Programm ta’ Tagħlim Tul il-Ħajja 2007-2013 ittejjeb is-sistema 2000-2006 b’kunsiderazzjoni għar-rakkomandazzjoni tal-Qorti. Il-kontrolli tal-Kummissjoni fis-snin ta' qabel ikkontribwixxew, flimkien ma' dawk li saru fl-2007, għall-konklużjoni tad-DĠ EAC li s-sistemi ta’ kontroll jipprovdu assigurazzjoni raġonevoli, għalkemm huwa meħtieġ titjib sinifikanti fl-applikazzjoni tas-sistemi ta’ kontroll fil-livell tal-kontrolli mill-awtoritajiet nazzjonali.

Barra minn hekk, ir-riżultati tal-kontrolli ex-post imwettqa mid-DĠ EAC, kif ippreżentati fir-rapport ta’ attività annwali tal-2007, ma jidentifikawx livell materjali tal-iżbalji.

Fir-rigward tas-sistema fl-intier tagħha, id-Direttorat Ġenerali tal-Komunikazzjoni kien diġà inkluda riżervi fir-Rapport ta’ Attività Annwali tiegħu minħabba n-nuqqas ta’ superviżjoni u kien adotta l-miżuri neċessarji biex itejjeb l-affarijiet, ibda biex permezz tal-ħolqien, fl-1 ta' Novembru 2007, ta' unità ta' monitoraġġ li issa tinkorpora t-tieni livell ta' kontroll ex-ante.

Ara wkoll it-tweġibiet għall-paragrafi 9.17, 9.20, 9.23 u 9.24.

2.14.

Fil-qasam tal-politika Għajnuna esterna, Żvilupp u Tkabbir il-Qorti sabet li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi huma milquta minn livell materjali ta’ żball ta’ legalità u/jew ta’ regolarità fil-biċċa l-kbira fit-tranżazzjonijiet ġestiti minn organizzazzjonijiet implimentattivi (ara l-paragrafu 8.31) u li s-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll huma parzjalment effettivi (ara l-paragrafu 8.32). Dawn is-sejbiet mhux riflessi b’mod adegwat mid-Diretturi-Ġenerali fir-riżervi tagħhom.

2.14.

Il-Qorti tasal għal konklużjoni dwar il-materjalità abbażi ta’ kampjun ta' tranżazzjonijiet minn firxa wiesgħa ta’ Direttorati Ġenerali. Madankollu kull Direttur Ġenerali jista’ jikkonkludi u jirrapporta dwar il-materjalità għall-qasam tiegħu stess.

Wara li analizzat l-iżbalji li nstabu mill-Qorti, u wara li kkunsidrat korrezzjonijiet li jistgħu jsiru fil-ġejjieni, speċjalment b’riżultat ta’ verifiki obbligatorji, il-Kummissjoni tqis li r-riskju residwu tal-iżbalji mhuwiex materjali.

L-iżbalji misjuba mill-Qorti jikkonċernaw l-aktar in-nefqa tal-organizzazzjonijiet li jimplimentaw il-proġetti fuq ħlas bil-quddiem li sar mill-Kummissjoni. Il-verifiki finanzjarji obbligatorji previsti skont is-sistemi ta’ kontroll tal-Kummissjoni qabel il-ħlasijiet finali għandhom jippermettu lill-Kummissjoni biex issib u tikkoreġi żbalji bħal dawn. Il-Kummissjoni tikkunsidra li r-riskju residwu ta’ żbalji huwa mnaqqas b’mod suffiċjenti.

Madankollu l-Kummissjoni tikkommetti ruħha li ttejjeb aktar is-sistemi tagħha u fl-2007 ttieħdu miżuri addizzjonali li jsaħħu ulterjorment il-kontrolli fil-livell tal-organizzazzjonijiet li jimplimentaw, kif ukoll fir-rigward tat-termini ta’ referenza għall-verifiki tal-proġetti.

Ara wkoll it-tweġiba għall-paragrafu 8.31.

Indikaturi tal-legalità u r-regolarità

2.15.

Il-Kummissjoni għamlet enfażi partikolari fuq l-għoti ta’ indikaturi ta’ regolarità fir-Rapporti ta’ Attività Annwali ta’ l-2007 (12). Il-parti l-kbira tad-Diretturi-Ġenerali użaw templates tal-kontroll intern indikattivi biex juru li dispożizzjonijiet legali, regolatorji u kuntrattwali rilevanti ġew osservati u kif dawn jistgħu jintrabtu ma’ assigurazzjoni raġonevoli (13). Għal Direttorat-Ġenerali wieħed, iżda, id-data bażika użata mhix affidabbli u/jew ir-rabta mal-legalità u r-regolarità mhix stabbilita biċ-ċar (14). Kważi d-Diretturi-Ġenerali kollha għadhom ma inkludewx indikaturi komparabbli għas-snin ta’ qabel u lanqas ma ffissaw miri ta’ legalità jew regolarità (15).

2.15.

Il-Kummissjoni żviluppat diversi mudelli ta’ kontroll intern bil-għan li l-istrateġiji ta’ kontroll ikunu ppreżentati b’mod armonizzat, iżda adattati għal kwistjonijiet u modi differenti ta’ ġestjoni. Iddaħħlu fis-seħħ indikaturi ta’ legalità u regolarità fuq bażi obbligatorja, bil-għan li jiffaċilitaw il-monitoraġġ u r-rappurtaġġ dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet fir-rigward tar-rapporti ta’ attività annwali tal-2007. Il-Kummissjoni tikkunsidra li dan jikkostitwixxi wieħed mill-ewwel passi importanti iżda tirrikonoxxi li se jkollu jsir xi titjib b’rabta mal-affidabbiltà u ċ-ċarezza tal-indikaturi. Jeħtieġ li dawn jintużaw bis-sħiħ u b’mod faċli għal skopijiet ta' segwitu u monitoraġġ.

Assigurazzjoni miksuba mit-Taqsiriet Annwali

2.16.

L-Artikolu 53b tar-regolament finanzjarju revedut (16) jgħid illi: “L-Istati Membri għandhom jipproduċu taqsira annwali fil-livell nazzjonali xieraq tal-verifiki u d-dikjarazzjonijiet (17). Skond l-istruzzjonijiet tas-servizzi Ċentrali tal-Kummissjoni, id-Diretturi-Ġenerali għandhom jippreżentaw evalwazzjoni preliminari ta’ l-assigurazzjoni miksuba mit-taqsiriet annwali tar-rapporti ta’ l-attività annwali ta’ l-2007 (18).

 

2.17.

Il-Qorti rrikonoxxiet żmien qabel li t-taqsiriet annwali huma element addizzjonali tal-kontroll intern u ħeġġet lill-Kummissjoni biex iżżid il-valur lill-proċess billi tidentifika problemi komuni, soluzzjonijiet possibbli u l-aħjar prattiċi u tuża din l-informazzjoni fir-rwol tagħha ta’ sorveljanza (19).

 

2.18.

Il-verifika tal-Qorti wriet li fil-31 ta’ Marzu 2008, 25 mis-27 Stat Membru kienu ppreżentaw sommarju annwali. Minn dawn il-25, total ta’ tmien Stati Membri ma osservawx ir-rekwiżiti minimi tar-Regolament Finanzjarju u r-Regoli Implimentattivi (20) u 12-il Stat Membru ieħor osservawhom biss parzjalment. Barra dan, 15 biss minn dawn il-25 Stat Membru taw rendikont dwar il-kompletezza u l-preċiżjoni ta’ l-informazzjoni mogħtija u tnejn minnhom kienu dwar il-perijodu ta’ programmar 2007-2013 li fih tħallsu biss pagamenti bil-quddiem bi ftit riskju marbut magħhom.

2.18.

Il-Kummissjoni tilqa’ l-konklużjoni tal-Qorti li l-Kummissjoni wettqet monitoraġġ xieraq tal-proċess tas-sommarju annwali billi ħarġet linji gwida ċari filwaqt li ħadet azzjoni pronta dwar in-nuqqas ta' konformità.

Il-Kummissjoni ħadet passi xierqa bħala segwitu tal-każi kollha ta' nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti minimi u ma’ kwistjonijiet b’rabta mal-kwalità tas-sottomissjonijiet.

Infetħet proċedura ta’ ksur kontra Stat Membru li naqas milli jressaq dikjarazzjoni annwali konformi mar-rekwiżiti tar-regolament.

2.19.

Id-differenza bejn il-preżentazzjoni u l-assenza frekwenti ta’ rendikont fuq il-kompletezza u l-preċiżjoni tad-data ta’ bażi fissret li t-taqsiriet annwali sa issa ma jagħtux evalwazzjoni affidabbli tal-ħidma u l-effettività tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll.

2.19.

B’mod ġenerali r-riżultat tal-ewwel ċiklu ta’ sommarji annwali kien wieħed pożittiv, jiġifieri fl-aħħar mill-aħħar kważi l-Istati Membri kollha żammew konformi mar-rekwiżiti, u l-Kummissjoni tikkunsidra li dan jipprovdi bażi tajba għat-titjib tal-kwalità tas-sommarji fiċ-ċiklu li jmiss. Il-Kummissjoni se tippreżenta nota ta’ gwida riveduta lill-Istati Membri b’rakkomandazzjonijiet immirati lejn il-kisba ta’ kwalità ogħla fis-sommarji annwali tagħhom għall-2008.

2.20.

Il-Qorti tqis illi, għal din l-ewwel sena ta’ taqsiriet annwali, il-Kummissjoni ssorveljat b’mod xieraq il-proċess kemm billi ħarġet linji ta’ gwida ċari u billi segwiet ir-raġunijiet għaliex ma ġewx osservati l-iskadenzi u l-kriterji ta’ l-ambitu jew tal-kwalità.

 

Kriterji ta’ materjalità u kriterji biex jiddefinixxu r-riżervi

2.21.

Bosta Direttorati-Ġenerali stabbilew kriterji ta’ materjalità (21) skond il-linji ta’ gwida tal-Kummissjoni u adattawhom għall-modi ta’ ġestjoni partikolari tagħhom, għall-ambjent tal-kontroll intern u għas-sistemi ta’ kontroll fl-Istati Membri (22).

 

2.22.

Fuq rakkomandazzjoni tal-Qorti fir-Rapport Annwali tagħha ta’ l-2006 (23) l-erba Direttorati-Ġenerali prinċipali responsabbli mill-implimentazzjoni tal-baġit ta’ l-UE taħt l-arranġamenti ta’ ġestjoni maqsuma (24) irrevedew il-metodu li bih jevalwaw il-ħidma tas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll għall-azzjonijiet strutturali fl-Istati Membri. Id-Diretturi-Ġenerali issa jikkunsidraw il-programmi u s-sistemi kollha li ngħatatilhom opinjoni tal-verifika avversa dwarhom minn korp adegwat bħala li fihom, “nuqqasijiet sinifikanti”, jekk mhux għax hemm evidenza tal-verifika affidabbli, minn sors differenti, li turi l-oppost (25).

 

2.23.

Direttorat Ġenerali wieħed applika livelli ta’ materjalità li mhumiex kompatibbli ma’ l-informazzjoni u l-assigurazzjoni l-oħra mogħtija fi bnadi oħra fir-Rapport ta’ l-Attività Annwali tiegħu (26).

2.23.

Fir-rapport ta’ Sinteżi s-servizzi ċentrali tal-Kummissjoni kkommettew ruħhom li jipprovdu gwida ulterjuri lid-Direttorati Ġenerali biex dawn jindirizzaw b’mod aktar ċar ir-rabta bejn ir-rati ta’ żbalji, il-materjalità u r-riżervi.

Madanakollu, b’rabta mal-każ imsemmi fin-nota ta’ qiegħ il-paġna nru 20, in-nefqa kkonċernata kienet partikolarment irrelevanti fir-rigward tal-operazzjonijiet tal-Kummissjoni inġenerali, u l-approċċ li ntgħażel huwa konsistenti mal-prinċipju li filwaqt li d-Direttorati Ġenerali jistabbilixxu s-sistemi ta’ kontroll tagħhom huma għandhom isibu bilanċ bejn l-ispejjeż u l-benefiċċji. Dan huwa kompatibbli ma’ dikjarazzjonijiet oħra dwar il-livell għoli ta’ assigurazzjoni.

STANDARDS TA’ KONTROLL INTERN TAL-KUMMISSJONI

2.24.

Il-Qorti eżaminat l-applikazzjoni ta’ għażla ta’ standards ta’ kontroll intern (ICS) minn għadd ta’ servizzi tal-Kummissjoni. L-eżami mmira li jevalwa mhux biss il-grad ta’ implimentazzjoni tar-rekwiżiti minimi (baseline), imma wkoll li jevalwa l-efettività tas-sistemi li jassiguraw il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Din ta’ l-aħħar hija partikolarment importanti għall-2007 għax tippermetti li jittieħdu konklużjonijiet dwar is-suċċess ta’ l-isforzi tal-Kummissjoni f’dan il-qasam qabel ir-reviżjoni ġenerali ta’ l-istandards fis-seħħ sa mill-2008.

2.24.

Il-Kummissjoni għandha l-għan li turi li l-implimentazzjoni tal-istandards qed tikkontribwixxi b’mod effettiv għall-assigurazzjoni tal-amministrazzjoni. Dan il-prinċipju iservi ta’ bażi għar-reviżjoni li saret fl-2007 tal-istandards ta’ kontroll intern (fis-seħħ mill-2008).

Osservanza tar-rekwiżiti minimi

2.25.

L-evalwazzjoni tal-Qorti ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-istandards ta’ kontroll intern għas-sena finanzjarja 2007 turi li d-Direttorati-Ġenerali josservaw bħala medja 96 % (2006, 95 %) tar-rekwiżi minimi (ara t- Tabella 2.2 ). Għalhekk il-Kummissjoni implimentat ICSs fuq grad konsistentement għoli sa mill-2004.

2.25.

Fis-sena 2000 il-Kummissjoni adottat l-istandards tagħha ta’ kontroll intern bħala parti mir-riforma li tnediet f'dik is-sena. L-istandards u r-rekwiżiti minimi assoċjati magħhom kienu saru bil-ħsieb li jippermettu li titkejjel il-maturità tas-sistemi ta' kontroll intern tal-Kummissjoni. Is-suċċess ta’ dan l-approċċ joħroġ biċ-ċar mil-livell konsistentement għoli ta' konformità li ġie rrapurtat mis-servizzi u mill-Qorti fl-aħħar snin.

Effettività fi tmiem l-2007

2.26.

Minkejja din il-kisba l-Kummissjoni ma kinitx kapaċi li turi b’mod komprensiv għall-2007 li sistemi ta’ sorveljanza u kontroll huma biżżejjed effettivi biex inaqqsu r-riskju ta’ żball f’ċerti oqsma ta’ politika bħall-Agrikoltura u r-riżorsi naturali (il-paragrafu 5.51), il-Koeżjoni (il-paragrafu 6.32) (27), ir-Riċerka, l-enerġija u t-trasport (il-paragrafu 7.41), l-Għajnuna esterna, l-iżvilupp u t-tkabbir (il-paragrafu 8.32) u l-Edukazzjoni u ċ-ċittadinanza (il-paragrafu 9.25).

2.26.

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li jeħtieġ li jittieħdu miżuri biex tittejjeb l-effikaċja tas-sistemi ta' kontroll intern, u ta' dawk superviżorji, għal ċerti oqsma ta' politika. Dan huwa proċess kontinwu u jinvolvi titjib ulterjuri tas-sistemi ta’ kontroll fil-livelli kollha.

Ara wkoll it-tweġibiet għall-paragrafi 5.51, 6.33, 7.42, 8.31 u 9.25.

Tabella 2.2 — L-analiżi tal-Qorti ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-istandards ta’ kontroll intern (b’rabta diretta mal-legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi) għal Direttorati-Ġenerali magħżula (Sitwazzjoni fil-31.12.2007)

Direttorat-Ġenerali jew Servizz

Standard 11

“Analiżi tar-riskju u ġestjoni”

Standard 12

“Informazzjoni tal-ġestjoni xierqa”

Standard 14

“Rappurtar ta’ nuqqasijiet”

Standard 17

“Sorveljanza”

Standard 18

“Reġistrazzjoni ta’ l-eċċezzjonijiet”

Standard 20

“Reġistrazzjoni u korrezzjoni ta’ nuqqasijiet tal-kontroll intern”

Standard 21

“Rapporti tal-Verifika”

Standard 22

“Kapaċità tal-verifika interna”

2006

2007

2006

2007

2006

2007

2006

2007

2006

2007

2006

2007

2006

2007

2006

2007

Servizz Ġenerali

Uffiċċju tal-Publikazzjoni

A

A

A

A

A

A

B

A

A

A

A

A

A

A

A

A

Politika

Agrikoltura u Żvilupp Rurali

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

B

A

B

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Opportunitajiet Indaqs

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

Enerġija u Trasport

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

Affarijiet Marittimi u Sajd

B

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

B

Soċjetà ta’ l-Informazzjoni u Media

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

Politika Reġjonali

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

Riċerka

B

A

B

B

A

A

B

A

A

A

A

A

A

A

A

A

Relazzjonijiet Esterni

Tkabbir

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

EuropeAid

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

Relazzjonijiet esterni

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

Għajnuna Umanitarja

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

Relazzjonijiet Interni

Baġit

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

Uffiċċju għall-Amministrazzjoni u Pagament ta’ Drittijiet Individwali

B

B

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

Uffiċċju għall-Loġistika u l-Infrastruttura fi Brussell

A

A

A

A

A

A

A

B

A

A

A

A

A

A

A

A

Uffiċċju għall-Loġistika u l-Infrastruttura fil-Lussemburgu

B

B

A

A

A

A

B

B

A

A

A

A

A

A

A

A

Konformità parzjali kienet innutata fl-2007 għal li ġej: ICS 11 għall-Europe Aid, DĠs EAC, DEV u ENTR, ICS 12 għad-DĠ TAXUD u BEPA u ICS 18 DĠs ENV u SANCO.

Evalwazzjoni:

Konformità

A: Konformità mar-rekwiżiti ta’ bażi.

B: Konformità parzjali mar-rekwiżiti ta’ bażi.

Sors: Il-Qorti ta’ l-Awdituri.

L-effettività u t-tranżizzjoni lejn standards reveduti

2.27.

Fl-2007 il-Kummissjoni ddeċidiet li tissostitwixxi l-istruttura ICS kurrenti bi prinċipji bażiċi u b’rekwiżiti relatati aktar dettaljati li essenzjalment jikkorrispondu ma’ l-ICS ta’ qabel u r-rekwiżiti minimi (28). Analiżi tat-tmien ICS rilevanti għall-evalwazzjoni tal-Qorti fl-2007 ma turix bidliet materjali fil-format il-ġdid.

2.27.

L-għan tar-reviżjoni tal-istandards kien li l-implimentazzjoni tagħhom tkun iċċarata u ssimplifikata: l-istandards il-ġodda jkopru l-istess oqsma iżda jużaw lingwaġġ aktar aċċessibbli għall-persunal kollu. Barra minn hekk il-qafas il-ġdid neħħa ċertu xogħol doppju bejn l-istandards preċedenti u jenfasizza l-effikaċja tas-sistemi ta’ kontroll.

Ara wkoll it-tweġiba għall-paragrafu 2.28.

2.28.

Wieħed mill-komponenti ta’ l-ICSs revedut huwa l-Evalwazzjoni ta’ l-Effettività tal-Kontroll Intern fejn is-servizzi tal-Kummissjoni huma meħtieġa li jiġġudikaw u juru l-effettività tas-sistemi ta’ kontroll intern tagħhom fil-prattika. Din ser tkun ibbażata fuq għoti ta’ prijorità lil ċerti standards u evalwazzjoni tar-riskju annwali mill-maniġment. Iżda, peress li l-ICSs huma interdipendenti u flimkien jiffurmaw il-qafas ta’ kontroll, il-Kummissjoni trid tkun f’pożizzjoni wkoll li turi kull sena l-effettività tas-sistema ta’ kontroll intern fit-totalità tagħha.

2.28.

Ir-rekwiżit li jitħejja rapport dwar l-effikaċja jopera fuq żewġ livelli:

juri li l-istandards infushom (li jkopru kemm kwistjonijiet finanzjarji u dawk li mhumiex) huma implimentati b'mod effettiv fis-servizzi tal-Kummissjoni; kif ukoll

juri li s-sistemi fis-seħħ fil-Kummissjoni jaqdu b’mod effettiv l-għan tagħhom ta’ ġestjoni tar-riskju ta’ żbalji fit-tranżazzjonijiet sottostanti, li huma s-suġġett ta' din l-osservazzjoni.

L-implimentazzjoni tal-istandards prijoritarji magħżula f’kull servizz se jkunu rrappurtati fir-rapporti ta’ attività annwali tal-2008, għax ir-rekwiżit imur lil hinn mill-konformità biss. L-effikaċja tas-sistema ta’ kontroll intern fl-intier tagħha li tiggarantixxi l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti hija s-suġġett tad-dikjarazzjoni tal-Uffiċjali Awtorizzanti Delegati, introdotta mar-rapporti ta' attività annwali fis-sena 2001.

PJAN TA’ AZZJONI

Evalwazzjoni ġenerali

2.29.

Diċembru 2007 kien it-tmiem ta’ perijodu ta’ sentejn iffissat mill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni tagħha lejn Qafas tal-Kontroll Intern Integrat (29). Ir-rapport sommarju tal-Kummissjoni għall-2007 (30) jagħti evalwazzjoni kunfidenti tal-progess li sar fl-implimentazzjoni ta’ l-azzjonijiet f’din id-data, filwaqt li jindika li l-evidenza ta’ l-effettività ta’ l-azzjonijiet f’dak li għandu x’jaqsam mat-tnaqqis tal-livell ta’ żball fit-tranżazzjonijiet ta’ bażi għad jonqosha ż-żmien.

2.29.

Il-Pjan ta’ Azzjoni għandu l-għan li jindirizza nuqqasijiet speċifiċi fil-qafas tal-kontroll intern. Is-16-il azzjoni kienu intiżi li jkunu implimentati fuq perjodu ta’ sentejn sal-31 ta’ Diċembru 2007. Fil-biċċa l-kbira tiegħu dan il-għan inkiseb (hemm il-pjan li l-azzjonijiet li baqa’ jitwettqu sa tmiem l-2008.)

L-implimentazzjoni tal-azzjonijiet għandha tkun distinta mill-impatt li se jkollhom (ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Frar 2008 (31): “…It-tnaqqis tal-iżbalji u ż-żieda fl-assigurazzjoni jistgħu jiżviluppaw biss fuq perjodu ta’ żmien hekk kif l-azzjonijiet jibdew iħallu impatt fuq is-sistemi ta’ kontroll sottostanti”). Il-Kummissjoni kkommettiet ruħha li tippubblika rapport annwali dwar l-impatt li jkopri l-azzjonijiet differenti.

Evalwazzjoni skond l-azzjoni

L-implimentazzjoni ta’ l-azzjonijiet kompliet …

2.30.

Abbażi ta’ l-analiżi tal-Qorti (ara t- Tabella 2.3 ), il-Kummissjoni għamlet progress fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni tagħha fl-2007. B’mod ġenerali, fi tmiem l-2007 total ta’ 21 (2006-7) sub-azzjonijiet ġew implimentati u 14 (2006-19) għadhom f’varji stadji ta’ progress.

2.30.

Fil-parti l-kbira tagħha l-analiżi tal-Qorti tikkonferma l-analiżi tal-Kummissjoni fir-rapport dwar il-progress tas-27 ta' Frar 2008 (COM(2008)110 finali). L-implimentazzjoni tal-azzjonijiet hija proċess kontinwu u qed titwettaq b'mod rigoruż. L-impatt tal-azzjonijiet jeħtieġ li jsir wara l-implimentazzjoni tagħhom fis-snin 2006 u 2007. L-ewwel rapport dwar l-impatt se jsir kmieni fl-2009.

Jeħtieġ li l-Azzjoni 1 titqies bħala kompluta, billi fil-biċċa l-kbira tagħhom ir-regoli 2007-2013 diġà ġew adottati. Inkiseb ċertu element ta’ simplifikazzjoni, prinċipalment fl-oqsma tal-ipprogrammar tal-fondi strutturali u fl-aċċettazjoni ta’ rimborżi ta’ ammonti f’daqqa f’diversi oqsma ta’ politika.

Dwar l-azzjoni 7c (L-estensjoni tal-kriterji għal verifiki ta’ ċertifikazzjoni, b’enfasi fuq l-użu ta’ “proċeduri miftiehma”, fuq modi oħra ta' ġestjoni), il-Kummissjoni tenfasizza li din għadha għaddejja ħidma fuqha. Il-proċeduri miftiehma jintużaw fl-għajnuna esterna u l-użu tagħhom qed jiġi kkunsidrat għall-edukazzjoni u l-kultura.

Għal azzjoni 8N (kuntatt mal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verfika (SAIs) biex jiddeterminaw kif il-ħidma tagħhom tista’ tintuża għall-għoti ta’ assigurazzjoni u t-tnedija ta’ studju ta' każi partikolari dwar il-kwistjonijiet ewlenin li jiltaqgħu magħhom l-SAIs fl-analiżi tan-nefqa tal-Kummissjoni) il-ħidma ppjanata taħt din l-azzjoni kważi twettqet għal kollox kif ġie rrappurtat mill-Kummissjoni. Baqa’ jsir kuntatt ma’ diversi SAIs, inkluż ma’ dawk l-Istati Membri li jipprovdu dikjarazzjoni nazzjonali. Studju ta’ każ partikolari mal-SAI Slovena wassal għal titjib konsiderevoli fir-rapporti finanzjarji pprovduti mill-Kummissjoni lill-SAIs nazzjonali kollha.

Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-Azzjoni 12 (Id-dħul fis-seħħ ta' passi biex jitnaqqsu d-distakki fil-qafas tal-kontroll intern permezz ta' Pjanijiet ta' Ġestjoni Annwali u Rapporti ta’Attività Annwali) hija implimentata billi d-Direttorati Ġenerali huma mistennija janalizzaw ir-riskji tagħhom bħala parti mill-proċess tal-Pjan ta’ Ġestjoni Annwali u jirrappurtaw dwar l-effikaċja tas-sistemi ta’ kontroll intern tagħhom permezz tar-rapporti ta’ attività annwali. Filwaqt li tali analiżi u rappurtaġġ jaqgħu taħt ir-responsabbiltà kontinwa tal-amministrazzjoni, il-Kummissjoni tikkunsidra li n-nuqqasijiet identifikati fil-pjan ta' azzjoni qegħdin jiġu indirizzati permezz ta' proċessi ta' rappurtaġġ standard.

Tabella 2.3 — Ħarsa ġenerali ta’ l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni tal-Kummissjoni lejn qafas tal-kontroll intern integrat

Referenza

Qasam/(sub-)azzjonijiet/skadenza stabbilita fil-pjan ta’ azzjoni

Evalwazzjoni tal-kompletazzjoni mill-Kummissjoni fil-31.12.2007

Evalwazzjoni tal-Qorti ta’ l-istadju ta’ implimentazzjoni fil-31.12.2007

Evalwazzjoni tal-Kummissjoni ta’ l-impatt miksub (Frar 2008) (32)

Evalwazzjoni preliminari tal-Qorti ta’ l-impatt miksub fil-31.12.2007 (33)

Simplifikazzjoni u prinċipji ta’ kontroll komuni (Azzjonijiet 1-4)

1

Żżomm in konsiderazzjoni s-simplifikazzjoni tar-regoli għall-perijodu 2007-2013 b’mod partikolari dawk li jikkonċernaw l-eligibilità ta’ l-infiq fil-fondi strutturali u fil-programmi ta’ riċerka (31.12.2006).

Ikkompletata

Ikkompletata

Image

Ma tistax titkejjel

2

Tipproponi kontroll intern bħala prinċipju baġitarju fir-Regolament Finanzjarju revedut abbażi tar-riżultati tal-konsultazzjoni inter-istituzzjonali (1.6.2006).

Irtirata

Mhux implimentata

3a

Tistabbilixxi Templates ta’ Kontroll Intern li juru l-firxa ta’ komponenti ta’ kontroll li jistgħu jkunu mistennija f’ambjent ta’ kontroll speċifiku (31.5.2006).

Ikkompletata

Implimentata

Image

Ma tistax titkejjel

3b

Turi kif id-Direttorati-Ġenerali ser jiksbu assigurazzjoni fuq l-istrutturi ta’ kontroll intern għal ġestjoni maqsuma u l-politika interna, billi jikkunsidraw it-templates żviluppati u l-istrateġiji ta’ kontroll fil-livell tal-Kummissjoni (30.9.2006).

Ikkompletata

Implimentata

3c

Torganizza peer review biex ittejjeb koerenza u konsistenza ta’ l-istrateġiji ta’ kontroll skond il-familja (31.3.2007).

Ikkompletata

Implimentata

3d

Turi kif id-Direttorati-Ġenerali ser jiksbu assigurazzjoni dwar l-istrutturi ta’ kontroll intern għall-politika esterna, in-nefqa amministrattiva, l-għajnuna ta’ qabel l-adeżjoni, il-FEI u r-riżorsi proprji billi tieħu in konsiderazzjoni t-templates żviluppati u strateġiji ta’ kontroll fil-livell tal-Kummissjoni (31.12.2007).

Ikkompletata

Implimentata

3e

Torganizza peer review biex ittejjeb il-koerenza u l-konsistenza ta’ l-istrateġiji ta’ kontroll skond il-familja (31.12.2007).

Ikkompletata

Implimentata

3N

Mir-rapport ta’ Sinteżi ta’ l-2006, il-Kummissjoni ser tistabbilixxi biċ-ċar u tikkomunika lill-awtorità baġitarja riżervi dwar assigurazzjoni globali, li tinkludi fejn rilevanti skond is-settur jew l-Istati Membri, flimkien mal-korrezzjonijiet finanzjarji korrispondenti jew suspensjonijiet tal-pagamenti (31.12.2007).

Ikkompletata

Implimentata

Image

Ma tistax titkejjel

4

Tnedi inizjattiva inter-istituzzjonali dwar il-prinċipji bażiċi li għandhom jiġu kkunsidrati dwar ir-riskji li għandhom jiġu tollerati fit-tranżazzjonijiet ta’ bażi u d-definizzjoni tal-livelli standard komuni għall-ġestjoni ta’ dan ir-riskju (31.3.2006).

Irtirata

Mhux implimentata

Dikjarazzjonijiet tal-maniġment u assigurazzjoni tal-verifika (Azzjonijiet 5-8)

5

Tippromwovi l-użu tad-dikjarazzjonijiet ta’ ġestjoni fuq livell operattiv fin-negozjati fuq il-leġiżlazzjoni ta’ l-2007-2013 għal ġestjoni ċentralizzata diretta u l-istabbiliment ta’ korpi nazzjonali ta’ koordinazzjoni li kapaċi jagħtu ħarsa ġenerali ta’ l-assigurazzjoni disponibbli per eżempju permezz ta’ sinteżi ta’ dikjarazzjonijiet operattivi skond il-qasam tal-politika (30.6.2006).

Ikkompletata

Implimentata

Image

Ma tistax titkejjel

6a

Tiżviluppa linji ta’ gwida dwar dikjarazzjonijiet ta’ ġestjoni aktar effettivi fir-riċerka jew politika interna oħra (30.9.2006).

Ikkumbinata ma’ azzjoni 7

6b

Estensjoni tal-linji ta’ gwida sabiex id-dikjarazzjonijiet tal-ġestjoni jsiru aktar effettivi għall-politika esterna (31.12.2007).

Irtirata

Irtirata

7a

Tistabbilixxi kriterji għall-verifiki ta’ ċertifikazzjoni fil-politika tar-riċerka u interna, li tiffoka fuq l-użu ta’ “proċeduri mifthiema” (31.12.2006).

Ikkompletata

Implimentata

Image

Ma tistax titkejjel

7b

Teżamina kriterji, fejn dawn għandhom mhumiex fis-seħħ, għall-verifiki ta’ ċertifikazzjoni f’ġestjoni maqsuma 2007-2013, li jikkunsidraw ukoll l-użu ta’ “proċeduri mifthiema” (31.3.2007).

Irtirata

Irtirata

7c

Testendi kriterji għall-verifiki ta’ ċertifikazzjoni, li jiffokaw fuq l-użu ta’ “proċeduri miftiehma”, għal modi ta’ ġestjoni oħra, fejn jixraq (31.12.2007).

Qed titwettaq

Qed tiġi implimentata

Image

Ma tistax titkejjel

8

Analiżi ta’ l-assigurazzjoni potenzjal addizzjonali mis-SAIs fuq prattiċi eżistenti relatati mal-fondi ta’ l-UE (31.12.2006).

Ikkompletata

Implimentata

Image

Ma tistax titkejjel

8N

Biex tibni fuq il-momentum maħluq minn din l-azzjoni, il-Kummissjoni ser tfittex kuntatt mas-SAIs bi skop li tiddetermina kif il-mod li jaħdmu bih jista’ jintuża biex jagħtu assigurazzjoni fuq l-eżekuzzjoni tal-programmi tagħha fl-Istati Membri. Ser tnedi wkoll każ ta’ studju fuq kwestjonijiet prinċipali ffaċjati mis-SAIs fl-eżami ta’ l-infiq ta’ l-UE (31.12.2007).

Kważi kkompletata

Qed tiġi implimentata

Approċċ tal-verifika singola: qsim tar-riżultati u l-għoti ta’ prijorità lill-ispejjeż-benefiċċji (Azzjonijiet 9-11)

9a.1

Evalwazzjoni ta’ azzjonijiet potenzjali neċessarji għat-titjib tal-qsim tar-riżultati tal-verifika u tal-kontroll u reġistrazzjoni tas-segwitu tagħhom fil-qasam tal-politika interna, inkluża r-riċerka (31.12.2006).

Ikkompletata

Implementata

Image

Ma tistax titkejjel

9a.1N

Biex tissorvelja l-fażijiet inizjali tal-qsim tad-data fl-ABAC, il-Kummissjoni, għas-Sitt Programm Qafas, ser tissorvelja l-użu tal-qsim tad-data u r-rappurtar tal-maniġment sabiex tidentifika fatturi prinċipali għall-suċċess fl-integrazzjoni aħjar tal-qsim tad-data fil-proċess ta’ kontroll ġenerali (31.12.2007).

Ikkompletata

Qed tiġi implimentata

9a.2

Evalwazzjoni ta’ azzjonijiet potenzjali neċessarji biex itejjbu l-qsim tar-riżultati tal-verifika u tal-kontroll u r-reġistrazzjoni tas-segwitu tagħhom fil-qasam tal-fondi strutturali 2007-2013 (31.5.2007).

Kważi kkompletata

Qed tiġi implimentata

9a.3

Evalwazzjoni ta’ azzjonijiet potenzjali neċessarji biex itejjbu l-qsim tar-riżultati tal-verifika u l-kontroll u r-reġistrazzjoni tas-segwitu tagħhom fil-qasam ta’ politiki oħra (31.12.2007).

Ara taħt sub-azzjoni 9b

Ara taħt sub-azzjoni 9b

9b

Għal infiq taħt ġestjoni diretta, l-implimentazzjoni ta’ għodda marbuta ma’ l-ABAC għal skambju ta’ informazzjoni mifrux fil-Kummissjoni kollha dwar missjonijiet ta’ kontroll u verifika fuq l-entitajiet legali kollha (31.12.2007).

Ikkompletata

Implimentata

9c

L-għoti ta’ offerta għal qafas kuntrattwali mifrux fuq il-Kummissjoni kollha biex jassisti lid-Direttorati-Ġenerali fuq kwestjonijiet metodoloġiċi, l-implimentazzjoni ta’ xogħol ta’ kontroll u l-ittraċċar tal-prestazzjoni tal-kontroll (30.4.2007).

Ikkompletata

Implimentata

10a.1

Tevalwa l-ispejjeż tal-kontroll fil-ġestjoni maqsuma: tiddefinixxi metodoloġija komuni (31.5.2006).

Ikkompletata

Implimentata

Image

Ma tistax titkejjel

10a.2

Tevalwa l-ispejjeż tal-kontroll fil-ġestjoni maqsuma: tnedi inizjattiva biex tingħata data lill-Istati Membri (30.9.2006).

Ikkompletata

Implimentata

10a.3

Tevalwa l-ispejjeż tal-kontroll fil-ġestjoni maqsuma: għoti ta’ data mill-Istati Membri (28.2.2007).

Kważi kkompletata

Qed tiġi implimentata

10a.4

Tevalwa l-ispejjeż tal-kontroll fil-ġestjoni maqsuma: analiżi ta’ l-informazzjoni rċevuta (30.9.2007).

Kważi kkompletata

Qed tiġi implimentata

10b

Twettiq ta’ l-ewwel stima fuq l-ispejjeż ta’ kontroll mġarrba fl-infiq amministrattiv dirett (30.6.2007).

Ikkompletata

Implimentata

10N

Tesplora aktar il-proporzjon bejn l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-kontroll, il-Kummissjoni ser teżamina l-effett tat-tfassil tal-programmi u r-rekwiżiti ta’ eliġibilità fuq l-ispejjeż tal-kontroll biex tiżviluppa analiżi dettaljata tar-riskju li jista’ jiġi tollerat fuq bażi prattika (31.12.2007).

Fil-parti l-kbira kkompletata

Qed tiġi implimentata

11

Twettaq eżerċizzju pilota biex tevalwa l-benefiċċju fil-kuntest tal-kontroll tal-politika interna (30.6.2007).

Kważi kkompletata

Qed tiġi implimentata

Image

Ma tistax titkejjel

11N

Tiddetermina jekk is-sistemi ta’ rkupru u ta’ tpaċija hux qed jaħdmu b’mod effettiv, billi tidentifika ammonti rkuprati fl-2005 u fl-2006 u l-koerenza tagħhom ma’ żbalji identifikati matul il-kontrolli, fil-ġestjoni diretta, il-Kummissjoni ser tiżviluppa tipoloġija ta’ żbalji u r-rabta bejn l-irkupri, il-korrezzjonijiet finanzjarji u l-aġġustamenti lill-pagamenti u għall-ġestjoni maqsuma ser teżamina l-affidabilità tas-sistemi nazzjonali ta’ sorveljanza u rappurtar (31.12.2007).

Fil-parti l-kbira kkompletata

Qed tiġi implimentata

Vojt f’setturi speċifiċi (Azzjonijiet 12-16)

12

Twettaq passi biex tagħlaq dan il-vojt permezz tal-pjanijiet tal-ġestjoni annwali, b’rappurtar tas-segwitu fuq il-progress fir-rapporti ta’ attività annwali (15.6.2007).

Ikkompletata

Qed tiġi implimentata

Image

Ma tistax titkejjel

12N

Sabiex tassigura kunsinna effettivà, il-Kummissjoni ser twettaq 300 verifika għall-FP6 fl-2007, meta mqabbla mal-45 mwettqa fl-2006. Barra dan, billi żviluppaw approċċ sistematiku biex tanalizza u tieħu kampjuni tal-popolazzjjoni tal-benefiċjarji ta’ l-FP6 bħala parti ta’ azzjonii 16b, il-Kummissjoni ser tkompli bl-identifikazzjoni u l-korrezzjoni ta’ żbalji f’benefiċjarji li jirċievu l-proporzjon l-aktar sinifikanti tal-baġit. Din ser tipprovdi, sa tmiem l-2007, stampa rappreżentattiva tal-livell u n-natura ta’ l-irregolaritajiet fil-baġit tar-riċerka fit-totalità tiegħu (31.12.2007).

Ikkompletata

Implimentata

13.1

Tiffinalizza, kif meħtieġ mill-Ecofin, l-analiżi għall-fondi strutturali fuq kontrolli preżenti fil-livell tas-settur u reġjonali u l-valur ta’ rendikonti u dikjarazzjonijiet eżistenti, tieħu in konsiderazzjoni ir-rapporti annwali ta’ l-Artikolu 13 dovuti sa Ġunju 2006 u r-riżultati tal-verifiki tal-Kummissjoni (31.3.2007).

Ikkompletata

Implimentata

Image

Ma tistax titkejjel

13.2

Taġġorna, fil-kuntest tar-rapporti ta’ attività annwali, kif id-Direttorati-Ġenerali jiksbu assigurazzjoni mill-istrutturi tal-kontroll għall-fondi strutturali u agrikoli għall-perijodu 2007-2013 (31.12.2007).

Ikkompletata

Qed tiġi implimentata

14a

Ixxerred prattiċi tajba għal kontrolli ta’ livell primarju biex iġġesti r-riskju ta’ żball fit-tranżazzjonijiet ta’ bażi u tirrakkomanda lill-Istati Membri biex isaħħu l-attivitajiet ta’ informazzjoni tagħhom diretti lill-benefiċjarji, inkluża informazzjoni fuq kontrolli u r-riskju ta’ l-annullament tal-fondi (30.6.2006).

Ikkompletata

Implimentata

Image

Ma tistax titkejjel

14b

Tagħti fil-kuntest tal-fondi strutturali u ġestjoni ċentralizzata indiretta ta’ l-2007-2013 linji ta’ gwida għall-benefiċjarji jew/u livell intermedji fuq kontrolli u responsabilitajiet fil-katina tal-kontroll (31.12.2007).

Kważi kkompletata

Qed tiġi implimentata

15

Tikkonkludi għall-fondi strutturali “kuntratti ta’ kunfidenza” ma’ 8 Stati Membri, jekk ikun hemm volontiera biżżejjedm bħala bażi soda biex tipprepara għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni l-ġdida u biex ittejjeb l-assigurazzjoni fuq l-infiq taħt il-leġiżlazzjoni eżistenti (31.12.2007).

Kważi kkompletata

Qed tiġi implimentata

Image

Ma tistax titkejjel

16a

Tistabbilixxi linji ta’ gwida, ibbażati fuq l-esperjenza eżistenti, fuq l-akkreditazzjoni, it-taħriġ u l-monitoraġġ ta’ awdituri esterni fil-qasam tar-riċerka u politiki interni oħra (30.6.2007).

Ikkompletata

Implimentata

Image

Ma tistax titkejjel

16b

Tiżviluppa approċċ komuni għall-użu tar-riskji u teħid ta’ kampjuni fir-riċerka u l-politika interna oħra, u il-politika esterna (31.12.2007).

Ikkompletata

Implimentata

16c

Tikkoordina standards tal-verifika, rappurtar dwar ir-rata ta’ żball, eċċ. Għall-fondi strutturali (31.12.2007).

Kważi kkompletata

Qed tiġi implimentata

Sors: Il-Qorti ta’ l-Awdituri.

… b’eċċezzjoni notevoli waħda

2.31.

F’Marzu 2007 ġiet introdotta sub-azzjoni 11N li timmira li tevalwa jekk is-sistemi ta’ rkupru u ta’ tpaċija humiex qed jaħdmu b’mod effettiv, billi tidentifika ammonti rkuprati kemm fl-2005 u fl-2006 u l-koerenza tagħhom ma’ żbalji identifikati waqt il-kontrolli.

 

2.32.

Minkejja sforzi konsiderevoli, il-Kummissjoni ma kinitx kapaċi li tippreżenta figuri kompleti u affidabbli għall-2005 u l-2006. Barra dan, il-Kummissjoni ma kinitx kapaċi turi li l-figuri eventwalment preżentati fir-rigward tas-snin in kwestjoni, ħadu in konsiderazzjoni l-irkupri kollha mibdija mill-Istati Membri u jistgħu jiġu rrikonċiljati b’mod trasparenti mar-rendikonti finanzjarji ppubblikati.

2.32.

Il-Kapitolu 6 tan-noti għall-kontijiet annwali għall-2007 jagħti l-aħjar stima tal-irkupri (ara wkoll it-tweġiba għall-paragrafu 3.29). Fil-qasam tal-politika ta' koeżjoni, il-Kummissjoni tippubblika ċifri għal korrezzjonijiet finanzjarji li jirriżultaw mill-attività ta' kontroll tagħha stess. Diġà nkiseb titjib fir-rigward tal-affidabbiltà ta’ din id-dejta. Hija qiegħda tieħu passi biex ittejjeb ir-rappurtaġġ mill-Istati Membri tal-korrezzjonijiet wara l-attività ta’ kontroll tagħhom biex tiżgura l-kompletezza finali tiegħu.

2.33.

L-inizjattiva tal-Kummissjoni li tirreġistra fis-sistema finanzjarja ċentrali u tal-kontabilità, data kompleta dwar irkupri mill-Kummissjoni sa mill-2008 huwa żvilupp pożittiv. Il-Qorti tinnota, iżda, li din l-opportunità intilfet għall-2007.

2.33.

L-ispiża tal-aġġornament retroattiv tar-rekords tan-noti ta’ kreditu u tal-ordnijiet ta’ rkupru kollha għall-2007 kienet meqjusa waħda projbittiva.

L-ewwel evalwazzjoni ta’ l-impatt tal-Pjan ta’ Azzjoni

2.34.

Il-Kummissjoni għamlet l-ewwel evalwazzjoni ta’ l-impatt tal-pjan ta’ azzjoni fi Frar 2008 (34). B’mod ġenerali, tiggrada l-azzjonijiet bħala li qed jibdew juru impatt b’varjazzjonijiet żgħar bejn sub-azzjonijiet individwali (ara t- Tabella 2.3 ). Biex iżżid it-trasparenza l-Kummissjoni għandha tikkjarifika l-bażi għall-evalwazzjoni ta’ l-impatt tagħha.

2.34.

Mill-2009, l-enfasi tar-rappurtaġġ se tinbidel minn fuq l-implimentazzjoni għal fuq miżuri dwar l-impatt. Il-Kummissjoni se tipprovdi aktar informazzjoni dwar l-impatt ivvalutat għal kull azzjoni fl-ewwel rapport tagħha dwar l-impatt kmieni fl-2009 b’referenza għal indikaturi speċifiċi tal-impatt għal kull azzjoni. Madankollu l-Kummissjoni diġà tista’ turi l-impatt reali fuq ċerti azzjonijiet, pereżempju:

(għall-azzjoni 3) il-mudelli ta’ kontroll intern u l-proċess imtejjeb ta’ evalwazzjoni bejn il-pari, flimkien ma’ linji gwida aktar ċari lid-Direttorati Ġenerali, wasslu għal titjib li jista' jitkejjel fir-rapporti ta' attività annwali, kif muri fit-Tabella 2.1 tal-Qorti;

(għall-azzjoni 8N) l-istudju ta’ każ partikolari wassal għal titjib fir-rapporti mogħtija lil Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika li min-naħa tagħhom wasslu biex aktar u aktar SAIs jagħmlu użu minnhom f'ħidmiethom.

(għall-azzjoni 12) l-istrateġija ta’ verifika għas-Sitt Programm Qafas tar-Riċerka ġiet rikonoxxuta mill-Qorti bħala “li x’aktarx tikkontrobwoxxi għal ħidma aktar effettiva ta’ dan il-kontroll [ex post]”.

2.35.

Filwaqt li l-Qorti tirrikonoxxi li parti kbira tal-Pjan ta’ Azzjoni ġiet implimentata, ma ssibx evidenza ta’ titjib marbut ma’ l-azzjonijiet, speċjalment dawk relatati mal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet, li huwa dirett u li jista’ jitkejjel. Sal-punt li l-impatt jista jitkejjel b’mod objettiv, il-Qorti tikkunsidra li dan jista jkun evalwat fuq tul ta’ żmien itwal.

2.35.

Kwalunkwe simplifikazzjoni tar-regoli, u t-titjib kollu fuq il-kontrolli tal-Kummissjoni, se jieħdu ż-żmien biex iħallu effett fuq il-prevenzjoni ta' żbalji. Barra minn hekk, bosta miżuri jikkonċernaw kontrolli ex-post, u l-irkupru ta’ żbalji fi snin wara li jkunu saru. Il-Kummissjoni taqbel mal-fehma tal-Qorti li l-impatt jista’ jkun ivvalutat biss fuq medda itwal ta’ żmien kif stabbilit fir-rapport tal-Kummissjoni ta’ Frar 2008 dwar il-Pjan ta’ Azzjoni (COM(2008) 110 finali); ara wkoll it-tweġiba għall-paragrafu 2.29.

Ċerti azzjonijiet fil-pjan ta’ azzjoni se jiġu estiżi ulterjorment bħala parti mill-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni biex ittejjeb is-superviżjoni tagħha tal-Istati Membri fir-rigward tal-Fondi Strutturali.

2.36.

Il-Qorti tinnota li l-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li tippreżenta rapport annwali ta’ l-ewwel dwar l-impatt tal-Pjan ta’ Azzjoni, kmieni fl-2009.

 

KONKLUŻJONIJIET ĠENERALI U RAKKOMANDAZZJONIJIET

Konklużjonijiet

2.37.

Għall-2007, il-Qorti identifikat aktar progress fis-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tal-Kummissjoni, b’mod partikolari, it-titjib fil-proċess ta’ preparazzjoni tar-rapporti ta’ l-attività annwali u d-dikjarazzjonijiet (il-paragrafu 2.8), l-impatt tar-riżervi rilevanti dwar l-assigurazzjoni mogħtija fid-dikjarazzjonijiet tad-Diretturi-Ġenerali (il-paragrafi 2.10 sa 2.11) u pass lejn aktar konsistenza mal-konklużjonijiet ta’ l-evalwazzjonijiet speċifiċi tad-DAS (il-paragrafu 2.12).

2.37.

Il-Kummissjoni tilqa’ l-progress identifikat mill-Qorti u tikkommetti ruħha li tissokta bl-isforzi tagħha. Pereżempju, il-proċess intern tal-analiżi tal-“evalwazzjoni bejn il-pari” qabel il-finalizzazzjoni tar-rapporti ta’ attività annwali għenet fl-iżgurar tal-konsistenza u l-affidabbiltà tar-rapporti. Dan il-proċess se jissaħħaħ ulterjorment għar-rapporti ta’ attività annwali tal-2008, kif imħabbar fir-Rapport ta’ Sinteżi.

2.38.

Iżda, f’xi rapporti ta’ l-attività annwali u dikjarazzjonijiet, il-verifiki tal-Qorti identifikaw nuqqasijiet kontinwi fl-iskop u l-iskala tar-riżervi u fl-evalwazzjoni u l-operat tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll (il-paragrafi 2.13 sa 2.14).

2.38.

Il-Kummissjoni tat struzzjonijiet lis-servizzi tagħha biex jieħdu azzjoni vigoruża biex jindirizzaw il-kawżi tar-riżervi fir-Rapporti ta’ Attività Annwali tal-2007 u se tissorvelja mill-qrib il-progress, b'attenzjoni speċjali fuq ir-riżervi rikorrenti. Matul l-2008, se tingħata gwida ulterjuri lis-servizzi biex jippromwovu l-konsistenza fit-trattament tar-riskji ta’ reputazzjoni u r-rabta bejn ir-rati ta' żbalji, il-materjalità u r-riżervi.

Id-Diretturi Ġenerali jivvalutaw il-ħidma tal-qafas ta’ kontroll b’mod ġenerali, u mhux biss l-effikaċja tagħha fil-prevenzjoni ta' żbalji. Huma jikkunsidraw il-miżuri mmirati għas-sejba u l-korrezzjoni ta’ żbalji, u kif ukoll l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-kontrolli, partikolarment fir-rigward ta' kontrolli fuq il-post. Il-Kummissjoni ħadet diversi miżuri biex ir-rapporti ta' attività annwali tal-2007 jkunu jistgħu juru b'mod aħjar ir-rabta bejn l-effikaċja tas-sistemi ta' kontroll intern u l-bażi tal-assigurazzjoni. Pereżempju, id-Diretturi Ġenerali ġew mistiedna jiddeskrivu l-“elementi essenzjali” li fuqhom ibbażaw l-assigurazzjoni tagħhom u jispjegaw ir-raġunijiet ta' kwalunkwe differenza bejn l-opinjoni tal-Qorti u l-opinjoni tagħhom. Dawn id-differenzi se jkunu indirizzati matul l-2008 u mbagħad id-Direttorati Ġenerali se jirraportaw dwar dawn il-kwistjonijiet fir-rapporti ta’ attività annwali tagħhom tal-2008.

Ir-riżervi li saru fir-Rapporti ta’ Attività Annwali tal-2007 tad-Direttorati Ġenerali kienu, fil-fehma tal-Kummissjoni, konformi mal-kriterji ta’ materjalità stabbiliti u kienu jkopru s-sistemi kollha fejn kien hemm nuqqasijiet materjali, u li l-impatt potenzjali tar-riżervi kien ivvalutat adegwatament.

2.39.

Il-Kummissjoni kienet kapaċi turi grad għoli konsistenti ta’ implimentazzjoni ta’ l-istandards tal-kontroll intern sa mill-2004 (ara l-paragrafu 2.25) u sa tmiem l-2007, kienet implimentat aktar minn żewġ terzi tas-sub-azzjonijiet fil-pjan ta’ azzjoni tagħha lejn qafas tal-kontroll intern integrat (il-paragrafu 2.30).

 

2.40.

Iżda, il-Qorti tinnota li l-Kummissjoni mhux kapaċi turi li l-azzjonijiet tagħha biex ittejjeb is-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll kienu effettivi biex inaqqsu r-riskju ta’ żball f’oqsma kbar tal-baġit. Il-Qorti għada ma ssibx evidenza biex issostni l-impatt tal-pjan ta’ azzjoni ddikjarat mill-Kummissjoni.

2.40.

F’dawn l-aħħar snin, it-titjib li sar fl-oqfsa leġiżlattivi għall-programmi Komunitarji ta' finanzjament, it-titjib tal-kundizzjonijiet ta' kontroll, is-simplifikazzjoni tar-regoli finanzjarji u ż-żieda tas-sommarji annwali f'ġestjoni indiretta maqsuma jew ċentralizzata kienu inizjattivi mfassla biex jittejjeb il-qafas ta' kontroll intern u sabiex jittaffa r-riskju ta' żbalji fi tranżazzjonijiet sottostanti.

Huwa diffiċli li wieħed jivvaluta l-impatt ta’ kull azzjoni meħuda fl-2006 u fl-2007 dwar ir-riskju ta’ żbalji. Kwalunkwe simplifikazzjoni tar-regoli, u t-titjib kollu fuq il-kontrolli tal-Kummissjoni, se jieħdu ż-żmien biex iħallu effett fuq il-prevenzjoni tal-iżbalji. Barra minn hekk, bosta miżuri jikkonċernaw kontrolli ex-post, u l-irkupru ta’ żbalji fi snin wara li jkunu saru. Il-Kummissjoni taqbel mal-fehma tal-Qorti li l-impatt jista' jkun ivvalutat biss fuq medda twila ta' żmien. Il-Kummissjoni hija konxja bis-sħiħ mill-ħtieġa li tagħti prova tal-impatt tal-pjan ta’ azzjoni tagħha: ir-Rapporti ta’ Sinteżi jikkonkludu li l-Kummissjoni se twettaq l-isforzi kollha biex turi l-effikaċja tal-kontrolli tagħha. Ir-Rapport ta’ Sinteżi jenfasizza wkoll li l-indirizzar tal-kawżi tal-iżbalji huwa vitali u li s-servizzi tagħha se jagħtu gwida dwar dan is-suġġett.

Il-pjan ta’ azzjoni kien imfassal biex jissodisfa nuqqasijiet speċifiċi u l-Kummissjoni qed tieħu ħafna miżuri oħra biex ittejjeb ulterjorment is-sistemi ta’ kontroll intern tagħha. Il-valutazzjoni tal-Qorti tindika li qed isir titjib fis-sistemi ta’ kontroll intern (b’mod speċjali l-apprezzament tar-rapporti ta’ attività annwali li f’xi każi żdied).

Il-Kummissjoni tista’ turi l-impatt ta’ xi azzjonijiet anke f’dan l-istadju bikri u se tippreżenta l-ewwel rapport annwali tagħha dwar l-impatt kmieni fl-2009. Ara wkoll it-tweġibiet għall-paragrafi 2.26 u 2.35, u għal paragrafi 5.51, 6.33, 7.42, 8.31 u 8.32, u 9.25.

Rakkomandazzjonijiet

2.41.

Il-Qorti tirrikmanda li l-Kummissjoni tkompli bl-isforzi tagħha biex tassigura u turi l-effettività tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tad-Direttorati-Ġenerali tagħha billi tiffoka fuq l-oqsma li ġejjin:

2.41.

 

a)

tassigura li r-rapporti ta’ attività annwali u d-dikjarazzjonijiet jagħtu evalwazzjoni konsistenti tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll li hija kompatibbli mar-riżervi (il-paragrafi 2.13 sa 2.14);

a)

Waqt li d-Direttur Ġenerali biss jibqa’ responsabbli mir-rapport ta’ attività annwali u minn kwalunkwe riżerva/i li jsiru, l-“evalwazzjoni bejn il-pari” tal-abbozz tal-eżerċizzji tar-Rapporti ta’ Attività Annwali ssaħħet għall-eżerċizzju tal-2007. Fil-biċċa l-kbira tagħhom, u meta jittieħdu f’daqqa, ir-rapporti ta’ attività annwali u d-dikjarazzjonijiet jippreżentaw valutazzjoni konsistenti tas-sistemi superviżorji u ta’ kontroll, u mhux biss l-effikaċja tagħhom fil-prevenzjoni ta' żbalji. Dan huwa kompatibbli mar-riżervi. Barra minn hekk, il-Kummissjoni qed ittejjeb il-proċess tar-rapporti ta’ attività annwali f’ċerti oqsma, prinċipalment biex tiżgura konsistenza sħiħa bejn is-servizzi u se tissokta bl-isforzi tagħha f’dan ir-rigward.

Ara wkoll it-tweġibiet għall-paragrafi 2.12 sa 2.14.

b)

tikkollabora ma’ l-Istati Membri biex itejjbu l-informazzjoni mogħtija fit-Taqsiriet Annwali u turi kif din l-informazzjoni ntużat biex tinkiseb assigurazzjoni jew valur miżjud għall-assigurazzjoni mogħtija fir-Rapporti ta’ l-Attività Annwali (il-paragrafu 2.19);

b)

Il-Kummissjoni se tippreżenta nota ta’ gwida riveduta lill-Istati Membri b’rakkomandazzjonijiet biex tittejjeb il-kwalità tas-sommarji annwali tagħhom għall-2008.

Ara wkoll it-tweġiba għall-paragrafu 2.19.

c)

tikkompleta segwitu xieraq tal-miżuri rilevanti tal-pjan ta’ azzjoni lejn qafas ta’ kontroll intern integrat sabiex tassigura impatt reali fuq is-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll (il-paragrafu 2.35), b’mod partikolari fir-rigward tas-Sub-azzjoni 1 (simplifikazzjoni), is-Sub-azzjonijiet 10a u 10b (effettività ta’ l-ispejjeż) u Sub-azzjoni 11N (sistemi ta’ rkupru) (il-paragrafu 2.31);

c)

Kmieni fl-2009 se jiġi ppreżentat rapport dwar l-impatt tal-Pjan ta’ Azzjoni sa tmiem Diċembru 2008. Barra minn hekk f’Novembru 2008 l-Kummissjoni se tagħmel segwitu tar-riżultati ta’ azzjonijiet 4, 10 u 11 f’Komunikazzjoni bil-għan li terġa' tinfetaħ id-diskussjoni dwar ir-riskju tollerabbli.

Fir-rigward tal-politika ta’ koeżjoni, il-Kummissjoni għamlet sforzi sostanzjali biex ittejjeb il-kwalità tad-dejta pprovduta mill-Istati Membri u attwalment qed twettaq ħidma biex tivverifika l-kompletezza u l-eżattezza ta’ din id-dejta.

Ara wkoll it-tweġiba għal paragrafi 2.31 u 2.35.

2.42.

Il-Qorti tirrakkomanda li l-awtoritajiet leġiżlattivi u l-Kummissjoni jkunu preparati li jikkunsidraw it-tfassil ta’ programmi ta’ nfiq futuri billi jagħtu attenzjoni għal dawn li ġejjin:

2.42.

 

a)

is-simplifikazzjoni tal-bażi ta’ kalkolu ta’ spejjeż eliġibbli u użu akbar ta’ pagamenti ta’ ammonti f’daqqa jew fuq rata fissa minflok rimborż ta’ l-“ispejjeż reali”,

a)

Il-Kummissjoni taqbel li hija meħtieġa aktar simplifikazzjoni fir-rigward ta’ kwistjonijiet ta’ eliġibbiltà tan-nefqa.

Taħt il-Pjan ta’ Azzjoni lejn Qafas Integrat ta’ Kontroll Intern tagħha l-Kummissjoni diġà kkommettiet ruħha li toħroġ bi proposti għal regoli ssimplifikati f'rawnds leġiżlattivi ġejjiena. Madanakollu hija ma taġixxix b’mod individwali u tkun teħtieġ li l-Awtorità Leġiżlattiva tiżgura li l-miżuri ta’ simplifikazzjoni jkunu inklużi f’leġiżlazzjoni ġejjiena.

Il-Kummissjoni impenjat ruħha li tiżgura li proposti leġiżlattivi ġejjiena jinkludu regoli ċari u sempliċi fir-rigward tal-użu estiż ta’ ħlasijiet b’ammonti f’daqqa jew b’rata fissa.

Ir-regoli kurrenti għall-Politika ta’ Koeżjoni diġà jippermettu r-rati fissi f’xi ċirkostanzi u l-Kummissjoni se tesplora l-ambitu għall-estensjoni ta' din il-prattika, li fil-preżent hija applikabbli biss għal għadd limitat ta’ kategoriji ta’ nfiq. Dawn mhumiex xierqa għal proġetti kapitali minħabba regoli dwar is-sottomissjoni ta’ offerti u kunsiderazzjonijiet ta’ valur għall-flus.

Fir-rigward tar-riċerka, il-Kummissjoni taqbel li hija meħtieġa aktar simplifikazzjoni fir-rigward tal-kwistjonijiet tal-eliġibbiltà tal-ispejjeż, partikolarment għall-ispejjeż tal-persunal u l-ispejjeż indiretti. Hija tiġbed l-attenzjoni għal-limiti legali tas-Seba' Programm Qafas (FP7) u għad-diffikultajiet biex jiġi definit il-ħlas ta' somom f'daqqa u b'rata fissa li jkunu rappreżentattivi.

Minbarra dan, iċ-ċertifikazzjoni ex-ante tal-metodoloġija ta' kalkolu tal-ħlas introdott fis-Seba' Programm Qafas hija pass 'il quddiem importanti lejn is-simplifikazzjoni. Il-Kummissjoni tirreferi għall-kwistjonijiet diskussi fir-risposta tagħha għal paragrafi 7.20-7.21.

b)

id-definizzjoni mill-ġdid tas-sistemi ta’ kontroll f’termini tar-riżultati tagħhom (l-objettiv tar-riskju u l-livell ta’ żball aċċettabbli li jirriżulta) aktar milli r-riżorsi kif huwa l-każ bħalissa (l-għadd ta’ kontrolli li għandhom jitwettqu),

b)

Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni, u se tanalizza kif timplimentaha fil-prattika.

c)

li jsir progess fl-iżvilupp tal-kunċett ta’ riskju tollerabbli.

c)

Il-Kummissjoni se tagħmel Komunikazzjoni dwar din il-kwistjoni fil-Ħarifa 2008 bil-għan li tiftaħ mill-ġdid id-diskussjoni interistituzzjonali dwar ir-riskju tollerabbli.


(1)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti ta’ l-Awdituri — Sinteżi tal-kisbiet amministrattivi tal-Kummissjoni fl-2007, COM(2008) 338 finali, 4.6.2008.

(2)  Il-Qorti ddeċidiet li tirragruppa l-evalwazzjonijiet speċifiċi għall-għanijiet tad-DAS madwar gruppi ta' politika. Dawn jikkorrispondu għall-kapitoli differenti f'dan ir-Rapport Annwali attwali, imma jistgħu mhux dejjem jippermettu paragun dirett mad-data fit-tabella ekwivalenti fir-Rapport Annwali tal-Qorti ta' l-2006.

(3)  Impatt ta' dawn ir-riżervi importanti fuq id-dikjarazzjoni tad-Direttur-Ġenerali skond l-opinjoni tal-Qorti:

A: assigurazzjoni raġonevoli li s-sistemi ta' kontroll intern jassiguraw il-legalita u r-regolarita tat-tranżazzjonijiet ta' bażi mingħajr kwalifiki jew bi kwalifiki insinifikanti.

B: assigurazzjoni raġonevoli imma bi kwalifiki dwar nuqqasijiet identifikati fis-sistema ta' kontroll intern

C: l-ebda assigurazzjoni

(4)  Evidenza mogħtija mir-rapport ta' attivita annwali għall-konklużjonijiet tal-verifika tal-Qorti:

A: biżżejjed evidenza għall-konklużjonijiet tad-DAS tal-Qorti (ċara u mingħajr ambigwita).

B: Evidenza ta' sostenn għall-konklużjonijiet tad-DAS tal-Qorti wara l-korrezzjonijiet.

C: L-ebda evidenza ta' sostenn għall-konklużjonijiet tad-DAS tal-Qorti.

(5)  Għalkemm inkluża fir-rapporti ta' attivita annwali.

(6)  Għall-infiq PAK, fejn il-IACS hija applikata tajjeb.

(7)  Għall-infiq PAK, li mhux soġġett għall-IACS jew fejn il-IACS mhix applikata tajjeb.

Sors: Il-Qorti ta' l-Awdituri.

(8)  B’referenza għall-anness tar-rapport dwar il-Fondi Strutturali SEC(2007) 1456.

(9)  Nota mis-servizzi ċentrali tal-Kummissjoni (SEC GEN, DĠ BUDG u DĠ ADMIN) lid-Diretturi-Ġenerali u lill-Kapijiet tas-Servizz — Istruzzjonijiet għall-preparazzjoni tar-rapporti ta’ l-attività annwali għas-sena 2007, SEC(2007) 1645 tat-12.12.2007.

(10)  Id-Direttorati-Ġenerali AGRI, REGIO, EMPL, RTD, INFSO, ENTR, TREN, ENV, JLS, ECFIN, ELARG, COMM u DIGIT.

(11)  L-ammont ġenerali ta’ pagamenti li huma relatati mas-sistemi fir-riskju huwa ta’ 10 200 miljun euro (madwar 28 % tan-nefqa fuq il-koeżjoni). Id-Direttorati-Ġenerali kkwantifikaw l-impatt ta’ dawn ir-riżervi għal 726 miljun euro (2006-140 miljun euro) abbażi ta’ stima ta’ korrezzjoni b’rata fissa ta’ 5 jew 10 %.

(12)  Ara r-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2006, il-paragrafu 2.37(a).

(13)  SEC(2007) 1645 tat-12.12.2007. L-użu ta’ tali templates huwa obbligatorju iżda jista’ jiġi adattat għas-sitwazzjoni speċifika tad-DĠ/Servizz li jistabbilixxi r-Rapport ta’ Attività Annwali.

(14)  Per eżempju, fid-DĠ TRADE indikaturi ta’ rati ta’ impenji għall-approprijazzjonijiet operattivi u amministrattivi jingħataw mingħajr interpretazzjoni ċara tar-rilevanza tagħhom.

(15)  Lanqas ma jindikaw dejjem fil-Pjanijiet ta’ Ġestjoni Annwali l-miri ta’ legalità u regolarità li għandhom jiġu ssodisfati fil-futur u murija minn indikaturi fir-Rapporti ta’ l-Attività Annwali għall-2008.

(16)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1995/2006 tat-13 ta’ Diċembru 2006, li jemenda r-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-Baġit Ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1).

(17)  Applikabbli għall-ewwel darba fl-2008 u jkopri infiq iċċertifikat u attività tal-verifika għall-2007.

(18)  SEC(2007) 1645 tat-12.12.2007, p. 12.

(19)  L-Opinjoni tal-Qorti Nru 6/2007 dwar it-taqsiriet annwali ta’ l-Istati Membri; id-“dikjarazzjonijiet nazzjonali” ta’ l-Istati Membri; u xogħol tal-verifika fuq il-fondi ta’ l-UE mill-korpi nazzjonali tal-verifika (ĠU C 216, 14.9.2007, p. 3).

(20)  F’termini ta’ ambitu jew x’jixtraq fuq livell amministrattiv.

(21)  Jiddefinixxi ċ-ċirkostanzi fejn in-nuqqas ta’ osservanza tagħhom tfisser li nuqqas jew serje ta’ nuqqasijiet huwa kkunsidrat sinifikanti biżżejjed li jeħtieġ riżerva.

(22)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni — Ir-reviżjoni ta’ l-2002 ta’ l-implimentazzjoni ta’ ġestjoni bbażata fuq l-attività fil-Kummissjoni, li tinkludi kjarifikazzjoni tal-metodoloġija għat-twaqqif tar-rapporti ta’ attività annwali (COM(2003) 28 finali tal-21.1.2003) et seq.

(23)  Ara l-paragrafi 2.35 u 2.37(a).

(24)  DĠs AGRI (għan-nefqa fuq il-Gwida FAEGG), EMPL, REGIO u MARE.

(25)  Fil-qasam ta’ l-agrikoltura (FAEG u FAEŻR) il-kriterju ta’ materjalità użat kien il-livell ta’ żbalji misjuba fil-livell tal-benefiċjarji finali u bħala kriterju komplimentari, l-istima tar-riskju finanzjarju ta’ nuqqasijiet sinifikanti fis-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll.

(26)  Id-DĠ DGT ffissa livell ta’ materjalità ta’ 5 %. Dan minkejja baġit għall-2007 ta’ approprijazzjonijiet mhux differenzjati ta’ madwar 17-il miljun euro li ntefqu kollha minn ġestjoni ċentrali diretta u l-opinjoni tad-Direttur Ġenerali li s-sistema ta’ kontroll intern fis-seħħ tagħti assigurazzjoni raġonevoli dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet u barra dan, hija biżżejjed b’saħħitha u effettiva li tipprevjeni/ssib/tikkoreġi l-iżbalji. (Ir-rapport ta’ l-attività annwali 2007, DĠ DGT, p. 25).

(27)  Sejba msemmija mis-Servizz tal-Verifika Interna tal-Kummissjoni tirrapporta dwar il-Prevenzjoni u Sejba tal-frodi fil-Fondi Strutturali, id-19 ta’ Diċembru 2007. Iżda l-Qorti tinnota, ukoll, l-effett mitiganti potenzjali ta’ l-azzjonijiet imniżżla fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Qorti ta’ l-Awdituri, Pjan ta’ Azzjoni biex isaħħu r-rwol ta’ sorveljanza tal-Kummissjoni dwar il-ġestjoni maqsuma ta’ l-azzjonijiet strutturali, COM(2008) 97 finali tad-19.2.2008.

(28)  Komunikazzjoni lill-Kummissjoni, Reviżjoni ta’ l-Istandards tal-Kontroll Intern u l-Qafas ta’ Bażi — Tisħiħ ta’ l-Effettività tal-Kontroll, SEC (2007) 1341 tas-16.10.2007.

(29)  COM(2007) 86 finali, p. 11.

(30)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri. Rapport dwar il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni lejn Qafas ta’ Kontroll Intern Integrat COM(2008) 110 finali, {SEC(2008) 259}, tas-27.2.2008.

(31)  COM(2008) 110 finali: Rapport dwar il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni lejn Qafas Integrat ta’ Kontroll Intern.

(32)  Ibbażat fuq sistema ta’ għoti ta’ gradi tal-Kummissjoni ta’ kaxxi mimlija minn 1 sa 5.

(33)  Il-Kummissjoni tgħid ukoll li l-impatt tal-varji (sub-)miżuri fuq it-tnaqqis ta’ żbalji jew iż-żieda fl-assigurazzjoni ser tikber biss tul iż-żmien hekk kif jibda jkollhom impatt fuq is-sistemi ta’ kontroll ta’ bażi.

Sors: Il-Qorti ta’ l-Awdituri.

(34)  COM(2008) 110 finali, p. 2.

KAPITOLU 3

Il-Ġestjoni tal-Baġit

WERREJ

3.1-3.2

Introduzzjoni

3.3-3.29

Osservazzjonijiet

3.3-3.6

Nefqa baxxa ġestita minn baġits ta’ emenda

3.7-3.11

Impenji baġitarji pendenti 5,2 % ogħla mis-sena preċedenti

3.12-3.17

Ir-regola tas-sena n + 2 tħaffef il-pagamenti

3.18-3.20

Rapport tal-Kummissjoni dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja

3.21-3.29

Korrezzjonijiet/irkupri finanzjarji bħala parti tal-proċess tal-baġit: hija meħtieġa informazzjoni aħjar dwar il-korrezzjonijiet finanzjarji u l-ġestjoni tagħhom

3.21-3.24

Qafas legali u organizzattiv

3.25-3.29

Nuqqas ta’ informazzjoni kompleta u affidabbli mill-Istati Membri

3.30-3.33

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

INTRODUZZJONI

3.1.

Dan il-kapitolu janalizza kwestjonijiet li joħorġu mill-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta’ l-UE fl-2007, l-ewwel sena tal-qafas finanzjarju multinannwali ta’ l-2007 sa l-2013. B’mod partikolari ikopri r-rata ta’ implimentazzjoni baġitarja u l-livell ta’ impenji baġitarji pendenti b’fok speċjali fuq l-applikazzjoni tar-regola n + 2. Dan il-kapitolu jiddiskuti wkoll korrezzjonijiet u rkupri finanzjarji fir-rigward tan-nuqqasijiet fis-sistema u pagamenti inkorretti fis-snin preċedenti, li ġew ikkunsidrati fil-proċess tal-baġit.

 

3.2.

Kompitu prinċipali fil-ġestjoni tal-baġit tal-Kummissjoni huwa li tassigura li l-fondi li l-Kunsill u l-Parlament allokaw skond il-prijoritajiet politiċi ta’ l-UE jintefqu skond ir-regoli u l-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba. L-analiżi ta’ l-implimentazzjoni tal-baġit hija biss aspett wieħed ta’ l-implimentazzjoni korretta tal-baġit. Il-baġit għandu josserva wkoll il-prinċipji ta’ l-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività, li huma aktar it-tema tar-Rapporti Speċjali maħruġa mill-Qorti milli ta’ dan ir-Rapport Annwali.

 

OSSERVAZZJONIJIET

Nefqa baxxa ġestita minn baġits ta’ emenda

3.3.

L-approprijazzjonijiet baġitarji adottati għall-2007 (baġit ivvutat u baġits ta’ emenda) kellhom total ta’ 126,4 biljun euro f’impenji u 113,8 biljun euro f’pagamenti, żieda ta’ 5 % u 6 % rispettivament meta mqabbla mal-baġit finali ta’ l-2006. B’mod ġenerali, l-approprijazzjonijiet għall-impenji baġitarji totali tas-sena kienu 2,5 biljun euro inqas mill-ammont massimu tal-qafas finanzjarju, filwaqt li approprijazzjonijiet għall-pagamenti baqgħu taħt b’10 biljun euro (ara d- Dijagrammi III u IV fl- Anness I ).

 

3.4.

Is-seba’ baġits ta’ emenda vvutati matul is-sena rriżultaw fi tnaqqis ġenerali ta’ 0,167 biljun euro f’approprijazzjonijiet għall-impenji u fi tnaqqis ta’ 1,65 biljun euro f’approprijazzjonijiet għall-pagamenti. Dan ta’ l-aħħar huwa fil-parti l-kbira reazzjoni għal infiq inqas minn dak previst fil-qasam tal-Kompetittività (0,5 biljun euro), il-Politika ta’ Koeżjoni (0,7 biljun euro) u l-Agrikoltura u r-Riżorsi Naturali (0,5 biljun euro). It-tnaqqis ta’ l-approprijazzjonijiet għall-pagamenti b’dan il-mod jirrifletti ġestjoni tal-baġit tajba peress li juri l-kapaċità li ssir reazzjoni skond it-tibdil u li jitnaqqas il-bilanċ favur tal-baġit (1) (li jippermetti li r-riżorsi proprji jiġu mogħtija lura lill-Istati Membri).

 

3.5.

Id- Dijagrammi III u IV fl- Anness I jagħtu informazzjoni dettaljata dwar approprijazzjonijiet għall-impenji u approprijazzjonijiet għall-pagamenti kif ukoll il-figuri reali rispettivi fl-2007 skond l-intestatura fil-qafas finanzjarju kif ukoll skond il-qasam tal-politika ABB.

 

3.6.

Il-Kummissjoni tipproduċi serje ta’ dokumenti (sa ċertu punt imtennija) li fihom fost oħrajn l-informazzjoni li ġejja dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Komunitajiet Ewropej (2):

3.6.

Id-dokumenti li għalihom tirreferi l-Qorti huma ppreżentati għal għanijiet differenti (ara t-tweġiba għall-paragrafu 3.20.

il-bilanċ favur tal-baġit naqas minn 1,9 biljun euro fl-2006 għal 1,5 biljun euro fl-2007;

 

ir-rati ta’ użu kemm għall-impenji kif ukoll għall-pagamenti, ta’ 96 % u 98 % rispettivament, baqgħu fl-livell għoli simili bħal fl-2006 (99 % u 96 %);

 

1,2 biljun euro ta’ approprijazzjonijiet ta’ pagament mhux użati (bl-esklużjoni ta’ dħul assenjat) ma ġewx annullati imma miġjuba ’l quddiem mill-2007 għall-2008 jew programmati mill-ġdid, livell bħal tas-sena l-oħra;

 

għall-qasam tal-“Koeżjoni” (inkluż fit-Titoli 04, 05, 11 u 13 (3)) it-tnaqqis ta’ 0,745 biljun euro fl-approprijazzjonijiet ta’ pagament rriżulta f’rata ta’ użu finali ta’ kważi 100 %, (kienet tkun ta’ 97 % li kieku l-baġit ta’ emenda ma ġiex adottat). Il-previżjonijiet ta’ pagament ta’ l-Istati Membri tjiebu fis-snin riċenti. Ir-rata ta’ stima żejda b’mod ġenerali naqset minn 33 % fl-2006 għal 18 % fl-2007.

Waqt li l-Istati Membri jkomplu jtejbu l-akkuratezza tat-tbassir, dan jibqa’ inkonsistenti wisq biex jintuża għal għanijiet baġitarji. Madankollu, b’aktar titjib, dan it-tbassir jista’ jsir strument utli biex jgħin fl-iżgurar ta’ rati ta’ użu kontinwi.

Impenji baġitarji pendenti 5,2 % ogħla mis-sena preċedenti

3.7.

Impenji baġitarji pendenti jinħolqu konsegwenza diretta ta’ infiq differenzjat, fejn il-programmi ta’ l-infiq jieħdu għadd ta’ snin biex jiġu kkompletati u l-impenji jsiru fi snin aktar kmieni qabel il-pagamenti korrispondenti. Żidiet ta’ darba fl-impenji (per eżempju, wara t-tkabbir) u infiq baxx (nuqqas li jintużaw il-krediti ta’ pagament ibbaġitjati kollha) tista’ twassal għal żieda fil-livell ta’ l-impenji pendenti. Hekk kif l-impenji jiġu likwidati bil-pagamenti, l-effett fuq żmien twil ta’ l-impenji li jeċċedu b’mod sinifikanti l-pagamenti huwa akkumulazzjoni strutturali ta’ l-impenji pendenti, u s-sitwazzjoni tgħaddi ’l quddiem minn sena għall-oħra (4).

3.8.

L-impenji baġitarji pendenti (jiġifieri impenji użati miġjuba ’l quddiem biex jissodisfaw infiq fil-ġejjieni), prinċipalment fuq programmi multiannwali, żdiedu b’ 6,855 biljun euro (5,2 %) għal 138,6 biljun euro. Esklussivament fir-rigward ta’ oqsma tal-politika ffinanzjati minn approprijazzjonijiet differenzjati, l-ammont ta’ impenji pendenti totali ta’ 136 biljun euro, li jirrappreżentaw 1,9 snin ta’ impenji jew 2,1 snin ta’ pagamenti bir-rata ta’ infiq ta’ l-2007 fl-oqsma tal-politika rispettivi.

3.9.

Il-Fondi Strutturali jirrappreżentaw l-akbar sehem ta’ l-impenji pendenti. F’dan il-qasam, impenji pendenti ammontaw għal 84 biljun euro (5) (madwar 66 % ta’ l-ammont totali), li jirrapprenżentaw 1,9 snin ta’ impenji jew 2,3 snin ta’ pagamenti bir-rata ta’ infiq ta’ l-2007. Iżda, l-2007 kienet l-ewwel sena tal-perijodu ta’ programmar il-ġdid. Għalhekk, pagamenti bil-quddiem jirrappreżentaw sehem ta’ madwar 20 % ta’ l-ammont ġenerali tal-pagamenti. Minħabba dan, paragun mal-valuri ta’ referenza tas-sena l-oħra ta’ żewġ indikaturi possibbli (l-impenji pendenti ta’ tmiem is-sena mqabbla ma’ l-approprijazzjonijiet jew il-pagamenti implimentati fis-sena) mhix sinifikanti bħal fi snin preċedenti.

3.7-3.9.

B’mod konsistenti, l-impenji huma bbaġitjati ogħla mill-pagamenti minħabba perjodi itwal għall-pagamenti milli għall-impenji. L-impenji għalhekk ġeneralment jiżdiedu minn sena għal sena.

Ir-regola n + 2/n + 3 fil-Politika ta’ Koeżjoni tiżgura li, fil-parti l-kbira tagħhom, l-impenji jiġu eżawriti fi żmien sentejn sa tliet snin.

3.10.

13 % ta’ l-impenji mhux użati (18,1 biljun euro) kienu jikkonċernaw il-Fond ta’ Koeżjoni, minkejja l-fatt li jirrappreżenta biss madwar 5 % ta’ l-approprijazzjonijiet ta’ impenji totali awtorizzati għall-2007. Din hija żieda ta’ 2,7 biljun euro jew madwar 15 % meta mqabbla ma’ l-2006. Il-livell għoli ta’ impenji baġitarji pendenti fir-rigward tal-Fond ta’ Koeżjoni jirrappreżenta 2,5 snin ta’ impenji jew 4,2 snin ta’ pagamenti bir-rata ta’ infiq ta’ l-2007 u jirrifletti wkoll il-fatt li dan il-fond mhux soġġett għar-regola ta’ n + 2 (ara l-paragrafi 3.12 sa 3.17). Ir-rata ta’ nfiq għall-Fond ta’ Koeżjoni kienet inqas minn dik prevista, speċjalment għal proġetti fi Spanja, fir-Repubblika Ċeka u fis-Slovenja. Baġit ta’ emenda naqqas l-approprijazzjonijiet ta’ pagament b’0,67 biljun euro (14 %).

3.10.

L-iskadenza għal bosta mill-proġetti tal-Fond ta’ Koeżjoni biex jitwettaq l-infiq hija fl-2010. Għall-perjodu l-ġdid ta’ pprogrammar, il-Fond ta’ Koeżjoni hu soġġett għar-regola n + 2/n + 3.

3.11.

Fir-rigward ta’ l-impenji pendenti għall-Fondi Strutturali għall-perijodu ta’ programmar il-qadim 2000 sa 2006, tnaqqis ta’ 41 % minn 78 biljun euro (2,4 snin ta’ pagamenti bir-rata ta’ infiq ta’ l-2007) għal 46 biljun euro (1,5 snin ta’ pagamenti bir-rata ta’ infiq ta’ l-2007 (6)) jista’ jiġi nnutat (7). Iżda, il-benefiċjarji tal-fondi għandhom biss sa tmiem l-2008 biex jagħmlu pagamenti sabiex jippermettu lill-Kummissjoni tillikwida l-ammont li jifdal. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni għandha tassigura li l-għeluq tal-perijodu ta’ programmar il-ġdid 2000 sa 2006 mhux ser ikun imdewwem u għalhekk ikollu impatt negattiv fuq l-implimentazzjoni tal-programmi l-ġodda approvati għall-2007 sa l-2013. Il-Qorti tinnota titjib konsiderevoli għall-perijodu ta’ programmar il-ġdid, dovut għall-adozzjoni fil-ħin tal-programmi, minħabba li aktar minn 98 % ta’ l-approprijazzjonijiet għall-2007 ġew impenjati f’dan il-qasam tal-politika (8) meta mqabbel ma’ madwar 50 % fl-2000 għall-perijodu ta’ programmar il-qadim.

3.11.

Il-Kummissjoni se tagħmel kull sforz biex tevita kwalunkwe dewmien fl-għeluq tal-programmi għall-2000-2006, li essenzjalment se jkun fl-2010/2011. Biex tħejji għal dan l-għeluq, fl-2006 l-Kummissjoni kienet ħarġet linji gwida u ilha torganizza seminars dwar l-għeluq għall-Istati Membri. Qiegħda wkoll twettaq verifiki tat-tħejjijiet tal-Istati Membri għall-għeluq (ara l-azzjoni 3.1 tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Frar 2008 biex issaħħaħ ir-rwol superviżorju tagħha fil-ġestjoni maqsuma tal-azzjonijiet strutturali, COM(2008) 97). Jekk l-iskadenza għall-infiq ma tiġix irrispettata, il-Kummissjoni tiddiżimpenja l-fondi mhux minfuqa meta tagħlaq il-programmi.

Ir-regola tas-sena n + 2 tħaffef il-pagamenti

3.12.

Għall-azzjonijiet strutturali tipikament implimentati fuq perijodu multiannwali, sistema ta’ diżimpenji awtomatiċi ġiet introdotta mill-Artikolu 31 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 tal-21 ta’ Ġunju 1999 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Strutturali (9) għall-perijodu 2000 sa 2006 sabiex tevita żieda fl-akkumulazzjoni ta’ impenji pendenti potenzjalment anormali li jinġiebu 'l quddiem kull sena. Dan il-mekkaniżmu huwa magħruf ukoll bħala r-regola tas-sena n + 2.

 

3.13.

Analiżi ta’ l-impenji pendenti (“RAL” (10)) skond is-sena ta’ oriġini kif ippubblikata fil-kontijiet annwali (11) turi l-impatt ta’ sforzi fil-qasam tal-Fondi Strutturali biex jitħallsu impenji pendenti permezz ta’ pagamenti qabel l-applikazzjoni tar-regola ta’ diżimpenji awtomatiċi. Fil-kontijiet annwali l-impenji pendenti għall-aħħar tliet snin tal-perijodu 2000 sa 2006 jirrappreżentaw madwar 95 % ta’ l-ammont totali tagħhom. Għall-kuntrarju, 5 % biss ta’ l-impenji pendenti li għadhom mhumiex imħallsa fil-qasam tal-Fondi Strutturali, jirreferu għal snin ta’ qabel.

 

3.14.

Filwaqt li l-mekkaniżmu n + 2 ħeġġeġ proċess ta’ pagament mgħaġġel (ara l-paragrafu 3.15), żieda kostanti ta’ l-ammont kumulattiv ta’ impenji pendenti tista tkun innutata fil-qasam tal-Fondi Strutturali (ara l- Grafika 3.1 ) li laħqet id-79 biljun euro fi tmiem l-2007 (ara wkoll il-paragrafu 3.7).

3.14.

Kif ġie osservat fit-tweġibiet tal-Kummissjoni għar-rapport annwali tal-2006 (il-paragrafi 3.9-3.10), l-akkumulazzjoni ta’ impenji pendenti matul il-perjodu mill-1994 kienet dovuta parzjalment għall-bidla fis-sistema tal-impenji u l-ħlasijiet fil-perjodu 2000-06 u għat-tkabbir. L-effett tal-perjodi differenti ta’ programmazzjoni hi murija b’mod ċar fit-Tabella 21, paġna 38, tar-rapport tal-Kummissjoni “Analiżi tal-implimentazzjoni baġitarja tal-Fondi Strutturali u ta’ Koeżjoni għall-2007”, Mejju 2008, li juri tnaqqis naturali tal-impenji pendenti (RAL) matul iż-żmien.

Image

3.15.

Fi proporzjon żgħir biss ta’ każijiet ir-regola ta’ l-n + 2 wasslet għall-diżimpenji awtomatiċi (medja ta’ madwar 200 miljun euro matul l-aħħar 3 snin). Fi kliem ieħor, is-sistema n + 2 ta’ diżimpenji awtomatiċi li huma potenzjalment imminenti kellha l-effett intiż li tħeġġeġ il-likwidazzjoni fil-ħin ta’ l-impenji. Iżda, hemm il-periklu ta’ effett mhux mixtieq jekk il-proċess ta’ pagament mgħaġġel biex inaqqas l-impenji pendenti għandu jinkiseb permezz ta’ l-applikazzjoni ta’ proċeduri ta’ kontroll intern inqas stretti, u għalhekk jiżdied ir-riskju dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi (12).

3.15.

Il-Kummissjoni tikkunsidra r-riskju msemmi fix-xogħol tagħha ta’ verifika u tieħu azzjoni xierqa meta ssib li Stati Membri jkunu adottaw miżuri mhux aċċettabbli biex jevitaw id-diżimpenji taħt n + 2.

3.16.

Il-ftuħ tal-mekkaniżmu ta’ diżimpenn awtomatiku fil-perijodu ta’ programmar il-ġdid 2007 sa 2013, permezz ta’ l-introduzzjoni tar-regola n + 3 għal ċerti Stati Membri, jista’ parzjalment ireġġa’ lura din it-tendenza fis-snin li ġejjin (13). Impenji relatati ma’ Stati Membri soġġetti għar-regola n + 3 taħt il-Qafas Finanzjarju l-ġdid huma responsabbli għal 61 % ta’ l-impenji kollha bejn l-2007 u l-2010.

3.16.

Kif ġie osservat fir-rapport tal-Qorti għall-2006 (il-paragrafu 3.17), dan l-effett x’aktarx se jittaffa mill-applikazzjoni tar-regola n + 2/n + 3 għall-proġetti tal-Fond ta’ Koeżjoni fil-perjodu 2007-2013. Fir-rigward tal-fond il-ġdid għall-iżvilupp rurali, ir-regola n + 2 tkompli tapplika.

3.17.

F’oqsma tal-politika oħra li jitrattaw proġetti multi-annwali li m’hemm l-ebda regola li tixbaħ l-n + 2 (per eżempju fid-Direttorati-Ġenerali għar-Riċerka, Soċjetà ta’ l-Informazzjoni u Media, Enerġija u Trasport) impenji pendenti ma jurux it-tendenza li jiġu mħallsa malajr daqs il-Fondi Strutturali (11).

3.17.

F’azzjonijiet ta’ riċerka ffinanzjati mill-UE, kull impenn speċifiku għandu d-“data finali għall-implimentazzjoni” (FDI) proprja tiegħu skont it-tul ta’ żmien tal-proġett. It-tul ta’ żmien ta’ proġett ivarja minn ftit xhur għal diversi snin skont in-natura tal-azzjoni. Skont l-Artikolu 77 tar-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe ammont pendenti għal 6 xhur wara l-FDI għandu jiġi ddiżimpenjat. L-ammonti ddiżimpenjati jikkorrispondu għan-nuqqas ta’ nfiq fl-eżekuzzjoni tal-proġett u f’każi eċċezzjonali rari ħafna għat-terminazzjoni anormali ta’ proġetti minħabba problemi xjentifiċi jew finanzjarji.

Rapport tal-Kummissjoni dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja

3.18.

Kif ġie rrimarkat fis-snin preċedenti, ir-rapport tal-Kummissjoni dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja jagħti informazzjoni konsiderevoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit dettaljata, impenji baġitarji pendenti u raġunijiet għal infiq inqas minn dak previst. Iżda, aktar titjib huwa possibbli, speċjalment fir-rigward ta’ l-analiżi tad-data li tirreferi għal impenji pendenti (“RAL”).

3.18.

Il-Kummissjoni taqbel li hu possibbli li jsir aktar titjib.

3.19.

Barra dan, l-informazzjoni mogħtija għandha tiġi distinta aħjar bejn il-perijodi ta’ programmar differenti.

3.19.

L-informazzjoni hi mogħtija fir-rapport dwar “L-Analiżi tal-implimentazzjoni baġitarja tal-Fondi Strutturali u ta’ Koeżjoni għall-2007”.

3.20.

Dokumenti oħra bħall-Kontijiet Annwali fihom ukoll informazzjoni rilevanti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit li hija nieqsa fir-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja (eż. r-riżultat tal-baġit). Il-konsistenza tad-data kif ippreżentata f’dawn id-dokumenti differenti teħtieġ attenzjoni addizzjonali (14).

3.20.

Il-Kummissjoni mhijiex tal-fehma li r-riżultat tat-twettiq tal-baġit għandu wkoll jiġi ppreżentat fir-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja billi d-definizzjoni tal-approprjazzjonijiet tas-sena hija loġikament differenti f’dan il-kalkolu tal-kontijiet (li l-għan tiegħu hu li jikkalkula l-ammonti li jridu jingħataw lura lill-Istati Membri) minn dik f’analiżi tradizzjonali ta’ implimentazzjoni. Barra dan, min-naħa tad-dħul, ir-rapport huwa limitat għar-riżorsi proprji.

Il-Kummissjoni tipprova tiżgura grad għoli ta’ konsistenza tad-data ppubblikata fid-diversi dokumenti Komunitarji. Madankollu, dawn id-dokumenti jinħadmu għal għanijiet differenti. Analiżi sinifikanti ta’ implimentazzjoni u aġġustamenti baġitarji bħala parti mill-ġestjoni baġitarja għandha tiġi bbażata fuq il-qafas finanzjarju bi prijorità favur l-approprjazzjonijiet ivvutati u ttrasferiti ’l quddiem. Din l-istruttura mhi segwita la mill-kontijiet annwali (l-iffukar fuq l-irrappurtar ta’ implimentazzjoni dwar l-użu, il-kanċellazzjoni u t-trasferimenti ’l quddiem tal-approprjazzjonijiet awtorizzati kollha, u l-anqas mill-baġit (in-nomenklatura skont is-setturi politiċi li jinkludu kemm l-infiq amministrattiv u kif ukoll dak operattiv). Dan ifisser li d-data tal-implimentazzjoni għandha tiġi strutturata b’modi differenti fid-dokumenti Komunitarji u xi wħud miċ-ċifri li jistgħu jidhru li jkopru l-istess settur huma fil-fatt ibbażati fuq definizzjonijiet (kemm kemm) differenti.

Korrezzjonijiet/irkupri finanzjarji bħala parti tal-proċess tal-baġit: hija meħtieġa informazzjoni aħjar dwar il-korrezzjonijiet finanzjarji u l-ġestjoni tagħhom

Qafas legali u organizzattiv

3.21.

L-ewwel sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 274 tat-Trattat tal-KE jistipula illi “il-Kummissjoni għandha timplimenta l-baġit, […] fuq ir-responsabilità tagħha stess … [u] … l-Istati Membri għandhom jikkoperaw mal-Kummissjoni biex jassiguraw li l-approprijazzjonijiet huma użati skond il-prinċipji ta’ tmexxija finanzjarja tajba.” Għalhekk, il-Kummissjoni ġġorr ir-responsabilità finali għall-implimentazzjoni korretta tal-baġit.

 

3.22.

Ir-Regolament Finanzjarju jiddistingwi tipi differenti ta’ ġestjoni biex jimplimentaw il-baġit, kull wieħed jeħtieġ sistemi ta’ sorveljanza u kontroll biex jipprevjenu jew isibu u jikkoreġu żbalji fil-pagamenti.

 

3.23.

Minħabba l-mod li l-ħtiġijiet legali tat-Trattat, tar-Regolament Finanzjarju u r-regolamenti settorali fir-rigward tal-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll huma marbuta ma’ xulxin, l-istruttura ta’ responsabilitajiet u strumenti differenti għal korrezzjonijiet finanzjarji li tirriżulta hija estremament kumplessa. Id- Dijagramma 3.2 tagħti ħarsa ġenerali ħafifa tal-komponenti legali differenti u kif dawn jeffetwaw lil xulxin.

 

Image

3.24.

Għal ġestjoni ċentralizzata diretta (l-eżekuzzjoni tal-baġit mid-dipartimenti tal-Kummissjoni, eż. in-nefqa amministrattiva u partijiet mir-riċerka, l-enerġija u t-trasport) u ġestjoni ċentralizzata indiretta (eżekuzzjoni tal-baġit minn entitajiet delegati, eż. aġenziji eżekuttivi) il-Kummissjoni għandha r-responsabilità ewlenija għall-implimentazzjoni, li tinkudi l-applikazzjoni ta’ miżuri korrettivi xierqa. Għal nefqa taħt ġestjoni maqsuma — b’mod partikolari l-agrikoltura u l-koeżjoni — ir-responsabilità għall-implimentazzjoni tajba tal-baġit, li tinkludi l-irkupru ta’ pagamenti inkorretti, hija primarjament ta’ l-Istati Membri (15). Iżda, fejn l-Istati Membri jonqsu milli jikkoreġu nfiq irregolari jew li jpoġġu fis-seħħ sistemi ta’ ġestjoni u kontroll effettivi biex jipprevjenu r-rimborż ta’ tali nfiq jew jagħmlu korrezzjonijiet, il-Kummissjoni tapplika korrezzjonijiet finanzjarji permezz ta’ proċeduri ta’ kwittanza tal-kontijiet jew proċeduri simili (16).

 

Nuqqas ta’ informazzjoni kompleta u affidabbli mill-Istati Membri

3.25.

Bħal fis-snin preċedenti, il-verifika tal-Qorti sabet evidenza ta’ żball materjali f’oqsma sostanzjali ta’ l-infiq ta’ l-UE taħt ġestjoni maqsuma u li l-parti l-kbira tal-pagamenti jseħħu fil-livell tal-benefiċjarji finali. Il-mekkaniżmi ta’ rkupru, u l-livell ta’ rkupri li saru, għandhom jirriflettu t-tip u l-firxa tar-riskji involuti. Filwaqt li n-natura kumplessa u diversa ta’ l-iskemi ta’ għajnuna ta’ l-UE jagħmluha diffiċli li ssir evalwazzjoni ġenerali ta’ l-operat effettiv tal-mekkaniżmi ta’ korrezzjoni fil-livell ta’ l-Istat Membru, il-Qorti ma sabitx biżżejjed evidenza li l-mekkaniżmi ta’ korrezzjoni multi-annwali ta’ ċerti azzjonijiet ta’ l-UE (eż. impjiegi u affarijiet soċjali, politika reġjonali) huma proporzjonati mar-riskju involut.

3.25.

Jista’ jsir irkupru biss wara li r-riżultati tal-verifiki jkunu ġew ikkonfermati bi proċedura kontradittorja mal-entità vverifikata, u f’xi każi dan iwassal għal tħassir jew tibdil fir-riżultati. Għalhekk, hu inevitabbli li l-irkupri jkunu inqas mir-riskji identifikati mill-verifiki.

Il-Kummissjoni għamlet sforzi kbar biex ittejjeb il-kwalità tad-data fuq l-irkupri pprovduta mill-Istati Membri u attwalment tinsab għaddejja b’ħidma ta’ vverifikar tal-kompletezza u l-preċiżjoni ta’ din id-data. Għalhekk, kien hemm progress fir-rigward tal-produzzjoni ta’ provi affidabbli tal-operazzjoni tal-mekkaniżmi korrettivi multiannwali.

3.26.

Fil-preżent, l-informazzjoni mogħtija fuq il-mekkaniżmi ta’ korrezzjoni applikati fil-livell ta’ l-Istat Membru hija inkompleta u mhux affidabbli fir-rigward tal-politika ta’ koeżjoni. Fir-rigward ta’ l-agrikoltura l-Qorti għandha dubji dwar l-affidabilità ta’ l-informazzjoni mogħtija (ara l-paragrafu 5.44). Il-Kummissjoni għad m’għandiex informazzjoni kompleta u/jew totalment affidabbli dwar il-konsegwenzi għad-destinatarji ta’ l-infiq ta’ l-UE, il-baġit ta’ l-UE u l-baġits nazzjonali.

3.26.

Fin-noti marbuta mal-kontijiet annwali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2007, il-Kummissjoni inkludiet kapitolu ġdid dwar l-irkupru ta’ ħlasijiet mhux dovuti. L-għan ta’ dan il-Kapitolu hu li tingħata ħarsa ġenerali lejn il-proċedura fis-seħħ għall-irkupru ta’ ħlasijiet mhux dovuti u li tiġi ppreżentata l-aħjar stima tal-ammont totali rkuprat.

Kull sena l-korrezzjonijiet finanzjarji fuq il-livell tal-Istati Membri fis-settur tal-Politika ta’ Koeżjoni jiġu rrappurtati lill-Kummissjoni u d-data tiġi ppubblikata fir-Rapport Annwali dwar il-Fondi Strutturali. Kif innutat fit-tweġiba għall-paragrafu 3.25, il-Kummissjoni qed tieħu azzjoni biex ittejjeb l-affidabbiltà u l-kompletezza ta’ din l-informazzjoni. L-informazzjoni dwar irkupri mingħand benefiċjarji f’każi individwali hija pprovduta minn proċeduri ta’ rappurtar obbligatorji skont ir-Regolament (KE) Nru 1681/94, u kif ukoll minn dak li hu disponibbli fis-sistemi ta’ monitoraġġ tal-Istati Membri. Il-Kummissjoni tiffoka fuq il-fatt li għad-dispożizzjoni tagħha għandha informazzjoni kompluta u affidabbli biex b’hekk turi li l-baġit tal-UE kien ġie salvagwardat mill-esklużjoni ta’ finanzjament irregolari.

Fir-rigward tan-nefqa fuq l-agrikoltura, il-Kummissjoni tikkunsidra l-informazzjoni li rċeviet mingħand l-Istati Membri bħala kompluta u affidabbli biżżejjed billi ma nstabet l-ebda diskrepanza li kellha impatt materjali. Madankollu, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li jeżisti wisa’ għal titjib u eżaminat il-Linji Gwida rilevanti għas-sena finanzjarja 2008 f’dan is-sens. Se tkompli wkoll tissorvelja s-sitwazzjoni mill-qrib (ara t-tweġiba għall-paragrafu 5.44).

3.27.

Il-mekkaniżmi ta’ korrezzjoni mhux neċessarjament jinvolvu rkupru ta’ ammonti mħallsa żejda minn benefiċjarji individwali. Per eżempju, jekk l-ammonti mħallsa żejda huma ta’ valur baxx hemm mnejn ma jkunx effettiv b’relazzjoni għall-ispejjeż li dawn jiġu rkuprati, jew benefiċjarji individwali li ddikjaraw iż-żejjed hemm mnejn ma kinux identifikati mill-proċeduri ta’ kontroll (bħal meta rati ta’ żball estrapolati minn approċċi bbażati fuq il-kampjun huma użati bħala bażi tal-korrezzjoni). Barra dan, meta korrezzjonijiet finanzjarji huma imposti fuq l-Istati Membri minħabba nuqqasijiet fis-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tagħhom, l-ammonti, b’mod ġenerali, huma rkuprati mill-benefiċjarji.

3.28.

Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 3.27 il-korrezzjonijiet jispiċċaw jiġu ffinanzjati mill-kontribwenti fiskali nazzjonali, minflok mill-benefiċjarji li jiddikjaraw iż-żejjed. L-effett deterrent dirett tas-sistemi ta’ kontroll u sanzjoni għalhekk huwa mnaqqas sabiex l-iżbalji jerġgħu jseħħu. Iżda, l-effettività tal-proċeduri ta’ rkupru għandha tkun iġġudikata wkoll permezz ta’ l-impatt tagħhom biex jistimulaw titjib fis-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll (u għalhekk inaqqsu r-riskju ta’ l-iżball fil-ġejjieni).

3.27-3.28.

L-Istati Membri huma mitluba jirkupraw mingħand il-benefiċjarji l-ammonti żejda li kienu tħallsu lilhom, kull fejn dan hu l-każ, imma jeżistu provi li juru li ġeneralment dan ikun il-każ. Meta l-iżbalji jkunu dovuti għal defiċjenzi fil-ġestjoni u s-sistemi ta’ kontroll, jista’ ma jkunx xieraq li l-irkupru jsir mingħand benefiċjarju li ma jkollux ħtija. Fejn jiġu applikati rata fissa jew korrezzjonijiet estrapolati, l-awtoritajiet nazzjonali jkunu jistgħu biss jieħdu azzjoni ta’ rkupru kontra benefiċjarji individwali li dwarhom ikunu jeżistu provi ta’ irregolarità. L-għan prinċipali tal-mekkaniżmu ta’ korrezzjoni hu li jiġi eskluż infiq minn finanzjament Komunitarju li ma jkunx sar f’konformità mar-regoli tal-Komunità, biex b’hekk il-baġit Komunitarju jiġi protett kontra spejjeż li m’għandhomx ikunu imposti fuqu. Meta l-amministrazzjoni tal-Istat Membru tbati l-ispejjeż hi, ir-rata fissa jew il-korrezzjonijiet estrapolati jħarsu l-baġit Komunitarju u jħeġġu lill-awtoritajiet biex jevitaw ir-repetizzjoni ta’ dawn id-defiċjenzi. Ir-rata fissa u l-korrezzjonijiet estrapolati huma għalhekk mezz importanti biex jittejbu l-ġestjoni u-s-sistemi ta’ kontroll tal-Istati Membri u b’hekk jiġu evitati l-ħlasijiet irregolari lil benefiċjarji finali jew jiġu żgurati l-kxif u l-korrezzjoni ta’ ħlasijiet ta’ din ix-xorta.

3.29.

Abbażi tar-reviżjoni tagħhom tas-sistemi u l-proċeduri għall-kisba u biex jiġu rrappurtati l-irkupri, il-Qorti tikkonkludi li l-Kummissjoni għandha (17):

3.29.

Il-Kummissjoni tikkonferma l-impenn tagħha biex tissokta ttejjeb l-informazzjoni disponibbli dwar irkupri u korrezzjonijiet finanzjarji li tkun għamlet hi stess jew li jkunu għamlu l-Istati Membri.

telenka u tiddeskrivi l-proċeduri kollha użati biex tirkupra ammonti kemm mill-Istati Membri kif ukoll mill-Kummissjoni sabiex iżżid it-trasparenza dwar mekkaniżmi ta’ korrezzjoni eżistenti;

tagħmel rabta ċara bejn żbalji misjuba mill-kontrolli u l-irkupru li jirriżulta jew aġġustament (tpaċija) ta’ ammonti ddikjarati mill-benefiċjarji, u biex tassigura monitoraġġ adegwat u rappurtar tal-proċess;

torbot l-irkupri u l-aġġustamenti ta’ l-ammonti ddikjarati mas-sena li fiha seħħew l-iżbajli jew l-irregolaritajiet, u għalhekk tipprovdi bażi biex tevalwa l-effetività tal-mekkaniżmi ta’ korrezzjoni multi-annwali;

Informazzjoni fil-kontijiet tal-Kummissjoni:

In-noti dwar il-Kontijiet Annwali għas-sena finanzjarja 2007 jinkludu kapitolu dwar l-irkupru ta’ ħlasijiet li ma kinux dovuti, li jagħti ħarsa ġenerali lejn il-proċeduri fis-seħħ għall-irkupru ta’ ħlasijiet mhux dovuti.

Il-kapitolu jippreżenta wkoll l-aħjar stima tal-ammont totali tal-irkupri, fuq il-bażi tal-informazzjoni li tkun attwalment disponibbli. F’din l-informazzjoni għadhom mhumiex inklużi l-irkupri kollha magħmula permezz ta’ tnaqqis minn ħlas sussegwenti ġestit direttament mill-Kummissjoni. L-informazzjoni tinkludi biss data provviżorja dwar l-irkupri mill-Istati Membri fil-qasam tal-Politika ta’ Koeżjoni.

Sabiex tkompli ttejjeb l-informazzjoni dwar l-iżbalji kkoreġuti fuq il-livell tal-Kummissjoni, fl-2008 l-Kummissjoni introduċiet tibdil fis-sistema “ABAC” tal-kontabilità finanzjarja biex tkun tista’ tissawwar rabta ċara bejn l-iżbalji jew l-irregolaritajiet misjuba permezz tal-kontrolli u l-irkupru jew l-aġġustament riżultanti tal-ammonti mitluba mill-benefiċjarji It-tibdil jippermetti wkoll li tinħoloq rabta bejn l-irkupri u l-aġġustamenti relatati mal-ammonti mitluba u s-sena li fiha kienu twettqu l-iżbalji jew l-irregolaritajiet, u b’hekk il-Kummissjoni tkun tista’ tissorvelja l-effikaċja tas-sistemi ta’ rkupru multiannwali kif ġie rrakkomandat mill-Qorti.

tikkwantifika l-ammonti rkuprati minn destinatarji finali li jiddikjaraw iż-żejjed u korrezzjonijiet finanzjarji mħallsa mill-baġit nazzjonali, jiġifieri mill-kontribwenti fiskali;

tassigura li l-Istati Membri jwasslu informazzjoni fil-ħin, kompleta u affidabbli dwar irtirar, irkupri u rkupri pendenti b’mod partikolari fir-rigward tal-Fondi Strutturali;

tevalwa l-punt safejn il-korrezzjonijiet finanzjarji huma effettivi biex jistimolaw sistemi ta’ sorveljanza u kontroll imtejba fl-Istati Membri u;

Informazzjoni miksuba mill-Istati Membri:

Fis-settur agrikolu, l-ammonti rkuprati mill-benefiċjarji finali huma ddikjarati lill-Kummissjoni u inklużi fil-kontijiet tal-2007 u kif ukoll fin-noti għall-kontijiet tal-2007 flimkien mal-korrezzjonijiet finanzjarji imposti fuq l-Istati Membri. Id-deċiżjonijiet kollha li jirrigwardaw il-korrezzjonijiet finanzjarji huma ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fir-Rapport Annwali dwar l-Attivitajiet tad-DĠ għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tidher l-informazzjoni sħiħa li għandha x’taqsam mar-relazzjonijiet finanzjarji bejn il-Kummissjonijiet u l-Istati Membri u l-irkupru tal-Istati Membri ta’ ħlasijiet mhux dovuti mingħand il-benefiċjarji finali.

Fil-każ tal-Azzjonijiet Strutturali wkoll, il-korrezzjonijiet finanzjarji deċiżi mill-Kummissjoni huma rrappurtati fil-kontijiet. Fejn għandhom x’jaqsmu l-korrezzjonijiet magħmula fuq livell nazzjonali, l-Istati Membri huma mitluba biex jissottomettu rapporti annwali lill-Kummissjoni dwar il-korrezzjonijiet li jkunu għamlu permezz tal-irtirar u l-irkupri ta’ għotjiet u dwar l-irkupri li jkunu pendenti fl-aħħar tas-sena. Il-Kummissjoni ppreżentat l-informazzjoni li kisbet mingħand l-Istati Membri għall-2006 f’anness għar-Rapport Annwali tal-2006 dwar il-Fondi Strutturali (SEC(2007) 1456) u se tippubblika d-data għall-2007 fir-rapport tal-2007. Azzjonijiet speċifiċi fil-Pjan ta’ Azzjoni biex jissaħħaħ ir-rwol superviżorju tal-Kummissjoni fir-rigward tal-azzjonijiet strutturali (COM(2008) 97 finali) jindirizzaw il-ħtieġa ta’ aktar titjib f’dan l-irrappurtar. Dawn jinkludu verifikazzjonijiet fuq il-post għall-evalwazzjoni tal-affidabbiltà u l-kompletezza tal-informazzjoni ppreżentata.

Il-Kummissjoni twettaq verifikazzjonijiet kontinwi tal-effikaċja tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll fl-Istati Membri u tirrapporta l-konklużjonijiet tagħha, b’mod partikolari fir-Rapporti Annwali tad-Direttorati Ġenerali kkonċernati. Bħalma sar fl-imgħoddi, meta jinstabu defiċjenzi serji, il-Kummissjoni tissospendi l-ħlasijiet u timponi l-korrezzjonijiet finanzjarji jekk l-Istat Membru ma jiħux l-azzjoni miftiehma biex jittejbu s-sistemi.

Fejn għandha x’taqsam l-ispiża għall-agrikoltura, fl-imgħoddi l-Qorti rrikonoxxiet li s-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tal-Istati Membri tjiebu (ara, pereżempju, ir-Rapport Annwali tal-Qorti għall-2006). Il-Kummissjoni jidhrilha li dan it-titjib hu konsegwenza, almenu parzjalment, tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tagħha mill-Istati Membri u tal-korrezzjonijiet finanzjarji imposti fuq l-Istati Membri.

tevalwa l-adegwatezza tat-tip ta’ mekkaniżmi ta’ korrezzjoni li għandhom jintużaw mill-Kummissjoni u l-Istat Membru rispettivament, u l-intensità ta’ l-applikazzjoni tagħhom, skond l-effettività ta’ l-ispejjeż (18).

L-ispejjeż tal-ivverifikar:

Il-Kummissjoni qed tagħlaq il-valutazzjoni tal-ispejjeż tal-kontroll fil-qasam tal-agrikoltura, l-ERDF u l-ġestjoni ċentralizzata diretta. Ir-riżultati se jiffurmaw il-bażi ta’ Komunikazzjoni mill-Kummissjoni li se toħroġ għall-aħħar tal-2008 li se tkun immirata lejn it-tnedija mill-ġdid tad-diskussjoni interistituzzjonali dwar riskju tollerabbli.

KONKLUŻJONIJIET U RAKKOMANDAZZJONIJIET

3.30.

B’paragun mal-bidu tal-perijodu ta’ programmar ta’ qabel jista’ jiġi ddikjarat titjib konsiderevoli għall-2007 fir-rigward ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-approprijazzjonijiet ta’ pagament għall-ewwel sena tal-perijodu ta’ programmar il-ġdid. Ir-rati ta’ nfiq għall-2007 baqgħu f’livelli għoli. Fil-każ tal-qasam ta’ politika ta’ koeżjoni approprijazzjonijiet ta’ pagament inizjali tnaqqsu b’0,745 biljun euro bil-baġits ta’ emenda.

 

3.31.

L-Istati Membri tejbu l-previżjoni tan-nefqa fil-qasam tal-Fondi Strutturali billi naqqsu r-rata ġenerali ta’ stima żejda minn 33 % fl-2006 għal 18 % fl-2007 (19).

3.31.

Minkejja li l-Istati Membri qed jissuktaw bit-titjib tagħhom tal-akkuratezza tat-tbassir, dan jibqa’ inkonsistenti wisq biex ikun jista’ jintuża għal għanijiet baġitarji. Madankollu, b’aktar titjib, dan it-tbassir jista’ jsir strument utli biex jgħin fl-iżgurar ta’ rati ta’ użu kontinwi.

3.32.

Impenji baġitarji pendenti fuq nefqa differenzjata jibqgħu f’livell għoli ħafna li jeċċedi l-approprijazzjonijiet ta’ pagament baġitarji totali għall-2007. Is-sistema ta’ diżimpenji awtomatiċi wasslet għal titjib relattiv f’dan ir-rispett fil-qasam ta’ l-azzjonijiet strutturali. Iżda, hemm riskju li pagamenti mgħaġġla jistgħu jwasslu għal proċeduri ta’ kontroll intern inqas stretti fil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-Kummissjoni għandha bżonn iżżomm dan l-aspett f’moħħha filwaqt li tirrifletti fuq introduzzjoni ta’ regoli simili f’oqsma oħra b’attivitajiet multiannwali, bħar-riċerka, l-enerġija u t-trasport, is-soċjetà ta’ l-informazzjoni u l-media.

3.32.

Il-Kummissjoni tikkunsidra r-riskju msemmi fix-xogħol tagħha ta’ verifika u tieħu azzjoni xierqa meta ssib li Stati Membri jkunu adottaw miżuri mhux aċċettabbli biex jevitaw id-diżimpenji taħt n + 2.

3.33.

L-informazzjoni dwar il-ġestjoni ta’ azzjonijiet korrettivi u l-impatt tagħhom jeħtieġ li jiġu mtejjba b’mod sinifikanti sabiex jippermettu l-evalwazzjoni ta’ l-effettività tal-mekkaniżmi korrettivi multiannwali għall-infiq ta’ l-UE.

3.33.

Il-Kummissjoni tejbet u qed tkompli ttejjeb l-informazzjoni disponibbli (ara paragrafu 6.5 tal-kontijiet tal-2007).

Fejn għandhom x’jaqsmu l-Fondi Strutturali, l-informazzjoni sħiħa dwar il-korrezzjonijiet applikati mill-Kummissjoni hija mogħtija fil-kontijiet tal-2007. Ġiet ippreżentata wkoll informazzjoni estensiva fl-anness għar-Rapport Annwali tal-2006 dwar il-Fondi Strutturali. Din l-informazzjoni tkompli tittejjeb fir-rapport tal-2007, b’mod partikolari fir-rigward tal-korrezzjonijiet implimentati mill-Istati Membri.

Fir-rigward tas-settur tal-agrikoltura, l-informazzjoni rilevanti kollha diġà hija ppubblikata u tista’ tiġi skrutinizzata u vverifikata. Dan jinkludi l-korrezzjonijiet imposti fuq l-Istati Membri mill-Kummissjoni u kif ukoll l-irkupru tal-Istati Membri ta’ ħlasijiet mhux dovuti mingħand il-benefiċjarji finali.


(1)  Il-bilanċ favur tal-baġit (riżultat tal-baġit) huwa r-riżultat ta’ l-implimentazzjoni tal-baġit. Mhux riżerva u ma jistax jiġi akkumulat u użat fi snin futuri biex jiffinanzja l-infiq. Id-dħul mhux użat li jirrappreżenta bilanċ favur jiġi paċut kontra r-riżorsi proprji li għandhom jinġabru s-sena ta’ wara.

(2)  Informazzjoni dettaljata dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għall-2007 tista’ tinkiseb minn Parti II tal-Kontijiet Annwali tal-Komunitajiet Ewropej, is-Sena Finanzjarja 2007, id-dokumenti tal-KE (DĠ Baġit) “Rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja — sena finanzjarja 2007” kif ukoll mir-Rapport dwar “L-Analiżi ta’ l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondi Strutturali u ta’ Koeżjoni fl-2007”, pp. 57-58. Iżda, ta’ min jinnota, illi l-figuri msemmija fid-dokumenti differenti mhumiex kompletament konsistenti u jvarjaw ftit.

(3)  It-titoli jkopru l-oqsma tal-politika 04: Impjiegi u Affarijiet Soċjali; 05: Agrikoltura u Żvilupp Rurali; 11: Sajd u Affarijiet Marittimi; 13: Politika Reġjonali.

(4)  Ara wkoll il-paragrafi 3.9 sa 3.11 tar-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2006.

(5)  Għall-Koeżjoni ara r-rapport tal-KE (DĠ Baġit) dwar l-Analiżi ta’ l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondi Strutturali u ta’ Koeżjoni fl-2007, p. 35.

(6)  Ara r-rapport tal-KE (DĠ Baġit) dwar l-Analiżi ta’ l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondi Strutturali u ta’ Koeżjoni fl-2007, it-tabella 5 u 64, p. 13.

(7)  Ara r-rapport tal-KE (DĠ Baġit) dwar l-Analiżi ta’ l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondi Strutturali u ta’ Koeżjoni fl-2007, it-tabella 10, p. 37.

(8)  Minħabba l-preżentazzjonijiet tard tal-Programmi ta’ Xogħol u/jew in-negozjati twal ma’ l-Istati Membri kkonċernati, approprijazzjonijiet impenjati li jammontaw għal 130 miljun euro inġabu ‘l quddiem għall-2008, fir-rigward ta’ Programm ta’ Xogħol ta’ Konverġenza wieħed, disa’ Programmi ta’ Koperazzjoni Territorjali u sitt Programmi ta’ Koperazzjoni bejn il-Fruntieri IPA. Xi azzjonijiet ta’ assistenza teknika relatati ġew ukoll posposti għall-2008 u l-2009. Ara r-Rapport tal-KE (DĠ Baġit) dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja; is-Sena Finanzjarja 2007 u Analiżi ta’ l-implimentazzjoni baġitarja tal-Fondi Strutturali u ta’ Koeżjoni fl-2007 (it-tabella 3, p. 12).

(9)  ĠU L 161, 26.6.1999, p. 1.

(10)  Għall-impenji pendenti l-akronimu Franċiż “RAL” reste à liquider huwa sikwit użat.

(11)  Ara l-Kontijiet Annwali tal-Komunitajiet Ewropej, is-Sena Finanzjarja 2007, it-tabella 13b.

(12)  Ara wkoll il-paragrafu 2.25 tar-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2004.

(13)  L-Artikolu 93(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25).

(14)  Per eżempju, l-ammonti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit huma differenti bejn il-Kontijiet Annwali u r-Rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja.

(15)  Għall-FAEG il-korrezzjonijiet kollha huma kkreditati lill-Fond. Fil-Fondi Strutturali, l-Istati Membri jirtiraw infiq irregolari li jinstab waqt ix-xogħol ta’ kontroll u verifika tagħhom mill-infiq iddikjarat għall-programm jew proġett ikkonċernat. Huma jagħmlu dan jew immedjatament malli jindunaw bl-infiq irregolari jew wara li l-pagament żejjed ikun ġie rkuprat mill-benefiċjarju. Ir-riżorsi mill-Fondi Strutturali rilaxxati b’dan il-mod jistgħu jerġgħu jintużaw.

(16)  Regoli li jixxiebħu ma’ dawk tal-ġestjoni maqsuma huma applikabbli f’każijiet ta’ ġestjoni deċentralizzata jew konġunta fejn il-Kummissjoni timplimenta l-baġit flimkien ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali jew kopri indipendenti oħra.

(17)  Xi wħud minn dawn il-punti ssemmew fir-risposta mill-Viċi President Kallas għad-domanda miktuba Nru 21 mill-Parlament Ewropew (COCOBU) fil-proċedura ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja 2006.

(18)  Ara l-Opinjoni Nru 2/2004 tal-Qorti ta’ l-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej dwar il-mudell tal-“verifika singola” (u proposta għal qafas tal-kontroll intern Komunitarju), (ĠU C 107, 30.4.2004, p. 1).

(19)  Filwaqt li għall-fond ta’ koeżjoni r-rata ta’ stima żejda żdiedet mit -32 % fl-2006 għal 54 % fl-2007.

KAPITOLU 4

Dħul

WERREJ

4.1-4.3

Introduzzjoni

4.1-4.3

Evalwazzjoni speċifika fil-kuntest tad-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni

4.4-4.45

Evalwazzjoni speċifika fil-kuntest tad-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni

4.4-4.10

L-Ambitu tal-Verifika

4.4-4.7

Riżorsi proprji tradizzjonali

4.8-4.10

Riżorsi proprji tal-VAT u tad-DGN

4.11-4.15

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi

4.11-4.14

Riżorsi proprji tradizzjonali

4.15

Riżorsi proprji tal-VAT u tad-DGN

4.16-4.40

Sistemi ta' sorveljanza u kontroll

4.16-4.19

Riżorsi proprji tradizzjonali

4.20-4.25

Riżorsi proprji tal-VAT

4.26-4.39

Riżorsi proprji tad-DGN

4.40-4.45

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

4.42

Riżorsi proprji tradizzjonali

4.43

Riżorsi proprji tal-VAT

4.44-4.45

Riżorsi proprji tad-DGN

4.46

Segwitu ta' l-osservazzjonijiet preċedenti

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

INTRODUZZJONI

Karatteristiċi speċifiċi tad-Dħul

4.1.

Id-dħul fil-baġit ta' l-Unjoni Ewropea jikkonsisti f'riżorsi proprji u dħul ieħor. Id-differenza prinċipali meta mqabbla ma’ l-2006 hija li l-korrezzjonijiet u l-irkupri ta’ l-2007 fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew tal-Garanzija u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali kif ukoll l-Ammont ta’ Ristrutturar Temporanju huma rreġistrati bħala dħul assenjat minflok jiġu paċuti kontra l-infiq (2 448 miljun euro jew 2,1 % tad-dħul) (1).

 

4.2.

Kif jidher fit- Tabella 4.1 , fil- Grafika 4.1 u fil- Grafika 4.2 ir-riżorsi proprji huma bil-bosta s-sors prinċipali ta' finanzjament tan-nefqa baġitarja (93,5 %).

 

Tabella 4.1 — Dħul għas-snin finanzjarji 2006 u 2007

(miljun euro)

Tip ta' dħul u titolu tal-baġit korrispondenti

Dħul reali fl-2006

Żvilupp tal-baġit 2007

Dħul reali fl-2007

bidla %

(2006 sa 2007)

Baġit inizjali

Baġit finali

 

(a)

(b)

(c)

(d)

(e)

1

Riżorsi proprji tradizzjonali (netti mill-ispejjeż tal-ġbir ta' 25 %)

15 028,3

17 307,7

16 532,9

16 573,0

10,3

Dazji agrikoli (Kapitolu 1 0)

1 291,8

1 486,7

1 486,8

1 404,0

8,7

Zokkor u Taxxi isoglukożi (Kapitolu 1 1)

151,6

533,1

–37,7

–31,0

– 120,4

Dazji doganali (Kapitolu 1 2)

13 584,9

15 287,9

15 083,8

15 200,0

11,9

2

Riżorsa tal-VAT

17 206,2

17 827,4

19 478,5

19 441,0

13,0

Riżorsa tal-VAT mis-sena finanzjarja kurrenti (Kapitolu 1 3)

17 219,8

17 827,4

18 517,2

18 468,0

7,2

Bilanċ mis-snin preċedenti (Kapitolu 3 1)

–13,6

0,0

961,3

973,0

7 254,4

3

Riżorsa tad-DGN

70 132,1

79 152,8

74 022,0

73 914,0

5,4

Riżorsa tad-DGN mis-sena finanzjarja kurrenti (Kapitolu 1 4)

68 602,1

79 152,8

71 153,1

71 057,0

3,6

Bilanċ mis-snin preċedenti (Kapitolu 3 2)

1 530,0

0,0

2 868,9

2 857,0

86,7

4

Bilanċi u aġġustamenti

–15,3

0,0

0,0

59,0

485,6

Korrezzjoni tar-Renju Unit (Kapitolu 1 5)

–6,0

0,0

0,0

61,0

1 116,7

Kalkolu finali tal-korrezzjoni tar-Renju Unit (Kapitolu 3 5)

–4,0

0,0

0,0

–2,0

50,0

Kalkolu intermedju tal-korrezzjoni tar-Renju Unit (Kapitolu 3 6)

–5,3

0,0

0,0

0,0

100,0

5

Dħul ieħor

6 071,7

1 209,3

3 812,3

7 576,0

24,8

Żjidiet, bilanċi u aġġustamenti (Kapitolu 3 0)

2 502,8

0,0

2 108,5

2 109,0

–15,7

Dħul ieħor (Titoli 4 sa 9)

3 568,9

1 209,3

1 703,8

5 467,0

53,2

 

Total

108 423,0

115 497,2

113 845,7

117 563,0

8,4

Sors: Baġits u baġits ta' emenda għall-2007; Kontijiet Annwali tal-Komunitajiet Ewropej, 2007.

Image

Image

4.3.

Hemm tliet kategoriji ta' riżorsi proprji: riżorsi proprji tradizzjonali (3) (dazji doganali, dazji agrikoli u imposti fuq iz-zokkor, 14,1 %), riżorsi proprji kkalkolati abbażi tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) miġbura mill-Istati Membri (16,5 %)u riżorsi proprji bbażati fuq id-dħul gross nazzjonali (DGN) ta' l-Istati Membri (DGN, 62,9 %) (4).

 

EVALWAZZJONI SPEĊIFIKA FIL-KUNTEST TAD-DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

L-Ambitu tal-Verifika

Riżorsi proprji tradizzjonali

4.4.

Ir-riskji prinċipali għall-ġbir tar-riżorsi proprji tradizzjonali huma l-evażjoni tad-dazju mill-kontribwent, kalkolu ħażin jew nuqqas li jiġi stabbilit id-dazju minħabba żbalji li ma jinstabux u żbalji fil-kontijiet ta' l-Istati Membri għad-dazju stabbilit li jnaqqsu jew idewmu l-ammonti disponibbli għall-Kummissjoni. Il-verifika tal-Qorti tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet ma tistax tkopri importazzjonijiet li ma ġewx iddikjarati lanqas dawk li m’għaddewx mis-sorveljanza doganali.

 

4.5.

Il-Qorti vverifikat kampjun każwali ta' 30 dikjarazzjoni ta’ importazzjoni f’kull wieħed mis-sitt Stati Membri (5). Wettqet ukoll evalwazzjoni ta’ sistemi ta' sorveljanza u kontroll f’dawk l-Istati Membri kif ukoll fil-Kummissjoni.

 

4.6.

Dax-xogħol ta' verifika kien jinkludi reviżjoni ta' l-organizzazzjoni tas-sorveljanza doganali u tas-sistemi nazzjonali tal-kontabilità tar-riżorsi proprji, kif ukoll evalwazzjoni tar-rwol ta’ sorveljanza ta’ l-ACOR (6). Il-verifika inkludiet ukoll eżami tal-kontijiet tar-riżorsi proprji tradizzjonali tal-Kummissjoni, kif ukoll analiżi tad-dħul mid-dazji sabiex ikollha assigurazzjoni raġonevoli li l-ammonti rreġistrati kienu kompleti u korretti.

 

4.7.

Barra dan, eżami speċifiku ta’ l-imħażen doganali twettaq kemm fil-Kummissjoni kif ukoll f’seba’ Stati Membri (7).

 

Riżorsi proprji tal-VAT u tad-DGN

4.8.

Ir-riskji prinċipali għal dawn iż-żewġ riżorsi huma minħabba li l-kontijiet nazzjonali huma ppreparati abbażi ta’ data statistika u estimi, u minħabba l-kumplessità tal-qafas leġiżlattiv.

 

4.9.

Ir-riżorsi proprji tal-VAT u tad-DGN huma bbażati fuq statistiċi makro-ekonomiċi, u d-data li huma bbażati fuqha ma tistax tiġi vverifikata direttament. Għal din ir-raġuni, il-verifika tal-VAT/DGN ħadet bħala l-punt ta' bidu tagħha l-ġbir mill-Kummissjoni ta' l-aggregati makro-ekonomiċi ppreparati mill-Istati Membri u mbagħad stmat is-sistemi tal-Kummissjoni li jipproċessaw id-data sakemm dawn jiġu inklużi fil-kontijiet finali. Għalhekk il-verifika kopriet il-preparazzjoni tal-baġit annwali u l-korrettezza tal-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri. Il-verifika kopriet ukoll is-sistemi ta' sorveljanza u kontroll tal-Kummissjoni li huma intiżi biex jipprovdu assigurazzjoni raġonevoli li dawn ir-riżorsi huma stabbiliti u miġbura korrettament, kif ukoll ir-rwoli tal-Kumitati ta' l-ACOR (8) u tad-DGN (9).

 

4.10.

Fis-7 ta’ Ġunju 2007 il-Kunsill adotta Deċiżjoni ġdida dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (2007/436/KE, Euratom) (10), li ser tidħol fis-seħħ, b’mod retroattiv, mill-1 ta’ Jannar 2007. Did-Deċiżjoni introduċiet rata uniformi ta’ sejħa tar-riżorsa proprja tal-VAT (0,30 %) u ġabet tnaqqis addizzjonali fil-kontribuzzjonijiet tal-VAT u d-DGN ta’ ċerti Stati Membri għall-perijodu 2007-2013 (11). Għalhekk, il-kontribuzzjonijiet tal-VAT u tad-DGN ta’ l-Istati Membri ta’ l-2007, ser jiġu kkalkolati mill-ġdid b’mod retroattiv malli titlesta l-proċedura ta’ ratifika, li mistennija sseħħ kmieni fl-2009.

 

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi

Riżorsi proprji tradizzjonali

4.11.

Ir-riżorsi proprji tradizzjonali huma miġbura mill-Istati Membri li jirreġistrawhom fis-sistema ta' kontabilità miżmuma mit-Teżor nazzjonali tagħhom (“il-kont A”) u wara jagħmlu r-riżorsi disponibbli għall-Komunitajiet. Meta d-dazji jew l-imposti jibqgħu ma jitħallsux u ma tkun ingħatat l-ebda garanzija, jew ikunu koperti minn garanziji imma jkunu ġew sfidati, ikun possibbli għall-Istati Membri li jissospendu d-disponibilità ta’ dawn ir-riżorsi billi jdaħħluhom f'kont separat (“il-kont B”).

 

4.12.

Il-Qorti sabet li d-dikjarazzjonijiet ta’ l-Istati Membri lill-Kummissjoni kienu ħielsa minn żbalji materjali ta’ legalità u regolarità. Iżda ġew innutati nuqqasijiet, li filwaqt li mhumiex materjali biżżejjed biex jeffettwaw il-konklużjoni ġenerali, għandhom jiġu kkoreġuti.

 

4.13.

Dwar il-kont A, fid-Danimarka, id-data mdaħħla fis-sistema ta’ approvazzjoni elettronika mill-operaturi ekonomiċi ta’ sikwit ma kinitx tirrifletti r-realità ta’ l-importazzjoni u għalhekk ma kinitx affidabbli. Dan wassal għal pagament nett inqas lill-Kummissjoni. Fil-Portugall id-dazji miġbura taħt l-irkupru infurzat huma maħduma u magħmula disponibbli għall-Kummissjoni b’dewmien sistematiku.

4.13.

Il-Kummissjoni qed issegwi dawn l-osservazzjonijiet ma' l-awtoritajiet ikkonċernati. Se tittieħed azzjoni sabiex jiġu rkuprati r-riżorsi proprji kollha li ma tpoġġewx għad-dispożizzjoni tagħha u l-imgħaxijiet kollha dovuti b'riżultat ta' dewmien.

4.14.

Bħal fis-snin preċedenti, il-verifika tal-Qorti sabet problemi dwar fil-kontijiet B, b’mod partikolari:

4.14.

Il-kontijiet B ta' sikwit jinżammu minn uffiċċji individwali tad-dwana u bħala tali jistgħu jkunu suġġetti għal riskju għoli ta' żbalji ta' darba. Għaldaqstant, l-analiżi tal-preċiżjoni tal-kontijiet B hija tema regolari ta' l-ispezzjonijiet tal-Kummissjoni. Minbarra dan, fl-2007, il-Kummissjoni pprovdiet lill-Istati Membri bi gwida speċifika dwar l-użu korrett ta' dawn il-kontijiet.

kien hemm każijiet fejn oġġetti ġew rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa mingħajr ma ġie mħallas jew assigurat id-dejn doganali;

Il-Kummissjoni se tqajjem din l-osservazzjoni ma' l-Istat Membru kkonċernat.

dejn doganali mhux sfidat għall-inqas parzjalment kopert minn sigurtajiet ġie rreġistrat fil-kontijiet B, anke jekk dawk il-partijiet koperti mis-sigurtà imisshom ġew magħmula disponibbli;

Il-Kummissjoni diġà kienet qed issegwi din il-kwistjoni ma' l-uniku Stat Membru fejn l-osservazzjoni kienet sistematika f'ispezzjoni ta' l-2007. It-tliet każijiet individwali li jibqa' li l-Qorti tirreferi għalihom se jiġu indirizzati mill-Istati Membri kkonċernati.

sigurtà komprensiva mogħtija minn persuna responsabbli minn maħżen ma kinitx meqjusa bħala tali, li wasslet biex irkurpu ta’ dejn wara li dan ġie approvat jiddaħħal b’mod sistematiku u żbaljat fil-kont B.

Il-Kummissjoni se ssegwi dan il-punt ma' l-Istati Membri kkonċernati iżda tqis li hu possibbli li dan huwa żball lokali. L-ispezzjoni tagħha ta' l-2005 dwar id-depożitu doganali mhux biss ma wrietx żbalji simili iżda kkonfermat li l-istruzzjonijiet nazzjonali kienu konformi mal-leġiżlazzjoni tal-Komunità fuq dan il-punt.

Riżorsi proprji tal-VAT u tad-DGN

4.15.

Il-verifika tal-Qorti sabet il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ta’ l-Istati Membri u l-pagament tagħhom ħielsa minn żball materjali.

 

Evalwazzjoni tas-sistemi ta' sorveljanza u kontroll

Riżorsi proprji tradizzjonali

4.16.

Verifiki fuq il-post mill-Qorti ikkonfermaw li b’mod ġenerali s-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll ivverifikati u r-reġistrazzjoni tar-riżorsi proprji tradizzjonali kienu qed jaħdmu sew. Il-Qorti rrevediet ukoll l-ispezzjonijiet mwettqa mill-Kummissjoni, li sabet li s-sistemi ta’ ġbir ta’ riżorsi proprji kienu ġeneralment sodisfaċenti. Il-ġestjoni tal-kontijiet B baqgħet qasam fejn il-Kummissjoni rrapportat nuqqasijiet.

 

Magazzinaġġ doganali

4.17.

Ir-reġim sospensiv ta’ ħażna doganali jippermetti l-ħażna ta’ oġġetti mhux komunitarji mingħajr ma dawn ikunu soġġetti għal dazji ta’ importazzjoni jew miżuri ta’ politika kummerċjali waqt li dawn huma maħżuna fi stabbilimenti jew taħt sistema ta’ inventarju awtorizzat bħala maħżen doganali (12).

 

4.18.

Abbażi ta’ l-informazzjoni rċevuta mill-Istati Membri, il-Qorti tistma li 20 % tar-riżorsi proprji tradizzjonali jinġabru fuq oġġetti li qabel kienu maħżuna f’maħżen doganali fil-Komunità. Ir-riskju prinċipali huwa li oġġetti jistgħu jitneħħew mis-sorveljanza doganali u jitpoġġew fis-suq intern mingħajr ma jitħallsu d-dazji jew mingħajr ma jkunu soġġetti għal miżuri oħra relatati ma’ l-importazzjoni. Biex dan ir-riskju jiġi limitat negozjanti affidabbli biss għandhom ikunu awtorizzati li jħaddmu ħażna doganali (13) u t-tħaddim tagħhom għandu jkun issorveljat mid-dwana ta’ l-Istati Membri. Iżda d-dispożizzjonijiet legali Komunitarji ma jiddefinixxux il-livell minimu ta’ verifikazzjoni li għandu jitwettaq biex jassigura osservanza tal-leġiżlazzjoni Doganali.

4.18.

Ir-riskju huwa limitat aktar minħabba li l-awtoritajiet tad-dwana jistgħu jitolbu garanzija (l-Artikolu 88 tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità). Jekk Stat Membru ma jagħżilx li jagħmel dan u wara ma jkunx jista' jirkupra dejn doganali, il-Kummissoni żżomm lil dak l-Istat Membru responsabbli għar-riżorsi proprji.

Minbarra dan, hija r-responsabbiltà ta' l-Istati Membri sabiex jistabbilixxu l-metodi u l-frekwenza tal-kontrolli tad-dwana. Id-dispożizzjonijiet legali tal-Komunità jiddefinixxu biss il-livelli minimi tal-verifika f'numru żgħir ta' każijiet fejn jitqies li jkunu japplikaw riskji partikolari.

4.19.

Il-Qorti eżaminat is-sistemi fis-seħħ biex jawtorizzaw u jissorveljaw l-imħażen doganali. B’mod ġenerali l-Qorti sabet li dawn is-sistemi kienu qed jaħdmu tajjeb. Iżda nstabu n-nuqqasijiet li ġejjin:

4.19.

 

f’terz tar-reġistri ta’ awtorizzazzjoni ċċekkjati ma kienx hemm evidenza li s-sistemi ta’ reġistrazzjoni ta’ l-istokk issodisfaw ir-rekwiżiti Komunitarji (14). Il-Qorti sabet nuqqasjiet fir-reġistru ta’ l-istokk u diskrepanzi bejn ir-reġistri ta’ l-istokk u l-istokk realment fl-imħażen doganali;

Il-Kummissjoni se tqajjem din l-osservazzjoni ma' l-Istati Membri kkonċernati. Fejn applikabbli, l-Istati Membri relevanti se jintalbu sabiex jieħdu azzjoni ta' rimedju fejn diskrepanzi fl-istokk ma jkunux riżolti.

f’erbgħa mis-seba’ Stati Membri miżjura l-verifika sabet li l-għażla ta’ oġġetti li għandhom jiġu eżaminati mid-dwana ma kinitx ibbażata fuq ir-riskju (15) billi jiġu inkorporati profili tar-riskju fis-sistema kompjuterizzata ta’ dikjarazzjoni doganali;

Din l-osservazzjoni se tiġi indirizzata ma' l-Istati Membri kkonċernati.

in-nuqqasijiet li ġejjin fis-sistemi ta’ kontroll intern, b’riskju ta’ rilaxx mhux awtorizzat fis-suq intern u telf ta’ dħul. Żewġ imħażen doganali bi żball użaw l-istess numru ta’ liċenzja tal-maħżen, u ppermettew li jinżammu oġġetti importati f’maħżen doganali minflok dak iddikjarat lid-dwana. F’każ ieħor persuna responsabbli milli tieħu ħsieb il-maħżen, li jmissha ppreżentat l-oġġetti lid-dwana għal kull ħruġ, kienet qed tuża proċeduri simplifikati mhux awtorizzati, u b’hekk tevita l-kontrolli;

Id-duplikazzjoni tan-numru ta' l-awtorizzazzjoni ġiet korretta mill-Istat Membru u l-verifika tagħhom sabet l-oġġetti kollha, u sabet li d-dazji kollha dovuti kienu ġġustifikati kif dovut. L-Istat Membru qed itejjeb ukoll is-sistemi tal-kontroll intern tiegħu sabiex jevita ripetizzjoni ta' l-iżball. Fir-rigward ta' l-użu ta' proċeduri ssimplifikati mhux awtorizzati, l-Istat Membru relevanti ntalab sabiex jieħu miżuri ta' rimedju.

Il-Qorti sabet li l-frekwenza tal-verifika wara l-approvazzjoni fl-imħażen doganali kienet tant baxxa li żżid ir-riskju li jintilef id-dħul minħabba l-preskrizzjoni (16). Barra dan hemm ftit evidenza ta’ għażla ta’ imħażen ibbażata fuq ir-riskju li għandhom jiġu soġġetti għal tali verifika.

Il-Kummissjoni diġà qajmet dan is-suġġett ma' wieħed mill-Istati Membri kkonċernati b'riżultat ta' spezzjoni fl-2006 u s-segwitu tagħha għadu għaddej. Hija se tqajjem din l-osservazzjoni mat-tliet Stati Membri l-oħra.

Riżorsi proprji tal-VAT

Riżervi

4.20.

Ir-riżervi huma mezz biex jinżammu elementi dubjużi fir-rendikonti tal-VAT ippreżentati mill-Istati Membri li jistgħu jiġu kkoreġuti wara l-limitu ta' żmien statutorju ta' erba' snin. Mill-35 riżerva mneħħija fl-2007 (17), disgħa kienu relatati ma’ l-1997 jew qabel. 21 riżerva fir-rigward ta’ l-1997 jew qabel (inklużi tnejn relatati ma’ l-1989 u l-1993) baqgħu miftuħa fil-31 ta’ Diċembru 2007 (ara t- Tabella 4.2 ).

4.20.

Żewġ riżervi oħra ta' qabel l-1998 huma mistennija li jitneħħew fi ftit żmien filwaqt li se ssir żjara speċjali fl-2008 li tiffoka speċifikament fuq it-tfassil, flimkien ma' l-Istat Membru kkonċernat, ta' strateġija li twassal għat-tneħħija tar-riżerva li saret fl-1989.

Tabella 4.2 — Riżervi tal-VAT fil-31 ta' Diċembru 2007

Stati Membri

Numru ta' riżervi pendenti fil-31.12.2006

Riżervi ffissati fl-2007

Riżervi mneħħija fl-2007

Numru ta' riżervi pendenti fil-31.12.2007

Is-sena l-aktar antika li japplikaw għaliha r-riżervi

Belġju

8

4

4

8

1989

Danimarka

1

0

1

0

 

Ġermanja

17

9

8

18

1999

Greċja

16

3

9

10

1998

Spanja

5

1

0

6

1999

Franza

3

1

0

4

1993

Irlanda

12

0

0

12

1998

Italja

13

3

2

14

1995

Lussemburgu

1

0

0

1

1997

Olanda

1

1

0

2

2002

Awstrija

8

1

1

8

1995

Portugall

10

2

5

7

1996

Finlandja

6

1

0

7

1995

Żvezja

11

1

3

9

1995

Renju unit

4

3

2

5

1998

Ċipru

0

3

0

3

2004

Repubblika Ċeka

0

1

0

1

2004

Estonja

0

0

0

0

 

Latvja

0

1

0

1

2004

Litwanja

0

2

0

2

2004

Ungerija

0

5

0

5

2004

Malta

0

6

0

6

2004

Polonja

0

3

0

3

2004

Slovakkja

3

2

0

5

2004

Slovenja

0

0

0

0

 

Bulgarija

0

0

0

0

 

Rumanija

0

0

0

0

 

Total

119

53

35

137

 

Sors: Il-Kummissjoni Ewropea.

4.21.

M’hemm l-ebda strument effettiv biex jassigura li l-Istati Membri jagħtu informazzjoni xierqa fi skadenzi definiti b’mod ċar, u għalhekk li jippermettu lill-Kummissjoni biex tiddeċiedi dwar it-tneħħija ta’ riżervi pendenti. Fir-rakkomandazzjoni tiegħu dwar il-kwittanza ta’ l-2006, il-Kunsill irrepeta t-talba tiegħu lill-Kummissjoni, biex b’koperazzjoni ma’ l-Istati Membri, tkompli l-isforzi tagħha biex tassigura li r-riżervi jitneħħew fi żmien raġonevoli.

4.21.

L-arranġamenti legali preżenti jirrappreżentaw bilanċ li jirrifletti l-approċċ kooperattiv li jeħtieġ li jeżisti bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri. Madankollu, il-Kummissjoni qed tagħmel tibdil fl-arranġamenti tagħha għall-ġestjoni tar-riżervi, u qed tagħmilhom aktar proattivi. Ir-riżervi se jiġu kkategorizzati sabiex isir eħfef li jiġu identifikati dawk li l-aktar jeħtieġu azzjoni. Qed jiġu introdotti żjajjar tal-ġestjoni li jiffokaw biss fuq strateġiji sabiex ikun hemm progress li jwassal għat-tneħħija tar-riżervi. Il-Kummissjoni se tkun ukoll aktar proattiva meta tqis jekk it-tnedija ta' proċedimenti ta' ksur tkunx iġġib benefiċċji f'każijiet partikolari.

4.22.

Matul l-2007 il-bidliet lill-bażi tal-VAT ta’ l-UE-27 wara x-xogħol ta’ kontroll tal-Kummissjoni fl-Istati Membri rriżulta f’żieda fit-total ta’ riżorsa tal-VAT ta’ madwar 50 miljun euro. Barra dan ir-reviżjonijiet ‘il fuq fid-DGN tal-Greċja (ara l-paragrafu 4.28), li kellhom impatt fuq il-limitu (18), irriżultaw f’żieda fil-kontribuzzjoni tal-VAT ta’ dak l-Istat Membru ta’ madwar 300 miljun euro.

 

4.23.

Il-Qorti eżaminat l-evidenza dwar it-tneħħija ta’ 35 riżerva fl-2007. Ix-xogħol tal-Kummissjoni dwar it-tneħħija tar-riżervi kien ġeneralment sodisfaċenti. Iżda l-problema li ġejja ġiet identifikata: — meta l-Kummissjoni taċċetta d-data reveduta ta’ Stat Membru u mbagħad tneħħi r-riżerva assoċjata, għandha ddaħħal immedjatament id-data reveduta fid-database finanzjarja tagħha u taġġusta l-ammont tar-riżorsi proprji dovuti. Il-korrezzjonijiet fir-rigward ta’ l-erba’ riżervi mneħħija ma ddaħħlux f’din id-database u r-riżorsa proprja bbażata fuq il-VAT għalhekk ma ġietx ikkalkolata tajjeb.

4.23.

Il-bidliet fid-database issa saru, u l-impatt finanzjarju totali huwa ta ftit anqas minn EUR 12-il miljun fuq il-ħames snin tar-riżervi. Minbarra dan, ġew introdotti proċeduri ġodda li jestendu l-konsultazzjoni bejn is-servizzi dwar il-kontenuti tar-rapporti ta' kontroll. Dawn għandhom jipprovdu protezzjoni kontra xi ripetizzjoni fil-futur.

Sorveljanza ta’ l-applikazzjoni tad-direttiva tal-VAT

4.24.

Id-DĠ Taxud huwa responsabbli milli jassigura l-applikazzjoni korretta tad-direttiva tal-VAT. Meta l-Kummissjoni tikkunsidra li Stat Membru jonqos milli jissodisfa l-obbligazzjonijiet tiegħu taħt din id-Direttiva, il-Kummissjoni tista’ tressaq il-kwestjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja wara li li tkun għaddiet minn fażi pre-kontenzjuża (proċedura ta’ ksur — l-Artikolu 226 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea). Fl-2007 kien hemm ħames każijiet bħalhom, tlieta minnhom kellhom effett negattiv fuq ir-riżorsi proprji tal-VAT. Għaż-żewġ każijiet ippreżentati lill-Qorti tal-Ġustizzja fl-2007, iż-żmien medju meħud mir-registrazzjoni sa ma tintbagħat l-ittra ta’ intimazzjoni kien ta’ 29 xahar. It-tliet każijiet l-oħra, li jiddataw lura għall-2003-2005, sa tmiem l-2007 kienu għadhom ma tressqux quddiem il-Qorti minkejja li d-deċiżjoni biex dan iseħħ ittieħdet f’Ġunju 2007.

4.24.

Il-kuntest legali fl-Istati Membri hija sikwit dettaljata u kumplessa, u teħtieġ analiżi sostanzjali. Il-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari għat-tħejjija ta' każijiet dwar l-interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni tat-taxxi indiretti minħabba r-'riżorsi proprji' involuti u r-rekwiżit ta' l-unanimità sabiex tinbidel il-leġiżlazzjoni. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni jirnexxilha tassigura rata ta' progress ġeneralment ekwivalenti ta' każijiet li jaffettwaw ir-riżorsi proprji bħal għal każijiet oħra kumplessi u dettaljati ta' applikazzjoni ħażina tal-liġi tal-Komunità. Għalkemm dan ma jinfluwenzax il-ġestjoni tagħha tal-każijiet, il-Kummissjoni titlob l-ammonti dovuti, flimkien ma' l-imgħaxijiet għaż-żmien li jkun għadda, meta tikkoreġi l-ksur.

B'mod aktar ġenerali, il-Kummissjoni reċentement bidlet il-proċeduri tagħha, sabiex tippermetti teħid ta' deċiżjonijiet aktar frekwenti sabiex jonqos id-dewmien li kien isir meta n-notifiki ta' l-Istati Membri kienu jiġu riċevuti ftit qabel kellu jsir il-pass proċedurali li jmiss, u b'hekk il-każijiet se jkunu jistgħu jimxu 'l quddiem hekk kif tkun tlestiet l-analiżi ta' l-informazzjoni l-ġdida. Il-Kummissjoni tiffaċċja r-riskju li titlef każ għal raġunijiet proċedurali jekk ma tqisx b'mod sħiħ l-input ta' l-Istati Membri. Fl-aħħarnett, it-tħejjija tat-talba li għandha ssir quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tista' f'xi każijiet tirriżulta diffiċli minħabba l-kumplessità tal-fatti, tal-leġiżlazzjoni applikabbli jew tal-kwistjonijiet ġuridiċi li jitqajmu.

4.25.

Matul dawn il-perijodi d-Direttiva tal-VAT ma kinitx qiegħda tiġi applikata korrettament. Dan seta’ naqqas l-ammont tal-VAT irċevut mill-Istati Membri u kellu impatt fuq ir-riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT.

4.25.

Kull effett possibbli fuq ir-riżorsa bbażata fuq il-VAT se jittieħed inkunsiderazzjoni retroattivament meta l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi dwar il-każijiet.

Riżorsi proprji tad-DGN

Data annwali tad-DGN

4.26.

Qabel it-22 ta' Settembru ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-Kummissjoni (Eurostat) il-figuri tat-total tad-DGN u tal-komponenti tiegħu (il-kwestjonarju tad-DGN) li jkopri s-sena preċedenti u kwalunkwe reviżjoni li ssir lill-figuri tas-snin preċedenti. Flimkien ma’ dawn il-figuri, l-Istati Membri huma meħtieġa jgħaddu rapport fuq il-kwalità tad-data tad-DGN (ir-Rapport ta’ Kwalità tad-DGN) li juri kif intlaħaq it-total, u jiddeskrivi bidliet sinifikanti fil-proċeduri u l-istatistiċi bażiċi użati, u jispjega r-reviżjonijiet li saru fuq data tad-DGN preċedenti (19). Il-figuri tad-DGN ipprovduti mill-Istati Membri jistgħu jagħtu lok għall-aġġustamenti tal-bilanċi tad-DGN stabbiliti għas-snin preċedenti (20).

 

4.27.

Fil-laqgħa tiegħu tal-25 ta’ Ottubru 2007, il-Kumitat tad-DGN, billi kkunsidra r-riżervi eżistenti, qies illi d-data ta’ l-UE-15, kienet xierqa għall-użu għall-iskopijiet tar-riżorsi proprji. F’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-UE-12, il-Kumitat tad-DGN ma kienx f’pożizzjoni li jasal għal opinjoni fuq id-data minħabba li l-analiżi ta’ l-inventarji tad-DGN (21) kienet għadha kif bdiet (ara l-paragrafu 4.38).

 

4.28.

Id-data inkluża fil-Kwestjonarju PGN (22)/DGN ta’ l-2007 tal-Greċja kienet turi żieda retroattiva ta’ bejn 8,5 % u 9,9 % għas-snin 1995 sa 2005. Fil-Kwestjonarju PGN/DGN ta’ l-2006 (il-Greċja kienet bagħtet data reveduta li turi żidied ta’ bejn 13 % u 26 %), li tirrappreżenta reviżjoni eċċezzjonalment sinifikanti. Peress li huwa kkunsidatrat li ma kellhiex biżżejjed informazzjoni fuq id-data reveduta u l-bidliet metodoloġiċi ta’ bażi rrappurtati mill-Greċja, il-Kumitat tad-DGN kien tal-fehma li s-serje tal-PGN/DGN mhux reveduta li teżisti għandha tintuża għal għanijiet tar-riżorsi proprji, sakemm il-Kummissjoni tivverifika bis-sħiħ id-data l-ġdida u tirrapporta r-riżultati tal-verifikazzjoni tagħha lill-Kumitat tad-DGN (23).

 

4.29.

Fl-2007 il-Greċja bagħtet biss sommarju tal-Kwestjonarju PGN/DGN b’ebda komponenti tad-PGN/DGN u nota ta’ spjega qasira minflok Rapport ta’ Kwalità. Għalkemm il-Kumitat tad-DGN, filwaqt li ta kont tar-riżervi eżistenti, ikkunsidra li d-data l-Griega tal-PGN/DGN il-ġdida nnotifikata fl-2007 kienet adegwata għall-għanijiet tar-riżorsi proprji (ara l-paragrafu 4.27), huwa stieden lill-Istitut Nazzjonali Statistiku Grieg (NSI) u lill-Eurostat biex ikomplu jikkoperaw fuq kwestjonijiet pendenti, inkluż fuq kalkoli ftit aktar dettaljati.

4.30.

Il-Kummissjoni qabel kienet wettqet żjarat fuq il-post f’Ġunju u f’Settembru 2007 biex tivverifika l-inventarju Grieg u kkalkolat estimi ta’ ammonti tal-PGN (24) irreveduti għas-sena ta’ referenza 2000. Iż-żieda totali kienet konsistenti mar-reviżjoni inkluża fil-Kwestjonarju PGN/DGN ta’ l-2007.

4.31.

Il-Kummissjoni u l-NSI Grieg waqqfu pjan ta’ azzjoni biex jitwettaq aktar xogħol sabiex jiġu ffinalizzati l-kalkoli tal-komponenti tal-kontijiet nazzjonali. F’Novembru 2007 il-Kummissjoni enfasizzat l-importanza li tikkontrolla r-rikonċiljazzjoni bejn ir-reviżjonijiet totali u l-bidliet marbuta ma’ riżervi speċifiċi kif ukoll il-bżonn għall-NSI Grieg biex jagħti dokumentazzjoni sħiħa dwarhom. Il-pjan ta’ azzjoni kien jeħtieġ ukoll l-NSI Grieg li jibgħat il-figuri uffiċjali dettaljati skond it-trasmissjoni ta’ l-ESA 95 tad-data  (25) tal-kontijiet nazzjonali sa l-10 ta’ Diċembru 2007.

4.32.

Fin-nuqqas ta’ informazzjoni kompleta dwar il-PGN/DGN meħtieġa mir-Regolament tad-DGN (ara l-paragrafu 4.29) u peress li d-dettalji fuq il-komponenti tal-PGN/DGN u d-dokumentazzjoni fuq ir-riżervi meħtieġa mill-pjan ta’ azzjoni (ara l-paragrafu 4.31) ma kinux disponibbli sa Frar 2008, il-Qorti ma setgħetx tirrevedi l-kalkolu tal-PGN/DGN għas-snin 1995-2006 u lanqas ma setgħet tikkontrolla jekk il-komponenti tal-PGN reveduti mill-Greċja humiex koperti b’riżervi speċifiċi ffissati għall-perijodu 1995-2001. Konsegwenza ta’ dan, il-Qorti ma setgħetx tevalwa l-preċiżjoni ta’ l-aġġustamenti tal-bilanċi tad-DGN għal dawn is-snin preċedenti.

4.29. sa 4.32.

Il-korrezzjonijiet ewlenin għaċ-ċifri tal-PGD Grieg proposti mill-Kummissjoni ġejjin mill-missjoni tagħha fil-Greċja u ġew ippreżentati bid-dettalji kollha (b'mod partikolari fid-dokument GNIC/094) u diskussi fil-laqgħa tal-Kumitat tad-DGN tas-6 ta' Settembru 2007. L-esperti tal-kontijiet nazzjonali ta' l-Istati Membri fil-Kumitat tad-DGN appoġġjaw il-korrezzjonijiet proposti. Iċ-ċifri tal-PGN/DGN għall-1995-2006 nnotifikati mill-Greċja f'Ottubru 2007 huma konsistenti ma' dawn il-korrezzjonijiet. Fil-laqgħa tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2007, il-Kumitat tad-DGN esprima l-appoġġ tiegħu għall-proċess u kif ukoll għar-riżultati tal-ħidma ta' verifika mwettqa mill-Eurostat f'kooperazzjoni ma' l-esperti tad-DGN ta' l-Istati Membri u f'konsultazzjoni mill-qrib mal-Kumitat tad-DGN. Il-Kummissjoni qed issegwi pjan ta' azzjoni mwettaq sabiex jiġi ffinalizzat il-kalkolu tal-komponenti tal-kontijiet nazzjonali Griegi. L-NSI Grieg bagħat lill-Eurostat id-data tal-programm ta' trażmissjoni ta' l-ESA 95 fl-14 ta' Diċembru 2007. Il-Eurostat analizzat id-data u għamlet xi kummenti, u wara dan l-NSI Grieg bagħat data reveduta li kienet tieħu inkunsiderazzjoni l-kummenti ta' l-Eurostat u tinkludi data għas-sena 2007, fl-4 ta' Marzu 2008. Il-Eurostat se tirrapporta r-riżultati tal-kwistjonijiet pendenti fil-verifiki tagħha lill-Kumitat tad-DGN u lill-Qorti ta' l-Awdituri. Minbarra t-talba tal-Kumitat tad-DGN, il-Kummissjoni kompliet il-kooperazzjoni tagħha mas-Servizz Nazzjonali ta' l-Istatistika tal-Greċja dwar xi kalkoli aktar dettaljati, u tistenna li l-biċċa l-kbira tar-riżervi se jkunu jistgħu jitneħħew fi ftit żmien. Il-Kummissjoni se tkompli żżomm lill-Kumitat tad-DGN u lill-Qorti ta' l-Awdituri infurmati dwar l-iżviluppi dwar din il-kwistjoni.

Riżervi

4.33.

Fil-bidu ta’ l-2007, kien hemm 43 riżerva speċifika tal-PGN/DGN miftuħa (26) dwar il-perijodu 1995 sa l-2001. Matul l-2007, il-Kummissjoni neħħiet 18-il riżerva u ħalliet bilanċ ta’ 25 fl-aħħar tas-sena (ara t- Tabella 4.3 ). Dawn ir-riżervi miftuħa għandhom x’jaqsmu jew ma’ sorsi skaduti li huma l-bażi ta’ ċerti estimi jew inkella ma’ aspetti metodoloġiċi u ta’ kumpilazzjoni (27). Bl-esklużjoni tal-każ tal-Greċja (ara l-paragrafu 4.29), il-biċċa l-kbira tal-kwistjonijiet li fuqhom huma bbażati r-riżervi diġà ġew indirizzati mill-Istati Membri billi ġiet mgħoddija d-data annwali tad-DGN fl-2007 jew fi snin preċedenti.

 

Tabella 4.3 — Riżervi speċifiċi tal-PGN/DGN fil-31 ta’ Diċembru 2006

Stati Membri:

Għadd ta’ riżervi speċifiċi pendenti fil- 31.12.2006

Riżervi speċifiċi iffissati fl-2007

Riżervi speċifiċi mneħħija fl-2007

Għadd ta’ riżervi speċifiċi pendenti fil-31.12.2007

Belġju

0

0

0

0

Danimarka

3

0

3

0

Ġermanja

0

0

0

0

Greċja

7

0

0

7

Spanja

5

0

5

0

Franza

3

0

3

0

Irlanda

4

0

4

0

Italja

4

0

0

4

Lussemburgu

8

0

0

8

Olanda

0

0

0

0

Awstrija

0

0

0

0

Portugall

0

0

0

0

Finlandja

3

0

3

0

Żvezja

0

0

0

0

Renju Unit

6

0

0

6

Total

43

0

18

25

Sors: Il-Kummissjoni Ewropea.

4.34.

Fir-rigward tal-perijodu 2002 sa l-2004, riżervi ġenerali jeżistu fuq data tad-DGN ta l-UE-15 sakemm ma ssir l-analiżi ta’ l-inventarji tad-DGN aġġornati jew ġodda. L-ebda riżervi ġenerali għall-UE-10 ma ġew iffissati sa tmiem l-2007 peress li d-data tad-DGN tagħhom fir-rigward ta' l-2004 ser tibqa’ miftuħa għal skopijiet tar-riżorsi proprji sa Settembru 2008.

4.34.

F'Ġunju 2008, il-Kummissjoni stabbilixxiet riżervi ġenerali fuq id-data tad-DGN ta' l-10 Stati Membri l-ġodda ta' l-UE li tkopri s-snin ta' referenza 2004-2006.

4.35.

Il-Qorti eżaminat kampjun ta’ għaxar riżervi speċifiċi mneħħija fl-2007, dwar Spanja, id-Danimarka u Franza. Sabet illi x-xogħol tal-Kummissjoni biex jippermetti t-tneħħija ta’ riżervi la kien jinvolvi desk checks biex jikkorroboraw l-affidabilità ta’ l-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri b’paragun ma’ għejun esterni, u lanqas żjarat ta’ kontroll fuq il-post biex titwettaq verifikazzjoni tat-totali tal-kontijiet nazzjonali. Għal dawn ir-raġunijiet, il-Qorti tqis li dawn il-kontrolli ma kinux suffiċjenti biex jipprovdu assigurazzjoni raġonevoli tal-preċiżjoni tad-data ta’ bażi emendata.

4.35.

Il-Kummissjoni wettqet kontrolli mhux fuq il-post li pprovdew biżżejjed informazzjoni biex jitneħħew ir-riżervi speċifiċi msemmija. Dawn il-kontrolli ma wrewx il-ħtieġa ta' missjonijiet fuq il-post, jew il-ħtieġa ta' tqabbil ma' riżorsi esterni.

4.36.

Il-Kummissjoni f’bosta każijiet damet ma talbet informazzjoni addizzjonali jew data mill-Istati Membri u biex tanalizza l-informazzjoni rċevuta.

4.36.

Il-progress bil-mod dwar it-tneħħija ta' riżervi speċifiċi tad-DGN imsemmija mill-Qorti kien dovut għal nuqqas ta' riżorsi. Minn dak iż-żmien 'l hawn, ix-xogħol fuq ir-riżervi aċċellera u dawk li baqa' huma mistennija li jitneħħew fi ftit żmien.

4.37.

Il-proċedura tal-Eurostat għall-ġestjoni tar-riżervi tad-DGN ma tipprovdix regoli speċifiċi dwar il-kriterji ta’ materjalità biex jiġu ffissati riżervi speċifiċi sabiex jiġi kkunsidrat b’mod konsistenti l-prinċipju tal-benefiċċji meta mqabbla ma’ l-ispejjeż (28).

4.37.

Il-Kummissjoni tqiegħed riżervi fuq kwistjonijiet speċifiċi abbażi tal-valutazzjoni esperta tagħha li ssir billi titqies l-informazzjoni kwalittattiva u kwantitattiva kollha disponibbli. Il-Kummissjoni tqis li dan l-approċċ huwa prudenti u għal kollox konformi mal-prinċipju tar-relazzjoni bejn l-ispejjeż u l-benefiċċji kif imsemmi fir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1287/2003. Fl-eżempji msemmija mill-Qorti fin-nota ta' qiegħ il-paġna 27, l-impatt jista' jiġi kkwantifikat biss fi tmiem il-ħidma ta' l-Istati Membri dwar ir-riżervi u mhux qabel.

Verifikazzjoni ta’ l-inventarji tad-DGN fl-Istati Membri

4.38.

Xi Stati Membri (29) ma tawx lill-Kummissjoni verżjoni kompleta (li tinkludi tabelli tal-proċess) ta’ inventarji tad-DGN aġġornati jew ġodda sa tmiem l-2007, minkejja li l-iskadenza kienet il-31 ta’ Diċembru 2006 (30). Dan id-dewmien kellu impatt fuq l-ippjanar tal-missjonijiet ta’ verifikazzjoni fuq il-post tal-Kummisjoni previsti għall-perijodu 2007 sa 2009. Twettqu żjarat fi tliet Stati Membri (il-Greċja, Malta u l-Estonja) fl-2007.

4.38.

Il-Kummissjoni kellha tadatta l-pjan tagħha tal-verifika tad-DGN minħabba l-preżentazzjoni tard ta' l-inventarju tad-DGN minn xi Stati Membri. Il-Kummissjoni kontinwament ħeġġet lill-Istati Membri, b'mod partikolari fil-Kumitat tad-DGN, sabiex jittrażmettu l-inventarji tad-DGN u t-tabelli ta' l-ipproċessar tagħhom fil-limiti ta' żmien maqbula. Il-fatt li l-pjan tal-missjonijiet tad-DGN kellu jiġi adattat ma kellu l-ebda impatt fuq il-kwalità tad-DGN jew ta' l-użu tagħhom fil-proċeduri tal-baġit minħabba r-riżervi tad-DGN li jinsabu fis-seħħ.

4.39.

Fl-2007 verifika diretta ta’ l-aggregati tad-DGN twettqet biss fil-każ partikolari tal-Greċja. L-għan taż-żjara f’Malta u fl-Estonja kien prinċipalment biex tinkiseb kjarifika fuq is-sorsi u l-metodi użati biex jiġi kkalkolat id-DGN. Il-Qorti fil-passat ħeġġet lill-Kummissjoni biex twettaq verifikazzjoni diretta sabiex tikseb assigurazzjoni li l-Istati Membri verament jużaw il-proċeduri li jiddeskrivu fl-inventarji tad-DGN tagħhom (31).

4.39.

Il-metodu ta' validazzjoni magħżul mill-Kummissjoni huwa bbażat l-aktar fuq il-verifikazzjoni u t-tisħiħ ta' l-affidabbiltà ta', u ta' kemm ikunu xierqa, is-sorsi u l-metodi użati għall-kumpilazzjoni tad-DGN u l-konformità tagħhom mas-sistema Ewropea tal-kontabilità (ESA95). Matul l-2008 u l-2009, il-Kummissjoni se tkompli twettaq verifika diretta fis-sens indikat mill-Qorti.

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet ġenerali

4.40.

Abbażi tax-xogħol tal-verifika tagħha, u b’konsiderazzjoni għall-ambitu tagħha (ara l-paragrafi 4.4 u 4.9), il-Qorti tikkonkludi li:

id-dikjarazzjonijiet u l-pagamenti ta’ l-Istati Membri tar-riżorsi proprji tradizzjonali,

il-kalkoli tal-Kummissjoni tal-kontribuzzjonijiet ta’ l-Istati Membri abbażi tad-data tal-VAT u d-DGN rċevuti mill-Istati Membri, kif ukoll

tipi oħra ta’ dħul

huma ħielsa minn żball materjali.

 

4.41.

L-evalwazzjoni tagħha tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll hija li huma effettivi (ara l- Anness 4.1 ). Iżda l-Qorti tiġbed l-attenzjoni lejn in-nuqqasijiet stabbiliti f’dan il-kapitolu li, filwaqt li mhumiex materjali fuq l-effettività tas-sistemi b’mod ġenerali, jeħtieġu aktar attenzjoni.

4.41.

Minkejja l-valutazzjoni tal-Qorti li globalment is-sistemi huma sodisfaċenti, hija qieset, fl-Anness 4.1, li l-ġestjoni tar-riżervi tal-VAT hija biss parzjalment effettiva. Ir-raġunijiet għal din il-kwalifika jirrigwardaw l-aktar il-ġestjoni ta' riżervi li ilhom ħafna pendenti. Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib ma' l-Istati Membri kkonċernati, qed tieħu miżuri sabiex tindirizza dan il-punt. Madankollu, hija tal-fehma li l-valutazzjoni tal-Qorti hija waħda severa.

Minkejja li l-Qorti tivvaluta li globalment is-sistemi tad-DGN huma effettivi, il-Qorti tqis, fit-tabella mqassra fl-Anness 4.1., li għandha tiġi applikata verifika aktar diretta matul il-kontroll tad-DGN ta' l-Istati Membri. Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-azzjoni tagħha sabiex tneħħi r-riżervi fuq id-DGN ta' l-Istati Membri hija bbażata fuq verifika bir-reqqa tad-data u l-informazzjoni ta' appoġġ (ara t-tweġiba għall-paragrafu 4.35). Madankollu, il-Kummissjoni bdiet verifika diretta fl-2007 fis-sens indikat mill-Qorti, bħala parti miċ-ċiklu l-ġdid tagħha ta' tliet snin ta' verifiki tad-DGN, u se tkompli tapplika wkoll dan l-approċċ matul l-2008 u l-2009.

Riżorsi proprji tradizzjonali

4.42.

Il-Kummissjoni għandha tkompli l-isforzi tagħha biex tassigura li l-kontijiet B jintużaw tajjeb (il-paragrafi 4.14 u 4.16). Il-verifika tal-proċedura ta’ l-imħażen doganali wriet li l-kontrolli ta’ bażi jeħtieġ li jissaħħu (il-paragrafu 4.19).

4.42.

Il-Kummissjoni regolarment tispezzjona s-sistemi ta' kontroll tad-dwana ta' l-Istati Membri u l-ġestjoni tagħhom tal-kontijiet B. Hija se tindirizza n-nuqqasijiet li nstabu mill-Qorti ma' l-Istati Membri relevanti u, fejn xieraq, se tieħu miżuri sabiex tirkupra kull ammont ta' riżorsi proprji jew mgħaxijiet dovuti.

Riżorsi proprji tal-VAT

4.43.

Il-Kummissjoni għad m’għandiex mezzi effettivi biex tassigura li l-Istati Membri jagħtu informazzjoni xierqa u fil-ħin li jippermettulha li tneħħi riżervi pendenti dwar il-kalkolu tar-riżorsi proprji tal-VAT. Il-Kummissjoni għandha teżamina aktar x’alternattivi hemm biex toħloq pressjoni fuq dawk l-Istati Membri b’riżervi pendenti twal ħafna (il-paragrafu 4.21).

4.43.

L-arranġamenti legali preżenti jirrappreżentaw bilanċ li jirrifletti l-approċċ kooperattiv li jeħtieġ li jeżisti bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri. Il-Kummissjoni se tikkategorizza r-riżervi; tagħmel żjajjar ta’ ġestjoni ffukati esklussivament fuq il-kisba ta' strateġiji li jwasslu għat-tneħħija tar-riżervi; u se tkun aktar proattiva meta tqis jekk it-tnedija ta' proċedimenti ta' ksur tkunx iġġib benefiċċji f'każijiet partikolari.

Riżorsi proprji tad-DGN

4.44.

Il-figuri aġġornati għall-Greċja ma kinux jinkludu d-dettall neċessarju biex il-Qorti tivverifika l-preċiżjoni ta’ l-aġġustamenti tal-bilanċi tad-DGN, b’mod partikolari għall-perijodu 1995-2001 (il-paragrafu 4.32).

4.44.

Il-Kummissjoni wettqet missjoni fil-Greċja f'Ġunju 2007. Ipparteċipaw esperti minn Stati Membri oħra. Il-korrezzjonijiet dettaljati għaċ-ċifri tal-PGD Grieg ġew spjegati b'mod sħiħ fil-laqgħa tal-Kumitat tad-DGN tas-6 ta' Settembru 2007. L-esperti tal-kontijiet nazzjonali ta' l-Istati Membri fil-Kumitat tad-DGN appoġġjaw il-korrezzjonijiet proposti (ara t-tweġiba sħiħa għall-paragrafi 4.29-4.32).

4.45.

18-il riżerva tneħħiet fl-2007 mingħajr desk checks fuq l-affidabilità ta’ l-informazzjoni mibgħuta mill-Istati Membri permezz ta’ paragun ma’ għejun esterni jew żjarat ta’ kontroll fuq il-post biex titwettaq verifikazzjoni diretta (il-paragrafu 4.35). Il-Kummissjoni għandha tapplika dan l-approċċ ta’ kontroll fiż-żjarat tagħha fuq il-post għall-verifika ta’ inventarji fl-2008 biex tikseb ħarsa aħjar tal-komparabilità, l-affidabilità u l-kompletezza tad-data tad-DGN ta’ l-Istati Membri (il-paragrafu 4.39).

4.45.

Il-Kummissjoni wettqet kontrolli mhux fuq il-post li pprovdew biżżejjed informazzjoni biex jitneħħew ir-riżervi speċifiċi msemmija fil-paragrafu 4.35. Ir-riżultati ta' dawn il-kontrolli ma wrewx il-ħtieġa għal żjajjar ta' kontroll fuq il-post jew tqabbil ma' sorsi esterni.

Il-validazzjoni mill-Kummissjoni tad-data tad-DGN ta' l-Istati Membri hija bbażata l-aktar fuq il-verifika u t-tisħiħ ta' l-affidabbiltà ta', u ta' kemm ikunu xierqa, is-sorsi u l-metodi użati għall-kumpilazzjoni tad-DGN u l-konformità tagħhom mas-sistema Ewropea tal-kontabilità (ESA95). Matul l-2008 u l-2009, il-Kummissjoni se tkompli twettaq verifika diretta fis-sens indikat mill-Qorti.

SEGWITU TA' L-OSSERVAZZJONIJIET PREĊEDENTI

4.46.

Ir-riżultati tas-segwitu ta' l-osservazzjonijiet preċedenti tal-Qorti fir-rapporti annwali riċenti jistgħu jinstabu fl- Anness 4.2 .

 


(1)  L-Artikolu 34 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar l-iffinanzjar tal-politika agrikola komuni (ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1).

(2)  Fih iż-żjieda mis-sena finanzjarja preċedenti u dħul ieħor.

(3)  Riżorsi proprji tradizzjonali jinġabru mill-Istati Membri f’isem l-Unjoni Ewropea, u jżommu 25 % biex ikopru l-ispejjeż tal-ġbir.

(4)  Il-riżorsi proprji tal-VAT u d-DGN huma kontribuzzjonijiet li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ rati uniformi lill-bażijiet ta’ evalwazzjoni tal-VAT armonizzati ta’ l-Istati Membri jew id-DGN ta’ l-Istati Membri, ikkalkolati skond ir-regoli tal-Komunità.

(5)  Il-Qorti tagħżel Stati Membri għal verifika dettaljata fuq bażi ċiklika, u l-akbar kontribwenti jiġu eżaminati aktar ta’ sikwit. Għall-2007 il-pajjiżi vverifikati kienu l-Bulgarija, id-Danimarka, il-Ġermanja, Spanja, ir-Rumanija u l-Portugall.

(6)  Il-Kumitat Konsultattiv dwar ir-Riżorsi Proprji, li hemm referenza għalih fl-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000 (ĠU L 130, 31.5.2000, p. 1). Il-Kumitat jikkonsisti f’rappreżentanti ta’ l-Istati Membri u tal-Kummissjoni, u jservi ta’ kuntatt bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri dwar kwestjonijiet tar-riżorsi proprji. Jeżamina punti dwar l-implimentazzjoni tas-sistema ta’ riżorsi proprji, kif ukoll l-estimi tar-riżorsi proprji.

(7)  Il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, Franza, l-Italja, Is-Slovakkja, l-Iżvezja u r-Renju Unit.

(8)  Ara n-nota 5 ta’ qiegħ il-paġna.

(9)  Il-Kumitat tad-DGN hemm referenza għalih fl-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1287/2003: ir-Regolament tad-DGN (ĠU L 181, 19.7.2003, p. 1). Il-Kumitat jikkonsisti minn rappreżentanti tal-Kummissjoni u l-Istati Membri. Kull sena, il-Kumitat jeżamina d-data tad-DGN ippreżentata mill-Istati Membri u joħroġ opinjoni dwar jekk id-data għall-iskopijiet tar-riżorsi proprji hix xierqa f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-affidabilità, il-komparabilità u l-kompjutezza.

(10)  ĠU L 163, 23.6.2007, p. 17.

(11)  Rati ta’ sejħa tal-VAT imnaqqsa għall-Awstrija, il-Ġermanja, l-Olanda u l-Iżvezja u tnaqqis gross fil-kontribuzzjonijiet tal-DGN ta’ l-Olanda u l-Iżvezja.

(12)  L-Artikoli 84 sa 90 u 98 sa 113 tal-Kodiċi Doganali Komunitarju (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1)) flimkien ma’ l-Artikoli 496 sa 535 tad-Dispożizzjonijiet Implimentattivi tal-Kodiċi Doganali Komunitarju (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1)).

(13)  L-Artikolu 86 tal-Kodiċi Doganali Komunitarju.

(14)  L-Artikoli 515 sa 516 tad-Dispożizzjonijiet Implimentattivi tal-Kodiċi Doganali Komunitarju kif emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1875/2006 (ĠU L 360, 19.12.2006, p. 64).

(15)  L-Artikolu 4(f) tad-Dispożizzjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kodiċi Komunitarju Doganali.

(16)  Skond l-Artikolu 221(3) tal-Kodiċi Komunitarju Doganali, komunikazzjoni mad-debitur m’għandhiex isseħħ qabel l-iskadenza ta’ perijodu ta’ tliet snin mid-data li fiha ġġarrab id-dejn doganali.

(17)  Barra dan kien hemm sitt każijiet, tlieta fil-Ġermanja u tlieta fl-Italja, fejn riżerva tneħħiet parzjalment.

(18)  Skond l-Artikolu 2(1)(ċ) tad-Deċiżjoni 2000/597/KE, Euratom (ĠU L 253, 7.10.2000, p. 42), il-bażijiet tal-VAT li għandhom jiġu kkunsidrati biex jiġu kkalkolati l-kontribuzzjonijiet tal-VAT ta' l-Istati Membri m'għandhomx jeċċedu 50 % tad-DGN/PGN għal kull Stat Membru.

(19)  L-Artikolu 2(2) u 2(3) tar-Regolament tad-DGN.

(20)  L-Artikolu 10(8) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000 jgħid li kwalunkwe kambjament fil-PGN/DGN tas-snin finanzjarji preċedenti għandu jagħti bidu, għal kull Stat Membru kkonċernat, għal aġġustament tal-bilanċ stabbilit. Jgħid ukoll li, wara t-30 ta' Settembru tar-raba' sena wara sena finanzjarja speċifika, kull tibdil fil-PGN/DGN m'għandux ikun meqjus aktar, ħlief fuq punti nnotifikati matul dan iż-żmien jew mill-Kummissjoni jew mill-Istat Membru.

(21)  L-Artikolu 3 tar-Regolament tad-DGN: “L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) […] inventarju tal-proċeduri u l-istatistiċi bażiċi użati fil-kalkulazzjoni tad-DGN u l-komponenti tiegħu skond l-ESA 95. […]”.

(22)  Prodott Gross Nazzjonali.

(23)  Ara l-paragrafi 4.24 sa 4.26 tar-Rapport Annwali tal-Qorti dwar is-sena finanzjarja 2006.

(24)  Prodott Gross Domestiku.

(25)  Ir-Regolament (KE) Nru 1392/2007 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 fir-rigward it-trasmissjoni tad-data tal-Kontijiet Nazzjonali (ĠU L 324, 10.12.2007, p. 1).

(26)  Riżervi fir-rigward tar-riżorsa proprja tad-DGN jagħmluha possibbli li d-data tad-DGN tiġi aġġustata wara limitu ta’ żmien ta’ 4 snin. Riżerva ġenerali tkopri d-data kollha ta’ l-Istati Membri, filwaqt li riżerva speċifika tkopri elementi diskreti ta’ l-Inventarju tad-DGN.

(27)  Per eżempju n-nuqqas ta’ osservanza tas-Sistema Ewropea tal-Kontijiet (ESA) 95 (għas-snin 2002 u ‘l quddiem) jew ESA 79 (għas-snin 1995-2001), kwestjonijiet dwar it-tranżizzjoni minn ESA 95 sa ESA 79 u metodi dgħajfa għall-istima ta’ ċerti komponenti.

(28)  Per eżempju l-impatt potenzjali ta’ riżervi fir-rigward ta’ dawk li jieħdu ħsieb il-bini u kummissjonijiet imħallsa lill-aġenti tal-proprjetà ma kienx materjali. Wara x-xogħol ta’ l-Istat Membru, l-impatt kien stmat li kien ta’ madwar 0,01-0,02 % tal-PGN. Tali każijiet ma jirrispettawx il-prinċipju li jevita li jittieħdu riżorsi sproporzjonati sabiex jiġu kkalkulati oġġetti insinifikanti, kif stabbilit fl-Artikolu 5(2)(b) tar-Regolament tad-DGN.

(29)  Il-Lussemburgu ma bagħatx it-tabelli ta’ l-inventarju u l-proċessi tiegħu; l-Awstrija, Ċipru, Franza, Malta u r-Renju Unit ma bagħtux it-tabelli tal-proċess.

(30)  31.12.2007 għall-Iżvezja (li bagħtet it-tabelli ta’ l-inventarju u tal-proċessi fi tmiem Jannar 2008) u 31.12.2009 għar-Rumanija u l-Bulgarija.

(31)  Ara l-Anness 4.1 tar-Rapport Annwali tal-Qorti dwar is-sena finanzjarja 2006.

ANNESS 4.1

Evalwazzjoni tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll (1)

Tip ta’ dħul

Kontroll Intern Prinċipali

Evalwazzjoni ġenerali

Kontrolli tal-Kummissjoni fl-Istati Membri (2)

Desk checks tal-Kummissjoni

Ġestjoni tad-dħul

Ġestjoni tar-Riżervi (3)

Sorveljanza nazzjonali doganli fl-Istati Membri vverifikati

RPT

 

 

 

N/A

 

 

VAT

 

 

 

 

 

N/A

 

DGN

 

 

 

 

 

N/A

 


Kodiċi

 

Effettiva

 

Parzjalment effettiva

 

Mhux effettiva

N/A

Ma tapplikax


(1)  Ara l-limitazzjoni fl-ambitu li hemm referenza għaliha fil-paragrafi 4.4 u 4.9.

(2)  Fir-rigward tal-kontrolli tal-Kummissjoni dwar id-DGN fl-Istati Membri, ir-reviżjoni ta’ sorsi u metodi stabbiliti fl-inventarji titqies bħala effettiva, filwaqt li verifikazzjoni diretta mhix użata biżżejjed u għalhekk hija biss parzjalment effettiva.

(3)  Titjib huwa meħtieġ fir-rigward tal-ġestjoni tar-riżervi tal-VAT, notevolment biex tneħħi r-riżervi li ilhom pendenti.

ANNESS 4.2

Segwitu ta' l-osservazzjonijiet preċedenti tal-Qorti

Osservazzjoni tal-Qorti

Azzjoni meħuda

Analiżi tal-Qorti

Risposta tal-Kummissjoni

Riżorsi Tradizzjonali Proprji: Kwoti ta' tariffi agrikoli

Fil-paragrafu 4.13 tar-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2006, il-Qorti nnutat li s-sigurtajiet iddepożitati għall-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli taħt is-Sistema ta’ Tariffa ta’ Kwota ġestiti minn liċenzja ta’ importazzjoni jew esportazzjoni u sussegwentement intilef id-dritt għalihom saru riżorsa ta’ l-Istati Membri kkonċernati. Il-Qorti tikkunsidra li tali garanzija għandha tifforma parti mir-riżorsi proprji tal-Komunitajiet u l-ammonti involuti għandhom jitpoġġew għad-disponibilità tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni hija mistiedna tiċċara din il-kwistjoni.

Il-Kummissjoni tat lill-Qorti data dettaljata dwar sigurtajiet ippreżentati fir-rigward ta’ importazzjoni jew esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli b’liċenzja ta’ importazzjoni jew esportazzjoni sussegwentement imneħħija fl-aħħar seba’ snin. Abbażi ta’ din l-informazzjoni l-Qorti stmat li l-medja annwali tkun ta’ madwar 16-il miljun euro, 3 miljun euro minnhom huma taħt is-Sistema ta’ Kwota ta’ Rata ta’ Tariffa (TRQ).

Il-Kummissjoni, kif qalet fir-risposta tagħha fil-paragrafu 4.13, imissha tqajjem il-punt tal-Qorti fil-forum adegwat sabiex tikkjarifika l-mistoqsija. Issa dan huwa ppjanat għall-2008.

Din il-kwistjoni tpoġġiet fuq l-aġenda tal-Kumitat Konsultattiv dwar ir-Riżorsi Proprji ta' Lulju 2008 sabiex din il-kwistjoni tiġi diskussa aktar ma' l-Istati Membri.

Riżorsi Tradizzjonali Proprji: Dazji potenzjali għadhom qed jiġu diskussi bejn il-Kummissjoni u l-Ġermanja

Fil-paragrafu 3.23 tar-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2004, il-Qorti nnotat li fl-2003 il-Ġermanja neħħiet dħul li jammonta għal 40,1 miljun euro mill-kontijiet B tagħha, mingħajr ma tat spjegazzjoni kompleta għal dan it-tnaqqis.

Fl-2005, il-Qorti indikat li 22,7 miljun euro ta' dazji potenzjali għadhom qed jiġu diskussi bejn il-Kummissjoni u l-Ġermanja. Fl-2006 is-sitwazzjoni kienet għadha l-istess.

Il-bilanċ ta’ 22,7 miljun euro kien għadu qed jiġi diskuss fl-2007. Il-Kummissjoni staqsiet lill-Ġermanja biex tagħti l- qasma bejn id-dejn garantit u mhux garantit fil-kont B u tuża din id-data biex tevalwa l-assigurazzjoni fuq l-ammonti li eventwalment aktarx jiġu rkuprati.

L-ammont definittiv li ser jiġi rkuprat għandu jiġi stabbilit sabiex sa fl-aħħar din il-kwistjoni tingħalaq.

Kif indikat mill-Qorti, il-Ġermanja ntalbet sabiex tipprovdi l-proporzjon ta' bejn id-djun garantiti u dawk mhux garantiti fil-kont B sabiex tinkiseb l-assigurazzjoni li m'hemmx ammonti oħra dovuti.

Riżorsi proprji tad-DGN: politika ta’ reviżjoni (inkluż is-segwitu tar-reviżjoni Griega)

Fir-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2006, il-Qorti għamlet xi osservazzjonijiet fuq ir-reviżjonijiet Griegi (il-paragrafi 4.24-4.26) u rrakkomandat fil-paragrafu 4.34 li l-Kummissjoni:

 

 

 

a)

tistabbilixxi regoli dwar il-komunikazzjoni u tkun avżata minn qabel, flimkien mal-Kumitat tad-DGN, b’reviżjonijiet kbar;

b)

timplimenta politika kkoordinata għar-reviżjonijiet ta’ data tal-kontijiet nazzjonali, li jinkludu l-ħtieġa ta’ paragun regolari kontra l-livelli stabbiliti (bench-marking);

a) b)

Fis-26 ta’ April 2007 il-Kumitat tad-DGN esprima opinjoni li in ġenerali kienet pożittiva fuq il-linji gwida proposti mill-Kumitat dwar l-Istatistiċi Monetarji, Finanzjarji u tal-Bilanċ tal-Pagamenti (CMFB), b’mod partikolari dwar il-koordinazzjoni u l-komunikazzjoni fuq reviżjonijiet prinċipali minħabba bidliet fil-kunċetti, definizzjonijiet u klassifikazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea (li jinkludu paragun komuni kontra l-livelli stabbiliti kull ħames snin). Minkejja dan xi Stati Membri jixtiequ jżommu d-dritt li jwettqu reviżjonijiet barra mill-iskema ta’ żmien mifthiema. Fit-13 ta’ Novembru 2007, il-Kunsill ta’ l-ECOFIN laqa’ il-linji gwida dwar il-komunikazzjoni ta’ reviżjonijiet statistiċi prinċipali kif stabbiliti mill-CMFB u stieden lill-Istati Membri li jsegwu dawn il-linji gwida.

a) b)

Minkejja l-progress li sar fl-iffissar ta’ regoli fuq il-komunikazzjoni ta’ reviżjonijiet prinċipali, politika ta’ reviżjoni komuni fl-Unjoni Ewropea għadha mhix implimentata. L-Eurostat għandu jkompli jiddiskuti l-kwestjoni ma’ Stati Membri.

a) b)

Il-Kummissjoni se tissorvelja l-applikazzjoni tal-linji gwida proposti mill-Kumitat dwar l-Istatistika Monetarja, Finanzjarja u tal-Bilanċ tal-Pagamenti (CMFB) dwar il-komunika ta' reviżjonijiet maġġuri mill-Istati Membri. Il-Kummissjoni qed tkompli d-diskussjonijiet ma' l-Istati Membri dwar politika komuni dwar ir-reviżjonijiet. Il-Eurostat ressqet dokument ieħor fil-laqgħa tal-Grupp ta' Ħidma tal-Kontijiet Nazzjonali (NAWG) f'Mejju 2008. L-NAWG laqa' b'sodisfazzjon il-prinċipji ppreżentati fid-dokument, li se jiġu ppreżentati wkoll fil-laqgħa tas-CMFB ta' Ġunju 2008.

c)

tassigura li l-konklużjonijiet mill-kontroll ta' l-inventarju Grieg huma disponibbli minn kmieni biżżejjed, sabiex jippermettu l-inklużjoni tad-data korretta fil-kontijiet għas-sena finanzjarja 2007.

c)

Ara l-paragrafi 4.28-4.32 fit-test hawn fuq.

c)

Minkejja li d-data tal-PGN/DGN Griega l-ġdida nnotifikata fl-2007 kienet meqjusa xierqa biex tintuża għall-għanijiet ta’ riżorsi proprji mill-Kumitat tad-DGN, il-figuri għadhom mhux finali (hemm riżervi speċifiċi għall-perijodu 1995-2001, riżervi ġenerali għas-snin 2002-2004 u r-regola ta’ 4 snin tapplika għas-snin li ġejjin). Ix-xogħol tal-Eurostat għandju jitkompla, b’koperazzjoni mal-Greċja, fl-2008 sabiex il-verifikazzjoni ta’ l-inventarju u d-data tad-DGN Grieg titlesta kif ukoll jitneħħew riżervi speċifiċi.

c)

Minbarra t-talba tal-Kumitat tad-DGN ta' Ottubru 2007, il-Eurostat kompliet il-kooperazzjoni tagħha mas-Servizz Nazzjonali ta' l-Istatistika tal-Greċja u tistenna li l-biċċa l-kbira tar-riżervi se jkunu jistgħu jitneħħew fl-2008. Il-Kummissjoni se tkompli żżomm lill-Kumitat tad-DGN u lill-Qorti ta' l-Awdituri infurmati dwar l-iżviluppi dwar din il-kwistjoni.

KAPITOLU 5

Agrikoltura u Riżorsi Naturali

WERREJ

5.1-5.7

Introduzzjoni

5.3-5.7

Karatteristiċi speċifiċi tal-Grupp tal-Politika ta' l-Agrikoltura u r-riżorsi naturali

5.8-5.58

Evalwazzjoni speċifika fil-kuntest tad-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni

5.8-5.11

L-ambitu tal-verifika

5.12-5.16

Il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi

5.17-5.49

Evalwazzjoni tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll

5.17-5.48

Il-qasam tal-politika ta’ l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali

5.49

Oqsma tal-politika ta’ l-ambjent, tas-sajd, tas-saħħa u l-protezzjoni tal-konsumatur

5.50-5.58

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet ġenerali

5.59-5.67

Segwitu ta' osservazzjonijiet preċedenti

5.59-5.60

L-organizzazzjoni komuni tas-suq tat-tabakk mhux maħdum

5.61-5.65

It-tmexxija u s-sorveljanza mill-Kummissjoni tal-miżuri ta’ kontroll fuq il-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer

5.66-5.67

Il-kejl mill-Kummissjoni tad-dħul mill-irziezet

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

INTRODUZZJONI

5.1.

Dan il-kapitolu jkopri s-sejbiet tal-Qorti dwar il-grupp ta' politika ta' l-Agrikoltura u r-riżorsi naturali, li jikkomprendi l-oqsma tal-politika li ġejjin: 05-Agrikoltura u Żvilupp Rurali; 07-Ambjent; 11-Sajd u affarijiet Marittimi; u 17- Saħħa u Protezzjoni tal-Konsumatur. Fl-2007 l-impenji ammontaw għal 53 253 miljun euro u l-pagamenti ammontaw għal 51 044 miljun euro (1). Id-distribuzzjoni tal-pagamenti skond il-qasam tal-politika hija mogħtija fil- Grafika 5.1 . Informazzjoni iktar dettaljata dwar l-infiq għal din is-sena hija mogħtija fl- Anness I ta’ dan ir-rapport. Din in-nefqa prinċipalment taqa’ taħt l-intestatura Konservazzjoni u Ġestjoni tar-Riżorsi Naturali (2) tal-qafas finanzjarju. Ir-riżultati tal-verifika tan-nefqa magħmula mill-Gwida — FAEGG matul is-sena 2007, fir-rigward tal-perijodu ta’ programmar ta’ l-2000-2006 (3 449 miljun euro), huma rrappurtati fil-kapitolu 6 — Politika ta’ Koeżjoni.

 

Image

5.2.

Skond it-Trattat, il-Kummissjoni għandha responsabbiltà ġenerali għall-implimentazzjoni tal-baġit ta’ l-UE. Kważi l-infiq agrikolu u ta’ l-iżvilupp rurali kollu jitwettaq permezz ta’ tmexxija maqsuma. Għall-oqsma l-oħra, approprijazzjonijiet baġitarji jintefqu taħt tmexxija ċentralizzata diretta jew indiretta bl-eċċezzjoni tal-Fond tas-Sajd Ewropew li jaqa' taħt tmexxija maqsuma abbażi ta' programmi multi-annwali.

5.2.

Il-leġiżlazzjoni tal-Komunità tipprovdi għal sistema kompluta għall-ġestjoni u l-kontroll tan-nefqa agrikola li tiddependi fuq erba' livelli kumplimentari:

a)

Struttura amministrattiva obbligatorja fuq il-livell tal-Istati Membri, ibbażata fuq li jiġu stabbiliti aġenziji tal-ħlas akkreditati;

b)

sistemi dettaljati għall-kontrolli u s-sanzjonijiet dissważivi;

c)

kontrolli ex-post minn korpi ta' verifika indipendenti dwar il-kontijiet annwali tal-aġenziji tal-ħlas u l-funzjonament tal-proċeduri ta' kontroll intern tagħhom u minn dipartimenti speċjali dwar il-miżuri ta' għajnuna għajr il-ħlasijiet diretti koperti mis-Sistema Integrata ta' Amministrazzjoni u Kontroll (IACS);

d)

likwidazzjoni ta’ kontijiet mill-Kummissjoni (kemm likwidazzjoni finanzjarja annwali kif ukoll verifika ta’ konformità multiannwali).

Meqjusa flimkien, dawn l-erba' livelli jiffurmaw il-bażi biex il-Kummissjoni tikseb assigurazzjoni raġonevoli rigward il-ġestjoni effettiva tar-riskju ta' żbalji fil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti fl-agrikoltura.

Karatteristiċi speċifiċi tal-Grupp tal-Politika ta' l-Agrikoltura u r-riżorsi naturali

5.3.

L-Iskema ta’ Pagament Uniku (SPS) iffinanzjata minn FAEG: l-SPS ġiet introdotta sabiex tinkiser ir-rabta bejn il-produzzjoni agrikola u l-pagamenti magħmula lill-bdiewa (“separazzjoni”). Sabiex jikkwalifikaw taħt l-SPS il-bdiewa jridu l-ewwel jiksbu “l-intitolamenti”. In-numru u l-valur ta’ l-intitolamenti ta’ kull bidwi ġie kkalkolat mill-awtoritajiet nazzjonali skond wieħed mill-mudelli li hemm dispożizzjoni għalihom fil-leġiżlazzjoni ta’ l-UE (3). Kull intitolament, flimkien ma’ ettaru ta’ art eliġibbli ddikjarat mill-bidwi u miżmum f’kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba (GAEC), jagħti lok għal pagament SPS mill-inqas sa l-2013. L-SPS qiegħed jikber fl-importanza u issa jikkostitwixxi 55 % tan-nefqa (28 199 miljun euro) meta mqabbel ma’ 12 % (6 260 miljun euro) imħallsa għal pagamenti diretti akkopjati u 10 % (4 869 miljun euro) għal miżuri ta’ intervent fis-swieq agrikoli. Huwa applikat fi 17-il Stat Membru, bl-10 (4) li jifdal skedati li japplikaw l-iskema mill-2010 ’il quddiem.

 

5.4.

Il-Pagamenti Diretti Akkopjati ffinanzjati mill-FAEG: bl-introduzzjoni ta’ l-SPS ħafna mill-bdiewa huma mħallsa indipendentement mill-volum tal-produzzjoni attwali. Minkejja dan xi skemi ta’ għajnuna għadhom jeżistu (5) jew jistgħu jiġu (6) akkopjati mal-produzzjoni sabiex jiġi evitat l-abbandun tal-produzzjoni. L-ammonti involuti qed jonqsu ma’ l-estensjoni ta’ l-SPS għal prodotti addizzjonali u l-Istati Membri.

 

5.5.

Miżuri ta’ intervent fis-swieq agrikoli ffinanzjati mill-FAEG: il-miżuri prinċipali huma ħażna ta’ intervent u rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni. In-nefqa naqset b’mod konsiderevoli fis-snin reċenti minħabba l-għażliet politiċi li saru fil-kuntest tar-riformi riċenti tal-PAK u wkoll minħabba li d-domanda u l-prezzijiet tas-suq għal prodotti agrikoli żdiedu.

 

5.6.

In-nefqa ta’ l-Iżvilupp Rurali hija ffinanzjata taħt l-FAEŻR u tkopri numru kbir ta' miżuri bħall-iskemi agri-ambjentali, l-ammonti ta' kumpens għall-biedja f'żoni inqas vantaġġati, l-investimenti fl-irziezet, u l-infrastruttura f'żoni rurali.

 

5.7.

L-Ambjent, is-Sajd u l-affarijiet marittimi kif ukoll is-Saħħa u l-protezzjoni tal-konsumatur huma mmexxija mill-Kummissjoni taħt sistemi speċifiċi ta’ kontroll. Huma jkopru miżuri ta’ protezzjoni għall-ambjent u l-konsumaturi, miżuri għal benessri ta’ l-annimali, kif ukoll ftehim internazzjonali dwar is-sajd u l-Fond Ewropew dwar is-Sajd.

 

EVALWAZZJONI SPEĊIFIKA FIL-KUNTEST TAD-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

L-ambitu tal-verifika

5.8.

Sabiex tinkiseb assigurazzjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi tal-kontijiet ta’ l-UE, il-Qorti ttestjat kampjun ewlieni statistiku rappreżentattiv ta’ 196 tranżazzjoni li jkopri t-total tan-nefqa trattata f’dan il-kapitolu (ara l-paragrafu 5.1).

 

5.9.

Fir-rigward ta’ l-evalwazzjoni tagħha tas-sistemi ta’ sorveljanza u ta’ kontroll, il-Qorti wettqet verifika estensiva dwar l-istabbiliment ta’ l-intitolamenti ta’ l-SPS u l-pagamenti relatati fl-Istati Membri kollha li japplikaw l-SPS, bl-eċċezzjoni tas-Slovenja u ta’ Malta. Matul l-2007 hija eżaminat l-affidabilità tas-sistemi ta’ sorveljanza u ta’ kontroll applikabbli għat-talbiet taħt l-Iskema ta’ Pagament Uniku f’aġenziji ta’ pagament magħżula fil-Finlandja, fi Franza, fil-Greċja, fl-Olanda, fl-Italja, fil-Portugall, fl-Isvezja, fi Spanja (Andalucia) u fir-Renju Unit (l-Ingilterra) (7).

 

5.10.

Il-Qorti ttestjat ukoll is-sistemi ta’ sorveljanza u ta’ kontroll għal pagamenti diretti akkopjati f’6 Stati Membri (8). Il-verifika kopriet evalwazzjoni tat-tħaddim tal-kontrolli amministrattivi tat-talbiet kollha u l-għażla u l-eżekuzzjoni mill-aġenziji tal-pagament ta’ spezzjonijiet fl-irziezet, fuq kampjun ta’ minimu ta’ 5 % tat-talbiet, skond l-iskema. Barra minn hekk, l-awdituri tal-Qorti reġgħu wettqu kontrolli fuq il-post li kienu diġà saru.

 

5.11.

Il-Qorti rrevediet ukoll iċ-ċertifikati u r-rapporti tal-korpi ta' ċertifikazzjoni, kif ukoll id-dikjarazzjonijiet ta' assigurazzjoni tad-diretturi ta’ l-aġenziji ta’ pagament u l-opinjonijiet tal-korpi ta' ċertifikazzjoni relatati għal 34 aġenzija ta’ pagament. Għal ħames aġenziji oħra ta’ pagament, b’ċertifikati kwalifikati, ġiet eżaminata l-bażi għall-kwalifikazzjoni. Saret żjara f’erba’ korpi ta' ċertifikazzjoni sabiex jiġi evalwat l-ambitu u l-kwalità tax-xogħol tagħhom. Il-Qorti vverifikat ukoll it-tliet deċiżjonijiet ta’ rilaxx konformi meħuda fl-2007 (9).

 

Il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi

5.12.

Abbażi tar-riżultati tax-xogħol tal-verifika tagħha, il-Qorti tikkonkludi li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi tal-grupp ta’ politika, fit-totalità tagħhom, huma milquta minn livell materjali ta’ żball ta’ legalità u/jew regolarità. Il-verifika tal-Qorti sabet li l-intensità u l-impatt ta’ żbalji fil-pagamenti mhumiex distribwiti b’mod uniformi madwar l-oqsma kollha tal-politika. Il-Qorti ttenni li n-nefqa ta’ l-Iżvilupp Rurali hija partikolarment suxxettibbli għal żbalji u tinnota li, miħabba f’dan, ir-Rapport ta’ Attività Annwali tad-Direttur Ġenerali għal Agrikoltura fih riżerva globali fir-rigward ta’ dik in-nefqa.

5.13.

Mill-196 tranżazzjoni eżaminati, 61 kienu milquta minn żball. Madwar żewġ terzi ta’ l-iżbalji (40) ġew ikklassifikati bħala “serji”. Kien hemm inċidenza materjali ta’ żball li effettwat l-eliġibilità, il-preċiżjoni jew l-okkorrenza, b’tali mod li l-valur stmat tar-rata ta’l-iżbalji in ġenerali taqa’ fl-iskala bejn 2 % u 5 %. L-istima mhijiex differenti b’mod sinifikanti mill-valur ottenut is-sena l-oħra imma ma tieħux in kunsiderazzjoni xi żbalji serji li ma setgħux jiġu kkwantifikati. L-iżbalji kienu aktar frekwenti b’mod sinifikanti fost it-tranżazzjonijiet ta’ l-iżvilupp rurali eżaminati mill-Qorti. L-iżvilupp rurali huwa responsabbli għall-parti disproporzjonatament kbira tar-rata ġenerali ta’ l-iżball: għan-nefqa ta’l-FAEG il-Qorti stmat li l-valur tar-rata ta’ l-iżbalji huwa kemxejn anqas minn 2 %. L-eżempji t’hawn taħt juru n-natura ta' l-iżbalji prinċipali misjuba.

5.12-5.13.

Il-Kummissjoni għandha l-għan li tassigura li s-sistemi ta' superviżjoni u kontroll huma effettivi sabiex jidentifikaw u jsewwu l-iżbalji, b'kunsiderazzjoni xierqa għall-prezz u l-benefiċċji tal-kontrolli li jkollhom isiru fuq il-post.

Fir-rigward tal-agrikoltura u l-iżvilupp rurali, il-Kummissjoni tenfasizza l-osservazzjoni tal-Qorti li l-aktar rata globali probabbli ta' żbalji mhix sostanzjalment differenti minn dik tas-sena l-oħra, kif irrappurtata fid-dikjarazzjoni tal-assigurazzjoni tal-2006 tagħha. L-istatistika ta' kontroll riċevuta mill-Istati Membri wkoll tindika li r-rata tal-iżbalji misjuba fil-livell tal-benefiċjarji finali taħt l-EAGF, li tammonta għal madwar 85 % tan-nefqa kollha fuq l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali hija taħt il-limitu tal-materjalità.

Il-Kummissjoni hija, bħall-Qorti, tal-fehma li n-nefqa fuq l-iżvilupp rurali hija suġġetta għal inċidenza ogħla ta' żbalji meta mqabbla man-nefqa tal-EAGF, b'mod partikolari minħabba l-miżuri agroambjentali. Filwaqt li l-Istati Membri, fuq talba espliċita tal-Kummissjoni, ipprovdew statistika dettaljata ta' kontroll għall-ewwel darba, din id-dejta mhix sħiħa u għadha ma ġietx ivverifikata u vvalidata mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni. Id-Direttur Ġenerali tad-DĠ AGRI għamel riżerva għall-iżvilupp rurali fir-Rapport Annwali tal-Attività tiegħu tal-2007 (AAR 2007) għal din ir-raġuni u qed jistenna d-diskussjoni futura mal-istituzzjonijiet differrenti dwar il-livell tollerabbli ta' żbalji.

In-nefqa fuq l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali tal-2007 li hu probabbli li tiġi eskluża mill-finanzjament tal-Komunità b'deċiżjonijiet futuri ta' konformità, li tammonta għal somma stmata ta' EUR 439 miljun, flimkien ma' EUR 152 miljun ta' rkupri mill-benefiċjarji finali se tkun biżżejjed sabiex jiġi kopert dan ir-riskju (10).

Kif deskritt fl-AAR 2007 id-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumatur huwa kunfidenti li t-tranżazzjonijiet tiegħu mhumiex affettwati minn livell materjali ta' żbalji tal-legalità u r-regolarità għaliex ir-rata residwa ta' żbalji hija ta' 1,6 % u għalhekk taħt il-limitu tal-materjalità ta' 2 %.

Kif deskritt fl-AAR 2007 tad-Direttorat Ġenerali għall-Ambjent (DĠ ENV), is-sistemi tal-kontroll u l-mekkaniżmi għall-identifikazzjoni tal-problemi mmaturaw kontinwament u huma kkumplimentati fejn xieraq. Dawn il-mekkaniżmi ta' twissija ma wrewx problemi, żbalji, jew riskji li jistgħu jiġu kkwalifikati bħala sinifikanti u jwasslu għal riżervi, skont il-linji gwida dwar il-kriterji tal-materjalità pprovduti fiċ-ċirkulari tal-AAR, minbarra fil-qasam tal-kontrolli ex-post fejn il-livell ta' ordnijiet ta' rkupru rakkomandat mill-awdituri ex-post u ż-żieda regolari tiegħu matul l-aħħar snin wasslu għall-espressjoni ta' riżerva dwar in-nefqa ddikjarata mill-benefiċjarji ta' għotjiet għal azzjonijet għaliex il-livell tal-materjalità nqabeż b'0,6 %.

5.14.

Fl-FAEG, l-iżbalji li ġejjin ġew identifikati bil-kampjun tal-Qorti:

5.14.

Filwaqt li t-tranżazzjonijiet ivverifikati huma mfassla sabiex ikunu rappreżentattivi tal-grupp ta' politika kollu kemm hu, l-iżbalji li nstabu mhux neċessarjament jippermettu li wieħed jasal għal konklużjonijiet dwar il-funzjonament tal-għajnuna individwali. Il-Kummissjoni u l-Istat Membru kkonċernat jaqblu biss parzjalment mal-iżbalji osservati mill-Qorti u elenkati aktar 'l isfel.

a)

SPS: bdiewa li talbu ż-żejjed u/jew l-intitolamenti ġew ikkalkulati ħażin, li rriżultaw f’pagamenti ħżiena.

a)

Il-verifiki mwettqa mis-servizzi tal-Kummissjoni wrew li b'mod ġenerali l-kalkolu tal-intitolamenti sar skont il-leġiżlazzjoni applikabbli u li l-kontrolli amministrattivi u fuq il-post qegħdin b'mod ġenerali jiffunzjonaw tajjeb. In-nuqqasijiet qegħdin ikunu segwiti fl-approvazzjoni tal-konformità.

F'dak li jirrigwarda ħlasijiet li ġejjin minn attribuzzjonijiet żbaljati ta' intitolamenti, ir-regolament applikabbli jistipula li l-bidwi m'għandux iħallas lura l-ammont ikkonċernat jekk żball fl-attribuzzjoni tal-intitolamenti jkun ġej mill-amministrazzjoni nazzjonali u jekk dan ma setax raġonevolment jinstab mill-bidwi. Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-approvazzjoni tal-konformità hija strument tajjeb sabiex ikopri r-riskju għall-Fond filwaqt li jirrispetta l-aspettattivi leġittimi tal-bdiewa.

b)

SPS: pagamenti żejda lil dawk li għamlu talbiet fuq iż-żejt taż-żebbuġa, minħabba li ġew assenjati intitolamenti żejda mir-riżerva nazzjonali meta dawn ma kinux eliġibbli biex jirċivuhom (Spanja); il-benefiċjarju vverifikat tħallas ammont konsiderevolment iktar mill-pagament medju matul il-perijodu ta’ referenza (1999-2002) mingħajr ma ssodisfa l-kriterji ta’ investiment tal-programm li taħtu ngħataw l-intitolamenti ż-żejda.

b)

L-osservazzjonijiet tal-Qorti f'dan ir-rigward kienu magħrufa mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-missjonijiet ta' verifika tagħha u huma diġà s-suġġett ta' approvazzjoni tal-konformità.

c)

SPS: fir-Rapport Annwali tagħha dwar is-sena finanzjarja 2006 (11), il-Qorti ġibdet l-attenzjoni li fil-Greċja, fi Spanja u fl-Italja, id-data tal-GIS dwar il-kultivazzjoni taż-żebbuġ, la kienet kompluta u l-anqas affidabbli, u jista' jkollha impatt fuq l-integrazzjoni fis-sistema ta’ l-iskema ta’ għajnuna għall-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa. Dawn in-nuqqasijiet jippersistu fl-Italja u fil-Greċja fejn erbgħa minn ħames tranżazzjoni vverifikati kien fihom l-iżbalji, u xi wħud minnhom rriżultaw f’pagamenti żejda sinifikanti.

c)

Abbażi tal-osservazzjonijiet tal-verifika tagħha stess, il-Kummissjoni diġà bdiet approvazzjoni tal-konformità fir-rigward tan-nuqqasijiet sistemiċi fis-sistema tal-kontroll Griega, inkluż il-kalkolu tal-intitolamenti (12).

Id-dejta tas-sistema tal-informazzjoni ġeografika (GIS) dwar il-kultivazzjoni taż-żebbuġ tintuża biss bħala kontroll tal-konsistenza qabel il-ħlas għall-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa. Peress li l-intitolamenti mogħtija huma bbażati fuq il-ħlasijiet għall-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa, mhemmx rabta diretta bejn il-GIS u l-valur tal-intitolamenti allokati. L-intitolamenti huma regolari u legali jekk ġew ikkalkulati abbażi tal-ammont imħallas matul il-perjodu ta' referenza (13). Is-sistema tal-verifika tal-Qorti dwar l-istabbiliment tal-intitolamenti fil-Greċja kkonkludiet li dawk li ġejjin mis-settur taż-żejt taż-żebbuġa saret stima sistematikament baxxa wisq għalihom.

d)

Pagamenti Diretti akkopjati: pagamenti żejda sinifikanti nstabu b’riżultat ta’ diskrepanzi fl-oqsma tal-ġewż u ta’ l-għeneb imnixxef (Spanja u l-Greċja) u, f’każ minnhom ġew innutati differenzi kbar mhux spjegati bejn in-numru ta’ nagħaġ irreġistrati fuq ir-reġistru tal-bdiewa, li fuqu tħallset l-għajnuna ta’ l-UE, u n-numru attwali identifikat (Spanja).

d)

L-implimentazzjoni tal-iskema tal-għajnuna tal-għeneb imnixxef fil-Greċja hija suġġetta għal proċeduri ta' approvazzjoni tal-konformità ripetuti u kontinwi.

e)

Skemi oħra (Mhux IACS): żbalji jirrelataw ma' tnaqqis illegali minn pagamenti lill-bdiewa (14) u nuqqas li jinġabar l-interess fuq id-djun (diversi Stati Membri), nuqqasijiet fil-kontrolli tar-rifużjoni ta' l-esportazzjoni (il-Portugall) u kwantitajiet ta’ ross neqsin mill-ħażna pubblika (il-Greċja).

e)

Il-Kummissjoni u l-Istat Membru kkonċernat mhumiex tal-istess fehma bħall-Qorti li t-tnaqqis mill-ħlasijiet lill-bdiewa kien illegali.

Fir-rigward tal-każ tar-rifużjoni tal-esportazzjoni, il-Kummissjoni tinnota li t-tranżazzjoni ma ġietx affettwata minn żball kwantifikabbli.

5.15.

Fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ żvilupp rurali, il-Qorti sabet it-tipi ta’ żbalji li ġejjin:

5.15.

 

a)

skemi agri-ambjentali- f’disa’ minn tlettax-il każ ivverifikati, il-bdiewa ma kinux issodisfaw il-kundizzjonijiet kollha ta’ l-eliġibilità (Franza u l-Irlanda);

a)

Bosta minn dawn l-iżbalji li għandhom impatt finanzjarju importanti jirrigwardaw iż-żamma ta' rekords dwar it-tnaqqis tan-nitrati fuq il-livell tal-impriżi agrikoli minflok fuq il-livell tal-għelieqi u l-assenza ta' ċnut permanenti għall-ħarsien tal-mogħdijiet tal-ilma. Fir-rigward tal-kwistjoni taċ-ċnut, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-għan tal-miżura sabiex jitwaqqfu l-movimenti tal-annimali jista' jinkiseb ukoll permezz ta' ċnut mhux fissi.

b)

sussidji tar-rati ta’ interess: il-proċeduri stabbiliti ma jiżgurawx sekwenza tal-verifika adegwata, b’riżultat illi r-regolarità tal-pagament tas-sussidji ta’ l-UE lill-benefiċjarji finali ma tistax tiġi vverifikata (Franza); barra minn hekk, irregolaritajiet osservati mill-ispezzjonijiet ta’ l-Istati Membri ma ġewx ikkunsidrati fil-komputazzjoni tat-talbiet għall-pagamenti lill-Kummissjoni u għalhekk saret dikjarazzjoni ta’ nefqa mhux ġustifikata li ġiet iddebitata fil-kontijiet ta’ l-UE;

b)

Il-Kummissjoni hija konxja mill-kwistjoni msemmija mill-Qorti u tirrikonoxxi l-importanza tal-ġestjoni finanzjarja soda tal-iskemi tas-sussidju tar-rati tal-imgħax u l-eżistenza ta' traċċabilità adegwata għall-verifika. Hija qed issegwi din il-kwistjoni mal-awtoritajiet Franċiżi, inkluż, jekk xieraq, fil-qafas tal-proċedura tal-approvazzjoni tal-kontijiet.

5.16.

Fir-rigward ta’ l-ambjent, tas-sajd u tas-saħħa u tal-protezzjoni tal-konsumatur, il-pagamenti vverifikati kixfu dawn l-iżbalji li ġejjin:

5.16.

 

a)

proġetti ffinanzjati bl-istrument tal-LIFE inkludew nefqa ineliġibbli;

a)

Nefqa mhux eliġibbli bħal din tista' tinqabad biss meta jsir il-ħlas finali jew permezz ta' verifika ex-post.

b)

ġiet ippreżentata dokumentazzjoni inadegwata biex turi li x-xogħol fatturat attwalment sar (Spanja);

b)

żbalji bħal dawn jistgħu jinqabdu biss permezz ta' verifiki ex-post.

c)

pagament għall-programm ta’ qerda ta’ mard sar mingħajr dokumentazzjoni ta’ sostenn adegwata; barra minn hekk, kien hemm nuqqas ta’ rispett lejn il-limiti għal kull test tan-nefqiet eliġibbli u nuqqas ta’ twettiq tal-kontrolli tekniċi rakkomandati (Ġermanja).

c)

Reċentement ġiet adottata deċiżjoni tal-Kummissjoni (15) li ssaħħaħ l-obbligi tar-rappurtar finanzjarju (16). Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-limitu msemmi huwa limitu applikat għall-ittestjar Elisa (17) implimentat fuq il-livell tal-Istati Membri. Il-Kummissjoni ma taqbilx mal-interpretazzjoni tal-Qorti li dan għandu jiġi applikat għal kull test individwali. Minkejja li l-Istat Membru involut kien intitolat għal finanzjament ta' 50 % għall-programm ikkonċernat, l-ammont reali tal-finanzjament kien limitat minn Deċiżjoni tal-Kummissjoni fuq livell sostanzjalment anqas minn dak tal-pretensjoni stmata. Il-kontroll irrakkomandat (sabiex jiġi evitat il-ħlas doppju tal-ispejjeż tat-testijiet bejn il-programmi tal-eradikazzjoni u dawk ta' emerġenza) sar u immedjatament wera li dawn l-ispejjeż ma kinux eliġibbli taħt il-programm ta' emerġenza. Għaldaqstant, ma kinux meħtieġa kontrolli f'aktar dettall.

Evalwazzjoni tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll

Il-qasam tal-politika ta’ l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali

5.17.

In-nefqa ta’ l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali hija mwettqa taħt tmexxija maqsuma u hija soġġetta għas-sistemi ta’ kontroll prinċipali li ġejjin:

a)

Kontrolli fuq it-talbiet u l-pagamenti taħt is-Sistema Integrata ta' Ġestjoni u Kontroll (IACS) (18);

b)

kontrolli speċifiċi għas-settur, eż. għall-iżvilupp rurali;

c)

kontrolli fiżiċi tal-prodotti agrikoli esportati taħt skema ta’ esportazzjoni sussidjata mill-UE (19);

d)

skrutinju wara l-pagament ta’ dokumenti kummerċjali ġo l-istabbilimenti tan-negozjanti u dawk li jipproċessaw il-prodotti agrikoli (20);

e)

l-approvazzjoni tal-proċedura tal-kontijiet, mwettqa ex-post taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni (ara l-paragrafi 5.39).

5.17.

Ara t-tweġiba għall-paragrafu 5.2.

5.18.

Il-IACS ikopri żewġ skemi prinċipali verifikati fil-livell ta’ l-Istati Membri — SPS u l-Pagamenti Diretti akkopjati. Xi elementi huma speċifiċi għal kull skema filwaqt li oħrajn huma komuni għat-tnejn. Id-dispożizzjonijiet speċifiċi li japplikaw għal oqsma bħalma huma l-Iżvilupp Rurali (li minnhom xi elementi huma wkoll ikkontrollati mill-IACS), rifużjonijiet ta' esporti u skrutinju ex-post tal-pagamenti huma wkoll ir-responsabbiltà ta' l-Istati Membri. Il-proċeduri ta’ l-approvazzjoni tal-kontijiet huma r-responsabbiltà tal-Kummissjoni sabiex tistabbilixxi l-ammonti li jridu jiġu definitivament iddebitati fil-kontijiet ta’ l-UE. L-evalwazzjoni tal-Qorti ta’ kull waħda minn dawn is-sistemi ta’ kontroll hija spjegata fil-paragrafi 5.19 sa 5.49 hawn taħt.

 

Is-Sistema Integrata ta' Amministrazzjoni u Kontroll (IACS)

5.19.

F'kull Stat Membru, l-IACS tikkonsisti f'database ta' ażjendi u ta' applikazzjonijiet, sistemi għall-identifikazzjoni ta' paketti agrikoli u għar-reġistrazzjoni ta' annimali fil-każ ta’ premium akkopjat kif ukoll reġistru ta' intitolamenti f'dawk l-Istati Membri li jimplimentaw l-SPS li jikkostitwixxi komponent ġdid tal-IACS. Is-sistema fiha bosta kontrolli ta' eliġibilità: kontroll amministrattiv tat-talbiet kollha, cross-checks mad-databases biex jipprevjenu lill-istess art/annimali milli jkunu ddikjarati darbtejn u rata minima ta' 5 % ta’ spezzjonijiet fl-irziezet li jridu jsiru mill-aġenzija ta’ pagament.

 

5.20.

Fejn data preċiża u affidabbli hija introdotta u s-sistema hija implimentata b'mod xieraq, il-IACS huwa effettiv biex jillimita r-riskji ta' nefqa irregolari. L-IACS għalhekk huwa l-għodda prinċipali ta' tmexxija u ta' kontroll għall-:

iskema ta’ Pagament Uniku (SPS) (ara l-paragrafi 5.21 sa 5.26),

pagamenti diretti akkopjati (ara l-paragrafi 5.27 u 5.28),

elementi komuni (ara l-paragrafi 5.29 u 5.30.)

Fil-preżent huwa jkopri kważi 85 % ta’ l-FAEG b’riżultat ta’ l-inklużjoni fl-SPS ta' skemi ġodda ta' għajnuna. Din l-estensjoni ta' IACS hija intenzjonata li ttejjeb il-ġestjoni finanzjarja ta' oqsma ta' riskju għoli. Fil-każ ta' l-FAEŻR, u speċjalment għal żoni agro-ambjentali u inqas iffavoriti, xi wħud mill-elementi bażiċi bħal ma huma s-superfiċje u n-numru ta' annimali huma koperti mill-IACS u oħrajn minn kontrolli ddisinjati speċifikament.

 

L-Iskema ta’ Pagament Uniku (SPS)

5.21.

Il-kalkolu u l-assenjazzjoni korretta ta’ l-intitolamenti minn awtoritajiet nazzjonali huwa prerekwiżit għal pagamenti korretti ta’ l-SPS lil benefiċjarji individwali fl-ewwel sena u s-snin kollha sussegwenti. L-Istati Membri huma wkoll meħtieġa li jirrispettaw il-limiti massimi globali nazzjonali tagħhom. Il-Qorti reġgħet sabet (21) li diversi Stati Membri naqsu milli japplikaw b'mod korrett uħud mill-elementi prinċipali tas-sistema relatati ma’ l-istabbiliment u mat-tmexxija ta' l-intitolamenti li huma inkorporati fl-IACS. Għalhekk il-Qorti kkunsidrat li s-sistemi għal kalkolu ta' l-intitolamenti kienu biss parzjalment effettivi u li s’issa għadhom ma jipprovdux assigurazzjoni raġonevoli li l-pagamenti annwali ta’ l-SPS ibbażati fuq l-intitolamenti assenjati, huma korretti.

5.21.

Fejn kalkoli ħżiena tal-intitolamenti wasslu għal riskju għall-Fond, il-Kummissjoni se ssegwihom fl-approvazzjoni tal-konformità. B'riżultat tal-eżistenza ta' aspettattivi leġittimi fuq il-livell tal-operaturi, jista' ma jkunx dejjem possibbli li jiġu korretti attribuzzjonijiet ħżiena ta' intitolamenti. Minbarra dan, l-iskambju tal-intitolamenti u riformi ulterjuri jirrikjedu ċ-ċertezza legali fir-rigward tal-intitolamenti attribwiti. Din il-kwistjoni hija għalhekk indirizzata fil-Health Check.

5.22.

Bħala illustrazzjoni, in-nuqqasijiet sinifikanti li ġejjin, li l-impatt finanzjarju tagħhom huwa diffiċli biex tistmah, ġew identifikati fil-kalkolazzjoni ta’ l-intitolamenti:

5.22.

 

a)

fir-Renju Unit (l-Ingilterra) l-erba' “intitolamenti vverifikati ġew ikkalkolati b’mod żbaljat prinċipalment minħabba nuqqas ta’ kunsiderazzjoni għal bidliet fil-pakketti ta’ l-art; filwaqt li dawn l-iżbalji ma kellhomx impatt sinifikanti fuq il-pagamenti ta’ l-2007, minħabba li l-Ingilterra tapplika l-mudell’ dinamiku” (22), dawn l-intitolamenti tal-bidu, sakemm mhux ikkoreġuti, ser jirriżultaw f’pagamenti iżjed/inqas sinifikanti fi snin futuri;

a)

Il-problema diġà kienet magħrufa mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-missjonijiet ta' verifika tagħha u hija diġà s-suġġett ta' approvazzjoni tal-konformità mibdija fl-2006.

L-azzjoni ta' rimedju tal-awtoritajiet tar-Renju Unit sabiex jiġu mminimizzati jew evitati l-konsegwenzi indikati mill-Qorti huma parti minn din il-proċedura.

b)

l-Olanda inizjalment allokat intitolamenti ‘il fuq mil-limitu nazzjonali ta' 4,9 miljun euro u għamlet pagamenti individwali abbażi ta' dan. Għalkemm il-pagamenti totali magħmula kienu inqas mil-limitu nazzjonali, bdiewa individwali kienu mħallsa żżejjed. Fi żmien iż-żjara tal-Qorti (Jannar 2008) l-ebda azzjoni ta’ rkupru formali ma kienet ittieħdet.

b)

Skont l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, l-ammont totali tal-ħlasijiet magħmula lill-bdiewa kien ta' EUR 294 miljun, u għalhekk dan ma qabiżx il-limitu nazzjonali ta' EUR 312 miljun. Fir-rigward tal-ħlasijiet eċċessivi individwali, l-awtoritajiet Olandiżi impenjaw ruħhom li jirkupraw l-ammonti mhux dovuti mill-benefiċjarji.

c)

meta kkalkulaw l-ammonti ta’ referenza tal-bdiewa, l-awtoritajiet Olandiżi u Griegi inkludew l-annimali bovini li mhumiex eliġibbli għal premium fil-perijodu ta’ referenza; barra minn hekk l-awtoritajiet Griegi assenjaw ammonti ta’ referenza lil bdiewa ta’ art li tinħadem mingħajr ma kkunsidraw it-tnaqqis li kien sar matul il-perijodu ta’ referenza;

c)

Fir-rigward tal-Iskema tal-Ħlas Uniku fil-Greċja u fl-Olanda, l-approvazzjoni tal-konformità tnediet f'April 2007 u Mejju 2008 rispettivament.

d)

meta kkalkulaw in-numru ta’ intitolamenti, l-awtoritajiet Griegi u Spanjoli injoraw b’mod sistematiku l-ħtiġijiet taż-żoni ta’ l-għalf, għal bdiewa li bbenefikaw matul il-perijodu ta’ referenza eżklussivament minn premia li ma kienu jeħtieġu l-ebda art u assenjaw intitolamenti speċjali  (23) lilhom minflok intitolamenti bbażati fuq iż-żoni  (24), u b’hekk għal kull ettaru ġġeneraw pagamenti ħafna aktar għolja, u tnaqqis konsegwenti f’żoni meħtieġa li jkunu soġġetti għal GAEC;

d)

L-osservazzjonijiet tal-Qorti f'dan ir-rigward kienu magħrufa mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-missjonijiet ta' verifika tagħha u huma diġà s-suġġett ta' approvazzjoni tal-konformità li bdiet, f'dak li jirrigwarda l-Greċja, f'April 2007 u f'dak li jirrigwarda lil Spanja f'Lulju 2007.

e)

irtirar mhux ġustifikat ta’ intitolamenti, b’hekk benefiċjarji potenzjali ġew imċaħħda mill-għajnuna (il-Greċja).

e)

Il-problema diġà hija s-suġġett ta' proċedura ta' approvazzjoni tal-konformità li bdiet f'April 2007.

5.23.

L-Istati Membri huma meħtieġa li jistabbilixxu riżerva nazzjonali  (25), li minnha huma jassenjaw intitolamenti lil bdiewa ġodda, dawk f'sitwazzjonijiet speċjali jew dawk milquta min programmi ta’ ristrutturar jew ta’ żvilupp.

 

5.24.

Il-verifika sabet diversi nuqqasijiet fl-użu tar-riżerva nazzjonali:

5.24.

 

a)

diversi każi ta’ użu ħażin tar-riżerva nazzjonali (Franza): żewġ programmi ineliġibbli (b’total ta’ 42,4 miljun euro), nuqqas ta' osservanza ta’ l-iskadenzi statutorji għal erba' programmi oħra, aċċettazzjoni ta' investimenti bbażati fuq tagħmir mikri fuq skadenza qasira, nuqqas ta' applikazzjoni sistematika tad-dispożizzjonijiet mandatorji għal bdiewa ġodda li bdew il-biedja matul il-perijodu ta' referenza li wassal għall-assenjazzjoni żejda ta’ 20,8 miljun euro;

a)

Il-Kummissjoni, fuq il-bażi tal-osservazzjonijiet tal-verifika tagħha, diġà bdiet, permezz ta' ittri ta' April 2008, approvazzjoni tal-konformità fir-rigward tal-istess osservazzjonijiet.

b)

assenjazzjonijiet irregolari ta’ intitolamenti għall-siġar taż-żejt taż-żebbuġa ġodda mħawwla wara l-iskadenza stipulata u mhux koperti bi programm speċifiku (l-Italja).

b)

Il-Kummissjoni ser issegwi dawn il-każijiet fil-proċedura tal-approvazzjoni tal-konformità.

5.25.

Meta allokaw l-intitolamenti lill-produtturi taż-żebbuġ, l-awtoritajiet Taljani aċċettaw 153 000 każ ta’ tbatija fuq ir-rikonoxximent ewlieni mir-reġjun jew il-provinċja li t-territorju kkonċernat kien ġie affetwat. L-informazzjoni disponibbli ma tippermettix evalwazzjoni tal-valur totali tal-pagamenti irregolari.

5.25.

Il-Kummissjoni, fuq il-bażi tal-osservazzjonijiet ta' verifika tagħha, diġà bdiet, permezz ta' ittra ta' Awwissu 2006, proċedura tal-approvazzjoni tal-konformità fir-rigward tal-istess osservazzjonijiet.

5.26.

Fir-rigward tat-tmexxija u tal-monitoraġġ ta’ l-intitolamenti SPS, ġew innutati n-nuqqasijiet li ġejjin:

5.26.

 

a)

applikazzjoni żbaljata ta’ penali ta’ talbiet tardivi (l-Olanda, il-Portugall u r-Renju Unit (l-Ingilterra));

a)

Għall-Portugall, is-sanzjonijiet applikati kienu qawwija wisq: dan mhux riskju għall-Fond.

b)

fir-Renju Unit (l-Ingilterra) l-istess pakkett jista’ jiġi mitlub minn żewg “bdiewa” taħt oqsma differenti relatati ma’ l-iskemi ta’ għajnuna ta’ l-UE. F’ 9 minn 12-il żjara fuq il-post lill-“benefiċjarji ġodda” ta’ l-għajnuna diretta ta’ UE li l-Qorti kienet identifikat fir-Rapport Annwali tagħha dwar is-sena finanzjarja 2006 (26), iż-żona ddikjarata għall-SPS ma kinitx eliġibbli kollha kemm hi jew parti minnha jew għax ma kinitx f’kundizzjoni agrikola tajba, l-użu prinċipali tagħha ma kienx agrikolu jew il-benefiċjarju ma kienx eliġibbli għax ma wettaq l-ebda attività agrikola fuq l-art;

b)

Il-Kummissjoni, fuq il-bażi tal-osservazzjonijiet tal-verifika tagħha, diġà bdiet, permezz ta' ittra ta' Lulju 2007 u April 2008, approvazzjoni tal-konformità fir-rigward tal-istess osservazzjonijiet.

Fir-rigward tal-kwistjoni ta' “benefiċjarji ġodda”, wara r-Rapport Annwali tal-Qorti 2006, il-Kummissjoni nediet stħarriġ speċjali fir-rigward ta' dawk l-Istati Membri li għażlu mudelli reġjonali u li għalhekk jistgħu jiġu affettwati mill-kwistjoni li tqajmet mill-Qorti. Dawn il-verifiki għadhom għaddejjin u r-riskji għall-Fond se jkunu koperti permezz ta' korrezzjonijiet finanzjarji. Minbarra dan, il-kwistjoni tal-esklużjoni ta' ċerti benefiċjarji minn ħlasijet diretti hija wkoll indirizzata fil-proposta tal-Kummissjoni għall-Health Check.

c)

Il-Portugall alloka intitolamenti u ħallas għajnuna ta’ l-SPS lill-bdiewa li ddikjaraw żoni fuq art “baldio”. Din l-art normalment hija art pubblika b'mergħa fqira ħafna u fil-parti l-kbira miksija bi sġajjar u siġar. M'hemm l-ebda limitu fir-rigward tan-numru ta' siġar permessi fuq art bħal din u m'hemm l-ebda obbligu li l-bdiewa jirrispettaw lil GAEC dwar din l-art. Fl-2007 il-Portugall ħallas 3,5 miljun euro għal art “Baldio”. Fl-Italja nstab illi żoni aċċettati bħala mergħa permanenti għall-pagamenti SPS kienu akbar mill-parti eliġibbli attwalment koperta bil-ħaxix jew għalf erbaċew.

c)

Fir-rigward tal-Portugall, il-Kummissjoni ser issegwi din il-kwistjoni fil-proċedura tal-approvazzjoni tal-konformità. Fir-rigward tal-Italja, il-Kummissjoni, fuq il-bażi tal-osservazzjonijiet tal-verifika tagħha, diġà bdiet approvazzjoni tal-konformità fir-rigward tal-istess osservazzjonijiet.

d)

Twettqu pagamenti lil 275 bidwi fi Franza u lil 33 bidwi fi Spanja (Andalucia) li ma kellhomx intitolamenti għall-pagament; l-ebda azzjoni ta’ rkupru ma ttieħdet.

d)

Skont l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, id-differenzi li nstabu mill-Qorti fir-rigward ta' Franza huma dovuti għal differenzi fil-parametri tal-estrazzjoni taż-żewġ fajls imqabbla mill-Qorti u l-ebda ħlas ma sar lil bdiewa li m'għandhomx intitolamenti. Għal Spanja, ma sar l-ebda ħlas lil bdiewa mingħajr intitolamenti. Kważi fil-każijiet kollha, dawn il-bdiewa qabel kienu għamlu talba għal rettifikazzjoni li kienet għadha pendenti fid-data tal-ħlas. Fil-każ tal-irtirar tal-intitolamenti, l-aġenzija tal-ħlas talbet il-ħlas lura.

Il-Pagamenti diretti akkopjati

5.27.

Il-pagamenti diretti akkopjati mmexxija taħt IACS laħqu total ta’ xi 5 500 miljun euro fl-2007. Għall-iskemi bbażati fuq l-annimali, is-sistemi ġeneralment jaħdmu b’mod sodisfaċenti, li jirrifletti l-affidabilità ta’ l-IACS għal dan il-għan. Madankollu, il-Qorti sabet numru ta’ nuqqasijiet fis-sistemi amministrattivi u ta’ kontrolli fuq il-post ta’ l-għajnuniet taż-żoni (ara l- Anness 5.1.1 ):

5.27.

Fir-rigward tat-tabella 5, il-Kummissjoni ma taqbilx mal-valutazzjoni tal-Qorti dwar is-sistemi fl-Italja.

Kif irrikonoxxiet il-Qorti, il-biċċa l-kbira tan-nuqqasijiet identifikati fis-sistema kienu ġew identifikati wkoll mill-approvazzjoni tal-kontijiet tal-Kummissjoni u ttieħdet azzjoni ta' segwitu xierqa.

a)

nuqqasijiet fil-kontrolli amministrattivi, li jwasslu għal żbalji bħal: reġistrazzjoni ħażina ta' data ta' applikazzjoni (il-Greċja), pagament għal diversi skemi ta’ għajnuna inkompatibbli fuq l-istess pakkett (l-Italja), u nuqqas ta’ applikazzjoni korretta ta’ penali u sanzjonijiet, li jwasslu għal pagamenti żejda (il-Greċja, l-Italja, Spanja u l-Portugall);

a)

Fir-rigward tal-applikazzjoni mhux korretta tas-sanzjonijiet fl-Italja, Spanja u l-Portugall, il-Kummissjoni, fuq il-bażi tal-osservazzjonijiet tal-verifika tagħha, diġà bdiet approvazzjoni tal-konformità.

b)

nuqqas ta’ dokumentazzjoni tar-raġunijiet għaliex xi wħud mill-kriterji ta’ l-analiżi tar-riskju ntagħżlu, u nuqqas ta’ evalwazzjoni mill-ġdid kull sena tal-parametri tar-riskju mill-aġenziji tal-pagament, għas-selezzjoni tal-5 % ispezzjonijiet fl-irziezet (il-Portugall, Spanja).

b)

Il-ħtieġa għal valutazzjoni annwali ġiet stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 796/2004. Bħala parti mill-verifiki tagħha, il-Kummissjoni tirrevedi t-titjib fl-analiżi tar-riskju sew matul is-snin u kif ukoll l-effikaċja tagħha fis-sena kkonċernata. Fejn jinstab li hemm analiżi tar-riskju li b'mod kontinwu ma tkunx qed tiffunzjona tajjeb u li dan ikun ta' riskju għal Fond, l-Istat Membru huwa mitlub sabiex jieħu azzjoni korrettiva u tiġi applikata l-approvazzjoni tal-konformità.

Minbarra dan, il-Kummissjoni ssimplifikat ir-Regolament u l-fatturi tar-riskju m'għadhomx iddeterminati fir-Regolament tal-Kummissjoni sa mill-2008.

5.28.

It-twettiq mill-ġdid ta’ kontrolli mill-Qorti sabu numru ta’ nuqqasijiet speċifiċi fil-kwalità tal-kontrolli fuq il-post u identifikaw żoni ineliġibbli jew pakketti li kellhom jiġu esklużi mill-ispetturi nazzjonali (Il-Greċja, l-Italja, Spanja u l-Portugall). Fl-Italja, bidwi kien irċieva għajnuna għal pakkett ta’ siġar tal-pistaċċi. Minkejja li l-pakkett kien soġġett għall-kontroll fuq il-post mill-awtoritajiet Taljani fl-2005, il-verifika tal-Qorti sabet li l-pakkett kien ilu stabbilit bħala art ġenerali tal-foresta għal żmien twil u għalhekk, ma kienx eliġibbli għall-għajnuna.

5.28.

Il-Kummissjoni tivverifika s-sistemi tal-kontroll tal-Istati Membri u n-nuqqasijiet li joħolqu riskju għall-Fond huma segwiti taħt l-approvazzjoni tal-konformità. Dan huwa l-każ għall-Istati Membri li għamlet referenza għalihom il-Qorti.

Sistemi ta’ Sorveljanza u ta’ Kontroll fil-IACS

5.29.

Kif indikat fil-paragrafu 5.19, l-effettività tas-sistemi ta’ sorveljanza u ta’ kontroll inkorporati fl-IACS tifforma element prinċipali ta’ l-effettività globali tas-sistema. Dan japplika għal kull waħda mill-iskemi ta’ għajnuna prinċipali koperti mill-IACS. Evalwazzjoni ġenerali ta’ l-affidabilità tas-sistema fl-Istati Membri miżjura (iż-żewġ skemi prinċipali, l-SPS u l-pagamenti diretti akkopjati rispettivament), hija murija fl- Anness 5.1.2 u fl- Anness 5.1.1 .

5.29.

Il-Kummissjoni ma taqbilx mal-valutazzjoni globali fir-rigward tal-effikaċja tal-IACS imsemmija fit-Tabella 5 fir-rigward ta' Franza, l-Olanda, u r-Renju Unit.

5.30.

Kontrolli amministrattivi biex tiġi stabbilita l-eliġibilità ta’ l-uċuħ: l-effettività tal-kontrolli amministrattivi tiddependi fuq il-kwalità ta’ informazzjoni rreġistrata fis-Sistema ta’ Identifikazzjoni tal-Pakketti ta’ l-Art (LPIS (27)), l-użu ta’ tekniki ta’ informazzjoni ġeografika kompjuterizzati għas-saff grafiku ta' l-LPIS li hija s-Sistema ta’ Informazzjoni Ġeografika (GIS) u l-użu ta’ “l-orto-imaġerija” ta’ l-ajru jew spazjali aġġornata:

5.30.

Il-kwalità tas-Sistema għall-Identifikazzjoni tal-Porzjonijiet tal-Art (LPIS) hija tassew kruċjali. Il-Kummissjoni qiegħda kontinwament taħdem maċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) sabiex tuża l-aħjar riżorsi tekniċi sabiex taġġorna s-sistema tal-LPIS fl-Istati Membri u konsegwentement tottimizza l-effikaċja tal-kontrolli amministrattivi.

a)

il-kontrolli amministrattivi fir-Renju Unit (l-Ingilterra) ma jagħtux assigurazzjoni li l-għajnuna ta’ l-UE hija mħallsa b’mod korrett. Ir-Renju Unit (l-Ingilterra) ma jagħmilx użu mill-possibiltà li juża “l-orto-imaġerija” ta’ l-ajru jew spazjali b’sostenn għall-GIS. L-LPIS Ingliż mhux dejjem jkollu informazzjoni dwar iż-żona eliġibbli tal-pakkett ta’ referenza;

a)

L-użu tal-ortoimmaġini mhix mitluba bil-liġi. Fir-rigward tan-nuqqasijiet l-oħra fl-LPIS-GIS fl-Ingilterra, imsemmija mill-Qorti, il-Kummissjoni, fuq il-bażi tal-osservazzjonijiet tal-verifika tagħha, diġà bdiet approvazzjoni tal-konformità.

b)

fil-Greċja il-kontrolli amministrattivi għandhom nuqqasijiet ukoll; l-LPIS mhux komplet u fih żbalji importanti fir-referenzjar tal-pakketti;

b)

In-nuqqasijiet tal-LPIS fil-Greċja huma regolarment is-suġġett ta' deċiżjonijiet tal-konformità. Fuq talba tal-Kummissjoni, l-awtoritajiet Griegi adottaw pjan ta' azzjoni li jipprevedi, inter alia, l-implimentazzjoni ta' LPIS-GIS ġdid sal-31 ta' Diċembru 2008.

c)

fi Franza u fl-Olanda l-aġenziji tal-pagament ma jnaqqsux biżżejjed karatteristiċi viżibbli ineliġibbli fuq l-imaġini orto miż-żona eliġibbli rreġistrata fl-LPIS u, ma jaġġornawx l-LPIS tagħhom bir-riżultati ta’ l-ispezzjonijiet fuq il-post. Fil-Portugall l-aġġornament isir b’dewmien sinifikanti. Franza u l-Isvezja jużaw ritratti orto li wħud minnhom għandhom aktar minn 5 snin.

c)

L-osservazzjonijiet imsemmija mill-Qorti wkoll ġew identifikati diġà mill-verifiki tal-Kummissjoni. L-Istati Membri huma mitluba li jieħdu azzjoni korrettiva u tinbeda approvazzjoni tal-konformità sabiex jiġi kopert ir-riskju finanzjarju li jirriżulta minn dawn in-nuqqasijiet.

d)

fi Franza, il-Portugall u l-Isvezja l-eliġibilità ta’ l-art dikjarata għal attivazzjoni ta’ intitolamenti mwarrba (28) mhix verifikata b’mod affidabbli.

d)

Il-Kummissjoni se tipprovdi għal segwitu adegwat fil-kuntest tal-approvazzjoni tal-konformità ladarba l-Qorti tkun trażmettitilha l-informazzjoni relevanti kollha.

Il-kontrolli ta’ l-Istat Membru skond l-IACS u r-riżultati ta’ l-ispezzjoni

5.31.

Ir-riżultati ta’ l-ispezzjoni ta’ l-IACS irrappurtati lill-Kummissjoni minn aġenziji ta’ pagament jevalwaw il-legalità u r-regolarità tat-talbiet ippreżentati mil-bdiewa u li ġew ivverifikati minn korpi ta' ċertifikazzjoni għall-ewwel darba fl-2007. Iżda, il-korpi ta’ ċertifikazzjoni ma jestendux ix-xogħol tagħhom għal benefiċjarji finali għal verifika u l-validazzjoni ta’ l-istatistika ta’ l-IACS. Il-Kummissjoni lanqas ma vverifikat l-affidabilità ta’ dawn l-istatistiċi. Barra minn hekk, l-analiżi tal-Qorti tax-xogħol ta’ 28 korp ta’ ċertifikazzjoni għal skopijiet ta’ verifiki bħal dawn, wriet li l-evalwazzjoni ta’ żewġ korpi ta’ ċertifikazzjoni kienet negattiva u wieħed ma setax jevalwa s-sitwazzjoni. Il-Qorti sabet ukoll li r-rikonċiljazzjonijiet stabbiliti fil-linja gwida tal-Kummissjoni relevanti jew ma sarux jew inkella ma sarux bil-mod prevvist jew li l-informazzjoni mogħtija ma ppermettitx konklużjoni dwar l-adegwatezza tax-xogħol.

5.31.

Mis-sena finanzjarja 2007 'il quddiem, l-entitajiet ta' ċertifikazzjoni ser ikunu meħtieġa mil-linji gwida tal-Kummissjoni li janalizzaw b'mod aktar sistematiku l-effikaċja tas-sistemi ta' kontroll intern tal-aġenziji ta' ħlas inklużi l-kontrolli fuq il-post u li jivverifikaw u jivvalidaw din l-istatistika. Il-Kummissjoni b'hekk implimentat ir-rakkomandazzjoni li għamlet il-Qorti fir-Rapport Annwali tagħha fir-rigward tas-sena finanzjarja 2005 (paragrafu 5.46) li l-korpi taċ-ċertifikazzjoni kellhom jagħmlu aktar xogħol sabiex jivverifikaw u jivvalidaw l-istatistika.

Fir-rigward tal-estensjoni tax-xogħol għall-benefiċjarji finali, il-korpi taċ-ċertifikazzjoni janalizzaw kampjun tar-rapporti tal-ispezzjonijiet fuq il-post, u jikkontrollaw li l-aġġustamenti kollha meħtieġa għat-talbiet (b'riżulta tal-kontroll) isiru fuq id-dejta tal-benefiċjarju finali fl-IACS.

F'madwar 90 % tal-każijiet, il-korpi taċ-ċertifikazzjoni għamlu valutazzjoni u kkonkludew pożittivament għal madwar 85 % minnhom, u dan għandu jitqies bħala riżultat aċċettabbli għall-ewwel sena tal-applikazzjoni ta' dan l-obbligu l-ġdid ta' kontroll. Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li hemm spazju għal aktar titjib f'dan il-qasam, u rrivalutat il-Linji Gwida tagħha f'dan id-dawl għas-sena finanzjarja 2008.

Il-Kummissjoni sistematikament tanalizza l-istatistika tal-IACS għall-konsistenza u l-konformità mar-rekwiżiti regolatorji. L-affidabilità tad-dejta hija vverifikata mill-verifiki ta' konformità tal-Kummissjoni.

Żvilupp Rurali

5.32.

Id-definizzjoni mhux eżatta fil-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ wħud mill-kundizzjonijiet ta’ l-eliġibilità u ħafna drabi r-regoli kumplessi, b’mod partikolari dawk li jirrelataw mal-miżuri agri-ambjentali, jeffettwaw b’mod negattiv il-kwalità tal-kontrolli mwettqa biex jivverifikaw li l-bdiewa qed josservaw il-ħtiġijiet relevanti. Għal darb’oħra, dawn il-kontrolli, instabu defiċjenti. In-nuqqasijiet prinċipali li nstabu kienu:

5.32.

Fir-rigward tad-definizzjoni tal-kundizzjonijiet tal-eliġibilità fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-kumplessità tagħhom, il-Kummissjoni taqbel mal-Qorti li dawn għandhom ikunu sempliċi kemm jista' jkun sabiex jitnaqqas ir-riskju ta' żbalji u jiġu llimitati l-ispejjeż tal-kontroll. Madankollu, il-miżuri agroambjentali b'mod partikolari huma kumplessi min-natura tagħhom u hemm biss potenzjal limitat għas-simplifikazzjoni mingħajr ma jiġi pperikolat l-iskop ta' dawn il-miżuri.

Fir-rigward tas-sistema tal-kontroll, ittieħdu miżuri sabiex jiġu rrinfurzati u msaħħa r-regoli tal-kontroll f'dan il-qasam u l-kriterji kollha tal-eliġibilità issa għandhom ikunu kontrollabbli skont sett ta' indikaturi verifikabbli li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri (29). Minbarra dan, ġew prodotti linji gwida mill-Kummissjoni dwar il-verifikabilità tal-miżuri agroambjentali.

a)

kontrolli insuffiċjenti tal-validità ta’ l-offerti ppreżentati fil-kuntest ta’ akkwist privat. Il-kontrolli mwettqa ma jipprovdux assigurazzjoni raġonevoli dwar il-legalità tal-proċedura tas-sejħa għall-offerti meħtieġa li konsegwentement tista’ teffettwa l-eliġibilità tal-proġett fit-totalità tiegħu (ir-Rumanija);

a)

L-osservazzjonijiet imsemmija mill-Qorti fil-kumment tagħha se jiġu segwiti mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-approvazzjoni tal-konformità.

b)

nuqqas ta’ kontrolli reċiproċi mad-databases ta’ l-annimali speċifiċi (razzez rari) biex jiġi validat in-numru ta' annimali ddikjarati mill-bidwi, li huwa l-bażi għall-pagamenti agro-ambjentali (Franza);

 

c)

verifika inadegwata taż-żona eliġibbli skond miżuri agri-ambjentali f’każijiet fejn din iż-żona ma kkorrispondietx mad-data fid-database ta’ l-IACS. Konsegwentement, mhux il-kundizzjonijiet kollha biex jingħata s-sostenn setgħu jiġu kkontrollati (l-Irlanda);

c)

L-osservazzjonijiet imsemmija mill-Qorti f'(c), (d) u (e) se jiġu segwiti fil-proċedura tal-konformità.

d)

nuqqas ta’ verifikazzjonijiet sistematiċi dwar jekk impenji agri-ambjentali speċifiċi għar-razzett jissodisfawx il-ħtiġiet globali tal-miżura (eż. il-livell massimu ta’ kimiċi permess);

 

e)

kontrolli amministrattivi u fuq il-post inkonklużivi u dokumentati b’mod fqir b’dipendenza żejda fuq id-dikjarazzjonijiet tal-benefiċjarji qabel l-approvazzjoni tal-pagamenti finali (l-Irlanda);

 

f)

kunsiderazzjoni inadegwata tal-fatturi tar-riskju stipulati fil-leġiżlazzjoni ta’ l-UE dwar l-għażla ta’ kampjun ta’ bdiewa biex jiġu kkontrollati fuq il-post (Franza u l-Irlanda);

f)

Fir-rigward tal-parametri tar-riskju, il-Kummissjoni ssimplifikat il-leġiżlazzjoni u l-fatturi tar-riskju m'għadhomx stabbiliti sa mill-2008.

g)

verifika inadegwata ta’ l-eżistenza ta’ kofinanzjar privat. Ħafna mid-drabi l-proġetti ġew approvati mingħajr iċ-ċertifikat meħtieġ minn istituzzjoni finanzjarja, li żied ir-riskju li fondi ta’ l-UE jitħallsu lill-benefiċjarji li ma setgħux iħallsu s-sehem tagħhom ta’ l-investiment (ir-Rumanija);

g)

Ir-riskju huwa mitigat mill-fatt li għal kull proġett li jipprevedi awtofinanzjament, rendikont tal-bank li ma jkunx eqdem minn ħamest ijiem ta' xogħol qabel is-sottomissjoni tat-talba għall-ħlas huwa mehmuż mat-talba.

h)

is-sekwenza inadegwata tal-verifika għal proġetti li jirċievu sussidji tar-rata ta’ interess għamel impossibbli l-intraċċar tal-benefiċjarji finali li bbenefikaw minn fondi EU. Konsegwentement, l-awdituri ma setgħux jivverifikaw jekk l-ammonti ddikjarati kinux korretti jew jekk il-benefiċjarji irrispettawx il-ħtiġiet kollha ta’ eliġibilità (ara wkoll il-paragrafu 5.15.b) — Franza).

h)

Il-Kummissjoni hija konxja mill-kwistjoni msemmija mill-Qorti u tirrikonoxxi l-importanza tal-ġestjoni finanzjarja soda tal-iskemi tas-sussidju tar-rati tal-imgħax u l-eżistenza ta' traċċabilità adegwata għall-verifika. Hija qed issegwi din il-kwistjoni mal-awtoritajiet Franċiżi, inkluż, jekk xieraq, fil-qafas tal-proċedura tal-approvazzjoni tal-kontijiet.

Skrutinju ex-post tal-pagamenti lin-negozjanti u dawk li jipproċessaw

5.33.

L-Istati Membri huma meħtieġa jwettqu programmi annwali ta' kontrolli wara li jseħħu l-pagamenti tad-dokumentazzjoni kummerċjali għal rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni, is-sussidji għall-ipproċessar u t-trasformazzjoni u xi nfiq għall-iżvilupp rurali. L-Istati Membri għandhom jissodisfaw lilhom infushom illi t-tranżazzjonijiet seħħew u twettqu b’mod korrett, u għandhom jieħdu passi sabiex jirkupraw ammonti mitlufa riżultat ta’ irregolarità jew negliġenza. Dawn il-kontrolli għandhom isiru taħt ir-Regolament (KEE) Nru 4045/1989. Il-Kummissjoni għandha rwol ta’ sorveljanza u koordinazzjoni.

 

5.34.

L-eżekuzzjoni f’waqtha tal-programm ta’ skrutinju tjiebet fl-2007. Madankollu, minn kull perijodu ta’ skrutinju preċedenti li jmorru lura sa l-2000/2001 (30), hemm numru limitat ta’ skrutinji li ma tlestewx. Dawn ikollhom ir-riskju li ma jiġux eżegwiti b’mod xieraq minħabba li l-benefiċjarji għandhom obbligu legali li jżommu d-dokumentazzjoni relevanti għal perijodu limitat u li l-pagamenti eżaminati matul il-perijodu ta’ skrutinju jirrelataw mal-pagament ta’ sentejn qabel. Jiġifieri, l-iskrutinji li għad fadal mill-perijodu 2000/2001 jirrelataw mal-pagamenti magħmula lura mill-1998/99. Barra minn hekk, ir-riżultati ta’ l-iskrutinji mwettqa fuq il-pagamenti magħmula fis-sena 2006/2007 mhux ser ikunu disponibbli għall-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2009.

5.34.

Fuq il-livell tal-Komunità (abbażi tar-rapporti ta' skrutinju 2006/2007) in-numru minimu meħtieġ ta' skrutinji ntlaħaq għal kull wieħed mill-perjodi ta' skrutinju preċedenti, bl-eċċezzjoni tal-2002/2003 u l-2004/2005. Dan kien dovut l-aktar għal xi xogħol b'lura fl-Italja.

Skont l-informazzjoni riċevuta mingħand l-awtoritajiet Taljani fid-29 ta' Mejju 2008, in-numru minimu ta' skrutinji fuq il-livell tal-Komunità ntlaħaq għal kull wieħed mill-perjodi ta' skrutinju preċedenti. Madankollu, l-obbligu tal-Istati Membri li jeliminaw ix-xogħol b'lura għadu hemm.

5.35.

Il-Qorti nnutat kopertura limitata tal-miżuri ta’ l-iżvilupp rurali kemm fil-livell tal-Kummissjoni u kif ukoll fil-livell ta’ l-Istati Membri, minkejja li għall-perijodu ta' skrutinju 2006/2007, l-Iżvilupp Rurali kien jirrappreżenta 11 % tan-nefqa koperta bir-Regolament u 57 % ta’ l-irregolaritajiet potenzjali kollha rrappurtati.

5.35.

Fl-2007, l-unità tal-iżvilupp rurali wettqet l-aktar verifiki ta' miżuri mhux koperti mir-Regolament (KEE) Nru 4045/89, bħalma huma dawk agroambjentali. Madankollu, l-unità b'responsabbiltà orizzontali għar-Regolament (KE) Nru 4045/89 wettqet żewġ missjonijiet kmieni fl-2008 li koprew l-iżvilupp rurali flimkien mal-unità dwar l-iżvilupp rurali fil-qafas tal-programm ta' ħidma tal-2007.

Aktar importanti minn hekk, fuq il-livell tal-Istati Membri, madwar 18 % tan-numru totali ta' skrutinji fis-sena ta' skrutinju 2006/2007 rrigwardaw miżuri ta' żvilupp rurali, u dan huwa kkunsidrat bħala livell adegwat ta' kopertura.

5.36.

L-analiżi tal-Qorti tar-rapport tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni wriet ukoll il-bżonn ta’ titjib fl-ivverifikar u fir-rappurtar mill-Aġenziji ta’ Pagament dwar is-segwitu ta’ irregolaritajiet potenzjali rrappurtati.

5.36.

Għall-aġenziji tal-ħlas ikkonċernati, il-korpi taċ-ċertifikazzjoni għamlu stima f'90 % tal-każijiet u, fi 80 % minnhom, id-dikjarazzjoni dwar is-segwitu tal-aġenziji tal-ħlas hija waħda pożittiva.

Il-Linji Gwida reveduti ppreżentati lill-Istati Membri għas-sena finanzjarja 2008 jindirizzaw l-osservazzjoni tal-Qorti.

Rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni

5.37.

Rifużjonijiet ta’ esportazzjoni jitħallsu lil-esportaturi ta’ prodotti agrikoli ta’ l-UE biex ikopru d-differenza bejn il-prezzijiet interni ta’ l-UE u dawk tas-suq dinji. Fl-2007, tħallsu 1 445 miljun euro, 42 % inqas mis-sena ta’ qabel minħabba f’għażliet politiċi magħmula fil-kuntest tar-riformi riċenti tal-PAK u wkoll minħabba f’żidiet fil-prezzijiet tas-suq dinji. Ir-Regolament (KEE) Nru 386/90 jeħtieġ li l-Istati Membri jikkontrollaw fiżikament 5 % ta’ l-esportazzjoni biex jiżguraw li hija deskritta b’mod korrett u li tikkwalifika għal rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni. Huma għandhom ukoll iwettqu kontrolli ta’ sostituzzjoni fil-punt tal-ħruġ mill-UE fil-każ meta dan huwa differenti mill-post fejn l-oġġetti kienu ppreżentati għall-kontroll fiżiku. Il-Kummissjoni hija meħtieġa li tissorvelja l-kwalità u n-numru ta' dawn il-kontrolli.

5.37.

Il-kwalità u n-numru tal-kontrolli sew fiżiċi u kif ukoll ta' sostituzzjoni huma vverifikati permezz ta' stħarriġ ta' verifika fuq il-post u analiżi tar-rapporti annwali dettaljati pprovduti mill-Istati Membri kollha.

5.38.

Fir-Rapport Speċjali tagħha Nru 4/2007 (31), il-Qorti ġibdet l-attenzjoni dwar nuqqasijiet rigward is-sistema ta’ kontrolli fiżiċi u ta’ sostituzzjoni fuq il-kunsinni ta’ rifużjoni fuq l-esportazzjoni. Il-Kunsill u l-Kummissjoni ħadu azzjoni mill-ewwel fuq ir-rakkomandazzjonijiet magħmula billi emendaw il-leġiżlazzjoni relevanti (32). Iżda, in-nuqqas partikolari li jikkonċerna l-introduzzjoni mill-ġdid fit-territorju tal-UE, ta’ oġġetti esportati wara trasportazzjoni fuq linja ta’ tbaħħir mhux regolari, għadu ma ġiex indirizzat.

5.38.

Il-Kummissjoni hija tal-fehma li, meta jiġi stabbilit li l-prodotti tar-rifużjoni jkunu ħallew it-territorju tad-Dwana fi żmien 60 jum, il-bqija tal-vjaġġ lejn il-pajjiż terz tad-destinazzjoni jkompli fuq it-territorju internazzjonali jew ta' pajjiż terz li jista' jinkludi trasbord taħt l-Artikoli 9 jew 10 tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 bit-tranżitu relatat f'partijiet mit-territorju doganali tal-Komunità taħt superviżjoni tad-dwana, u dan huwa aktar probabbli li jseħħ minħabba t-tkabbir tal-UE sa mill-2004. Legalmet mhux possibbli li l-oġġetti jew prodotti kkonċernati jibqgħu fuq it-territorju doganali taħt reġim doganali differenti għalkemm ikunu rċevew rifużjonijiet.

Il-proċeduri ta’ approvazzjoni tal-kontijiet mill-Kummissjoni

5.39.

Minħabba li l-ġestjoni tan-nefqa fuq l-agrikoltura hija, fil-parti l-kbira, maqsuma bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, l-għajnuna titħallas mill-Istati Membri, li mbgħad tiġi rimborżata mill-Kummissjoni. Dawn ir-rimborżi huma kkunsidrati bħala pagamenti bil-quddiem, għalkemm huma rrappurtati bħala pagamenti fir-rendikonti finanzjarji ppreżentati mill-Kummissjoni. Ir-rikonoxximent finali tan-nefqa huwa determinat permezz ta’ proċedura ta’ żewġ stadji msejjħa l-approvazzjoni tal-kontijiet. Iż-żewġ stadji jikkonsistu f'deċiżjoni finanzjarja annwali u deċiżjonijiet ta' konformità multi-annwali meħuda mill-Kummissjoni.

5.39.

Ir-rimborsi mill-Kummissjoni lill-Istati Membri huma, skont ir-regoli legali, definiti bħala ħlasijiet ta' kull xhar u mhux bħala avvanzi (33).

Approvazzjoni finanzjarja

5.40.

Fit-30 ta’ April 2008 il-Kummissjoni ħadet tliet deċiżjonijiet finanzjarji ta’ approvazzjoni taħt l-FAEG, FAEŻR u t-TRDI u approvat il-kontijiet kollha ta’ l-aġenziji ta’ pagament, ħlief dawk murija fl- Anness 5.3 . Dawn id-deċiżjonijiet kienu bbażati fuq ċertifikati pprovduti minn awdituri indipendenti (korpi ta’ ċertifikazzjoni). Il-verifika tal-Qorti ma kixfitx nefqa approvata mill-Kummissjoni li suppost ġiet irrifjutata (mifruda) fid-deċiżjonijiet finanzjarja ta’ approvazzjoni.

 

5.41.

Iżda, id-deċiżjonijiet finanzjarji huma limitati fir-rigward tal-veraċità, il-kompletezza u l-preċiżjoni tal-kontijiet ta’ l-aġenziji ta’ pagament. Il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti ta’ bażi (“kwistjonijiet ta’ konformità”) jaqgħu ’il barra mill-ambitu ta’ l-ittestjar sostantiv tal-korpi ta’ ċertifikazzjoni u talbiet għal għajnuna ta’ l-UE normalment mhumiex iċċekkjati fuq il-post mill-korpi ta’ ċertifikazzjoni. Deċiżjonijiet finanzjarji għalhekk ma jfissrux li n-nefqa “approvata” hija ħielsa minn pagamenti irregolari.

5.41.

L-assigurazzjoni tal-verifika mogħtija mhix limitata biss għal kwistjonijiet ta' kontabilità. Kull ċertifikat jipprovdi wkoll opinjoni dwar jekk is-sistema tal-kontroll intern tal-aġenzija tal-ħlas iffunzjonatx b'mod sodisfaċenti għas-sena finanzjarja kkonċernata u f'dan il-kuntest il-kontrolli fuq il-post huma vvalutati wkoll.

Minbarra dan, il-korpi taċ-ċertifikazzjoni jipprovdu opinjoni separata dwar id-Dikjarazzjoni tal-Assigurazzjoni (id-“DAS”) ipprovduta mid-direttur ta' kull aġenzija tal-ħlas, u kif ukoll analiżi tal-effikaċja tal-kontrolli fuq il-post u l-preċiżjoni tal-istatistika tal-ispezzjoni.

5.42.

Fl-2007 ix-xogħol tal-korpi ta’ ċertifikazzjoni ġie estiż. Barra mill-istatistiċi l-ġodda ta’ verifika u validazzjoni ta’ l-IACS (ara l-paragrafu 5.31 hawn fuq), kienu meħtieġa opinjonijiet dwar id-Dikjarazzjonijiet ta’ Assigurazzjoni tad-Diretturi ta’ l-aġenziji ta’ pagament u l-proċeduri ta’ kontroll intern. Il-verifika tal-Qorti wriet li l-valur miżjud ta’ dawn l-elementi ġodda s’issa huwa limitat. Barra minn hekk, fi tliet każijiet kien hemm kontradizzjoni mhux solvuta bejn id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni tad-Direttur ta’ l-aġenzija tal-pagament u ċ-ċertifikat tal-verifika kkwalifikat maħruġ mill-korp ta’ Ċertifikazzjoni.

5.42.

Flimkien mal-elementi l-oħra msemmija mill-Qorti fl-osservazzjoni tagħha, il-ħidma ta' verifika u validazzjoni li ssir mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni introdotti wara r-rakkomandazzjonijet tal-Qorti fir-Rapport Annwali tagħha dwar is-snin finanzjarji 2005 (paragrafu 5.46) u 2006 (paragrafu 5.8) huma pass pożittiv lejn responsabbiltà akbar tal-aġenziji tal-ħlas u jwasslu għal trasparenza akbar u aktar teħid ta' responsabbiltà diretta għar-riżultati kkontrollati. Dan huwa rikonoxxut ukoll mill-konferenza tad-diretturi tal-aġenziji tal-ħlas u mill-korpi indipendenti taċ-ċertifikazzjoni.

Kull korp taċ-ċertifikazzjoni janalizza, u jirrapporta dwar, kemm l-aġenziji tal-ħlas ikunu qed jikkonformaw b'suċċess mal-kriterji tal-akkreditazzjoni kif stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 885/2006, u jagħti opinjoni dwar dan. Id-differenza fil-veduti bejn id-DAS u l-opinjoni tal-korp taċ-ċertifikazzjoni tipprova l-valur miżjud tal-opinjoni dwar id-DAS, għaliex il-korp taċ-ċertifikazzjoni vvaluta d-DAS fid-dawl tal-ħidma ta' verifika tiegħu, kif previst. It-tliet aġenziji tal-ħlas ikkonċernati issa huma kollha taħt prova. Għall-bqija tad-79 aġenzija tal-ħlas, iż-żewġ dokumenti kienu konsistenti.

5.43.

Minkejja li l-aġenziji tal-pagament Spanjoli matul is-sena għamlu pagamenti għall-ewwel darba taħt l-SPS, il-korpi ta’ ċertifikazzjoni Spanjoli ma nkludewx il-verifika meħtieġa ta’ l-intitolamenti fix-xogħol tagħhom.

5.43.

Il-korpi taċ-ċertifikazzjoni kkontrollaw id-dejta pprovduta mill-komunitajiet awtonomi għall-kalkolu tal-intitolamenti, iżda mhux il-kalkolu mwettaq fuq il-livell nazzjonali globali. Il-Kummissjoni rrevediet il-Linji Gwida tagħha għas-sena finanzjarja 2008 sabiex tiċċara li jekk is-sistema hija amministrata ċentralment fuq il-livell nazzjonali, iżda l-aġenzija tal-ħlas ċentrali ma tamministrax SPS (bħalma huwa l-każ fi Spanja), il-korp taċ-ċertifikazzjoni tal-aġenzija tal-ħlas ċentrali xorta waħda jkollu jkopri din il-parti fir-rapport tiegħu.

5.44.

Abbażi ta’ l-eżami tax-xogħol tal-korpi ta’ ċertifikazzjoni (34) il-Qorti ttenni (35) d-dubji tagħha rigward il-preċiżjoni tal-kontijiet tad-debituri: żewġ korpi ta’ ċertifikazzjoni jinkludu kwalifiki fiċ-ċertifikati tagħhom u 15 jenfasizzaw nuqqasijiet fil-proċeduri tal-ġestjoni tad-dejn fl-aġenziji ta’ pagament; 12-il korp ta’ ċertifikazzjoni naqsu milli jagħtu biżżejjed informazzjoni dwar ix-xogħol li sar u tnejn ma ċċekkjawx il-kontijiet b’mod adegwat. Filwaqt li l-Kummissjoni bdiet il-proċedura biex tapplika l-miżuri korrettivi (36) għan-nuqqasijiet irrappurtati, l-impatt finanzjarju ta’ dawn l-azzjonijiet s'issa għadu mhux magħruf. Barra minn hekk il-Qorti tinnota li l-politiki differenti applikati sad-data ta' rikonoxximent tad-djun mill-aġenziji ta' pagament jirriżultaw fi preżentazzjoni inkonsistenti tal-valuri globali tad-djun.

5.44.

Il-Kummissjoni hija tal-fehma li għallinqas f'wieħed minn dawn iż-żewġ każijiet fil-fatt sar biżżejjed xogħol. Il-Kummissjoni tqis ukoll li kisbet biżżejjed informazzjoni dwar id-debituri għall-finijiet tal-approvazzjoni u l-kontabilità. L-impatt finanzjarju ma nstab fl-ebda każ li kien materjali għal-livell globali tal-kont (u għalhekk f'dak li jirrigwarda d-Deċiżjoni).

Madankollu, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li hemm spazju għal aktar titjib f'dan il-qasam, u mmodifikat il-Linji Gwida tagħha f'dan id-dawl għas-sena finanzjarja 2008. Hija se tkompli wkoll tosserva s-sitwazzjoni mill-qrib (permezz ta' seba' missjonijiet ta' verifika f'aġenziji tal-ħlas u sitt missjonijiet ta' verifika f'korpi taċ-ċertifikazzjoni fl-2008).

5.45.

Fir-risposta tagħha għar-rapport Annwali tal-Qorti għall-2006 (37), il-Kummissjoni, ikkommettiet ruħha li ssegwi l-ammonti, imħallsa mit-tabelli tad-debituri lill-baġit tal-UE skond l-ewwel deċiżjoni finanzjarja ta’ approvazzjoni għall-2006 meħuda fis-27 ta’ April 2007. It-tliet verifiki tal-Kummissjoni, mwettqa fl-2007 koprew madwar 7 % ta’ l-ammonti inklużi f’din id-deċiżjoni finanzjarja ta’ approvazzjoni.

5.45.

Fl-2007, twettqu żewġ verifiki li jkopru d-dejn fl-aġenzija tal-ħlas Taljana AGEA. Id-Deċiżjoni li tapprova l-kontijiet tal-AGEA li ġew separati għas-sena finanzjarja 2006 ttieħdet fit-30 ta' April 2008. Dan ifisser li l-verifiki li saru fl-2007 jkopru madwar 41 % tal-ammonti inklużi fl-ewwel u t-tieni deċiżjonijiet ta' approvazzjoni għas-sena finanzjarja 2006 (din tal-aħħar meħuda wara l-verifika tal-Qorti).

Approvazzjoni tal-konformità

5.46.

Deċiżjonijiet ta’ konformità jittieħdu wara verifiki addizzjonali mill-Kummissjoni dwar in-nefqa ddikjarata mill-Istati Membri. Ikopru numru ta’ snin u għandhom l-objettiv li jeskludu n-nefqa mill-iffinanzjar ta’ l-UE fejn il-Kummissjoni sabet illi din saret b’mod illi jikser ir-regoli ta’ l-UE (38).

 

5.47.

Il-Qorti fir-Rapport tagħha dwar is-sena finanzjarja 2006 u r-rapporti annwali preċedenti indikat il-limitazzjonijiet li huma parzjalment inerenti fis-sistema ta' approvazzjoni bħal ma hija n-natura retroattiva u multi-annwali ta' l-approvazzjoni ta' konformità u l-fatt li l-Istati Membri, u mhux il-benefiċjarji finali, huma effettivament inkarigati mill-korrezzjonijiet finanzjarji. Barra minn hekk, il-metodu tal-Kummissjoni ta’ kif tikkalkola l-aġġustamenti ta’ konformità, li huwa fil-biċċa l-kbira bbażat fuq l-użu ta’ korrezzjonijiet b'rata fissa, jfisser li l-ebda rabta valida ma tista’ ssir bejn l-ammonti hekk irkuprati u l-ammont reali ta’ pagamenti irregolari (39). Instab li dawn il-limitazzjonijiet ippersistew fl-2007.

5.47.

Dawk li l-Qorti tiddeskrivihom bħala limitazzjonijiet huma inerenti għas-sistema stabbilita fil-leġiżlazzjoni tal-Komunità u ma kienx hemm oġġezzjoni għalihom mill-Qorti fil-kuntest tal-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005.

Filwaqt li huwa minnu li l-konsegwenzi finanzjarji jiġu ddeterminati biss fl-aħħar tal-proċeduri, l-osservazzjonijiet preliminari tal-verifiki tal-Kummissjoni mwettqa f'sena partikolari huma magħrufa diġà fi tmiem dik is-sena. Billi l-verifiki tal-Kummissjoni jkopru s-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll tal-Istati Membri, huma ma jipprovdux biss tagħrif dwar in-nefqa verifikata, imma wkoll, b’mod indirett, dwar in-nefqa ġejjiena. Minbarra dan, normalment il-korrezzjonijiet jikkunsidraw l-infiq li jsir wara d-data tal-verifika u għalhekk mhumiex biss retroattivi.

L-għan tal-approvazzjoni tal-konformità hu li jkun eskluż mill-finanzjament tal-Komunità nfiq li ma jkunx sar f’konformità mar-regoli tal-Komunità. Madankollu, dan mhuwiex mekkaniżmu li permezz tiegħu jiġu rkuprati ħlasijiet irregolari magħmula lill-benefiċjarji, li, skont il-prinċipju tal-ġestjoni maqsuma, jaqa' taħt ir-responsabbiltà unika tal-Istati Membri.

Fejn ikunu identifikati, jew jistgħu jkunu identifikati, ħlasijiet mhux dovuti b'riżultat tal-approvazzjoni tal-konformità, l-Istati Membri huma meħtieġa li jsegwuhom b'azzjonijiet ta' rkupru kontra dawn il-benefiċjarji. Madankollu, anke fejn irkupri mill-benefiċjarji ma jkunux meħtieġa minħabba li l-korrezzjoni finanzjarja tirrigwarda biss nuqqasijiet fis-sistema tal-ġestjoni u l-kontroll tal-Istati Membri u mhux ħlasijiet mhux dovuti, dawn il-korrezzjonijiet huma mezz importanti sabiex jittejbu s-sistemi tal-Istati Membri u b'hekk sabiex jiġiu evitati jew identifikati u rkuprati ħlasijiet irregolari lil benefiċjarji.

Rati fissi jikkunsidraw is-severità tan-nuqqasijiet fis-sistemi tal-kontroll nazzjonali sabiex jiġi rifless ir-riskju finanzjarju għall-Komunità. Għaldaqstant il-Kummissjoni tqis li hemm rabta valida bejn dan it-tip ta' korrezzjoni u l-ammont ta' ħlasijiet irregolari lill-benefiċjarji finali.

5.48.

Il-verifika tal-Qorti tad-deċiżjonijiet ta’ konformità meħuda fl-2007 sabet illi:

5.48.

 

a)

n-nefqa ma kinitx eskluża mill-iffinanzjar ta’ l-UE meta fil-fatt suppost kellha tkun u n-nefqa ma kinitx koperta minn verifika ta’ konformità f'waqtha biex tippermetti l-irkupru ta’ l-ammont sħiħ ta’ l-irregolaritajiet possibbli misjuba;

a)

Il-Kummissjoni tqis li n-nefqa li eskludiet mill-finanzjament tal-Komunità b'riżultat tal-verifiki tal-konformità tagħha hija suffiċjenti sabiex tkopri r-riskju għall-Fondi.

Ir-regola legali li tpoġġi limitu taż-żmien fuq il-possibilità ta' korrezzjonijiet finanzjarji (ir-regola tal-24 xhar) hija għażla apposta tal-leġiżlatur tal-Komunità sabiex tiġi assigurata ċ-ċertezza legali għall-Istati Membri. Huwa inerenti fl-applikazzjoni ta' din ir-regola li ċertu nfiq ma jistax ikun suġġett għal korrezzjonijiet finanzjarji, għalkemm jista' jkun affettwat minn nuqqasijiet. Il-Kummissjoni ripetutament ipproponiet estensjoni ta' dan il-limitu ta' żmien, iżda dawn il-proposti ġew irrifjutati sew mill-Kunsill u kif ukoll mill-Parlament Ewropew.

b)

għal tnejn mill-korrezzjonijiet eżaminati, għaddew sitt snin bejn il-verifika tal-bidu u d-deċiżjoni ta’ l-approvazzjoni, b’riżultat li n-nefqa ineliġibbli kienet eskluża biss mill-kontijiet fit-tmiem ta’ din il-proċedura.

b)

Iż-żewġ każijiet imsemmija mill-Qorti kienu kumplessi ħafna u mhumiex rappreżentattivi tal-ħidma tal-approvazzjoni tal-konformità tal-Kummissjoni.

Oqsma tal-politika ta’ l-ambjent, tas-sajd, tas-saħħa u l-protezzjoni tal-konsumatur

5.49.

L-Ambjent, is-Sajd u l-affarijiet marittimi kif ukoll is-Saħħa u l-protezzjoni tal-konsumatur huma mmexxija mill-Kummissjoni taħt sistemi ta’ kontroll speċifiku. Il-verifika tal-Qorti ta’ dawn l-oqsma ta’ politika kixfet in-nuqqasijiet li ġejjin fis-sistema:

5.49.

 

a)

għal miżuri ambjentali, proġetti ffinanzjati mill-fond ewlieni (proġetti LIFE) inkludew nefqa ineliġibbli. Dewmien importanti fil-konklużjoni tal-verifiki xorta baqa’ hemm. Iżda s-sitwazzjoni marret għall-aħjar fl-2007. Ir-Rapport Annwali ta’ l-Attività tad-Direttorat-Ġenerali għall-Ambjent (DĠ ENV) jirrikonoxxi dawn in-nuqqasijiet billi jistabbilixxi riżerva speċifika;

 

b)

fil-qasam tal-politika tas-sajd, in-nuqqas ta’ regoli legali xierqa u dokumentazzjoni fqira dwar il-ġbir tad-data għat-tmexxija tas-sajd iżidu r-riskju li jsiru pagamenti irregolari. Mill-banda l-oħra responsabbiltajiet li jemanaw minn każijiet partikolari ta’ akkordji bilaterali ta’ sajd imġedda ma ġewx koperti f’ħin xieraq mill-impenn ta’ l-approprijazzjonijiet korrispondenti;

b)

Ir-regoli legali li l-Qorti qed tirreferi għalihom fir-rigward tal-ġbir tad-dejta għall-ġestjoni tas-sajd inbidlu fl-2008 (40). Ir-Regolament u Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' implimentazzjoni relevanti se jiġu adottati matul l-2008. Il-bażi legali l-ġdida fiha regoli ċari u għandha tindirizza t-tħassib tal-Qorti. Fir-rigward tas-sitwazzjoni kurrenti, ġew stabbiliti proċeduri sabiex jindirizzaw in-nuqqasijiet identifikati mill-Qorti fir-rigward tad-dokumentazzjoni.

Ma jista' jsir l-ebda impenn baġitarju li jkopri l-ftehimiet tas-sajd ħlief wara l-adozzjoni tal-bażi legali (deċiżjoni u/jew regolament tal-Kunsill). Għal dik ir-raġuni, l-impenn baġitarju jiġi wara l-impenn legali (applikazzjoni provviżorja tal-protokoll il-ġdid) fejn l-adozzjoni tal-bażi legali ma tkunx setgħet issir qabel id-dħul fis-seħħ provviżorju tal-protokoll il-ġdid (kif inhu ta' sikwit il-każ, minkejja l-antiċipazzjoni tal-perjodi twal meħtieġa għan-negozjati u l-adozzjoni). Il-Kummissjoni se tkompli tesplora mezzi oħra kif tipproċedi sabiex tikkunsidra l-osservazzjonijiet tal-Qorti filwaqt li żżomm mal-ispirtu tar-restrizzjonijiet speċifiċi marbuta mal-ftehimiet tas-sajd.

Il-Kunsill laħaq ftehim politiku fl-24 ta' Ġunju dwar il-proposta tal-Kummissjoni dwar l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-vapuri tal-Komunità barra mill-ibħra tal-Komunità. Ir-regolament il-ġdid jipprevedi t-tkomplija tal-operazzjonijiet tas-sajd fuq bażi tranżnazzjonali qabel l-adozzjoni formali tal-protokoll il-ġdid mill-Kunsill.

c)

fil-qasam tas-saħħa u tal-protezzjoni tal-konsumatur, saru pagamenti għal miżuri veterinarji fin-nuqqas tad-dokumentazzjoni ta’ sostenn neċessarja kollha.

c)

Id-dikjarazzjoni tal-Qorti tirreferi għal meta jiġu riċevuti tilqimiet u testijiet li għalihom ma tkun intalbet l-ebda konferma tal-wasla mill-Kummissjoni. Madankollu, il-Kummissjoni tqis li, fuq il-bażi tal-kuntatti tagħha mal-Istati Membri u l-proċeduri interni ta' kontroll (inkluż l-iffirmar tal-“Conforme aux faits” minn żewġ membri tal-persunal), dan in-nuqqas ta' dokumentazzjoni formali dwar il-wasla ta' dawn l-oġġetti u testijiet, ma jqegħidx f'riskju l-ħlasijiet tagħha.

Reċentement ġiet adottata deċiżjoni tal-Kummissjoni (41) li ssaħħaħ ir-rekwiżiti tar-rappurtar finanzjarju stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/677/KE.

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet ġenerali

5.50.

Abbażi tax-xogħol tal-verifika tagħha, il-Qorti tikkonkludi li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi tan-nefqa ddikjarati għall-grupp tal-politika, meħud fit-totalità tiegħu, huma milquta minn livell materjali ta’ żbalji ta’ legalità u/jew regolarità (ara l-paragrafi 5.12 u 5.13).

5.50-5.51.

Il-Kummissjoni għandha l-għan li tassigura li s-sistemi ta' superviżjoni u kontroll huma effettivi sabiex jidentifikaw u jsewwu l-iżbalji, b'kunsiderazzjoni xierqa għall-prezz u l-benefiċċji tal-kontrolli li jkollhom isiru fuq il-post.

Fir-rigward tal-agrikoltura u l-iżvilupp rurali, il-Kummissjoni tenfasizza l-osservazzjoni tal-Qorti li l-aktar rata globali probabbli ta' żbalji mhix sostanzjalment differenti minn dik tas-sena l-oħra, kif irrappurtata fid-dikjarazzjoni tal-assigurazzjoni tal-2006 tagħha. L-istatistika ta' kontroll riċevuta mill-Istati Membri wkoll tindika li r-rata tal-iżbalji misjuba fil-livell tal-benefiċjarji finali taħt l-EAGF, li tammonta għal madwar 85 % tan-nefqa kollha fuq l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali hija taħt il-limitu tal-materjalità.

Is-Sistema Integrata ta' Amministrazzjoni u Kontroll (IACS) li tkopri l-biċċa l-kbira tan-nefqa agrikola hija effettiva sabiex tillimita r-riskju tal-infiq irregolari, fejn tiddaħħal dejta affidabbli u s-sistema tiġi implimentata tajjeb.

In-nefqa fuq l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali tal-2007 li hu probabbli li tiġi eskluża mill-finanzjament tal-Komunità b'deċiżjonijiet futuri ta' konformità, tammonta għal somma stmata ta' EUR 439 miljun, flimkien ma' EUR 152 miljun ta' rkupri mill-benefiċjarji finali.

Kif deskritt fir-Rapport Annwali tal-Attività (AAR) 2007 id-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumatur huwa kunfidenti li t-tranżazzjonijiet tiegħu mhumiex affettwati minn livell materjali ta' żbalji tal-legalità u r-regolarità. Minbarra dan, kif spjegat fl-AAR 2007, ir-rata residwa tal-iżbalji hija ta' 1,6 % li hija taħt il-limitu tal-materjalità ta' 2 %.

Kif iddikjarat fl-AAR 2007 tad-Direttorat Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi, assigurazzjoni raġonevoli dwar ir-regolarità u l-legalità tan-nefqa tad-DĠ Sajd u Affarijiet Marittimi tista' tingħata u n-nuqqasijiet identifikati mhumiex materjali biżżejjed sabiex tiġi ġġustifikata riżerva.

Id-DĠ ENV għamel riżerva speċifika fir-Rapport Annwali tal-Attività dwar l-eliġibilità tan-nefqa ddikjarata mill-benefiċjarji ta' għotjiet għal azzjoni.

5.51.

L-evalwazzjoni globali tal-Qorti tas-sistemi ta’ sorveljanza u ta’ kontroll għall-oqsma tal-politika koperti minn dan il-kapitolu hija li huma parzjalment effettivi.

5.51.

Kif iddikjarat fir-Rapport Annwali tal-Attività (AAR) 2007 tad-Direttorat Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi taħt il-konklużjoni dwar l-effikaċja tas-sistema tal-kontroll intern, hemm assigurazzjoni raġonevoli li s-sistemi tal-kontroll intern fid-DĠ jiffunzjonaw b'mod effettiv.

Fl-AAR tiegħu tal-2007, il-Maniġment tad-Direttorat Ġenerali għall-Ambjent “iħossu kunfidenti dwar il-qagħda globali tal-kontroll intern u tal-ġestjoni finanzjarja u operattiva fid-DĠ ENV”. Din il-konklużjoni hija kkonfermata wkoll permezz tar-riżultati tal-analiżi tal-uffiċjali awtorizzanti b'sottodelega u r-rapporti tal-maniġment lid-Direttur Ġenerali li ntalbu minnhom kollha f'Jannar 2008. L-Istruttura tal-Verifika Interna tad-DĠ ENV ma skoprietx nuqqasijiet materjali fis-sistemi ta' kontroll finanzjarju jew nuqqasijiet serji fis-sistemi tal-ġestjoni fil-verifiki tagħha fl-2007. In-nuqqasijiet identifikati mill-Maniġment fl-2007 kienu dovuti għal ċirkustanzi speċifiċi u se jkomplu jiġu indirizzati fl-2008.

5.52.

Iżda, il-Qorti tikkonkludi, li l-IACS ikompli jkun effettiv fil-limitazzjoni tar-riskju ta' nefqa irregolari fejn huwa implimentat b'mod xieraq u jekk data preċiża u affidabbli tiġi introdotta fir-rigward tal-pagamenti SPS ibbażata fuq intitolamenti assenjati (ara l-paragrafi 5.20 u 5.21). L-introduzzjoni reċenti fl-SPS ta’ skemi ta’ sostenn, bħal ma huma dawk relatati maż-żejt taż-żebbuġa (ara paragrafu 5.14), hija żvilupp pożittiv għalkemm fuq żmien qasir tista’ twassal għal frekwenza iktar għolja ta’ żbalji.

5.53.

Madwar għoxrin fil-mija tal-pagamenti vverifikati fil-livell tal-benefiċjarju finali reġgħu kixfu pagamenti ħżiena, li minnhom numru limitat kellu impatt finanzjarju għoli. Barra minn hekk, il-Qorti identifikat żbalji fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-regolamenti. Jekk mhux korretti, ser ikun hemm effetti kumulattivi sinifikanti ta’ l-iżbalji simili kollha fuq firxa ta’ snin.

5.52-5.53.

Il-verifiki mwettqa mis-servizzi tal-Kummissjoni wrew li b'mod ġenerali l-kalkolu tal-intitolamenti sar skont il-leġiżlazzjoni applikabbli u li l-kontrolli amministrattivi u fuq il-post qegħdin b'mod ġenerali jiffunzjonaw tajjeb. Fejn ġew innutati problemi, dawn jiġu segwiti fl-approvazzjoni tal-konformità.

Fir-rigward tal-frekwenza u l-impatt tal-iżbalji, l-istatistika tal-IACS riċevuta mingħand l-Istati Membri (minbarra l-Greċja) u vverifikata u vvalidata mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni turi li l-frekwenza tal-iżbalji inkluża s-sena finanzjarja 2007 qegħda tonqos b'mod konsistenti u li l-impatt tal-iżbalji huwa limitat għal 83 % biss tan-nefqa kkonċernata.

5.54.

Għalkemm is-sistemi ta’ approvazzjoni tal-kontijiet (kif ukoll kontrolli wara l-pagamenti) għandhom l-objettiv li jeskludu n-nefqa li ma tikkonformax mar-regoli ta’ l-UE, fil-preżent huma jonqsu li jagħmlu dan fil-livell tal-pagamenti lil-benfiċjarji finali; iżda huma mġarrba mill-Istati Membri ħalli ma tkun tista’ ssir l-ebda rabta bejn l-ammonti esklużi u l-ammont reali ta' pagamenti irregolari.

5.54.

L-għan tal-approvazzjoni tal-konformità hu li jkun eskluż mill-finanzjament tal-Komunità nfiq li ma jkunx sar f’konformità mar-regoli tal-Komunità. Madankollu, dan mhuwiex mekkaniżmu li permezz tiegħu jiġu rkuprati ħlasijiet irregolari magħmula lill-benefiċjarji, li, skont il-prinċipju tal-ġestjoni maqsuma, jaqa' taħt ir-responsabbiltà unika tal-Istati Membri.

Fejn ikunu identifikati, jew jistgħu jkunu identifikati, ħlasijiet mhux dovuti b'riżultat tal-approvazzjoni tal-konformità, l-Istati Membri huma meħtieġa li jsegwuhom b'azzjonijiet ta' rkupru kontra dawn il-benefiċjarji. Madankollu, anke fejn irkupri mill-benefiċjarji ma jkunux meħtieġa minħabba li l-korrezzjoni finanzjarja tirrigwarda biss nuqqasijiet fis-sistema tal-ġestjoni u l-kontroll tal-Istati Membri u mhux ħlasijiet mhux dovuti, dawn il-korrezzjonijiet huma mezz importanti sabiex jittejbu s-sistemi tal-Istati Membri u b'hekk sabiex jiġiu evitati jew identifikati u rkuprati ħlasijiet irregolari lil benefiċjarji.

Il-Kummissjoni tqis li hemm rabta valida bejn il-korrezzjoni finanzjarji tagħha u l-livell ta' ħlasijiet irregolari lill-benefiċjarji finali.

5.55.

Id-deċiżjonijiet ta’ konformità tal-Kummissjoni mhumiex kompleti għall-ebda sena wara s-sena 2000. Minħabba li d-deċiżjonijiet fir-rigward ta’ l-2007 għadhom iridu jittieħdu, n-nefqa hija soġġetta għal għall-possibilità ta’ korrezzjonijiet fi snin sussegwenti wara l-verifiki mwettqa mill-Kummissjoni. Iżda, globalment, il-korrezzjonijiet li saru fi snin sussegwenti normalment ma jbiddlux l-ordni tal-kobor tal-pagamenti rrappurtati mill-Istati Membri.

5.55.

Fi tmiem l-2007, biss 24 minn madwar 1 400 verifika mwettqa fl-2003 u fis-snin ta' qabel, li jippermettu korrezzjonijiet finanzjarji tal-infiq mill-perjodu ta' qabel l-2002, kienu għadhom ma ngħalqux. Il-korrezzjonijiet finanzjarji li jirrigwardaw dawk il-verifiki fir-rigward tan-nefqa mill-perjodu ta' qabel l-2002 huma stmati li huma ta' madwar EUR 6 miljun. Dan ifisser li l-ħidma ta' konformità fuq l-infiq mis-snin 2001 u qabel fil-parti l-kbira tagħha tlestiet.

Fir-rigward tad-daqs tal-korrezzjonijiet finanzjarji, in-nefqa fuq l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali tal-2007 li hu probabbli li tiġi eskluża mill-finanzjament tal-Komunità b'deċiżjonijiet futuri ta' konformità, tammonta għal somma stmata ta' EUR 439 miljun, flimkien ma' EUR 152 miljun ta' rkupri mill-benefiċjarji finali (42).

5.56.

Il-Qorti tirrakkomanda li n-nuqqasijiet fis-sistemi li jwasslu għal żbalji bħal dawn jiġu solvuti. F’dan ir-rigward, il-kwistjonijiet li jridu jiġu indirizzati bl-aktar mod urġenti li jikkonċernaw l-affidabilità tal-pagamenti magħmula taħt l-SPS huma:

5.56.

Il-biċċa l-kbira tan-nuqqasijiet imsemmija mill-Qorti huma magħrufa u huma segwiti fl-approvazzjoni tal-konformità. In-nuqqasijiet mhumiex dovuti għal dispożizzjonijiet legali mhux ċari iżda għal dgħufijiet fl-implimentazzjoni tagħhom.

a)

it-titjib ta’ l-identifikar, tar-reġistrazzjoni u tat-tmexxija ta’ l-intitolamenti;

a)

L-Istati Membri huma inkoraġġiti li jtejbu s-sistemi tagħhom u jaħdmu mill-qrib mas-servizzi tal-Kummissjoni u l-JRC dwar il-kwistjonijiet imsemmija.

b)

l-eliminazzjoni mid-database ta’ żoni u ta’ benefiċjarji ineliġibbli u l-assigurazzjoni ta’ informazzjoni aġġornata dwar il-pakketti ta’ l-art (eż. ritratti orto);

b)

Linji Gwida dwar ir-reġistrazzjoni taż-żoni eliġibbli u l-assigurazzjoni ta' informazzjoni aġġornata ġew stabbiliti mis-servizzi tal-Kummissjoni (DĠ AGRI u JRC) diġà fl-2002. Dawn il-linji gwida ġew diskussi mal-Istati Membri f'okkażjonijiet differenti. Fejn jinstab li n-nuqqas ta' rispett għal dawn il-Linji Gwida jista' jwassal għal ħlasijiet irregolari, tittieħed azzjoni taħt l-approvazzjoni tal-konformità u l-Istati Membri jintalbu sabiex jipprovdu pjan ta' azzjoni sabiex jiġu solvuti l-kwistjonijiet. F'dan, is-servizzi tal-Kummissjoni (DĠ AGRI u JRC) qed jipprovdu l-għajnuna meħtieġa.

c)

il-kjarifika u l-issimplifikar tar-regoli li jsostnu l-miżuri — b’mod partikolari l-użu tar-riżerva nazzjonali.

c)

Hija proposta s-simplifikazzjoni fil-proposta tal-Health Check: permezz tat-tkomplija tad-diżakkopjament ta' xi ħlasijiet parzjali u billi l-Istati Membri jingħataw il-possibilità sabiex gradwalment jimxu lejn rati ta' ħlas anqas varjabbli għal kull intitolament, l-SPS se ssir aktar effettiva, effiċjenti u sempliċi.

5.57.

Huma meħtieġa wkoll sforzi sinifikanti ulterjuri biex ikun assigurat li l-benefiċjarji josservaw l-obbligi tagħhom fil-qasam ta’ l-iżvilupp rurali li huwa partikolarment suxxettibbli għal żbalji minħabba r-regoli u l-kundizzjonijiet ta' eliġibilità li spiss huma kumplessi.

5.57.

Fil-programm ta' verifika tagħha tal-2008, il-Kummissjoni tat prijorità għall-verifika tal-miżuri agroambjentali.

Il-Kummissjoni hija, bħall-Qorti, tal-fehma li l-miżuri tal-iżvilupp rurali huma suġġetti għal inċidenza ogħla ta' żbalji meta mqabbla man-nefqa tal-EAGF, b'mod partikolari minħabba l-kumplessità naturali tal-miżuri agroambjentali. Il-miżuri agroambjentali huma kumplessi min-natura tagħhom u hemm biss potenzjal limitat għas-simplifikazzjoni ta' dawn il-miżuri mingħajr ma jiġi pperikolat l-iskop tagħhom.

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkunsidra li minħabba l-valur miżjud ta' dawn il-miżuri u l-kumplessità għolja tagħhom, ir-riskju tollerabbli tal-iżbalji għandu jkun ogħla.

Minkejja dan, titjib importanti fil-qafas ta' kontroll tal-iżvilupp rurali ġie introdott għall-perjodu ta' programmar 2007-2013 tal-EAFRD. Bħala eżempju, l-Istati Membri issa jistgħu jassiguraw li l-kriterji kollha tal-eliġibilità stabbiliti bil-leġiżlazzjoni tal-Komunità jew bill-programmi tal-iżvilupp rural jistgħu jiġu kkontrollati skont sett ta' indikaturi verifikabbli li għandhom jiġu stabbiliti minnhom. Ladarba l-kriterji tal-eliġibilità huma ta' sikwit kumplessi, regoli u linji gwida differenti ġew prodotti mis-servizzi tal-Kummissjoni sabiex jassistu lill-Istati Membri fl-interpretazzjoni tagħhom.

Minbarra dan, l-applikazzjoni tal-IACS kompliet tiġi msaħħa għall-miżuri tal-iżvilupp rurali relatati ma' żoni u mal-annimali taħt l-Axis 2 li jikkostitwixxu 44 % tan-nefqa totali programmata.

5.58.

Fl-aħħar nett, huwa neċessarju li jintegħlbu n-nuqqasijiet fis-sistemi identifikati bħala li jeffettwaw l-oqsma tal-politika ta’ l-ambjent, tas-sajd, tas-saħħa u tal-protezzjoni tal-konsumatur.

5.58.

Id-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumaturi jirreferi għad-dikjarazzjoni tiegħu fil-paragrafu 5.51.

Ara r-risposta f'5.51 għas-sajd

SEGWITU TA' OSSERVAZZJONIJIET PREĊEDENTI

L-organizzazzjoni komuni tas-suq tat-tabakk mhux maħdum

5.59.

Fir-Rapport Speċjali tagħha Nru 7/2004 (43) il-Qorti identifikat numru ta’ nuqqasijiet, partikolarment data mhux affidabbli, analiżi inadegwata tas-sitwazzjoni tas-suq, kif ukoll nuqqas li jintlaħqu l-objettivi stabbiliti, bħal ma huwa l-inkoraġġiment għall-konverżjoni tal-produzzjoni lejn setturi oħra. Il-Qorti għamlet numru ta’ rakkomandazzjonijiet li ġew sostnuti mill-Parlament u mill-Kunsill.

 

5.60.

L-OKS għat-tabakk mhux maħdum, minn dak iż-żmien ’l hawn, ġie riformat fil-kuntest tar-riforma ġenerali ta’ l-2003 tal-PAK. Il-Kummissjoni fil-biċċa 'l kbira kkunsidrat ir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti, jiġifieri dawk li jirrigwardaw il-ġbir u l-użu ta’ data iktar kompluta u affidabbli. Barra minn hekk, separazzjoni totali ta’ l-għajnuna mill-produzzjoni qed tiġi introdotta gradwalment. Dan, flimkien ma’ l-iffinanzjar tal-miżuri tar-rikonverżjoni, meta implimentat kompletament, ser jindirizza n-nuqqasijiet tal-miżuri tas-suq u minnhom infushom huma inċentiv biex il-produtturi b’mod volontarju jaqtgħu il-produzzjoni tat-tabakk.

 

It-tmexxija u s-sorveljanza mill-Kummissjoni tal-miżuri ta’ kontroll fuq il-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer

5.61.

Fir-Rapport Speċjali tagħha Nru 8/2004 (44), il-Qorti nnutat li l-Kummissjoni u l-Kunsill kienu diġà rrimedjaw ħafna minn nuqqasijiet leġiżlattivi enfasizzati fil-verifika tal-Qorti. Madankollu, hija rrakkomandat miżuri ulterjuri, b’mod partikolari:

5.61.

 

a)

fil-perijodi mingħajr kriżi, evalwazzjoni regolari ta' l-arranġamenti tal-prevenzjoni u l-kontroll u żieda fis-sorveljanza ta' l-implimentazzjoni tagħhom;

 

b)

studju ta’ modi biex il-bdiewa jkunu involuti iktar mill-qrib fin-notifikazzjoni rapida tal-marda u konformità mar-restrizzjonijiet ta’ moviment;

 

c)

kjarifika tal-qafas finanzjarju applikabbli għall-epidemiji tal-mard ta' l-annimali, flimkien ma tnaqqis massimu tar-riskji finanzjarji għall-baġit ta’ l-UE.

c)

Fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, il-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l-Kumitat tar-Reġjuni “Strateġija ġdida tas-Saħħa tal-Annimali għall-Unjoni Ewropea (2007-2013) fejn ‘Il-prevenzjoni hija aqwa mill-kura’” (COM(2007) 539 finali) hija antiċipat li tiżviluppa qafas armonizzat tal-UE tal-kriterji għar-responsabbiltà u l-qsim tal-ispejjeż. Dan għandu jinkiseb permezz ta' reviżjoni tal-istrument finanzjarju tal-UE għall-finanzjament għall-mard tal-annimali (Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE) fil-qafas tal-pjan ta' azzjoni tal-istrateġija l-ġdida tas-saħħa tal-annimali. Il-ħidma preparatorja diġà bdiet. Huma ppjanati aktar azzjonijiet, inkluż studju tal-fattibilità li se jinkludi proċess ta' konsultazzjoni.

5.62.

Il-Kummissjoni għamlet evalwazzjoni kbira tal-miżuri tal-prevenzjoni u tal-kontroll fl-2006 u ħadet serje ta’ inizjattivi li b’mod parzjali indirizzaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti.

5.62.

F'Diċembru 2004, il-Kummissjoni nediet valutazzjoni esterna sabiex tirrevedi bir-reqqa r-riżultati tal-azzjoni tal-UE dwar is-saħħa tal-annimali u d-direzzjoni li tista' tieħu fil-ġejjieni. Fuq il-bażi tar-riżultati tal-valutazzjoni u konsultazzjoni wiesgħa tal-partijiet interessati, il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta tagħha għal strateġija ġdida għas-saħħa tal-annimali f'Settembru 2007 (45). Din kienet l-ewwel darba li l-Kummissjoni ppreżentat l-għanijiet u oġġettivi strateġiċi tagħha għas-saħħa tal-annimali.

5.63.

Minkejja dan, il-Qorti tikkunsidra li hemm bżonn ta’ sforzi ulterjuri biex:

5.63.

Il-Kunsill (f'Diċembru 2007), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (Jannar 2008) u l-Parlament Ewropew (Mejju 2008) laqgħu l-iżvilupp ta' approċċ strateġiku għall-politika tal-UE dwar is-saħħa tal-annimali u qed jappoġġjaw l-għanijiet, l-oġġettivi u l-prinċipji globali ppreżentati fl-Istrateġija tas-Saħħa tal-Annimali, li tkopri l-perjodu 2007-2013. Fuq il-bażi tar-riżultati tad-diskussjonijiet ta' dawn il-forums interistituzzjonali tal-UE, il-Kummissjoni se tadotta fil-futur qarib il-Pjan ta' Azzjoni tagħha dwar is-Saħħa tal-Annimali sabiex twettaq il-viżjoni strateġika matul il-ħames snin li ġejjin u wara.

a)

il-leġiżlazzjoni li tikkonċerna s-saħħa u l-benessri ta’ l-annimali tiġi ssimplifikata (46);

a)

Fil-qafas tal-politika dwar Regolamentazzjoni Aħjar, diġà saru azzjonijiet importanti sabiex jiġi ssimplifikat il-qafas legali eżistenti, inkluża pereżempju d-Direttiva l-ġdida 2006/88/KE dwar l-annimali tal-akwakultura (47) u l-proposta għal Direttiva tal-Kunsill li tissimplifika l-proċeduri dwar l-elenkar u l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni fl-oqsma veterinarji u żootekniċi u li temenda 22 Direttiva tal-Kunsill eżistenti (48), li bħalissa tinsab fl-aħħar fażi tal-proċedura tal-adozzjoni mill-Kunsilll. Madankollu, kif spjegat fil-Komunikazzjoni tagħha dwar l-Istrateġija l-ġdida dwar il-Politika tas-Saħħa tal-Annimali, il-Kummissjoni biħsiebha wkoll li tressaq proposta għal liġi ġdida dwar is-saħħa tal-annimali li tissimplifika b'mod konsiderevoli l-leġiżlazzjoni eżistenti.

b)

jiżdiedu r-riżorsi umani ddedikati għall-kontroll ta’ l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni ta’ l-UE, b’kunsiderazzjoni tat-tkabbir ta’ l-Unjoni;

b)

fil-qasam tas-sikurezza tal-ikel u s-saħħa tal-annimali, l-Uffiċċju tal-Ikel u Veterinarju tal-Kummissjoni (FVO) jaħdem sabiex jassigura li jkun hemm sistemi ta' kontroll effettivi u sabiex jivvaluta l-konformità mal-istandards tal-UE fi ħdan l-UE, u f'pajjiżi terzi fir-rigward tal-esportazzjonijiet tagħhom lejn l-UE. L-FVO jagħmel dan l-aktar billi jwettaq ispezzjonijet fl-Istati Membri u f'pajjiżi terzi li jesportaw lejn l-UE.

L-FVO jwettaq total ta' madwar 250 sa 270 missjoni kull sena.

Ir-reklutaġġ huwa kontinwu skont il-ħtiġijiet għar-reklutaġġ preferenzjalment ta' esperti mill-Istati Membri li daħlu fl-UE reċentement.

c)

kif enfasizzat partikolarment fir-rapporti ta’ l-Uffiċċju ta’ l-Ikel u l-Veterinarju, in-nuqqasijiet persistenti fil-pjanijiet ta’ kontinġenza jridu jiġu rimedjati;

c)

Dan il-punt se jiġi segwit.

d)

jitjiebu l-organizzazzjoni u s-segwitu ta’ l-eżerċizzji ta’ twissija instantanji;

d)

il-Kummissjoni bħalissa qed tiġbor informazzjoni aġġornata mill-Istati Membri sabiex tassigura segwitu xieraq għal din ir-rakkomandazzjoni.

e)

jitnaqqas id-dewmien frekwenti fin-notifika ta’ movimenti bovini u r-reġistrazzjoni tagħhom fid-database ċentrali u t-titjieb il-leġiżlazzjoni ta’ l-identifikazzjoni u l-moviment tal-ħnieżer;

e)

In-nuqqasijiet irrappurtati mill-FVO jirrigwardaw l-implimentazzjoni tal-Atti relevanti tal-Komunità dwar l-identifikazzjoni tal-annimali, ir-reġistrazzjoni tal-holdings u r-rekords tal-movimenti. huma ma jpoġġux fid-diskussjoni d-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti rispettivi u d-Direttiva.

f)

il-bżonnijiet dwar l-iġjene ta’ l-ikel adottati fl-2004 jiġu nkorporati fid-dispożizzjonijiet dwar il-laħam importat.

f)

Il-Kummissjoni ħejjiet proposta xierqa fit-tieni nofs tal-2007 (SANCO/10018/2007) u rċeviet opinjoni favorevoli tal-Istati Membri fil-laqgħa tal-SCoFCAH (49) tal-10 ta' Settembru 2007. Id-dokument issa jinsab fil-proċedura leġiżlattiva għall-adozzjoni formali mill-Kummissjoni u l-pubblikazzjoni sussegwenti fil-Ġurnal Uffiċjali.

5.64.

Fir-rigward ta’ l-involviment akbar tal-bdiewa fin-notifika rapida tal-marda, sa llum inkiseb progress limitat.

5.64.

L-okkorrenzi kollha ta' mard importanti li jittieħed (id-deni klassiku tal-ħnieżer, il-marda tal-ilsien u d-dwiefer, l-influwenza avjarja) li seħħew fl-UE fl-aħħar ħames snin wasslu għal spejjeż limitati ħafna għall-baġit tal-Komunità u ġew eradikati b'suċċess. Waħda mir-raġunijiet għal dawn ir-riżultati hija li — ġeneralment — in-notifika tal-mard saret mall-ewwel. L-Istati Membri ta' sikwit ma kkumpensawx (b'mod sħiħ) lil dawk il-bdiewa li ma kkoperawx b'mod sħiħ mal-awtoritajiet jew ma rrappurtawx il-mard mall-ewwel sabiex jiskoraġġixxu dan it-tip ta' aġir.

5.65.

Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-kjarifika tal-qafas finanzjarju, il-Kummissjoni fl-2005 adottat miżuri li jiffissaw limiti fuq il-kumpens, ibbażati fuq il-prezzijiet tas-suq. Iżda, hemm bżonn ta’ aktar miżuri, minħabba li l-pagament ta' għajnuna nazzjonali jvarja ħafna minn Stat Membru għall-ieħor.

5.65.

Il-limiti massimi speċifikati fil-leġiżlazzjoni jipprovdu idea globali tal-kumpens mogħti mill-Istati Membri.

Madankollu, ir-regola bażika tibqa' li l-ebda kumpens m'għandu jaqbeż il-valur tas-suq tal-annimal. Applikazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni tevita s-sopravalutazzjonijiet u s-sottovalutazzjonijiet.

Il-leġiżlazzjoni dwar il-kumpens u l-għajnuna mill-Istat hija armonizzata u hija identika għall-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea. Id-differenza nnutata fuq il-post hija dovuta għall-użu differenti tal-istrumenti disponibbli.

Il-kejl mill-Kummissjoni tad-dħul mill-irziezet

5.66.

Fir-Rapport Speċjali Nru 14/2003 (50) tagħha, dwar l-evalwazzjoni mill-Kummissjoni tad-dħul tal-bdiewa, il-Qorti kkonkludiet li l-istatistiċi ta’ l-UE ma jipprovdux informazzjoni suffiċjentement eżawrjenti dwar id-dħul li jista’ jintefaq ta’ familji agrikoli u ma tawx lok biex issir evalwazzjoni dwar l-istandard ta’ l-għajxien tal-komunità agrikola. Dan minkejja l-fatt li tliet strumenti separati kienu disponibbli, kollha intenzjonati biex jiddeterminaw d-dħul agrikolu, imma li mhumiex iddisinjati għall-istess skop. Il-Qorti rrakkomandat li l-Kummissjoni tevalwa l-istatistiċi disponibbli li jikkonċernaw is-sitwazzjoni ta’ l-ażjendi u ta’ familji agrikoli u jiddefinixxu b’mod preċiż il-qafas statistiku għall-monitoraġġ tal-kisbiet ta’ l-objettivi tal-Politika Agrikola Kommuni, partikolarment dawk li jikkonċernaw standard ta’ għajxien raġjonevoli għall-bdiewa. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill sostnew ir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti.

 

5.67.

Sa dan it-tant, il-Kummissjoni ħadet numru ta’ inizjattivi, inter-alia, biex tarmonizza l-metodi statistiċi adottati mill-Istati Membri, partikolarment dawk li jikkonċernaw in-Netwerk ta’ Data tal-Kontabilità ta’ l-Irziezet (FADN). Barra minn hekk, il-Kummissjoni ħadet serje ta’ inizjattivi biex itejjeb l-affidabilità ta’ strumenti oħra disponibbli, partikolarment l-EAA u l-IAHS. Minbarra dan, il-Kummissjoni wettqet studji dwar il-fattibilità biex tistabbilixxi qafas statistiku Ewropew iktar komprensiv. Iżda, l-progress sa llum kien bil-mod, prinċipalment minħabba nuqqas ta’ qbil bejn l-Istati Membri dwar il-prijorità li għandha tingħata lill-proġett, minħabba l-ispejjeż apparentement projbittivi biex tinġabar informazzjoni iktar kompluta fuq id-dħul agrikolu, inkluż dak li ġej minn attivitajiet ’il barra mill-irziezet. Il-Qorti ttenni li statistiċi u indikaturi iktar kompluti huma indispensabbli sabiex tiġi segwita aktar mill-qrib il-prestazzjoni tal-Politika Agrikola Kommuni li minnha madwar żewġ terzi tar-riżorsi tal-baġit huma ddedikati għal dħul ta’ sostenn lill-bdiewa.

5.67.

Il-valutazzjoni tal-istudju tal-fattibilità ġiet inkluża fil-programm statistiku tal-Komunità 2008-2012. Diskussjoni inizjali fil-Kumitat Permanenti għall-Istatistika Agrikola wriet li l-Istati Membri huma kawti minħabba d-diffikultajiet kunċettwali, tekniċi u finanzjarji eżistenti. Ġie deċiż li l-FADN u l-EAA jinżammu bħala sorsi primarji ta' informazzjoni dwar id-dħul agrikolu.


(1)  Sors: Kontijiet annwali tal-Kommunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2007, il-volum II, l-Anness B.

(2)  Il-qasam tal-politika tas-Saħħa u Protezzjoni tal-Konsumatur jinkludi wkoll nefqa taħt l-intestatura 2 u 3b tal-qafas finanzjarju.

(3)  Taħt dan il-mudell storiku kull bidwi jingħata intitolamenti abbażi ta' l-ammont medju ta' għajnuna rċevuta u ż-żona maħduma matul il-perijodu ta' referenza 2000 sa 2002. Taħt il-mudell reġjonali l-intitolamenti kollha ta' reġjun għandhom l-istess rata fissa ta' valur u l-bidwi huwa assenjat intitolament għal kull ettaru eliġibbli ddikjarat fl-ewwel sena ta' applikazzjoni. Il-mudell ibridu jikkumbina l-element storiku ma' ammont b'rata fissa u, fil-każ li jkun dinamiku, il-komponent storiku jonqos kull sena sakemm fil-parti l-kbira jsir sistema ta' rata fissa.

(4)  L-Istati Membri, li ssieħbu ma’ l-UE fl-2004 u fl-2007 ħlief għas-Slovenja u għal Malta, bħalissa japplikaw verżjoni ssimplifikata ta’ l-SPS magħrufa bħala l-Iskema ta’ Pagament Uniku għaż-Żona (SAPS) minħabba li l-bdiewa ma rċevewx sussidji ta’ l-UE matul il-perijodu ta’ referenza.

(5)  Il-kwalità speċifika tal-premium għal qamħ durum, premium għal prodotti tar-raba’ tal-proteini, pagament speċifiku għal prodotti tar-raba’ tar-ross, pagament taż-żona għal ġewż u għajnuna għal prodotti tar-raba’ ta’ l-enerġija jibqgħu akkopjati. Għajnuna għal qoton u, għall-istarċ tal-patata jibqgħu parzjalment akkopjati.

(6)  L-iskemi kkonċernati huma b’mod partikolari għajnuna għal prodotti tar-raba’ li jinħadmu, nagħaġ u mogħoż, ċanga u vitella, ħops u żerriegħa. Għajnuna għat-tabakk tista’ tibqa parzjalment akkopjata u għajnuna speċifika għal manteniment ta’ l-imsaġar taż-żebbuġ tista’ tingħata jekk l-Istat Membru jiddeċiedi hekk.

(7)  L-ewwel għaxar Stati Membri li applikaw l-SPS ġew ivverifikati fl-2006. Ara r-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2006, il-paragrafi 5.15 sa 5.38.

(8)  Il-Ġermanja (Bajern), l-Italja (AGEA) u l-Portugall li introduċew l-SPS fl-2005; Franza, il-Greċja u Spanja (Kastilja u Leon) li introduċew l-SPS fl-2006.

(9)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/243/KE (ĠU L 106, 24.4.2007, p. 55), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/647/KE (ĠU L 261, 6.10.2007, p. 28) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/68/KE (ĠU L 18, 23.1.2008, p. 12).

(10)  Fl-2007, EUR 607 miljun ġew irkuprati permezz ta' korrezzjoni finanzjarja u EUR 247 miljun rkuprati mill-benefiċjarji finali mill-Istati Membri (ara l-kapitolu 6 tan-noti mal-kontijiet annwali 2007).

(11)  Il-paragrafi 5.82 sa 5.84.

(12)  Ittri ta' Ġunju 2006 u April 2007.

(13)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003.

(14)  Ref. L-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1227/2000 (ĠU L 143, 16.6.2000, p. 1), skond liema l-pagamenti dovuti jridu jsiru b'mod sħiħ lill-benefiċjarji.

(15)  Sanco 1182/2008 rev3.

(16)  Bħalissa stabbilita fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoi 2002/677/KE.

(17)  Enzyme Linked Immuno Sorbent Assay testing (ELISA testing) jippermetti d-dijanjożi tad-deni klassiku tal-ħnieżer.

(18)  Ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3508/92 (ĠU L 355, 5.12.1992, p. 1) u (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1) dwar premiums għal annimali u għajnuna għaż-żona.

(19)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 386/90 (ĠU L 42, 16.2.1990, p. 6).

(20)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4045/89 (ĠU L 388, 30.12.1989, p. 18) li jkopri pagamenti 'l fuq minn limitu speċifiku ta' rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni, sussidji għall-ipproċessar u t-trasformazzjoni, il-qoton, iż-żejt taż-żebbuġa, it-tabakk u xi miżuri ta' l-iżvilupp rurali.

(21)  Ir-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2006, il-paragrafu 5.66.

(22)  Skond dan il-mudell il-pagament għal kull intitolament, jikkonsisti f’żewġ elementi: i) ammont ibbażat fuq perijodu ta’ referenza storiku għal kull bidwi, u ii) ammont ta’ rata fissa li huwa l-istess għall-bdiewa kollha. Fl-2005 il-proporzjon kien ta’ 90:10 imma kull sena r-rata fissa tiżdied u ser tilħaq 100 % fl-2012. Jekk ingħataw wisq intitolamenti lill-bidwi, dan ser jirċievi aktar u aktar flus mill-komponent ta’ rata fissa li jeċċedi t-telf mill-komponent individwali.

(23)  Intitolamenti ta’ pagament soġġetti għal kundizzjonijiet speċjali huma stabbiliti fl-Artikolu 47 u 48 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 prinċipalment għal każijiet fejn il-bidwi ngħata premiums tal-bhejjem imma ma kellu ebda ettaru jew l-intitolament għal kull ettaru jirriżulta f’ammont ikbar minn 5 000 euro.

(24)  Ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003, il-Kapitolu 3 is-sezzjoni 1.

(25)  L-Artikolu 42 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

(26)  Il-paragrafi 5.25 sa 5.27.

(27)  LPIS huwa database li fih iż-żona agrikola ta’ l-Istat Membru tiġi rreġistrata b’numru ta’ identifikazzjoni uniku.

(28)  Id-determinazzjoni ta’ intitolamenti mwarrba hija stabbilita fl-Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

(29)  L-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1975/2006.

(30)  Total ta’ 916 mill-kważi 20 000 skrutinju ppjanati, sa l-aħħar ta’ l-2007, ma kinux kompluti.

(31)  Adottata mill-Qorti fil-21 ta’ Ġunju 2007(ĠU C 252, 26.10.2007, p. 1).

(32)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 14/2008 (ĠU L 8, 11.1.2008. p. 1) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 159/2008 (ĠU L 48, 22.2.2008, p. 19).

(33)  L-ewwel subparagrafu tal-artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999 iddikjara li “Ir-riżorsi finanzjarji meħtieġa biex ikopru n-nefqa … għandhom ikunu magħmula disponibbli għall-Istati Membri mill-Kummissjoni permezz ta' avvanzi …”. Madankollu, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta' Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni ħassar ir-Regolament (KE) Nru 1258/1999 u l-artikolu 14 (1), li jissostitwixxi l-Artikolu 5(1), l-ewwel subparagrafu, jistipula li “L-approprjazzjonijiet neċessarja għall-finanzjament tan-nefqa … għandhom jitpoġġew għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri mill-Kummissjoni fil-forma ta' rimborsi ta' kull xahar, minn hawn 'il quddiem imsejħa ‘ħlasijiet ta' kull xahar’, fuq il-bażi tan-nefqa effettwata mill-aġenziji ta' ħlas akkreditati matul perjodu ta' referenza.” (verżjoni Maltija mhux uffiċjali).

(34)  L-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2006 (ĠU L 171, 23.6.2006, p. 90).

(35)  Ir-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2006, il-paragrafu 5.61.

(36)  L-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 885/2006.

(37)  Ir-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2006, il-paragrafu 5.61.

(38)  L-Artikolu 31 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 (ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1).

(39)  Ir-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2006, il-paragrafu 5.63.

(40)  Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1999/2008.

(41)  Sanco 1182/2008 rev3.

(42)  Fl-2007, EUR 607 miljun ġew irkuprati permezz tal-korrezzjoni finanzjarja u EUR 247 miljun rkuprati mill-benefiċjarji finali mill-Istati Membri (ara l-kapitolu 6 tan-noti mal-kontijiet annwali 2007).

(43)  ĠU C 41, 17.2.2005, p. 1.

(44)  ĠU C 54, 3.3.2005, p. 1.

(45)  COM(2007) 539 adottat fid-19 Settembru 2007 http://ec.europa.eu/food/animal/diseases/strategy/docs/animal_health_strategy_en.pdf.

(46)  Referenza: Komunikazzjoni dwar Strateġija dwar is-Saħħa ta’ l-Annimali ġdida (2007-2013) COM(2007) 539/F, 19.9.2007.

(47)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta' Ottubru 2006 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa ta’ l-annimali għall-annimali ta’ l-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f'annimali akkwatiċi (ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14).

(48)  Il-Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li tissemplifika l-proċeduri ta’ l-elenkar u tal-pubblikazzjoni tat-tagħrif fl-oqsma veterinarji u żootekniċi u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE, 77/504/KEE, 88/407/KEE, 88/661/KEE, 89/361/KEE, 89/556/KEE, 90/427/KEE, 90/428/KEE, 90/429/KEE, 90/539/KEE, 91/68/KEE, 92/35/KEE, 92/65/KEE, 92/66/KEE, 92/119/KEE, 94/28/KE, 2000/75/KE, id-Deċiżjoni 2000/258/KE u d-Direttivi 2001/89/KE, 2002/60/KE, u 2005/94/KE. (COM(2008) 120 finali — 2008/0046 (CNS)).

(49)  SCoFCAH: Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali.

(50)  ĠU C 45, 20.2.2004, p. 1.

ANNESS 5.1.1

Evalwazzjoni tas-sistemi ta' sorveljanza u ta' kontroll — Pagamenti diretti akkopjati — immexxija taħt il-IACS

Stat Membru

Għajnuniet għaż-żoni

Premiums fuq l-annimali

Evalwazzjoni globali

Proċeduri u kontrolli amministrattivi biex jassiguraw pagament korrett

Analiżi tar-riskju u proċeduri ta' l-għażla għall-ispezzjonijiet

Metodoloġija ta' l-ispezzjoni, kontroll tal-kwalità u rappurtar ta' riżultati individwali

Preparazzjoni u affidabilità ta' statistiċi dwar l-ispezzjonijiet u r-riżultati

Proċeduri u kontrolli amministrattivi biex jassiguraw pagament korrett

Analiżi tar-riskju u proċeduri ta' l-għażla għall-ispezzjonijiet

Metodoloġija ta' l-ispezzjoni, kontroll tal-kwalità u rappurtar ta' riżultati individwali

Preparazzjoni u affidabilità ta' statistiċi dwar l-ispezzjonijiet u r-riżultati

Ġermanja (Bavarja)

 

 

 

 

n/a

n/a

n/a

n/a

 

Spanja (Castilja u Leon)

1

2

3

 

 

14

4

 

 

Italja (AGEA)

5

n/v

3

 

n/a

n/a

n/a

n/a

 

Portugall

 

n/v

6

 

n/v

 

7

 

 

Franza

 

8

 

 

 

9

10

 

 

Greċja

1/11

 

12

13

n/a

n/a

n/a

n/a

 


Kodiċi

 

Effettivi

 

Parzjalment effettivi

 

Mhux effettivi

n/a

Ma japplikax

n/v

Mhux ivverifikat


Ir-riżultat ta' l-ittestjar tat-tranżazzjonijiet

Stima ta' kampjun tal-proporzjon tat-tranżazzjonijiet milquta minn żball

31 %

rata ta’ żball

Bejn 2 % u 5 %


1

Is-sistema ta' informazzjoni ġeografika (ĠIS) li fuqha hija bbażata t-tmexxija ta' l-iskemi ta' għajnuna tal-Komunità mhux dejjem ikun fiha informazzjoni kompluta u affidabbli dwar żoni eliġibbli/ineliġibbli skond il-pakkett ta' referenza.

2

L-awtorijiet Spanjoli ma pprovdew l-ebda evidenza li saret xi evalwazzjoni tal-bażi soda tal-kriterji tar-riskju u l-piżijiet speċifiċi tagħhom għas-sena 2006.

3

Ir-riżultati tal-kontrolli fuq il-post nazzjonali u l-inkorporazzjoni tagħhom fil-ĠIS mhumiex affidabbli (karatteristiċi permanenti ineliġibbli jew tipi differenti ta' użu ta' l-art ma kinux identifikati mill-ispetturi, għalhekk il-GIS ma kienx aġġornat u dan irriżulta f'pagamenti żejda lill-bdiewa).

4

Instabu xi nuqqasijiet fl-applikazzjonijiet amministrattivi li jirrelataw mal-kontrolli fuq il-post ta' l-annimali bħal ma huma l-format tar-rapporti tal-kontroll u r-reġistri għall-ażjendi.

5

In-natura tal-monitoraġġ ta' l-AGEA ma tiżgurax li hija qiegħda tikkmanda l-operazzjoni tajba tar-responsabbiltajiet delegati għall-kontroll u tmexxija. Instabu wkoll emendi aċċettati wara l-iskadenza u pagamenti maħruġa qabel ma nstabu r-riżultati tal-kontrolli fuq il-post.

6

Ġew identifikati xi nuqqasijiet fil-proċeduri tal-kontrolli fuq il-post (żoni ineliġibbli mhumiex identifikati, il-kriterji ta' l-eliġibilità mhumiex iċċekkjati).

7

Ġew identifikati xi nuqqasijiet fil-proċeduri tal-kontrolli fuq il-post (xogħol ta' kontroll fuq ir-reġistri ta' l-annimali mhux imwettaq b'mod xieraq jew mhux dokumentati).

8

Il-parametri tar-riskju ma ġewx evalwati għal kontrolli tradizzjonali fuq il-post. Dawn il-kontrolli jirrappreżentaw 20 % tal-kontrolli fuq il-post, il-bqija jiġu mwettqa permezz ta' remote sensing, li dwarhom hemm evalwazzjoni.

9

L-ebda evalwazzjoni ta' l-effettività tal-parametri għall-analiżi tar-riskju użata fis-snin preċedenti.

10

Il-proċeduri ta' kontroll jiddisponu dwar l-immarkar ta' l-annimali preżenti fuq estratt mid-database nazzjonali kkompjuterizzat (NCDB) u mhux għal għadd separat ta' l-annimali preżenti kollha.

11

Żbalji fir-reġistrazzjoni ta' data dwar it-talb(iet) identifikati, data dwar it-talb(iet) immodifikata wara d-data ta' preżentazzjoni.

12

Metodi ta' kejl, riżultati u tolleranzi applikati mhumiex dokumentati fir-rapporti ta' kontroll.

13

Fl-1.4.2008 l-istatistiċi ta' kontroll għall-2006 kienu għadhom ma ġewx ippreżentati lill-Kummissjoni (l-iskadenza kienet Lulju 2007).

14

L-evalwazzjoni fir-rigward ta' l-iskemi ta' għajnuna għall-annimali koprew biss il-piż speċifiku tal-fatturi tar-riskju u mhux in-natura ta' dawn il-fatturi.

ANNESS 5.1.2

Elementi ta' Monitoraġġ ta' l-IACS — Skema ta' Pagament Uniku (SPS) (1)

Stat Membru

Proċeduri u kontrolli amministrattivi biex jassiguraw pagament korrett

Analiżi tar-riskju u proċeduri ta' l-għażla għall-ispezzjonijiet

Metodoloġija ta' l-ispezzjoni, kontroll tal-kwalità u rappurtar ta' riżultati individwali

Preparazzjoni u affidabilità ta' statistiċi dwar l-ispezzjonijiet u r-riżultati

Evalwazzjoni globali

Finlandja

4/13/15/21

23

25

 

 

Franza

2/4/6/7/11/12/13/15/17

22/23

 

26

 

Olanda

2/5/6/8/10/13/14/15/16

24

 

 

 

Portugall

3/5/6/14/15/17

22/23

 

 

 

Spanja (Andalusia)

11/15

22

 

 

 

Iżvezja

2/7/9/13/17

22

 

 

 

Renju Unit (L-Ingilterra)

1/6/13/14/15/17/18/19/20

24

 

26

 


 

Effettivi

 

Parzjalment effettivi

 

Mhux effettivi


1

L-ebda ritratti-orto ma kienu disponibbli għal kontrolli reċiproċi amministrattivi.

2

Karatteristiċi ineliġibbli viżibbli fuq ritratti mill-ajru jew iddikjarati mill-bidwi mhumiex eliminati miż-żona eliġibbli rreġistrata fl-LPIS.

3

Pakketti tal-foresta mhux sistematikament esklużi miż-żona eliġibbli.

4

L-eliġibilità ta' pakketti ġodda mhijiex sistematikament iċċekkjata.

5

Mhux definit il-qies minimu għall-eliġibilità tal-pakketti agrikoli.

6

Is-Sistema ta' Identifikazzjoni tal-Paketti ta' l-Art mhijiex aġġornata bir-riżultati ta' l-ispezzjonijiet fuq il-post u/jew data miżmuma f'database topografiku.

7

Cross-checks amministrattivi ibbażati parzjalment fuq ritratti-orto skaduti.

8

Id-database ta' l-intitolamenti ta' l-IACS mhuwiex affidabbli, l-ebda figura affidabbli ma ġiet pprovduta fir-rigward ta' numri u valuri aġġornati ta' l-intitolamenti rreġistrati fid-database għall-2006 u 2007, intitolamenti li naqsu milli josservaw ħtiġijiet ta' attivazzjoni minima ma ġewsx irtirati.

9

L-ebda cross check amministrattiv finali fuq livell nazzjonali qabel ma l-pagamenti kienu awtorizzati.

10

Fil-bidu l-Olanda allokat iktar intitolamenti mil-limitu nazzjonali ta' 4,9 miljun euro. Il-pagamenti lill-bdiewa individwali ġew magħmula abbażi ta' dan.

11

Il-pagamenti ta' l-SPS kienu awtorizzati lil bdiewa li ma kellhomx drittijiet (intitolamenti) għal pagament.

12

Il-pagamenti mhumiex ibblokkati sistematikament sakemm l-anomaliji kollha jissolvew jew id-dokumenti neċessarji jkunu disponibbli.

13

Il-proċeduri ta' reġistrazzjoni tad-dikjarazzjoni ma jipprovdux evidenza suffiċjenti tad-data reali li ġew irċevuti fiha u/jew mhumiex ikkontrollati b'mod adegwat.

14

Applikazzjoni inkorretta ta' penali fuq dikjarazzjonijiet tardivi.

15

Kalkolazzjoni sistematikament inkorretta tal-pagamenti fejn iż-żona determinata mhix biżżejjed għad-drittijiet kollha ddikjarati.

16

Nuqqas ta' applikazzjoni ta' diżposizzjonijiet ta' l-UE dwar sanzjonijiet f'każijiet ta' dikjarazzjoni żejda taż-żoni.

17

Cross-checks amministrattivi insuffiċjenti jew ineżistenti dwar jekk iż-żona ddikjarata biex titwarrab tissodisfax il-kundizzjonijiet legali.

18

Kontroll tat-tmexxija insuffiċjenti fuq bidliet magħmula lid-database.

19

L-istess pakkett jista' jkun iddikjarat minn bdiewa differenti taħt skemi differenti ta' għajnuna ta' l-UE.

20

Iż-żona tal-pakkett ta' referenza tista' tinqabeż b' tolleranza sa 2 %.

21

Ġonna tal-ħaxix kienu mħallsa sa' massimu ta' 0,3 ha kull talba mingħajr sticker rights (719,62 ha, 134 535,85 euro).

22

Għażla ta' spezzjonijiet parzjalment ibbażati fuq data ta' applikazzjoni skaduta u/jew ibbażati fuq popolazzjoni mhux kompleta ta' applikazzjonijiet.

23

Ir-rata ta' spezzjoni ma ġietx miżjuda matul is-sena.

24

Spezzjonijiet magħżula abbażi ta' l-analiżi tar-riskju wrew inċidenza ta' żball iktar baxxa minn ispezzjonijiet magħżula b'mod każwali.

25

Applikazzjoni ta' metodi ta' kejl mhux preċiżi biżejjed.

26

Differenzi sinifikanti bejn statistiċi rrappurtati lill-Kummissjoni u d-data ta' bażi trasmessa lill-awdituri.


(1)  Aspetti relevanti għal konformità reċiproka mhumiex inklużi.

ANNESS 5.2

Segwitu tal-osservazzjonijiet prinċipali tad-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni

 

L-osservazzjoni tal-Qorti fir-Rapport Annwali 2006

Azzjoni meħuda

Analiżi tal-Qorti

Risposta tal-Kummissjoni

IACS

Għall-ħames sena konsekuttiva d-dikjarazzjoni tad-Direttur Ġenerali fiha riżerva dwar l-implimentazzjoni insuffiċjenti tal-IACS fil-Greċja. Għall-2006 il-Kummissjoni u l-Qorti ikkonfermaw falliment kontinwu li jiġu implimentati kontrolli prinċipali (5.11 (1)).

Skond ir-risposti tagħha l-Kummissjoni tkompli bi programm ta’ verifika intensiv u sakemm huwa neċessarju ser tkompli timponi korrezzjonijiet finanzjarji fuq il-Greċja.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni ssegwi mill-qrib u tissorvelja l-pjan ta' azzjoni Grieg li tħejja mill-awtoritajiet Griegi fuq it-talba espliċita tal-Kummissjoni, u f'kooperazzjoni mill-qrib magħha, sabiex in-nuqqasijiet imsemmija jitranġaw. Il-pjan ta' azzjoni jinkludi skadenzi stretti għall-implimentazzjoni ta' l-azzjonijiet differenti li għandhom jipproduċu l-ewwel riżultati mis-sena finanzjarja 2007 (sena tat-talba 2006).

Nuqqasijiet fil-kontrolli amministrattivi fil-pagamenti diretti akkopjati ġew identifikati fil-verifika tad-DAS 2007 fil-Greċja, fl-Italja, fi Spanja u fil-Portugall: reġistrazzjoni ħażina tad-data ta’ applikazzjoni, pagament għal skemi ta’ għajnuna multipli inkompatibbli fuq l-istess pakkett u nuqqas li l-penali u s-sanzjonijiet jiġu applikati b’mod korrett, jwasslu għal pagamenti żejda. (5.27(a) (2)).

L-LPIS fil-Ġreċja huwa inkomplet u fih żbalji fl-irreferenzjar tal-pakketti. Barra minn dan, f’ xi wħud mill-pajjiżi s-saff grafiku ta’ l-LPIS (GIS) jikkonsisti biss f’ritratti mill-ajru li għandhom iktar minn ħames snin (Franza u l-Isvezja). Fil-Portugall l-aġġornament isir b’dewmien sinifikanti (5.30(b), 5.30(c) (2)).

Ir-Rapport ta’ Attività Annwali ta’ l-2007 tad-Direttur Ġenerali ta’ l-Agrikoltura reġa’ fih riżerva rigward l-implimentazzjoni insuffiċjenti ta’ l-IACS fil-Greċja.

Il-kwistjonijiet imsemmija fir-Rapport Annwali 2007 ġeneralment diġà qed jiġu segwiti permezz ta' proċeduri ta' konformità.

SPS

Ir-Renju Unit alloka intitolamenti lill-proprjetarji li jikru l-art tagħhom għall-parti l-kbira tas-sena (5.20 (1)).

Kuntrarju għar-regoli, xi Stati Membri estendew id-dispożizzjoni dwar il-konsolidazzjoni ta’ l-intitolamenti għall-każijiet kollha fejn bidwi fl-2005 kellu inqas ettari milli intitolamenti (5.24 (1)).

L-SPS kellu xi effetti sekondarji oħra; għajnuna tħallset lis-sidien ta’ l-art u lill-benefiċjarji ġodda (5.28 (1)); f’ ħafna mill-Istati Membri “il-bdiewa” tħallew iżommu l-profitti qawwija tagħhom (5.30 (1)); kriterji ta’ investiment mhux xierqa wasslu għal assenjazzjoni dubjuża ta’ intitolamenti żejda (5.34 (1)).

Skond ir-risposta tal-Kummissjoni, il-kwistjonijiet imsemmija fir-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2006 ser jiġu segwiti skond il-proċeduri ta’ konformità.

Il-verifika skopriet nuqqasijiet sistematiċi fil-kalkolazzjoni ta’ l-intitolamenti minħabba:

fl-assenjazzjoni ta’ l-intitolamenti 'il fuq mil-limitu massimu nazzjonali (l-Olanda) (5.22(b) (2)),

fl-assenjazzjoni ta’ l-intitolamenti għal produzzjoni, art jew investimenti ineliġibbli (5.26(b), 5.22(c), (d) (2)),

nuqqas ta’ rispett lejn jew applikazzjoni żbaljata tar-regolament/regoli speċjali (5.22(e), 5.24(b), 5.25 (2)).

Il-prestazzjoni mill-ġdid ta’ kontrolli mwettqa mill-Qorti skopriet numru ta’ nuqqasijiet speċifiċi fil-kwalità tal-kontrolli fuq il-post u identifikat żoni jew pakketti ineliġibbli li suppost kellhom jiġu esklużi mill-ispetturi nazzjonali. (Il-Greċja, l-Italja, Spanja, il-Portugall) (5.28 (2)).

Iżda l-Qorti tikkonkludi, li l-IACS ikompli jkun effettiv fit-tnaqqis tar-riskju ta' nefqa irregolari fejn implimentata b'mod xieraq u data preċiża u affidabbli tiġi introdotta fir-rigward ta' pagamenti SPS ibbażati fuq intitolamenti allokati. L-introduzzjoni reċenti fl-SPS ta’ skemi ta’ sostenn, bħal ma huma dawk relatati maż-żejt taż-żebbuġa, huwa żvilupp pożittiv għalkemm f'qasir żmien jista' jwassal għal frekwenza iktar għolja ta' żbalji (ara l-paragrafu 5.52 (2)).

Ara t-tweġiba għall-paragrafu 5.22b.

Il-kwistjonijiet imsemmija fir-Rapport Annwali 2007 ġeneralment diġà qed jiġu segwiti permezz ta' proċeduri ta' konformità.

Żejt taż-żebbuġa

Iż-żjarat fuq il-post fl-Istati Membri produtturi prinċipali wrew problemi ġenerali li jeffettwaw l-affidabilità u l-preċiżjoni tal-GIS u konsegwentement il-kalkolazzjoni korretta tad-drittijiet taħt l-SPS (5.84 (1)).

Skond ir-risposta tal-Kummissjoni fir-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2006, madwar 180 miljun euro ta’ korrezzjonijiet finanzjarji diġà ġew applikati mill-Kummissjoni mis-sena finanzjarja 2000 'l hawn u korrezzjonijiet oħra aktar sinifikanti qegħdin jitħejjew.

Mill-1 ta' Jannar 2006, l-għajnuna għall-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa ġiet separata kompletament u integrata fl-iskema ta' ħlas uniku (Spanja biss żammet element żgħir ta' għajnuna akkopjata).

L-impatt tal-preċiżjoni tal-GIS dwar iż-żejt taż-żebbuġa fuq l-integrazzjoni ta’ l-iskema ta’ għajnuna tal-produzzjoni fl-SPS ġie kkonfermat fil-Greċja u fl-Italja fejn erbgħa minn ħames tranżazzjonijiet SPS taż-żejt taż-żebbuġa vverifikati kien fihom żbalji, xi wħud minnhom wasslu għal pagamenti żejda. (5.14(c) (2)).

Ġew applikati korrezzjonijiet finanzjarji ulterjuri fuq l-għajnuna għall-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa fl-2007 u l-2008.

Ara wkoll it-tweġiba għall-paragrafu 5.14(c).

Skrutinju ex-post

L-unità ta' konformità responsabbli mill-iżvilupp rurali ma wettqet l-ebda verifiki li jkopru l-kwistjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 4045/89 (5.50 (1)).

Ma japplikax

Il-Qorti (reġgħet) innutat kopertura limitata ta’ miżuri ta’ żvilupp rurali kemm fil-livell tal-Kummissjoni u kif ukoll fil-livell ta’ l-Istati Membri (5.35 (2)).

Ara t-tweġiba għall-paragrafu 5.35.

Il-Kummissjoni għadha ma tafx kemm mill-irregolaritajiet potenzjali inizjalment irrappurtati skond ir-Regolament (KEE) Nru 4045/89 irriżultaw fi rkupru jew għaliex le (5.52 (1)).

Il-Kummissjoni introduċiet l-obbligu għall-korpi ta’ ċertifikazzjoni li jivverifikaw u jirrappurtaw dwar is-segwitu ta’ l-Aġenziji ta' Pagament ta’ irregolaritajiet potenzjali rrappurtati (5.40-5.45 (2)).

L-analiżi tal-Qorti tar-rapporti tal-korpi ta’ ċertifikazzjoni wriet bżonn għal titjib fl-ivverifikar u fir-rappurtar dwar is-segwitu ta’ irregolaritajiet potenzjali rrappurtati mill-Aġenziji ta’ Pagament (5.36 (2)).

Ara t-tweġiba għall-paragrafu 5.36.

Xogħol b’lura fl-iffinalizzar ta’ kontrolli ta’ wara l-pagament jippersisti fil-Ġermanja, fl-Italja u fi Spanja (5.53 (1)).

Għad hemm numru limitat ta’ skrutinji mhux lesti minn kull perijodu preċedenti ta’ skrutinju li jmorru lura sal-2000/2001 (5.34 (2)).

L-eżekuzzjoni f’waqtha tal-programm ta’ skrutinju tjiebet fl-2007 (5.34 (2)).

 

Approvazzjoni tal-kontijiet

Għalkemm is-sistemi ta’ approvazzjoni tal-kontijiet u kif ukoll kontrolli ta’ wara l-pagament għandhom l-objettiv li jeskludu infiq li ma jikkonformax mar-regoli tal-Komunità, fil-preżent qed jonqsu milli jagħmlu dan fil-livell tal-pagamenti lill-benefiċjarji (5.76 (1)).

Ma japplikax

Il-Qorti ttenni l-opinjoni tagħha mir-Rapport Annwali preċedenti dwar l-approvazzjoni tas-sistemi ta’ kontabilità.

Il-Kummissjoni ma taqbilx u tirreferi għar-risposta tagħha għall-paragrafu 5.47.

Rifużjonijiet ta' esportazzjoni

Il-verifika tal-Qorti stess tal-kontrolli fiżiċi u ta' sostituzzjoni (rifużjonijiet ta' esportazzjoni) wasslet għar-Rapport Speċjali Nru 4/2007 tal-21 ta’ Ġunju 2007.

Analiżi mwettqa mill-Qorti turi li l-informazzjoni dwar kontrolli fiżiċi u ta' sostituzzjoni mhix affidabbli (5.55 (1)).

Il-Kunsill u l-Kummissjoni mill-ewwel ħadu azzjoni fuq ir-rakkomandazzjonijiet magħmula fir-Rapport Speċjali billi emendaw il-leġiżlazzjoni relevanti (5.38 (2)).

In-nuqqas partikolari li jikkonċerna l-introduzzjoni mill-ġdid ta’ oġġetti esportati f’territorju Komunitarju wara trasportazzjoni fuq linja tat-tbaħħir mhux regolari, għadu ma ġiex indirizzat (5.38 (2)).

Ara t-tweġiba għall-paragrafu 5.38.

Żvilupp rurali

Għall-miżuri agri-ambjentali l-Qorti tkompli ssib inċidenza għolja ta' żbalji minħabba li bdiewa ma jissodisfawx l-impenji jew il-kundizzjonijiet ta' eliġibilità prinċipali ma jiġux iċċekkjati mill-awtoritajiet (5.44 (1)).

Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-inċidenza għolja ta' żbalji f'miżuri agri-ambjentali misjuba mill-Qorti ma tirrappreżentax it-total tan-nefqa fuq l-iżvilupp rurali.

Il-Qorti ttenni li n-nefqa ta’ l-Iżvilupp Rurali hija partikolarment suxxettibbli għal żbalji u tinnota li, b’rikonoxximent ta’ dan, ir-Rapport Annwali ta’ l-Attività ta’ l-2007 tad-Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura fih riżerva globali fir-rigward ta’ dik in-nefqa (5.12 (2)).

Sforżi sinifikanti ulterjuri huma meħtieġa biex jassiguraw li l-benefiċjarji jirrispettaw l-obbligi tagħhom fiż-żona ta’ żvilupp rurali li hija partikolarment suxxettibbli għal żbalji minħabba fir-regoli u kundizzjonijiet ta’ l-eliġibilità spiss kumplessi (5.57 (2)).

Ara t-tweġiba għall-paragrafu 5.12.

Ara t-tweġiba għall-paragrafu 5.57.


(1)  in-numru tal-paragrafu fir-Rapport Annwali ta’ l-ECA 2006.

(2)  in-numru tal-paragrafu fir-Rapport Annwali ta’ l-ECA 2007.

ANNESS 5.3

Il-kontijiet ta' l-aġenziji li jagħmlu l-pagamenti separati għall-2007

Stat Membru

Aġenzija li tagħmel il-pagament

Kontijiet Separati (1)

FAEG

(miljun euro)

FAEŻR

(miljun euro)

TRDI

(miljun euro)

Awstirja

AMA

 

79,00

 

Belgju

ALV

 

25,00

 

Belgju

Reġjun ta' Wallonja

 

14,00

 

Ġermanja

Baden-Württemberg

 

52,00

 

Ġermanja

Bayern

 

159,00

 

Estonja

PRIA

38,00

 

41,00

Greċja

OPEKEPE

2 378,00

194,00

 

Finlandja

MAVI

580,00

217,00

 

Italja

ARBEA

101,00

 

 

Malta

MRAE

2,00

 

4,00

Olanda

Dienst Regelingen

1 050,00

 

 

Portugall

IFADAP

6,00

 

 

Portugall

INGA

528,00

 

 

Portugall

IFAP

197,00

90,00

 

Total

4 868,00

830,00

45,00

Sors: Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2008/395/KE, 2008/396/KE u 2008/397/KE (ĠU L 139, 29.5.2008).


(1)  Kontijiet li l-Kummissjoni kkunsidrat li ma tistax tapprova fid-deċiżjonijiet tagħha tat-30 ta' April 2008. Dan minħabba raġunijiet dovuti lill-Istati Membri kkonċernati li jeħtieġu inkjesti addizzjonali.

Sors: Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2008/395/KE, 2008/396/KE u 2008/397/KE (ĠU L 139, 29.5.2008).

KAPITOLU 6

Koeżjoni

WERREJ

6.1-6.20

Introduzzjoni

6.2-6.20

Karatteristiċi speċifiċi tal-Politika ta’ Koeżjoni

6.4-6.6

Objettivi u strumenti tal-politika: 2000-2006

6.7-6.8

Kif jintefqu l-flus

6.9-6.14

Sistemi ta’ sorveljanza u kontroll

6.15

Korrezzjonijiet Finanzjarji

6.16-6.17

Tipi ta’ żbalji fil-proġetti tal-Politika ta’ Koeżjoni

6.18-6.20

Il-perijodu 2007-2013

6.21-6.36

Evalwazzjoni speċifika fil-kuntest tad- dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni

6.21

Skop tal-Verifika

6.22-6.31

Is-Sejbiet tal-Verifika

6.22-6.27

Il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi

6.28-6.31

Evalwazzjoni tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll

6.32-6.36

Konklużjoni ġenerali u rakkomandazzjonijiet

6.32

Konklużjoni ġenerali

6.33-6.36

Rakkomadazzjonijiet

6.37

Segwitu ta’ osservazzjonijiet preċedenti

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

INTRODUZZJONI

6.1.

Dan il-kapitolu jippreżenta s-sejbiet tal-Qorti f’żewġ oqsma tal-politika li jippromwovu l-koeżjoni ekonomika u soċjali: 4 — Impjiegi u Affarijiet Soċjali u 13 — Politika Reġjonali. Jirrapporta wkoll dwar l-infiq fuq l-iżvilupp rurali u s-sajd bejn l-2000-2006 (partijiet mill-qafas tal-politika 5 — agrikoltura u żvilupp rurali, u 11 — sajd). Fl-2007 l-impenji ammontaw għal 45 575 miljun euro u l-pagamenti ammontaw għal 42 015 miljun euro. It-tqassim tal-pagamenti skond il-qasam tal-politika qiegħed fil- Grafika 6.1 .

 

Image

Karatteristiċi speċifiċi tal-Politika ta’ Koeżjoni

6.2.

L-infiq ta’ l-UE fuq il-koeżjoni huwa ppjanat fuq “perijodi ta’ programmar” multiannwali; il-pagamenti relatati ma’ kull perijodu ta’ programmar ikomplu għal xi snin wara tmiem il-perijodu ta’ programmar. Dan il-kapitolu għandu x’jaqsam primarjament mal-pagamenti tal-perijodu ta’ programmar 2000-2006 peress li jikkomprendu l-parti prinċipali ta’ l-infiq (84 %) (1). Kwestjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-perijodu 2007-2013 huma koperti fil-paragrafi 6.18 sa 6.20.

 

6.3.

L-iffinanzjar ta’ l-UE tal-politika ta’ koeżjoni jieħu l-forma ta’ ko-finanzjament: l-Istati Membri jridu jikkontribwixxu wkoll lejn l-ispiża tal-proġetti li jirċievu għajnuna għalihom. L-għajnuna tal-Komunità tiġi minn serje ta’ “fondi” fil-baġit: il-fondi strutturali (ara l-paragrafu 6.5) u l-Fond ta’ Koeżjoni (ara l-paragrafu 6.6).

 

Objettivi u strumenti tal-politika: 2000-2006

6.4.

Fil-perijodu ta’ programmar 2000-2006, l-infiq fuq il-Politika ta’ Koeżjoni kien immirat lejn tliet objettivi:

a)

aġġustament strutturali ta’ reġjuni li l-iżvilupp tagħhom kien qed jaqa’ lura (Objettiv 1);

b)

konverżjoni ekonomika u soċjali ta’ oqsma li qed jiffaċċjaw diffikultajiet strutturali (Objettiv 2);

c)

immodernizzar tas-sistemi ta’ l-edukazzjoni u l-impjiegi (Objettiv 3);

u għal serje ta’ “Inizjattivi Komunitarji” aktar speċifiċi li jkopru, per eżempju koperazzjoni interreġjonali fl-UE u r-riġenerazzjoni urbana.

 

6.5.

L-iffinanzjar huwa kopert minn erba’ Fondi Strutturali:

a)

Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) isostni l-Objettivi 1 u 2 billi jikkofinanzja investiment fl-infrastruttura, il-ħolqien jew iż-żamma ta’ l-impjiegi, inizjattivi ta’ żvilupp lokali u l-attivitajiet ta’ intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju;

b)

il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) isostni l-Objettivi 1, 2 u 3 billi jagħti għajnuna finanzjarja kontra l-qgħad, jiżviluppa r-riżorsi umani u jippromwovi l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol;

c)

il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija — taqsima Gwida (Gwida FAEGG), jikkofinanzja proġetti ta’ żvilupp rurali, u

d)

l-istrument finanzjarju għall-Gwida tas-Sajd (IFGS) jikkofinanzja miżuri lejn bilanċ sostenibbli bejn ir-riżorsi tas-sajd u l-isfruttar tagħhom u t-tisħiħ tal-kompetittività u l-iżviluppp tas-settur tas-sajd.

 

6.6.

Barra dan il-Fond ta’ Koeżjoni jsostni t-titjib ta’ l-ambjent u l-infrastruttura tat-trasport fl-Istati Membri li l-prodott gross nazzjonali per capita tagħhom huwa inqas minn 90 % tal-medja ta’ l-Unjoni Ewropea (2).

 

Kif jintefqu l-flus

6.7.

Il-Fondi Strutturali jikkofinanzjaw proġetti fil-qafas tal-programmi operattivi. Għall-2000-2006 kien hemm 545 programm operattiv, li jvarjaw fid-daqs minn inqas minn 500 000 euro għal aktar minn 8 biljuni euro. L-infiq fuq il-proġetti f’dawn il-programmi varja minn ftit mijiet ta’ euro lil benefiċjarju individwali, sa mijiet ta’ miljuni għal proġett kbir ta’ infrastruttura. Taħt il-Fond ta’ Koeżjoni m’hemmx programmi operattivi, imma biss proġetti għall-perijodu ta’ programmar 2000-2006. Għal dan il-perijodu kien hemm 1 094 proġett tal-Fond ta’ Koeżjoni. Dawn kienu jvarjaw minn 50 000 euro sa aktar minn 1 biljun euro.

 

6.8.

Il-kofinanzjament ta’ proġett minn Fond Strutturali jew Fond ta’ Koeżjoni jieħu l-forma ta’ rimborż ta’ spejjeż (3) ibbażat fuq dikjarazzjoni ta’ infiq mill-promotur tal-proġett (4). Promotur tal-proġett is-soltu jippreżenta bosta dikjarazzjonijiet ta’ infiq interim u waħda finali fi tmiem il-proġett.

 

Sistemi ta’ sorveljanza u kontroll

6.9.

Ir-responsabilità għar-regolarità ta’ l-infiq fuq Politika ta’ Koeżjoni tibda fi Stat Membru, imma l-Kummissjoni għandha r-responsabilità finali għall-implimentazzjoni korretta tal-baġit.

6.9.

L-Istati Membri huma responsabbli taħt ir-regolamenti settorjali li jiżguraw li n-nefqa ddikjarata lill-Kummissjoni għall-finanzjament konġunt hija regolari. Taħt il-ftehimiet ta’ ġestjoni konġunta, il-Kummissjoni għandha rwol ta’ sorveljanza biex tivverifika l-funzjonament effettiv tas-sistemi ta' kontroll tal-Istati Membri, u li tieħu l-miżuri korrettivi, fejn tikkonkludi li dan ma jkunx il-każ, li jippermettulha tassumi r-responsabbiltà tagħha għall-implimentazzjoni tal-baġit (l-Artikolu 53b(4) tar-Regolament Finanzjarju). Il-Kummissjoni twettaq ir-rwol tagħha ta’ sorveljanza permezz tal-attività tagħha ta’ verifika iżda wkoll permezz ta’ negozjati ta’ programmi, fil-kumitati ta’ monitoraġġ, fil-laqgħat annwali mal-awtoritajiet ta’ ġestjoni u verifika, u permezz tal-provvista ta’ gwida u l-organizzazzjoni ta’ seminars. Għandu jiġi introdott tisħiħ akbar tas-sorveljanza tal-Kummissjoni permezz tal-Pjan ta’ Azzjoni adottat mill-Kummissjoni fid-19 ta’ Frar 2008.

6.10.

Hemm żewġ livelli ta’ kontroll fuq proġetti tal-Politika ta’ Koeżjoni. L-ewwel hija s-sistema ta’ kontroll fl-Istat Membru. Din hija intiża biex tipprevjeni jew issib u tikkoreġi rimborżi inkorretti ta’ l-ispejjeż ta’ proġetti u irregolaritajiet oħra. It-tieni livell huwa s-sorveljanza mill-Kummissjoni. Hija intiża li tassigura li sistemi ta’ kontroll ta’ Stat Membru huma stabbiliti u jaħdmu kif meħtieġ u jimmitigaw ir-riskju li l-kontrolli ma jaħdmux fl-Istati Membri.

 

6.11.

Għall-perijodu ta’ programmar 2000-2006, is-sistema ta’ kontroll fl-Istat Membru tikkomprendi erba’ funzjonijiet prinċipali tal-kontroll. Dawn iridu jkunu definiti b’mod ċar u assenjati lil korpi li, bl-eċċezzjoni tal-korp tal-verifika u l-korp ta’ stralċ, iridu jkunu indipendenti minn xulxin. Ara l- Grafika 6.2 .

 

6.12.

L-arranġamenti jvarjaw bejn l-Istati Membri. F’xi Stati Membri l-funzjonijiet ta’ kontroll huma ċentralizzati fil-livell nazzjonali. F’oħrajn il-funzjonijiet ta’ kontroll huma delegati permezz ta’ korpi intermedjarji lil entità fil-livell reġjonali jew lokali jew lil entità speċifika għas-settur (kontrolli deċentralizzati).

 

6.13.

Is-sorveljanza tal-Kummissjoni tikkomprendi prinċipalment verifiki ex-post, u l-impożizzjoni ta’ korrezzjonijiet finanzjarji meta jinstabu nuqqasijiet ta’ kontroll serji.

6.13.

Il-Kummissjoni tirreferi għar-risposta tagħha taħt il-paragrafu 6.9.

Image

6.14.

Verifika tal-Kummissjoni tista’ tkun strument ta’ sorveljanza effettiv:

6.14.

 

a)

jekk tkun ibbażata fuq evalwazzjoni tar-riskju ta’ nuqqasijiet fis-sistemi ta’ kontroll ta’ l-Istat Membru;

 

b)

jekk tagħti riżultat operattiv utli, jiġifieri, jekk tagħti jew bażi soda għal azzjoni korrettiva jew assigurazzjoni raġonevoli li m’hemm l-ebda bżonn għal tali azzjoni, u

 

c)

jekk hemm azzjoni korrettiva xierqa u fil-ħin ibbażata fuq ir-riżultat tal-verifika.

(c)

Azzjoni korrettiva li tkun riżultat tal-verifika tal-Kummissjoni tista’ tkun l-implimentazzjoni effettiva tal-azzjonijiet ta’ rimedju mill-awtoritajiet nazzjonali u/jew l-applikazzjoni tal-korrezzjoni finanzjarja mill-awtoritajiet nazzjonali, kif ukoll il-korrezzjoni finanzjarja applikata mill-Kummissjoni matul programm ta' implimentazzjoni jew fl-għeluq tiegħu.

Il-Qorti tevalwa dawn il-verifiki abbażi tal-kriterji msemmija hawn fuq.

 

Korrezzjonijiet Finanzjarji

6.15.

Il-Kummissjoni kompliet issostni li l-parti l-kbira ta’ l-iżbalji misjuba u rrapportati mill-Qorti fir-rapporti annwali tagħha aktarx jinstabu u jiġu kkoreġuti permezz tas-sistema korrettiva multi-annwali (5). Iżda, il-Kummissjoni mhix f’pożizzjoni li tagħti biżżejjed evidenza dwar korrezzjonijiet mill-Istati Membri. Is-sistemi biex tapplika korrezzjonijiet finanzjarji huma diskussi fil-Kapitolu 3 (ara l-paragrafi 3.21 sa 3.29 u d-Dijagramma 3.2) u l-korrezzjonijiet finanzjarji proprji fil-Kapitolu 1 (ara l-paragrafi 1.36 u 1.38).

6.15.

Il-kummissjoni għamlet sforzi sostanzjali biex ittejjeb il-kwalità tad-dejta pprovduta mill-Istati Membri u attwalment qed twettaq ħidma biex tivverifika l-kompletezza u l-eżattezza ta’ din id-dejta. Kif inhu indikat fit-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 3.25, għaldaqstant sar progress fil-produzzjoni ta’ evidenza ta’ min jorbot fuqha dwar l-operazzjoni tal-mekkaniżmi korrettivi multi-annwali.

Tipi ta’ żbalji fil-proġetti tal-Politika ta’ Koeżjoni

6.16.

Hemm riskju kbir li l-ispejjeż tal-proġetti tal-Politika ta’ Koeżjoni jiġu ddikjarati ħażin u, konsegwentement, rimborżati ħażin. Fil-kuntest ta’ dan ir-rapport, rimborż inkorrrett huwa rimborż żejjed. Jista jkun riżultat ta’:

a)

żball ta’ eliġibilità — l-infiq rimborżat ma jikkonformax ma’ regola ta’ eliġibilità definita fir-regolamenti speċifiċi li jigvernaw in-nefqa;

b)

żball ta’ okkorrenza — l-infiq rimborżat jinkludi spiża li mhix fil-fatt imġarrba jew li mhix dokumentata;

c)

żball ta’ preċiżjoni — meta spiża tkun ikkalkolata ħażin; jew

d)

żball multiplu — meta l-infiq rimborżat ikun milqut minn aktar minn tip wieħed ta’ l-iżbalji msemmija hawn fuq.

6.16.

Il-ħlasijiet taħt il-Politika ta’ Koeżjoni huma soġġetti għar-riskji inerenti għolja minħabba numru ta’ korpi involuti fl-implimentazzjoni fuq livelli differenti u tan-numru kbir ta’ benefiċjarji u tal-operazzjonijiet iffinanzjati b’mod konġunt marbuta mal-volum globali tal-fondi. Jekk ikunu qegħdin jaħdmu tajjeb il-verifiki tal-ġestjoni fl-ewwel livell u l-funzjoni taċ-ċertifikazzjoni, dan ir-riskju jista’ jkun indirizzat b’mod adegwat.

6.17.

Proġett jista jkun milqut ukoll minn żbalji ta’ osservanza. Dawn huma prinċipalment żbalji fil-proċeduri ta’ l-akkwist pubbliku u jonqsu milli jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ promozzjoni. Dawn huma klassifikati bħala żbalji mhux kwantifikabbli. Iżda, każijiet serji fejn il-proċeduri ta’ akkwist pubbliku li jeffettwaw il-kondizzjonijiet ta’ pagament ma jiġux osservati jiġu klassifikati bħala żbalji ta’ eliġibilità (ara l-paragrafi 1.9-1.11).

 

Il-perijodu 2007-2013

6.18.

Għall-perijodu ta’ programmar 2007-2013, hemm tliet objettivi (l-objettivi ta’ Konverġenza, l-objettiv Reġjonali tal-kompetittività u l-impjiegi u l-objettiv Ewropew tal-koperazzjoni territorjali). Hemm tliet fondi: żvilupp reġjonali, soċjali u ta’ koeżjoni. Il-programmi huma mfassla biex jagħmlu l-Istati Membri u r-reġjuni u l-ibliet tagħhom aktar attrajenti; jippromwovu l-innovazzjoni, l-intrapriża, l-impjiegi u l-ekonomija bbażata fuq it-tagħrif; jiżviluppaw ekonomiji reġjonali u joħolqu impjiegi ġodda u aħjar.

 

6.19.

L-2007, l-ewwel sena tal-perijodu ta’ programmar il-ġdid, bażikament kienet fażi preparatorja, li fiha l-ebda nfiq ma ġie ddikjarat għar-rimborż. Il-pagamenti għas-sena kienu ta’ 6,8 biljun euro, li jirrappreżentaw pagamenti ta’ prefinanzjament ta’ 2 % fuq programmi approvati (2,5 % għall-proġetti tal-Fond ta’ Koeżjoni fl-Istati Membri l-ġodda). Peress li ma kien hemm l-ebda rimborżi għas-sena finanzjarja 2007, ix-xogħol tal-verifika dettaljat tal-Qorti kopra proġetti u programmi ta’ l-2000-2006 biss.

 

6.20.

Fir-Regolamenti dwar il-perijodu ta’ programmar 2007-2013 (6), id-dispożizzjonijiet tal-kontroll huma rfinati aktar u msaħħa u r-responsabilitajiet rispettivi tal-Kummissjoni u l-Istati Membri kjarifikati aktar. Id-dispożizzjonijiet tal-verifika huma mwessa konsiderevolment għall-perijodu ta’ programmar il-ġdid. L-Istati Membri huma meħtieġa jippreżentaw dokument ta’ strateġija tal-verifika u dikjarazzjoni ta’ osservanza ma’ kull deskrizzjoni tas-sistemi tal-programm operattiv għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni (7). Rapporti annwali ta’ kontroll ibbażati fuq verifika tas-sistemi u verifika ta’ kampjun rappreżentattiv ta’ tranżazzjonijiet li jirriżultaw f’opinjoni annwali huma meħtieġa wkoll.

 

EVALWAZZJONI SPEĊIFIKA FIL-KUNTEST TAD- DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

Skop tal-Verifika

6.21.

Il-Qorti vverifikat 180 rimborż interim (8) li saru fis-sena 2007 (għall-perijodu ta’ programmar 2000-2006) lil 176 proġett tal-Fondi Strutturali (99 FEŻR, 56 FSE, 21 FAEGG) u 4 proġetti tal-Fond ta’ Koeżjoni. Il-176 proġett tal-Fondi Strutturali twettqu f’16-il programm operattiv minn 10 Stati Membri. Għal kull programm operattiv l-Istat Membru rispettiv waqqaf minn ta’ l-inqas sistema waħda ta’ kontroll kif muri fil- Grafika 6.2 . Il-Qorti evalwat dawn is-sistemi ta’ kontroll f’termini ta’ osservanza tar-regolamenti u l-effettività tagħhom biex iġestu r-riskju ta’ legalità u r-regolarità. Il-Qorti evalwat ukoll parti mill-attività ta’ sorveljanza tal-Kummissjoni, billi analizzat 20 verifika li twettqu mill-Kummissjoni.

 

Is-Sejbiet tal-Verifika

Il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi

6.22.

Sommarju tas-sejbiet dwar il-legalità u r-regolarità ta’ l-iffinanzjar ta’ l-UE tal-Politika ta’ Koeżjoni qiegħed fit- Tabella 6.1 u 6.2 .

 

6.23.

It- Tabella 6.1 turi li 46 % biss tal-proġetti fil-kampjun statistiku rappreżentattiv tal-Qorti nstabu li kienu ħielsa minn żball ta’ legalità u regolarità (31 % fl-2006).

6.23.

L-applikazzjoni ta’ ċerti regoli marbuta mal-eleġibbiltà tan-nefqa tista’ tagħti lok għal interpretazzjonijiet differenti. Mill-proġett b’kollox 97 ikkwotat mill-Qorti fit-Tabella 6.1 kif milquta mill-iżball, il-Kummissjoni jidhrilha li hemm seba’ proġetti li għalihom iċ-ċirkostanzi tal-iżbalji identifikati mill-Qorti ma jipprovdux bażi għall-applikazzjoni ta’ korrezzjonijiet finanzjarji, jew azzjonijiet oħra ta’ segwitu.

6.24.

It- Tabella 6.2 tanalizza l-iżbalji li jolqtu r-rimborż skond it-tip. It-tqassim huwa simili ħafna għas-sena 2006.

 

Tabella 6.1 — Osservanza skond il-korrettezza tar-rimborż (9)

Proġetti fejn l-iżbalji ta’ osservanza kienu

Proġetti li kienu

Total

rimborżati ħażin

rimborżati tajjeb

preżenti

29 każ

27 każ

56 każ

16 %

15 %

31 %

mhux preżenti

41 każ

83 każ

124 każ

23 %

46 %

69 %

Total

70 każ

110 każijiet

180 każ

39 %

61 %

100 %

Tabella 6.2 — Analiżi ta’ l-iżbalji li jolqtu r-rimborż skond it-tip

Korrettezza tar-rimborżi

Fond

Total

FEŻR

FSE

FAEGG

Fond ta’ Koeżjoni

Żbalji ta’ eliġibilità

18-il każ

7 każijiet

3 każijiet

2 każijiet

30 każ

18 %

13 %

14 %

50 %

17 %

Żball ta’ okkorrenza

5 każijiet

0 każijiet

3 każijiet

0 każijiet

8 każijiet

5 %

0 %

14 %

0 %

4 %

Żball ta’ preċiżjoni

8 każijiet

4 każijiet

0 każijiet

0 każijiet

12-il każ

8 %

7 %

0 %

0 %

7 %

Żball multiplu

5 każijiet

15-il każ

0 każijiet

0 każijiet

20 każ

5 %

27 %

0 %

0 %

11 %

Rimborż korrett

63 każ

30 każ

15-il każ

2 każijiet

110 każijiet

64 %

54 %

72 %

50 %

61 %

Total

99 każ

56 każ

21 każ

4 każijiet

180 każ

100 %

100 %

100 %

100 %

100 %

6.25.

Fil-kampjun tal-verifika tal-Qorti l-kawżi l-aktar frekwenti ta’ rimborżi inkorretti mill-FEŻR kienu l-iżbalji ta’ eliġibilità:

6.25.

Il-Kummissjoni qed issegwi s-sejbiet sabiex tiżgura li qed jittieħdu l-miżuri xierqa.

a)

inklużjoni ta’ spejjeż li ma jmisshomx ġew rimborżati minħabba n-natura tagħhom, u

 

b)

nuqqas serju li jiġu osservati r-regoli ta’ l-akkwist.

(b)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-ksur tar-regolamenti tal-appalti pubbliċi jikkostitwixxi sors kbir ta’ irregolarità li hija r-raġuni għaliex immirat il-ħidma tagħha ta’ verifika f’din iż-żona ta’ riskju u ħadet miżuri oħra ta’ azzjoni bħalma huma l-ħruġ ta’ gwidi għall-Istati Membri fuq il-livelli ta’ korrezzjoni finanzjarja li għandhom japplikaw.

Eżempju:Università li tinsab f’qasam ta’ Objettiv 1 kellha xogħol fuq proġett tar-robotika mwettaq f’laboratorju barra mill-qasam ta’ l-Objettiv 1. Dan ma kienx permess taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar l-għajnuna statali għar-riċerka li taħta l-FEŻR kien jikkofinanzja l-proġett, li wassal biex l-infiq ikun ineliġibbli.Il-proprjetarji ta’ villaġġ tal-vaganzi naqsu milli jagħmlu sejħa għall-offerti pubblika għal xogħol ta’ rinovazzjoni li għalih kienu qed jirċievu sussidji għal total ta’ 63 % ta’ l-ispejjeż, li jinkludu 33 % tnaqqis fit-taxxa u 25 % għotja mill-FEŻR. Peress li r-regoli tax-xiri pubbliku ta’ l-UE japplikaw għall-proġetti ta’ intrapriżi privati b’finanzjament ta’ 50 jew aktar minn fondi pubbliċi, il-ksur għamel il-proġett ineliġibbli għall-għajnuna mill-UE.

 

6.26.

Għall-FSE l-iżbalji l-aktar komuni kienu:

6.26.

Il-Kummissjoni qed issegwi s-sejbiet sabiex tiżgura li qed jittieħdu l-miżuri xierqa.

a)

nuqqas ta’ evidenzi li l-ispejjeż tal-persunal u spejjeż oħrajn fil-fatt kienu rilevanti għall-proġett,

b)

stima żejda ta’ l-ispejjeż tal-persunal jew spejjeż oħra,

(a) u (b)

Il-Kummissjoni ta’ spiss tiltaqa’ ma’ dan it-tip ta’ żball. Il-qafas regolatorju għall-perjodu 2007/2013 jipprevedi simplifikazzjoni f’dan ir-rigward u bis-saħħa ta’ hekk l-ispejjeż ġenerali jistgħu jiġu ddikjarati fuq il-bażi ta' rata fissa, bħala proporzjon tal-ispejjeż diretti, mingħajr aktar ġustifikazzjoni dettaljata.

c)

inklużjoni ta’ spejjeż ineliġibbli (żbalji ta’ eliġibilità).

(c)

Il-Kummissjoni kienet diġà rrakkomandat li l-Istati Membri jżidu fl-attivita’ tagħhom ta’ informazzjoni indirizzata lejn il-benefiċjarji. Dan, flimkien mal-ispezzjonijiet imtejba ta’ ġestjoni, għandu jgħin biex dan it-tip ta’ żball ikun anqas frekwenti.

Eżempju:Fi proġett minnhom, kien hemm evidenza insuffiċjenti li l-ispejjeż tal-persunal esterni kienu rilevanti għall-proġett: kien hemm reġistri ta’ kull xahar li juru l-preżenza ta’ kuljum tal-persunal ikkonċernat imma l-ebda reġistri tal-ħin ta’ kuljum li jiddeskrivu l-attivitajiet konkreti ta’ kuljum. Fin-nuqqas ta’ reġistrazzjoni tal-ħin dettaljata biex tiġġustifika l-ġranet ta’ xogħol imġarrba, l-ispejjeż in kwestjoni ma jistgħux jiġġarrbu mill-proġett. L-infiq kien għalhekk ikkunsidrat ineliġibbli.Fi proġett ieħor l-ispejjeż tal-persunal kienu stmati żżejjed: spejjeż li jirrelataw ma’ bosta membri tal-persunal ġew iddebitati kollha lill-proġett kofinanzjat mill-FSE imma l-persunal in kwestjoni kien ukoll involut f’attivitajiet oħra barra l-proġett ikkofinanzjat.

 

6.27.

Instab livell materjali ta’ żbalji fir-rimborżi lill-proġetti tal-Politika ta’ Koeżjoni għall-perijodu ta’ programmar 2000-2006 fis-sena baġitarja 2007. Il-proporzjon tal-proġetti fil-kampjun milquta minn żbalji kwantifikabbli u/jew mhux kwantifikabbli (ara l-paragrafi 1.9 sa 1.11) hija ta’ 54 % (10). Il-Qorti tistma li mill-inqas 11 % ta’ l-ammont totali rimborżat ma jmissux ġie rimborżat.

6.27.

Bosta mill-iżbalji mhux kwantifikabbli, anke jekk kienu nstabu minn qabel, ma kien ikollhom l-ebda impatt fuq ir-rimborż. L-eżempji jinkludu dewmien fil-pubblikazzjoni ta’ avviżi għall-għoti ta’ kuntratti, u nuqqasijiet fid-dokumentazzjoni tal-kumitati li jivvalutaw l-offerti.

L-estimi li ngħataw lill-Qorti għall-ammont li ma kellux jiġi mogħti lura jinkludu l-każi fejn il-Kummissjoni ma tikkonsidrax li ċ-ċirkostanzi identifikati mill-Qorti jipprovdu bażi għall-applikazzjoni tal-korrezzjonijiet finanzjarji, jew għall-anqas mhux fuq il-livell propost.

Evalwazzjoni tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll

6.28.

Is-sejbiet tal-Qorti dwar is-sistemi ta’ ġestjoni u sorveljanza fl-Istati Membri għas-16-il programm operattiv li evalwat huma stabbiliti fl- Anness 6.1 . Fi 11-il każ, il-Qorti qieset is-sistemi ta’ ġestjoni bħala “parzjalment effettivi”, fi tliet każijiet bħala “mhux effettivi” u f’żewġ każijiet bħala “effettivi”. Il-livell ta’ żball kontinwament għoli identifikat mill-ittestjar sostantiv tal-Qorti tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi bl-istess mod jissuġġerixxi li s-sistemi b’mod ġenerali fl-Istati Membri kienu biss parzjalment effettivi biex iġestu r-riskju ta’ illegalità u irregolarità tar-rimborżi.

6.28.

Is-sejbiet tal-Qorti jirrappreżentaw titjib sinifikanti mill-2006 meta l-Qorti vvalutat 13 minn 19-il sistema bħala mhux effettivi. Is-sena l-oħra l-Qorti qalet li l-kampjun tagħha ta stampa ġenerali tal-effikaċja tas-sistemi ta’ kontroll fl-Istati Membri li ppreżentat bħala ġeneralment mhux effettivi jew effettivi biss b’mod moderat. L-istampa ġenerali għall-2007 mill-kampjun tal-Qorti hi aħjar, u tindika li mhux is-sistemi kollha mhumiex effettivi, iżda teżisti distinzjoni netta bejn id-diversi livelli fl-effikaċja tagħhom.

Għal dawn it-tliet programmi r-Rapporti Annwali tal-Attività mid-Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni taw valutazzjoni aktar pożittiva minn dik li tat il-Qorti fl-Anness 6.1.

6.29.

In-nuqqasijiet prinċipali identifikati mill-Qorti kienu:

6.29.

 

a)

awtoritajiet tal-ġestjoni — kontrolli ta’ kuljum insuffiċjenti tar-realtà tan-nefqa, nuqqas li jiġu identifikati dikjarazzjonijiet tan-nefqa mhux sostnuti b’evidenza xierqa u nuqqas li jiġu identifikati nuqqasijiet fil-proċeduri ta’ offerti;

 

b)

awtoritajiet ta’ pagament — nuqqas li jiġi identifikat meta Awtoritajiet ta’ Pagament ma wettqux kontrolli ta’ kuljum xierqa;

 

c)

korpi tal-verifika — nuqqas li jitwetttqu biżżejjed kontrolli biex jiksbu assigurazzjoni dwar l-operat effettiv tas-sistemi ta’ kontroll.

(c)

Il-ħidma tal-korpi ta’ likwidazzjoni hi vvalutata bħala “effettiva” mill-Qorti f’14-il programm mis-16 li ġew ivverifikati.

6.30.

Il-Qorti evalwat 20 verifika mwettqa mid-Direttorati-Ġenerali għall-Azzjonijiet Strutturali (id-Direttur-Ġenerali għall-Politika Reġjonali (DĠ REGIO), id-Direttorat Ġenerali għall-Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Opportunitajiet Indaqs (DĠ EMPL), id-Direttorat-Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (DĠAGRI) u d-Direttorat-Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (DĠ MARE)). Fil-parti l-kbira tal-każijiet il-verifiki ġew ippjanati u mwettqa b’mod xieraq, imma f’sitt każijiet azzjoni korrettiva xierqa ttieħdet tard. Fi tliet każijiet in-nuqqasijiet fid-dokumentazzjoni tal-verifika għamlu l-evalwazzjoni tar-riżultat tal-verifika diffiċli. Dan inaqqas l-effettività tal-proċedura ta’ sorveljanza prinċipali.

6.30.

Il-Kummissjoni jidhrilha li f’bosta każi ttieħdu miżuri korrettivi xierqa b’segwitu għar-riżultati ta’ verifika f’perjodu raġonevoli u li d-dokumetazzjoni tal-verifika kienet adegwata, u li għalhekk kien hemm riżultati operattivi utli mill-verifiki. Skont il-pjan ta’ Azzjoni għall-azzjonijiet strutturali, il-Kummissjoni kkommettiet ruħha li tieħu miżuri biex iżżid l-impatt tal-ħidma tagħha ta’ verifika billi tħaffef l-applikazzjoni tal-korezzjoni tas-sospensjonijiet u dawk finanzjajarji.

6.31.

L-għan prinċipali tas-sorveljanza tal-Kummissjoni huwa li tassigura li Stati Membri jistabbilixxu u joperaw sistemi tal-kontroll li jikkonformaw mar-regolamenti ta’ bażi. Is-sejbiet imniżżla hawn fuq juru li dan l-objettiv mhux kompletament miksub.

6.31.

Is-sejbiet tal-Qorti juru li l-azzjonijiet tal-Kummissjoni għad ma kellhomx l-impatt mixtieq biex jipprevjenu l-iżbalji fir-rimborż. Is-sejbiet ma għandhomx x’jaqsmu mal-effikaċja tal-azzjonijiet tal-Kummissjoni biex jitnaqqsu r-riskji li jinbtu mis-sistemi ta’ kontroll fl-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha tivverifika jekk is-sistemi ta’ kontroll stabbiliti mill-Istati Membri jiffunzjonawx b’mod effettiv jew le. Fejn issib provi ta’ nuqqasijiet tieħu miżuri biex jitnaqqas ir-riskju. Il-miżuri jinkludu li l-Istati Membri għandhom jimplimentaw pjani ta’ azzjoni ta’ rimedju, jissospendu l-pagamenti u japplikaw korrezzjonijiet finanzjarji. Id-Direttorati Ġenerali responsabbli fir-Rapport Annwali tal-Attività (RAA) ikkategoriżżaw fid-dettall il-valutazzjoni tas-sistemi kollha u indikaw l-azzjonijiet korrettivi li għaddejjin għall-programmi kollha milquta minn nuqqasijiet sostanzjali.

Konklużjoni ġenerali u rakkomandazzjonijiet

Konklużjoni ġenerali

6.32.

Abbażi tax-xogħol tal-verifika tagħha (ara l-paragrafu 6.21) il-Qorti tikkonkludi li r-rimborż tan-nefqa għall-proġetti tal-Politika ta’ Koeżjoni mhux milqut minn livell materjali ta’ żbalji ta’ legalità u/jew regolarità. L-evalwazzjoni tal-Qorti tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll fl-Istati Membri hija li huma “parzjalment effettivi” u li s-sistemi ta’ sorveljanza tal-Kummissjoni huma wkoll “parzjalment effettivi” biex jassiguraw il-legalità u r-regolarità tar-rimborżi ta’ l-infiq.

6.32.

Fl-istadju tal-għeluq tal-implimetazzjoni tal-programmi tal-2000-2006, hemm possibbiltajiet limitati għall-Kummissjoni biex tieħu azzjonijiet biex tipprevjeni l-iżbalji u qed tiffoka fuq azzjonijiet biex tnaqqas ir-riskji li jinbtu minn ġestjoni nazzjonali u sistemi ta’ kontroll dgħajfa

Id-Direttorat Ġenerali responsabbli mill-Politiki Strutturali stabbilixxew ir-riżultati tal-valutazzjonijiet tagħhom tal-funzjonament effettiv tas-sistemi f’545 programm nazzjonali fl-RAAs rispettivi u dan jwassal għal differenzjazzjoni netta kif ġej: madwar 37 % tas-sistemi jaħdmu sewwa, madwar 51 % tas-sistemi jaħdmu iżda għandhom bżonn jittejbu u madwar 12 % tas-sistemi mhumiex effettivi. Il-Kummissjoni investiet riżorsi sostanzjali biex tkabbar il-kopertura tal-verifika, ġabet titjib sostanzjali fis-sistemi nazzjonali permezz tal-applikazzjoni tal-proċeduri tal-“pjan ta’ azzjoni”, issospendiet il-pagamenti u applikat korrezzjonijiet finanzjarji. L-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni adottat fi Frar 2008 qed isaħħaħ iżjed ir-rwol ta’ sorveljanza tal-Kummissjoni.

Rakkomadazzjonijiet

6.33.

Bħas-sena l-oħra, ikompli l-bżonn li tissaħħaħ il-prevenzjoni ta’ l-iżbalji fl-istadji bikrija ta’ proġett permezz ta’ xogħol mal-promoturi tal-proġett u billi jiġi assigurat li l-kontrolli ta’ l-ewwel livell qed jaħdmu b’mod effettiv, li jfisser dan li ġej:

6.33.

Il-linji gwida għall-verifiki tal-ġestjoni maħruġ mill-Kummissjoni f’Ġunju 2008 b’konformità mal-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Frar 2008 jisħqu fuq l-importanza tal-miżuri preventivi mill-awtoritajiet ta’ ġestjoni permezz ta’ strateġija effettiva ta’ komunikazzjoni mal-benefiċjarji; jipprovdu wkoll gwida dettaljata u prassi tajba għall-verifiki amministrattivi u fuq il-post li għandhom jiġu segwiti biex jinkisbu assikurazzjonijiet raġonevoli fuq ir-regolarità tan-nefqa ddikjarata.

a)

awtoritajiet tal-ġestjoni/korpi intermedjarji għandhom jagħmlu kuntatt minn kmieni mal-promoturi tal-proġetti sabiex jiffamiljarizzaw ruħhom mar-rekwiżiti, jgħinuhom jistabbilixxu s-sistemi tagħhom u jagħmluhom konxji tar-riskji ta’ l-iżbalji;

b)

awtoritajiet tal-ġestjoni/korpi intermedjarji għandhom jagħżlu u jħarrġu persunal kapaċi li jsib l-iżbalji fid-dikjarazzjonijiet ta’ l-ispejjeż tal-proġetti u fil-proċeduri tal-benefiċjarji u għandhom jagħtuhom listi tal-kontrolli li jkopru r-riskji kollha;

(a) u (b)

Dawn ir-rakkomandazzjonijiet huma koperti mil-linji gwida u l-implimentazzjoni tagħhom qed tiġi segwita mill-Kummissjoni.

c)

il-Kummissjoni għandha tissorvelja b’mod effettiv il-kontrolli primarji fl-Istati Membri, abbażi ta’ analiżi tar-riskju wara evalwazzjoni ta’ l-effettività tal-kontrolli tal-varji awtoritajiet ta’ ġestjoni/korpi intermedjarji;

(c)

Il-Kummissjoni qiegħda tagħmel u se tkompli tagħmel dan, b’konformità mal-punt 1.1 tal-Pjan ta’ Azzjoni.

d)

il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni speċjali għall- ħidma effettiva tal-mekkaniżmi ta’ reazzjoni (l-awtorità ta’ ġestjoni/korp intermedjarju lill-benefiċjarji, l-awtorità ta’ pagament lill-awtorità ta’ ġesjtoni, il-korp tal-verifika lill-awtorità ta’ ġestjoni u ta’ pagament) li jimmiraw li jeliminaw il-kawżi sistematiċi ta’ l-iżbalji misjuba.

(d)

Dan għandu jiġi inserit fost il-ħtiġiet tar-regolamenti għall-perjodu 2007-2013 permezz tal-ħidma tal-awtorità tal-verifika, kif ukoll għandu jissemma speċifikament fil-linji gwida għall-verifiki ta’ ġestjoni u l-funzjonijiet tal-awtorità li tiċċertifika.

6.34.

Il-Qorti tirrepeti wkoll ir-rakkomandazzjoni lill-Kummissjoni biex fejn possibbli tuża s-simplifikazzjonijiet mogħtija fir-regolamenti u fir-regoli li jigvernaw in-nefqa, mingħajr ma tnaqqas l-effettività ta’ l-infiq. Dan inaqqas ir-riksju ta’ l-iżbalji u jnaqqas il-piż amministrattiv tal-promoturi tal-proġett.

6.34.

Din ir-rakkomandazzjoni kienet inkorporota bħala l-punt 4.3 fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni u l-implimentazzjoni tagħha qed titwettaq.

6.35.

Barra dan, waqt li qed tipprepara u timplimenta l-perijodu 2007-2013, il-Kummissjoni għandha tagħmel użu massimu tax-xogħol ta’ l-awtoritajiet tal-verifika fl-Istati Membri, imma fl-istess ħin tissorvelja dan ix-xogħol sabiex tassigura li huwa ta’ livell adegwat, kemm billi tirrevedi u terġa twettaq ix-xogħol ta’ verifika konkret fil-bażi tar-rapporti mibgħuta lill-Kummissjoni. Dan jeħtieġ sforz sinifikanti u riżorsi korrispondenti.

6.35.

Wara l-konklużjoni tal-proċedura ta’ valuazzjoni ta’ konformità li l-ħsieb tagħha hu li tagħti assikurazzjoni dwar is-sistemi 2007-2013, l-istrateġija ta’ verifika tal-Kummissjoni għall-perjodu kkonċernat hu li tirrevedi l-ħidma tal-awtoritajiet tal-verifika sabiex jiġi konkluż jekk tistax tiddepedi fuq il-ħidma tagħhom, u b’hekk fuq l-opinjonijiet tal-verifika annwali tagħhom b'konformità mal-Artikolu 73 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006.

6.36.

Il-Kummissjoni għandha tagħmel użu effettiv ta’ l-istrumenti korrettivi li għandha disponibbli sabiex tassigura l-użu korrett tal-fondi ta’ l-UE:

6.36.

B’konformità mal-punt 8 tal-Pjan ta’ Azzjoni, il-Kummissjoni ħadet passi biex iżżid l-impatt tal-ħidma tagħha ta’ verifika billi jitħaffu l-proċeduri għall-applikazzjoni tas-sospensjoni tal-pagamenti u tal-korrezzjonijiet finanzjarji. Għall-perjodu 2007-2013, il-Kummissjoni għandha tapplika l-proċedura addizzjonali disponibbli għall-interuzzjoni tal-pagamenti għal perjodu ta’ sitt xhur.

a)

billi tassigura applikazzjoni sistematika tad-dispożizzjonijiet legali fir-rigward tal-korrezzjoni ta’ l-iżball u l-osservanza mas-sistemi;

 

b)

billi tagħmel użu sħiħ ta’ l-istrumenti previsti għal dan il-għan, bħas-sospensjoni tal-pagament, korrezzjonijiet finanzjarji u rkupri.

(b)

L-istrateġija tal-Kummissjoni għall-perjodu 2007-2013 hi li tivverifika l-ħidma tal-awtoritajiet tal-verifika fl-Istati Membri sabiex tkun tista’ tikkonkludi jekk tistax tiddependi mill-ħidma tagħhom. Fejn ikollha konklużjoni pożittiva ma jkolliex bżonn tiddupplika l-ħidma tagħhom billi tagħmel il-verifiki tagħha stess fuq il-livell tal-benefiċjarji (skont il-prinċipju tal-verifika unika).

Dan jeħtieġ żieda sinifikanti fl-ammont ta’ xogħol fuq il-post fl-Istati Membri u għalhekk ma jistax isir mingħajr ma jiġu ffaċjati l-implikazzjonijiet fuq ir-riżorsi.

 

SEGWITU TA’ OSSERVAZZJONIJIET PREĊEDENTI

6.37.

Sommarju tar-riżultati tas-segwitu ta’ osservazzjonijiet prinċipali tal-Qorti f’Rapporti Annwali preċedenti jista’ jinstab fl- Anness 6.3 .

 


(1)  Pagamenti relatati mal-perijodu 2007-2013 kienu jikkonsistu biss f’pagamenti bil-quddiem u kienu jikkomprendu 16 % ta’ l-infiq.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1164/94 (ĠU L 130, 25.5.1994, p. 1).

(3)  Skond it-tip u l-kumplessità tal-proġett jista’ jkun hemm bosta punti u tipi ta’ spejjeż li jsostnu talba għal rimborż.

(4)  Il-promoturi tal-proġetti huma benefiċjarji finali u destinatarji finali li jvarjaw minn individwi privati għal assoċjazzjonijiet, kumpaniji privati jew pubbliċi sa korpi lokali, reġjonali jew nazzjonali.

(5)  Ara per eżempju r-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2006, il-paragrafu 6.39, ir-riposta tal-Kummissjoni.

(6)  B’mod partikolari r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1828/2006 (ĠU L 371, 27.12.2006, p. 1).

(7)  Għalkemm dan mhux meħtieġ għal programmi iżgħar (inqas minn 750 miljun euro u 40 % ta’ l-iffinanzjar ta’ l-UE).

(8)  Il-verifika ta’ kull rimborż tinkludi l-kontroll ta’ għadd kbir ta’ fatturi li r-rimborżi huma bbażati fuqhom u dokumenti oħra.

(9)  Żbalji ta’ konformità huma żbalji mhux kwanitifikabbli (ara l-paragrafi 1.9-1.11).

(10)  Ara l- Anness 6.2 . Fl-2006, il-figura korrispondenti kienet ta’ 69 %.

ANNESS 6.1

Evalwazzjoni tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll

Programm

Kontroll intern prinċipali

Evalwazzjoni ġenerali:

Awtorità ta’ ġestjoni

Awtorità ta’ pagament

Korp tal-verifika

Korp ta’ stralċ

FAEGG — Portugall

 

 

 

 

 

FAEGG — Spanja

 

 

 

 

 

FSE — Danimarka — obj. 3

 

 

 

 

 

FSE — Greċja — Saħħa

 

 

 

 

 

FSE — Italja — Campania

 

 

 

 

 

FSE — Portugall — Norte

 

 

 

 

 

FSE — Spanja — Inizjattiva kummerċjali

 

 

 

 

 

FEŻR — Spanja — Kompetittività

 

 

 

 

 

FEŻR — Repubblika Ċeka — Industrija u intrapriża

 

 

 

 

 

FEŻR — Ġermanja — Mecklenburg Vorpommern — obj. 1

 

 

 

 

 

FEŻR — Greċja — Soċjetà ta’ l-informazzjoni

 

 

 

 

 

FEŻR — Franza — Martinique

 

 

 

 

 

FEŻR — Renju Unit/Irlanda — Paċi II

 

 

 

 

 

FEŻR — Italja — Riċerka

 

 

 

 

 

FEŻR — Repubblika Ċeka — Infrastruttura

 

 

 

 

 

FEŻR — Slovakja — Infrastruttura bażika

 

 

 

 

 


Kodiċi

 

Effettiv

 

Parzjalment effettiv

 

Mhux effettiv

ANNESS 6.2

Riżultati ta’ l-ittestjar tat-tranżazzjonijiet

Stima tal-kampjun tal-proporzjoni ta’ tranżazzjonijiet milquta minn żball

54 %

Rata ta’ żball

'il fuq minn 5 %

ANNESS 6.3

Segwitu ta’ osservazzjonijiet prinċipali tad-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni

Osservazzjoni tal-Qorti

Azzjoni meħuda

Analiżi tal-Qorti

Ir-Risposti mill-Kummissjoni

1.   L-azzjonijiet tal-Kummissjoni biex ittejjeb il-ġestjoni tal-proġetti ta’ Koeżjoni

Fis-snin li għaddew il-Qorti repetuttivament sabet livell materjali ta’ żball fil-proġetti ta’ Koeżjoni. Il-Qorti tqis is-sistemi ta’ kontroll fl-Istati Membri bħala ineffettivi jew moderatament effettivi biex jipprevjenu l-iżbalji fil-livell ta’ l-Istat Membru.

(Ara eż. Ir-Rapporti Annwali dwar is-sena finanzjarja 2006, il-paragrafi 6.37 sa 6.45, is-sena finanzjarja 2005, il-paragrafi 6.38 sa 6.45, is-sena finanzjarja 2004, il-paragrafu 5.47 sa 5.54, u s-sena finanzjarja 2003, il-paragrafi 5.55, 5.56 u 5.66 sa 5.69).

Kmieni fl-2008 il-Kummissjoni adottat pjan ta’ azzjoni biex issaħħaħ ir-rwol ta’ sorveljanza tagħha taħt il-ġestjoni maqsuma ta’ l-azzjonijiet strutturali (COM(2008) 97 finali, ippubblikata fid-19.2.2008).

Il-Qorti tilqa’ l-inizjattiva tal-Qorti, u tieħu nota ta’ l-azzjonijiet mnedija diġà. Iżda, il-Qorti tqis li huwa prematur li tevalwa l-impatt ta’ l-azzjonijiet tal-Kummissjoni. Il-Qorti ser tirrapporta fuq dawn il-kwestjonijiet fir-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2008.

 

2.   Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni 2005: Segwitu mill-Kummissjoni ta’ l-osservazzjonijiet tal-Qorti

Fl-2005, il-Qorti identifikat livell materjali ta’ żbalji fid-dikjarazzjonijiet ta’ nfiq tal-proġetti fil-programmi kollha tal-verifika. Mill-95 proġett ivverifikat mill-perijodu ta’ programmar 2000 sa l-2006, 60 kienu milquta minn żball materjali. Bl-istess mod għall-programmi tal-perijodu 1994 sa 1999, mill-65 proġett eżaminat 33 kien fihom żbalji materjali.

(Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2005 il-paragrafi 6.13 sa 6.15 u 6.26 sa 6.28).

Fir-risposta tagħha l-Kummissjoni kienet ikkommettiet ruħha li ssegwi s-sejbiet tal-Qorti u li tassigura li l-korrezzjonijiet meħtieġa huma applikati.

(Ir-Rapport Annwali għas-sena 2005 il-paragrafi 6.13 u 6.26, ir-risposti tal-Kummissjoni)

Il-Qorti eżaminat is-segwitu mill-Kummissjoni għall-osservazzjoni li ħarġu mill-15-il verifika mwettqa mill-Qorti u rrapportati fid-dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni għas-sena finanzjarja 2005. Tmienja minn dawn kienu jikkonċernaw il-FEŻR, waħda l-Fond ta’ Koeżjoni u sitta l-FSE (1).

L-analiżi tal-Qorti turi li tmien każijiet biss irċevew segwitu fil-ħin u sodisfaċenti, sitta kienu parzjalment sodisfaċenti u każ wieħed kien insodisfaċenti.

Il-Kummissjoni tiżgura li jittieħdu miżuri korrettivi xierqa fil-każi kollha li joħroġu mill-verifiki tal-Qorti. Filwaqt li taċċetta li fi ftit okkażjonijiet kien hemm dewmien fis-segwitu, il-Kummissjoni ma taqbilx mal-analiżi tal-Qorti f’għadd ta’ każi. Pereżempju, il-Kummissjoni ma tistax timponi korrezzjonijiet fuq l-Istati Membri fir-rigward ta’ żbalji individwali identifikati mill-Qorti fil-verifiki tagħha tal-2005, f’każi fejn l-Istat Membru ma ppreżentax argumenti jew prova suffiċjenti ta’ wara l-verifika.

Livell:

Is-segwitu kien

DG REGIO

DG EMPL

Sodisfaċenti

5

3

Parzjalment sodisfaċenti

4

2

Insodisfaċenti

0

1

Total

9

6

Il-problemi prinċipali misjuba mill-Qorti kienu:

a)

dewmien sinifikanti fis-segwitu;

b)

osservazzjonijiet fuq is-sistemi u żbalji formali ma ġewx segwiti.


(1)  Il-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni huma ġestiti mid-DĠ REGIO u l-FSE mid-DĠ EMPL.

KAPITOLU 7

Riċerka, enerġija u trasport

WERREJ

7.1-7.11

Introduzzjoni

7.2-7.11

Karatteristiċi speċifiċi tar-Riċerka, Enerġija u Trasport

7.12-7.43

Evalwazzjoni speċifika fil-kuntest tad-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni

7.12-7.13

L-ambitu tal-verifika

7.14-7.23

Legalità u Regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi

7.23

Sanzjonijiet

7.24-7.39

Evalwazzjoni tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll

7.26-7.30

Desk reviews tar-rendikonti ta’ l-ispejjeż qabel ir-rimborż tan-nefqa

7.31-7.33

Ċertifikazzjoni tal-verifika tar-rendikonti ta’ l-ispejjeż

7.34-7.39

Il-verifiki finanzjarji ex-post tal-Kummissjoni

7.40-7.43

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet ġenerali

7.44-7.49

Segwitu ta’ l-osservazzjonijiet preċedenti

7.44

Segwitu ta’ l-osservazzjonijiet prinċipali tad-Dikjarazzjonijiet ta’ Assigurazzjoni

7.45-7.49

Segwitu tar-Rapport Speċjali Nru 6/2005 dwar in-Network Trans-Ewropew għat-Trasport

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

INTRODUZZJONI

7.1.

Dan il-kapitolu jkopri s-sejbiet tal-Qorti fuq l-oqsma tal-politika: 06 — Enerġija u Trasport; 08 — Riċerka; 09 — Soċjetà ta’ l-Informazzjoni u l-Media; u 10 — Riċerka Diretta. Fl-2007, l-impenji ammontaw għal 6 795 miljun euro (7 340 miljun euro fl-2006) u l-pagamenti ammontaw għal 4 484 miljun euro (6 493 miljun euro fl-2006). It-tqassim ta’ pagamenti skond il-qasam tal-politika jingħata fil- Grafika 7.1 . Informazzjoni aktar dettaljata dwar l-infiq għas-sena tingħata fl- Anness I ta’ dan ir-rapport.

 

Image

Karatteristiċi speċifiċi tar-Riċerka, Enerġija u Trasport

7.2.

Il-politika tar-riċerka hija diretta lejn il-kisba taż-Żona Ewropea tar-Riċerka, biex b’hekk tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni ta’ l-istrateġija ta’ Liżbona għall-impjieg, il-kompetittività internazzjonali u l-koeżjoni ekonomika u soċjali, billi tippromwovi l-UE bħala żona ta’ edukazzjoni, taħriġ, riċerka u innovazzjoni.

 

7.3.

Il-politiki ta’ l-enerġija u trasport jimmiraw, fil-limiti ambjentali, li jsostnu t-tkabbir ekonomiku, is-sigurezza u s-sigurtà tal-provvista billi jiffukaw fuq il-kompletazzjoni tas-suq intern ta’ l-UE, u b’hekk iċaqalqu l-bilanċ lejn modi sostenibbli ta’ trasport u żvilupp ta’ netwerk trans-Ewropew integrat.

 

7.4.

Il-politika tas-soċjetà ta’ l-informazzjoni u l-media hija ffukata fuq l-inizjattiva strateġika i2010 ta’ l-UE (1), għas-sostenn ta’ l-innovazzjoni u l-kompetittività permezz tar-riċerka u l-iżvilupp ta’ teknoloġiji ta’ l-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, u tikkontribwixxi għal settur awdjoviżiv Ewropew aktar b’saħħtu.

 

7.5.

Il-parti l-kbira tan-nefqa hija għal proġetti tar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku fl-oqsma tal-politika kollha (2). Il-finanzjament tar-riċerka hemm dispożizzjoni għalih fil-Programmi ta’ Qafas multi-annwali (FPs), li fihom skemi ta’ finanzjament multipli, u b’hekk isostnu bosta oqsma tematiċi u tipi ta’ proġetti.

7.6.

Il-finanzjament isir taħt ġestjoni diretta u ċentralizzata (3): il-Kummissjoni ġeneralment tagħmel pagamenti lill-benefiċjarji mingħajr l-involviment ta’ awtoritajiet nazzjonali, reġjonali jew lokali fl-Istati Membri. Il-benefiċjarji jistgħu jkunu istituti tar-riċerka, universitajiet, amministrazzjonijiet pubbliċi, kumpaniji jew individwi.

7.7.

Il-proġetti tar-riċerka s-soltu jinvolvu l-ħidma tal-benefiċjarji jew tal-parteċipanti (4) fuq proġett bħala konsorzju mifrux fuq għadd ta’ Stati Membri. Kull imsieħeb fil-proġett jiffirma ftehim ta’ għotja mal-Kummissjoni. Imsieħeb wieħed f’kull proġett jinħatar bħala l-“koordinatur tal-proġett”, biex iżomm kuntatt mal-Kummissjoni u jissorvelja l-aspetti finanzjarji u amministrattivi tal-kuntratt.

7.5-7.10.

Is-sistema ta' kontroll intern użata għall-ġestjoni tal-Programmi ta' Qafas għar-Riċerka tista' tinqasam f'erba' stadji distinti:

L-evalwazzjoni tal-proposti

L-għan ta' kontroll ġenerali hu li jintgħażlu dawk il-proposti li jirriflettu l-eċċellenza xjentifika u li jindirizzaw b'mod ċar l-għanijiet operattivi stabbiliti fil-programmi ta' ħidma speċifiċi adottati mill-Parlament u l-Kunsill.

L-għażla tal-proposta u n-negozjar tal-kuntratt

L-għan tal-fażi ta' negozjar hu biex jintlaħaq ftehim għal kull waħda mill-proposti ta’ riċerka xjentifika magħżula. Tali kuntratti huma strumenti vinkolanti biex jiżguraw il-ġestjoni xjentifika u finanzjarja tal-proġett.

Il-ġestjoni tal-proġett u tal-kuntratti

L-għan ta' dan l-istadju hu li jiġi żgurat li — qabel kwalunkwe ħlas — ir-rekwiżiti kuntrattwali u regolatorji applikabbli kollha, kemm dawk ta' natura operattiva u kemm dawk ta' natura finanzjarja, ikunu ġew imħarsa.

Il-verifiki finanzjarji u kontrolli ex-post oħra:

L-għan ta' dan l-istadju hu li jiġi żgurat li jinstabu u jiġu kkoreġuti l-iżbalji sistematiċi ewlenin fuq bażi multiannwali, li kieku ma kienux jinstabu b'kontrolli ex-post. Il-kontrolli ex-post, sostanzjalment jikkontribwixxu għall-iżgurar tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet fuq bażi multiannwali, u jaraw li jżommu r-rata ta' żbalji residwali taħt il-limitu tal-materjalità.

7.8.

Għotjiet lil proġetti tar-riċerka jvarjaw minn madwar 20 000 euro mħallsin bħala sostenn lir-riċerkaturi individwali sa 30 miljun euro għal proġetti integrati kbar li jinvolvu konsorzji kbar ta’ msieħba. Għalkemm hemm aktar minn 15 000 benefiċjarju, l-akbar 200 jirċievu madwar 40 % tat-total tal-pagamenti.

 

7.9.

In-nefqa fuq il-progamm tan-Netwerks Trans-Ewropej (TEN) għall-Enerġija u t-Trasport issostni proġetti kbar ta’ l-enerġija u t-trasport (67 fl-2007 b’għotja medja ta’ 2,4 miljun euro). Il-benefiċjarji s-soltu huma awtoritajiet ta’ l-Istati Membri iżda jistgħu wkoll ikunu kumpaniji pubbliċi jew privati.

 

7.10.

Għal proġetti tar-riċerka u tat-TEN, l-għotjiet is-soltu jitħallsu f’bosta pagamenti: pagament bil-quddiem mal-firma tal-ftehim ta’ l-għotja jew kuntratt, segwit minn pagamenti interim u finali li jirrimborżaw in-nefqa eliġibbli rrappurtata mill-benefiċjarji f’rendikonti ta’ l-ispejjeż perjodiċi.

 

7.11.

Ir-riskju prinċipali għal-legalità u r-regolarità huwa li l-benefiċjarji jiddikjaraw iżjed l-ispejjeż eliġibbli fir-rendikonti ta’ l-ispejjeż tagħhom, u li dan mhuwiex impedit, jew sussegwentement misjub u kkorreġut, mis-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tal-Kummissjoni (ċertifikazzjoni tal-verifika tar-rendikonti ta’ l-ispejjeż, desk checks qabel ir-rimborż, verifiki ex-post).

7.11.

Ir-riskju li l-benefiċjarji jagħmlu dikjarazzjonijiet ogħla mill-ispejjeż jinbet l-iktar mill-kumplessità inerenti tal-mekkaniżmi ta' finanzjament ipprovduti mill-qafas regolatorju applikabbli, li huma bbażati fuq ir-rimbors tal-ispejjeż attwali. L-iżbalji li jirriżultaw jistgħu jinstabu l-iktar billi jsiru verifiki fuq il-post u desk controls. Għalhekk, il-Kummissjoni adottat is-sistema ta' kontroll intern tagħha biex iżżid l-assigurazzjoni fuq il-legalità u r-regolarità tal-infiq fuq bażi multiannwali permezz ta' numru ikbar ta' verifiki u kopertura usa' f'termini tal-baġit (ara wkoll ir-risposti għall-paragrafi 7.15-7.16, 7.20-7.21, 7.26 u 7.29).

L-impatt tal-programm ta' verifika multiannwali se jiżdied bil-mod il-mod matul il-perjodu ta' implimentazzjoni ta' 4 snin.

EVALWAZZJONI SPEĊIFIKA FIL-KUNTEST TAD-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

L-ambitu tal-verifika

7.12.

L-evalwazzjoni speċifika (5) hija bbażata fuq:

a)

ittestjar sostantiv (6) tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi fuq kampjun statistiku rappreżentattiv ta’ 180 pagament (7) magħmul mill-Kummissjoni fl-2007;

b)

evalwazzjoni ta’ l-operat ta’ aspetti magħżula tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll.

i)

desk checks ta’ rendikonti ta’ l-ispejjeż qabel ir-rimborż tan-nefqa mid-DĠ TREN;

ii)

ċertifikazzjoni tal-verifika tar-rendikonti ta’ l-ispejjeż;

iii)

verifiki ex-post tar-rendikonti ta’ l-ispejjeż.

 

7.13.

Il-Qorti segwiet ukoll osservazzjonijiet ta’ qabel:

a)

l-iżbalji prinċipali rrappurtati fid-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni għall-2005;

b)

nuqqasijiet fis-sistema taċ-ċertifikazzjoni tal-verifika;

c)

persistenza fil-pagamenti tard mill-Kummissjoni lill-benefiċjarji.

 

Legalità u Regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi

7.14.

Il-Qorti sabet livell materjal ta’ żball ta’ legalità u/jew regolarità fil-kampjun tagħha ta’ pagamenti vverifikati. Jingħata sommarju tar-riżultati ta’ l-ittestjar sostantiv tal-Qorti fit- Tabella 7.1 u fl- Anness 7.1 .

 

Tabella 7.1 — Ir-riżultati ta’ l-ittestjar sostantiv

Tip ta’ pagament

Pagamenti bi żball kwantifikabbli

Pagamenti bi żball mhux kwantifikabbli biss

Pagamenti bl-ammont korrett rimborżat iżda b’nuqqasijiet fil-proċedura

Total tal-pagamenti bl-iżbalji

Pagamenti mingħjar żbalji

Total

Pagamenti bil-quddiem

0

0

8

8

51

59

Rimborżi interim u finali

61

6

10

77

32

109

Oħrajn

0

0

1

1

11

12

Total

61

6

19

86

94

180

7.15.

It-tabella turi li 86 pagament (48 %) fil-kampjun tal-Qorti kienu milquta minn żball. Il-biċċa l-kbira ta’ l-iżbalji għandhom x’jaqsmu mar-rimborż mill-Kummissjoni ta’ l-ispejjeż eliġibbli ddikjarati iżjed mill-benefiċjarji fir-rendikonti ta’ l-ispejjeż tagħhom.

7.16.

It-tipi ewlenin ta’ żbalji kienu:

a)

dikjarazzjoni iżjed ta’ l-ispejjeż tal-persunal eliġibbli u dawk indiretti (45 % tal-każijiet ta’ żball);

b)

dikjarazzjoni ta’ spejjeż ineliġibbli oħra (20 % tal-każijiet ta’ żball);

c)

evidenza ta’ sostenn mhux adegwata biex tiġġustifika l-ispejjeż iddikjarati (16 % tal-każijiet ta’ żball);

d)

dikjarazzjoni ta’ ammonti bbaġitjati aktar milli spejjeż proprja (6 % tal-każijiet ta’ żball); u

e)

dikjarazzjoni ta’ l-ispejjeż mhux attribwiti lill-proġett (13 % tal-każijiet ta’ żball).

7.15-7.16.

Il-verifiki tal-Kummissjoni stess jikkonfermaw il-persistenza ta' livell materjali ta' żbalji, partikolarment relatati mad-dikjarazzjoni ogħla ta’ l-ispejjeż eliġibbli, kif rapportat fid-dettal fir-Rapporti ta' Attività Annwali tad-Direttorati Ġenerali tar-Riċerka.

Biex tiġi indirizzata din il-problema l-Kummissjoni saħħet b'mod sinifikanti l-kontrolli ex-post tagħha, fil-qafas ta’ l-istrateġija ta' verifika komuni tagħha (ara wkoll ir-risposta għall-paragrafu 7.11).

7.17.

Il-każijiet ta’ żball mhux kwantifikabbli għandhom x’jaqsmu man-nuqqas ta’ osservanza ta’ kondizzjoni għal pagament li għandu impatt finanzjarju dirett, li l-ammont eżatt tiegħu ma setax ikun determinat minħabba nuqqas ta’ evidenza ta’ sostenn għan-nefqa ddikjarata. Bħala eżempju ta’ dan, f’każ wieħed il-benefiċjarju vverifikat naqas milli jagħti evidenza adegwata biex jissostanzja l-ispejjeż iddikjarati, bi ksur tat-termini tal-ftehim ta’ għotja. Fin-nuqqas ta’ dokumentazzjoni ta’ sostenn essenzjali, l-impatt ta’ l-iżball ma jistax ikun kwantifikat.

 

7.18.

Il-każijiet ta’ nuqqas fil-proċedura għandhom x’jaqsmu prinċipalment ma’ osservazzjonijiet dwar problemi fiċ-ċertifikazzjoni tal-verifika tar-rendikonti ta’ l-ispejjeż (ara l-paragrafi 7.31 sa 7.33) u dewmien fil-pagamenti mill-Kummissjoni lill-benefiċjarji (ara wkoll l- Anness 7.2 ).

7.18.

Il-Kummissjoni taqbel mal-Qorti rigward in-nuqqasijiet li nstabu fiċ-ċertifikati ta' verifika. Il-Kummissjoni nediet serje ta' azzjonijiet korrettivi (ara r-risposti għall-paragrafi 7.32 u 7.33).

Iċ-ċertifikati ta' verifika madankollu diġà wrew effett preventiv, u taw kontribut ewlieni għat-tnaqqis tar-rata ta’ l-iżbalji għall-FP6 meta mqabbla mal-FP5, meta ċ-ċertifikati ta' verifika ma kinux rikjesti.

Id-DĠs tar-Riċerka kollha żiedu l-perċentwal tal-ħlasijiet li saru fil-ħin. Il-kwistjoni hija ssorveljata mill-qrib u qed tingħata l-ikbar attenzjoni biex jiġi żgurat iktar titjib.

7.19.

L-iżbalji jseħħu fil-kuntest ta’ qafas legali kumpless b’għadd kbir ta’ kriterji ta’ eliġibbiltà. Obbligu kuntrattwali prinċipali għall-benefiċjarji huwa r-rekwiżit biex jintalab rimborż ta’ l-ispejjeż eliġibbli proprja biss li meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-proġett. Nuqqas ta’ dan huwa fattur komuni fil-biċċa l-kbira ta’ l-iżbalji misjuba mill-Qorti.

7.19.

Il-Kummissjoni taqbel mal-Qorti rigward il-kumplessità tal-qafas legali applikabbli u l-kriterji ta' eliġibilità. Din il-kumplessità hija wkoll is-sors ewlieni tal-iżbalji li nstabu mill-kontrolli tal-Kummissjoni stess.

7.20.

Il-kampjun tal-pagamenti tal-Qorti kien jinkludi bosta benefiċjarji kbar, li kull wieħed minnhom jieħu sehem f’għadd kbir ta’ proġetti ta’ l-UE. Benefiċjarji bħal dawn ġeneralment għandhom sistemi kumplessi ta’ kontabilità u ta’ amministrazzjoni. Minħabba dan, ir-regoli jippermettu ċerta flessibbiltà, bħall-użu ta’ rati medji għall-kalkolu ta’ spejjeż tal-persunal attribwiti lil proġett, sakemm dan ma jwassalx għal ċifri li huma sinifikament ogħla mill-ispejjeż proprja.

7.21.

Peress li dawn il-benefiċjarji jistgħu japplikaw l-istess metodoloġija għall-infiq medju għar-rendikonti ta’ l-ispejjeż kollha tagħhom, evidenza ta’ żbalji għand dawn il-benefiċjarji timplika riskju li ammonti sinifikanti ta’ spejjeż ineliġibbli kienu rimborżati mill-Kummissjoni indebitament.

7.20 u 7.21.

Il-benefiċjarji jistgħu jużaw rati medji għall-ispejjeż tal-persunal jekk dan ikun skond il-prassi ta' kontabilità tagħhom.

Biex jiġu indirizzati effettivament ir-riskji sottolinejati mill-Qorti fil-paragrafu 7.21, l-istrateġija ta' verifika komuni għall-FP6 tkopri l-ikbar 200 parteċipant kollha tal-FP6, li flimkien jirċievu 40 % tal-baġit totali tal-FP6.

Barra dan, l-estrapolazzjoni ta' kuntratti mhux verifikati għandha tillimita r-riskju li jkun hemm ammonti sinifikanti ta' spejjeż mhux eliġibbli mħallsa li ma jiġux irkuprati mill-Kummissjoni.

F'dawk il-każijiet fejn il-benefiċjarji jużaw rati medji, l-ispejjeż iddikjarati jistgħu bin-natura tagħhom jiddevjaw mill-ispejjeż attwali. Il-Kummissjoni għandha teżamina kemm id-devjazzjonijiet il-fuq u kemm dawk l-isfel fuq kampjun kbir biżżejjed biex tinkiseb valutazzjoni ġusta tal-eżattezza tar-rati medji. Din il-kwistjoni tat-testjar tat-tranżazzjoni fis-sistemi ta’ l-ispejjeż medji qed tiġi diskussa bejn il-Kummissjoni u l-Qorti.

Għall-FP7 il-Kummissjoni bdiet sistema ta' ċertifikazzjoni ex-anti mhux obbligatorja tal-metodu ta' kalkolu tal-ispiża medja tal-benefiċjarju, li se tikkonċerna l-iktar lill-benefiċjarji l-kbar. Il-miżuri ta' implimentazzjoni prattiċi ta' din is-sistema ta' ċertifikazzjoni ex-ante bħalissa qed jiġu finalizzati.

7.22.

Per eżempju, għal benefiċjarju wieħed kbir, (li jirrappreżenta ħames tranżazzjonijiet fil-kampjun tal-Qorti), il-Qorti sabet li l-metodoloġija applikata għall-kalkolu ta’ l-ispejjeż tal-persunal u dawk indiretti wasslet għad-dikjarazzjoni iżjed ta’ spejjeż eliġibbli ta’ madwar 10 %. Fil-każ ta’ benefiċjarju ieħor kbir li għalih il-Qorti vverifikat żewġ proġetti, il-metodoloġija ta’ nfiq medju użata biex tiġbor id-dikjarazzjonijiet ta’ l-ispejjeż wasslet għad-dikjarazzjoni iżjed ta’ spejjeż eliġibbli, ta’ madwar 5-6 %.

7.22.

Fil-każ tat-tieni benefiċjarju msemmi mill-Qorti dawn il-problemi nstabu b'mod separat mis-sistema ta' kontroll tal-Kummissjoni. Iż-żewġ każijiet issa qed jiġu segwiti mill-qrib

Sanzjonijiet

7.23.

Sistema estiża ta’ sanzjonijiet kienet waħda mill-miżuri korrettivi prinċipali introdotti fil-bidu tas-Sitt Programm ta’ Qafas fl-2002 (8). Il-Kummissjoni ma applikat l-ebda sanzjoni waqt li kien għaddej is-Sitt Programm ta’ Qafas. Fil-verità, il-benefiċjarji jistgħu jagħtu rendikonti ta’ l-ispejjeż meta jafu li, fil-prattika, l-akbar riskju li jiffaċċjaw meta jiddikjaraw in-nefqa żejda huwa l-pagament lura tal-parti tal-fondi ddikjarati iżjed, mingħajr spejjeż ta’ imgħax jew piena finanzjarja addizzjonali.

7.23.

Il-Kummissjoni tiddistingwi bejn tipi differenti ta' sanzjonijiet:

Is-sanzjoni kuntrattwali ewlenija, li diġà kienet teżisti fil-Programmi ta' Qafas preċedenti, hija t-terminazzjoni tal-kuntratti fil-każijiet ta' ksur ta’ l-obbligi kuntrattwali.

Il-Kummissjoni introduċiet taħt l-FP6 il-possibbiltà li tapplika danni likwidati. It-tfittxija tad-danni likwidati tagħmel parti mill-istrateġija ta' verifika li tbassar l-applikazzjoni tagħhom fil-każijiet kollha fejn verifiki ta' segwitu jiżvelaw li l-kuntratturi naqsu milli jirranġaw l-iżbalji wara verifiki preċedenti. L-implimentazzjoni ta’ l-istrateġija ta' verifika tal-FP7 bdiet fl-2007 u l-ewwel verifiki ta' segwitu qed jiġu organizzati matul l-2008. Skond ir-riżultati, id-danni likwidati se jiġu applikati kif xieraq.

Evalwazzjoni tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll

7.24.

Il-Kummissjoni timplimenta bosta kontrolli f’kull stadju taċ-ċiklu tal-proġett, sabiex ittaffi r-riskju ta’ pagamenti irregolari (il- Grafika 7.2 ):

a)

kontrolli fuq proċeduri ta’ għażla li jiżguraw li l-għotjiet jingħataw lil benefiċjarji eliġibbli, abbażi tal-mertu tal-proposti; u

b)

kontrolli fuq pagamenti lill-benefiċjarji mfassla biex inaqqsu kemm jista’ jkun ir-riskju li jsiru pagamenti indebiti.

 

7.25.

Il-Qorti evalwat id-desk reviews tar-rendikonti ta’ l-ispejjeż qabel ir-rimborż tan-nefqa mid-DĠ TREN u l-verifiki ex-post tal-Kummissjoni dwar nefqa rimborżata. Il-Qorti evalwat ukoll l-affidabbiltà tas-sistema ta’ ċertifikazzjoni tal-verifika li tipprovdi assigurazzjoni dwar il-legalità u r-regolarità tan-nefqa. Sommarju tar-riżultati jinstab fl- Anness 7.1 .

 

Desk reviews tar-rendikonti ta’ l-ispejjeż qabel ir-rimborż tan-nefqa

7.26.

Il-Kummissjoni tagħmel kontrolli tal-kontabilità u kontrolli aritmetiċi sabiex tiżgura li r-rendikonti ta’ l-ispejjeż u ċ-ċertifikati tal-verifika ngħataw skond il-ftehim ta’ għotja. F’xi każijiet, il-Kummissjoni tista’ testendi l-kontrolli sabiex tinkludi l-verifikazzjoni ta’ spejjeż individwali bbażati fuq informazzjoni supplimentari, bħal fatturi jew dokumenti tal-paga, mitluba mingħand il-benefiċjarju.

7.26.

Il-kumplessità inerenti tal-mekkaniżmi ta' finanzjament previst bil-qafas regolatorju applikabbli tillimita l-ambitu tad-desk reviews li jistgħu jsiru b'mod raġonevoli qabel ir-rimbors tal-infiq. Għalhekk, il-Kummissjoni saħħet b'mod sinifikanti l-kontrolli ex-post tagħha u introduċiet strateġija ta' verifika komuni (ara wkoll ir-risposta għall-paragrafu 7.11).

7.27.

Il-Qorti eżaminat linji gwida u proċeduri, u l-arranġamenti ta’ rappurtar u monitoraġġ għall-kontrolli fid-DĠ TREN. Il-Qorti ttestjat l-operat tal-kontrolli 15-il rimborż tad-DĠ TREN (9) inklużi fil-kampjun ta’ ttestjar sostantiv.

 

Image

7.28.

Id-DĠ TREN għandu linji gwida estensivi li jkopru kwistjonijiet bħall-approċċ tat-teħid ta’ kampjuni u l-metodoloġija għal kontrolli estiżi. Id-DĠ għandu wkoll proċeduri dettaljati bil-miktub u jagħmel użu minn listi ta’ kontroll standard.

 

7.29.

L-arranġamenti għar-rappurtar u monitoraġġ għal desk reviews fid-DĠ TREN jibqgħu kif kienu osservati mill-Qorti fl-2006. Huma limitati għall-produzzjoni ta’ informazzjoni aggregata fuq spejjeż aċċettati jew irroftati, mingħajr l-ebda informazzjoni dettaljata dwar it-tipi u r-rati ta’ żbalji li kieku jikkontribwixxu għal approċċ aktar iffukat.

7.29.

L-istrateġija ta' kontroll kurrenti naqqset b'mod sinifikanti l-affidabbiltà tad-desk reviews ex-ante. Is-sistemi ta' kontroll issaħħew b'mod sinifikanti bl-introduzzjoni ta' ċertifikati ta' verifika mill-FP6 kif ukoll bl-intensifikazzjoni ta' kontrolli ex-post bl-introduzzjoni tal-istrateġija ta' verifika tal-FP6. L-analiżi fil-fond tar-riżultati tal-verifiki ex-post tagħti informazzjoni xierqa dwar it-tipi ta' żbalji u r-rati tal-iżbalji. Dan huwa rrappurtat mid-DGs tar-Riċerka kollha fir-Rapporti ta' Attività Annwali rispettivi tagħhom.

7.30.

Il-Qorti sabet każ wieħed (rimborż lil benefiċjarju tar-riċerka) fejn il-kontrolli naqsu milli joperaw b’mod sodisfaċenti. Ir-rendikont ta’ l-ispejjeż tal-benefiċjarju kien juża r-rati baġitjati għall-ispejjeż tal-persunal minflok iċ-ċifri proprja, u dan wassal għal dikjarazzjoni iżjed ta’ 16 %. Dan seta’ nstab permezz ta’ kontrolli tal-plawsibbiltà qabel l-awtorizzazzjoni tal-pagament.

7.30.

Il-Kummissjoni se tikkoreġi l-iżball billi toħroġ ordni ta' rkupru.

Ċertifikazzjoni tal-verifika tar-rendikonti ta’ l-ispejjeż

7.31.

Għat-62 tranżazzjoni vverifikata għand il-benefiċjarju fejn kien ingħata ċertifikat, il-Qorti qabblet ir-riżultati ta’ l-ittestjar proprju tagħha maċ-ċertifikat.

 

7.32.

Fi 32 (52 %) tal-każijiet, l-awditur li jiċċertifika kien ħareġ opinjoni mingħajr riżerva, filwaqt li l-Qorti sabet żbalji serji fir-rendikonti ta’ l-ispejjeż. Dan jikkonferma s-sejba preċedenti tal-Qorti li dan il-kontroll mhux dejjem jagħti assigurazzjoni biżżejjed tal-legalità u r-regolarità tan-nefqa.

7.33.

L-ambitu għal interpretazzjoni differenti tar-regoli tal-finanzjament kumplessi tas-Sitt Programm ta’ Qafas joħloq inċertezza fost il-benefiċjarji u l-awdituri li jiċċertifikaw dwar kwistjonijiet ta’ eliġibbiltà (b’mod partikolari għal spejjeż tal-persunal u dawk indiretti). Dan, flimkien man-nuqqas ta’ mudell mandatorju ta’ ċertifikat tal-verifika għas-Sitt Programm ta’ Qafas ikompli jnaqqas l-effettività ta’ dan l-element prinċipali tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll. Il-miżuri meħuda mill-Kummissjoni biex tittejjeb il-kwalità taċ-ċertifikazzjoni tal-verifika għas-Seba’ Programm ta’ Qafas, bħal sett ta’ proċeduri obbligatorji u rapport mandatorju huma fl-istadji bikrija ta’ implimentazzjoni.

7.32 u 7.33.

Il-Kummissjoni taqbel li l-affidabbiltà taċ-ċertifikazzjoni tal-verifika tal-FP6 mhix għal kollox sodisfaċenti, meta jitqies il-livell ta' żbalji li baqa' jiġi nnutat fil-verifiki. Madankollu, il-livell ta' żbalji ġenerali fl-FP6 huwa iktar baxx mill-iżbalji nnutati fit-talbiet għall-ispejjeż mhux ċertifikati relatati mal-FP5. Dan jindika li ċ-ċertifikati tal-verifika jikkontribwixxu għat-titjib tal-eżattezza tat-talbiet għall-ispejjeż.

Rigward l-FP6, m'hemm ebda mudell ta' ċertifikat mandatorju. Madankollu l-mudell propost ġie segwit fil-biċċa l-kbira taċ-ċertifikati ta' verifika sottomessi.

Għall-FP7 il-Kummissjoni tejbet iktar l-affidabbiltà taċ-ċertifikati ta' verifika permezz ta' “proċeduri miftiehma”, li jistabbilixxu fid-dettall ix-xogħol ta' verifika li għandu jsir mill-awdituri li joħorġu ċ-ċertifikati u jinkoraġġixxu ċertifikazzjoni mhux mandatorja tal-metodu ta’ l-ispejjeż.

Il-verifiki finanzjarji ex-post tal-Kummissjoni

7.34.

Fl-2007, żdiedet il-kopertura tan-nefqa minn verifiki ex-post (it- Tabella 7.2 ), bħala rispons għal kritiki preċedenti tal-Qorti. Madankollu, għad iridu jsiru sforzi biex jitnaqqas l-għadd ta’ fajls tal-verifika miftuħa u jkunu rkuprati ammonti mhux imħallsa u ddikjarati iżjed mingħajr dewmien eċċessiv.

7.34.

Id-DGs tar-Riċerka żiedu b'mod sinifikanti l-isforzi ta' verifika tagħhom fl-2007 u laqħu l-miri annwali tagħhom.

Wara sforz ikbar ta' verifika fl-2007, issa l-attenzjoni daret fuq il-korrezzjoni ta’ l-iżbalji misjuba. Id-DĠs tar-Riċerka qed jitħabtu attivament biex itejbu l-istrumenti ta' sorveljar u qed joħorġu linji gwida amministrattivi u finanzjarji iktar preċiżi. Dawn huma mistennija li jtejbu l-effiċjenza u l-kompletezza tal-proċess ta' rkupru (inkluża l-estrapolazzjoni u s-segwitu għas-sejbiet tal-Qorti).

7.35.

Jibqgħu xi nuqqasijiet fil-qsim ta’ riżultati tal-verifika bejn id-DĠs tar-riċerka, li jkomplu jżommu għodod ta’ l-IT lokali mingħajr l-ebda riżorsa awtomatika għall-faċilità ta’ ttraċċjar tal-verifika ċentrali tal-Kummissjoni.

7.35.

Qed isiru sforzi sostanzjali biex tinqasam l-informazzjoni rigward ir-riżultat ta' verifika b'mod effettiv. Punt komuni fejn jinżammu r-riżultati ta' verifika għat-tqassim ta’ l-informazzjoni fost id-DĠs tar-Riċerka ilu operattiv minn Mejju 2008.

Id-data dwar il-verifiki tal-FP5 u l-FP6 issa ġew trasferiti fil-faċilità ċentrali ta' ttraċċjar ta' verifika tal-Kummissjoni, u għaddejja ħidma biex jiġi żgurat it-trasferiment awtomatiku ta' data ta' verifika ġdida mill-istrumenti kollha ta’ l-IT lokali użati mid-DĠs tar-Riċerka.

7.36.

Fl-2007, id-DĠs tar-riċerka bdew jimplimentaw strateġija tal-verifika ex-post komuni għas-Sitt Programm ta’ Qafas, imfassla biex tiżgura assigurazzjoni dwar il-legalità u r-regolarità tan-nefqa.

 

7.37.

L-istrateġija tinkludi bosta inizjattivi li x’aktarx jikkontribwixxu għal operat aktar effettiv ta’ dan il-kontroll. Dawn jinkludu l-użu ta’ kriterji tar-riskju komuni u metodi ta’ għażla tal-kampjun, li jiffokaw fuq benefiċjarji kbar. L-istrateġija tinkorpora wkoll proċeduri ta’ kontroll tal-kwalità mtejjba, l-introduzzjoni ta’ grupp ta’ ħidma għall-qsim tar-riżultati tal-verifika, l-iżvilupp ta’ manwal tal-verifika komuni, timijiet tal-verifika konġunti u laqgħat ta’ koordinazzjoni kull xahar biex fihom jiddiskutu każijiet u jadottaw pożizzjonijiet komuni.

 

Tabella 7.2 — Verifiki finanzjarji ex-post fuq Programmi ta' Qafas tar-Riċerka li tlestew bejn l-2005 u l-2007

Direttorat-Ġenerali

Għadd ta' verifiki li tlestew

Għadd ta' parteċipanti vverifikati

Għadd ta' kuntratti miftuħa

Valur ta' parteċipazzjonijiet vverifikati

(miljun euro)

Valur ta' kuntratti miftuħa

(miljun euro)

Aġġustamenti ta' spejjeż ineliġibbli favur il-Kummissjoni bħala riżultat tal-verifiki

% tal-valur tal-parteċipanti vverifikati/valur ta' kuntratti miftuħa

 

2005

2006

2007

2005

2006

2007

2005

2006

2007

2005

2006

2007

2005

2006

2007

2005

2006

2007

2005

2006

2007

Valur

(miljun euro)

% tal-valur tal-kuntratti vverifikati

 

Valur

(miljun euro)

% tal-valur tal-kuntratti vverifikati

 

Valur

(miljun euro)

% tal-valur tal-kuntratti vverifikati

 

Enerġija u Trasport (10)

16

69

126

20

100

188

1 099

1 166

294

21,49

66,48

73,08

899,46

929,55

1 063,30

0,85

3,9

5,47

8,2

3,70

5,1

2,4

7,2

6,9

Soċjetà ta' l-Informazzjoni u l-Media (11)

30

80

143

72

192

339

1 520

1 415

1 281

32,61

79,45

167,67

1 809,00

1 889,00

2 022,00

2,57

7,9

3,59

4,5

6,86

4,1

1,8

4,2

8,3

Intrapriża u Industrija (12)

1

44

108

8

69

127

1 672

2 369

224

22,28

28,66

29,67

305,75

1 179,00

332,11

1,38

6,2

0,64

2,2

0,78

2,6

7,3

2,4

8,9

Riċerka (11)

23

151

305

35

198

565

8 906

12 070

9 441

38,25

58,68

293,40

5 032,43

6 663,85

4 713,16

0,72

1,9

3,47

5,9

4,81

1,6

0,8

0,9

6,2

Total

70

344

682

135

559

1 219

13 197

17 020

11 240

114,63

233,26

563,82

8 046,64

10 661,41

8 130,57

5,52

4,8

13,18

5,6

16,15

2,9

1,4

2,2

6,9

Sors: Data mogħtija mill-Kummissjoni.

7.38.

Barra dan, l-istrateġija l-ġdida timmira li ssaħħaħ il-proċess taċ-ċertifikazzjoni tal-verifika billi tkompli ssostni l-benefiċjarji u l-awdituri li jiċċertifikaw u permezz ta’ l-iżvilupp ta’ ċertifikazzjoni ex-ante ta’ metodoloġijiet ta’ l-infiq fis-Seba’ Programm ta’ Qafas.

 

7.39.

Għalkemm l-istrateġija ġdida tirrappreżenta bażi soda biex ikunu indirizzati l-problemi identifikati mill-Qorti, il-benefiċċji potenzjali jiddependu mill-implimentazzjoni sħiħa u effettiva sa mill-2008 lil hemm.

7.39.

L-implimentazzjoni ta’ l-istrateġija komuni ta' verifika għall-FP miexja tajjeb. L-ewwel riżultati kienu diġà viżibbli fl-2007 (ara wkoll ir-risposti għall-paragrafi 7.15-7.16, 7.20-7.21, 7.26 u 7.29).

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet ġenerali

7.40.

Abbażi tax-xogħol tal-verifika tagħha, il-Qorti tikkonkludi li l-pagamenti fl-2007 għall-grupp tal-politika Riċerka, Enerġija u Trasport huma milquta minn livell materjali ta’ żball ta’ legalità u/jew regolarità.

7.41.

L-evalwazzjoni tal-Qorti tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll għall-grupp tal-politika Riċerka, Enerġija u Trasport hija li huma parzjalment effettivi.

7.40 u 7.41.

L-istrateġija ta' kontroll tal-Kummissjoni tara li ssib u tikkoreġi l-iżbalji, b'tali mod li meta tkun implimentata għal kollox fuq perjodu ta' erba' snin, hija tiżgura li r-rata ta’ l-iżbalji residwali (żbalji li jibqgħu mhux ikkoreġuti) tkun taħt il-limitu tal-materjalità, kif deskritt fid-dettall fir-Rapporti ta' Attività Annwali tad-DĠs tar-Riċerka.

7.42.

Il-Qorti ttenni r-rakkomandazzjoni tagħha biex jiġu ssimplifikati u ċċarati r-regoli għall-kalkolu u għar-rappurtar ta’ l-ispejjeż mill-benefiċjarji filwaqt li, fejn huwa possibbli, isir użu aktar estensiv ta’ finanzjament b’somma waħda u tiġi introdotta sistema ta’ finanzjament ibbażat fuq ir-riżultati, aktar milli fuq ir-riżorsi.

7.42.

Il-Kummissjoni taqbel li hija meħtieġa iktar simplifikazzjoni fir-rigward tal-kwistjonijiet ta’ l-eliġibbiltà ta’ l-ispejjeż, partikolarment għall-ispejjeż tal-persunal u l-ispejjeż indiretti. Hija tiġbed l-attenzjoni għal-limit legali tal-FP7 u għad-diffikultajiet biex jiġi definit il-ħlas ta' somom f'daqqa u b'rata fissa li jkunu rappreżentattivi.

Barra dan iċ-ċertifikazzjoni ex-ante tal-metodu ta' kalkolu tal-ħlas introdott fl-FP7 hija pass il-quddiem ewlieni lejn is-simplifikazzjoni. Il-Kummissjoni tirreferi għall-kwistjonijiet diskussi fir-risposti tagħha għall-paragrafi 7.20 u 7.21.

Fir-rigward ta’ l-iżvilupp ta' mekkaniżmi ta' finanzjament alternattivi (bħal ħlas ta' somom f'daqqa u finanzjament ibbażat fuq ir-riżultati), il-Kummissjoni hi miftuħa għal diskussjonijiet mal-Qorti u ma' partijiet interessati oħra.

7.43.

Fi ħdan il-qafas attwali ta’ sistema ta’ finanzjament ibbażat fuq ir-rimborż ta’ l-ispejjeż iddikjarati mill-benefiċjarji, il-Kummissjoni għandha:

7.43.

 

a)

tindirizza l-iżbalji persistenti fil-pagamenti, waqt li tagħmel użu effettiv tal-mekkaniżmi ta’ sanzjonijiet disponibbli skond ir-regoli tas-Sitt Programm ta’ Qafas (il-paragrafi 7.14 sa 7.23);

a)

L-istrateġija ta' verifika tal-FP6 hija ddisinnjata biex tindirizza żbalji persistenti fil-ħlasijiet. Is-sanzjonijiet, u partikolarment id-danni likwidati, huma parti mill-istrateġija ta' verifika implimentata mill-2007.

b)

tiżgura li jkunu applikati desk checks b’mod rigoruż qabel ma jsiru l-pagamenti lill-benefiċjarji u ttejjeb l-analiżi tagħha ta’ l-iżbalji misjuba (il-paragrafi 7.26 sa 7.30);

b)

Bl-introduzzjoni taċ-ċertifikati ta' verifika fl-FP6, il-verifika ex-ante ssaħħet b'mod sinifikanti meta mqabbla mal-programmi ta' qafas preċedenti.

Il-verifiki fuq il-post tad-dikjarazzjonijiet ta’ l-ispejjeż permezz tal-verifiki jibqgħu il-bażi ta’ l-istrateġija ta' assigurazzjoni, u jipprovdu informazzjoni sostanzjali dwar l-iżbalji li jkunu saru. Għalhekk, il-Kummissjoni intensifikat il-kontrolli ex-post tagħha bl-introduzzjoni tal-istrateġija ta' verifika tal-FP6. L-istrateġija tinkludi żieda sinifikanti fl-isforz ta' verifika u fil-miżuri li jikkoreġu l-iżbalji li jinstabu. Dawn il-miżuri huma alternattiva effettiva għal dawk rakkomandati mill-Qorti.

c)

tkompli tagħti sostenn lill-benefiċjarji u lill-awdituri li jiċċertifikaw għall-proċess ta’ ċertifikazzjoni tal-verifika u tiżgura l-implimentazzjoni effettiva tal-miżuri introdotti biex ittejjeb iċ-ċertifikazzjoni tar-rendikonti ta’ l-ispejjeż għas-Seba’ Programm ta’ Qafas (il-paragrafi 7.31 sa 7.33);

c)

Ittieħdu numru ta' azzjonijiet biex titjieb il-kwalità taċ-ċertifikati ta' verifika għall-FP6, bħall-ħruġ ta' noti ta' gwida għall-benefiċjarji u għall-awdituri li joħorġu ċ-ċertifikati, il-ħolqien ta' “task force” għat-trattar taċ-ċertifikati ta' verifika, u bil-parteċipazzjoni ta’ l-awdituri li joħorġu ċ-ċertifikati fil-workshops u fil-korsijiet tat-taħriġ.

Għall-FP7 il-Kummissjoni tejbet iktar l-affidabbiltà taċ-ċertifikati ta' verifika permezz ta' “proċeduri miftiehma”, li jistabbilixxu fid-dettall ix-xogħol ta' verifika li għandu jsir mill-awdituri li joħorġu ċ-ċertifikati.

Il-Kummissjoni qed tinkoraġġixxi wkoll iċ-ċertifikazzjoni mhux mandatorja tal-metodu ta' ħlas fuq il-bażi tal-miżuri ta' implimentazzjoni, li bħalissa qed jiġu finalizzati.

d)

issegwi l-istrateġija komuni tal-verifika ex-post tagħha għas-Sitt Programm ta’ Qafas, b’mod partikolari permezz ta’ l-iżvilupp ta’ sistemi ta’ informazzjoni tal-ġestjoni komuni u l-implimentazzjoni f’waqtha u effettiva tar-riżultati tal-verifika (il-paragrafi 7.34 sa 7.39).

d)

L-isforzi se jitkomplew biex jiġu implimentati r-riżultati ta' verifika b'mod effettiv u fil-ħin. Ser jintużaw il-faċilitajiet ABAC għall-intraċċjar tal-verifiki, kif ukoll l-ordnijiet ta' rkupru u l-kumpensi.

SEGWITU TA’ L-OSSERVAZZJONIJIET PREĊEDENTI

Segwitu ta’ l-osservazzjonijiet prinċipali tad-Dikjarazzjonijiet ta’ Assigurazzjoni

7.44.

Sommarju tar-riżultati tas-segwitu tal-Qorti ta’ l-osservazzjonijiet prinċipali fid-Dikjarazzjonijiet ta’ Assigurazzjoni reċenti jinstab fl- Anness 7.2 .

7.44.

Ara r-risposti tal-Kummissjoni fl-Anness 7.2.

Segwitu tar-Rapport Speċjali Nru 6/2005 dwar in-Network Trans-Ewropew għat-Trasport

7.45.

Ir-Rapport Speċjali Nru 6/2005 dwar in-network trans-Ewropew għat-trasport (TEN-T) (13) identifika nuqqasijiet, b’mod notevoli meta jkun qiegħed jiġi mmirat il-finanzjament u fl-għażla u fil-monitoraġġ ta’ proġetti. Il-Qorti rrakkomandat lill-Kummissjoni li:

a)

tikkonċentra l-finanzjament fuq taqsimiet ta’ proġett bl-ogħla valur miżjud Ewropew billi tagħti prijorità lil proġetti trans-konfinali u żżid ir-rati ta’ finanzjament;

b)

tapplika proċedura ta’ evalwazzjoni aktar effiċjenti, trasparenti u stretta għall-għażla ta’ proġetti għall-finanzjament;

c)

twettaq monitoraġġ tal-proġetti b’mod aktar rigoruż.

 

7.46.

L-azzjoni meħuda mill-Kummissjoni parzjalment indirizzat ir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti.

 

7.47.

Ir-rata massima ta’ għajnuna finanzjarja għal proġetti trans-konfinali żdiedet għal 30 % bir-regola l-ġdida u l-limitu minimu ta’ finanzjament ġie miżjud minn miljun euro għal 1,5 miljun euro.

 

7.48.

Il-proċedura ta’ evalwazzjoni għall-għazla ta’ proġetti ttejjbet billi żdied l-użu ta’ esperti esterni u ġiet introdotta gwida għall-applikanti.

 

7.49.

Il-monitoraġġ ittejjeb bl-introduzzjoni ta’ spezzjonijiet sistematiċi fuq il-post u b’database waħdanija ta’ proġetti. Il-Kummissjoni ċċarat id-definizzjonijiet rispettivi ta’ “studji” u “xogħlijiet” kif kienet issuġġeriet il-Qorti, iżda ma armonizzatx l-istruttura għad-deskrizzjoni ta’ xogħlijiet, u lanqas ma sstandardizzat il-monitoraġġ tekniku u finanzjarju.

7.49.

Meta flimkien kienu qed jippreparaw il-mudell il-ġdid tad-deċiżjoni finanzjarja għall-perjodu ta' programmar 2007-2013, il-Kummissjoni u l-Aġenzija eżekuttiva TEN-T taw attenzjoni partikolari biex itejbu l-elementi li jippermettu sorveljar tekniku u finanzjarju aħjar ta’ l-azzjonijiet finanzjati taħt il-programm TEN-T. B'riżultat ta' dan, ġew introdotti modifiki għad-deċiżjoni finanzjarja mudell stess u ġiet imfassla sistema ta' sorveljar iktar robusta, ibbażata fuq pjan ta' azzjoni strateġiku ddettaljat ġdid għall-implimentazzjoni tal-proġett li għandu jiġi sottomess mill-benefiċjarju mhux iktar tard minn 6 xhur wara n-notifika tad-deċiżjoni. L-introduzzjoni ta' dan ir-rekwiżit ġdid, u ta' sistema ta' rappurtar annwali, huma mistennija li jtejbu s-sorveljar tal-proġetti, u li jappoġġjaw il-benefiċjarji matul il-fażi ta' implimentazzjoni billi jinstabu l-problemi f'fażi bikrija.


(1)  L-istrateġija i2010 tiġbor flimkien il-politiki, inizjattivi u azzjonijiet kollha ta’ l-UE li jimmiraw li jagħtu spinta lill-iżvilupp u użu tat-teknoloġiji diġitali. L-i2010 hija parti mill-istrateġija ta’ Liżbona biex permezz tagħha l-Ewropa ssir ekonomija msejsa aktar fuq it-tagħrif u aktar kompetittiva u dinamika. Il-biċċa l-kbira tal-finanzjament huwa mogħti mill-Programmi ta’ Qafas għar-riċerka.

(2)  In-nefqa diretta fuq ir-riċerka ssostni ċ-Ċentru tar-Riċerka Konġunta ta’ l-UE (JRC: 2 % tat-total tal-pagamenti fl-2007), li huwa Direttorat-Ġenerali tal-Kummissjoni. Għandu seba’ istituti tar-riċerka u jipprovdi sostenn xjentifiku u tekniku għall-konċepiment, l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-politika ta’ l-UE.

(3)  Erba’ Direttorati-Ġenerali fil-Kummissjoni huma responsabbli prinċipalment għall-ġestjoni tal-finanzjament tar-riċerka: Id-Direttorat Ġenerali tar-Riċerka (DĠ RTD) u d-Direttorat-Ġenerali għas-Soċjetà ta’ l-Informazzjoni u l-Media (DĠ INFSO) huma d-dipartimenti ewlenin involuti; id-Direttorat Ġenerali ta’ l-Enerġija u t-Trasport (DĠ TREN) u d-Direttorat Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija (DĠ ENTR) huma involuti ukoll. Taħt is-Seba’ Programm ta’ Qafas id-DĠs tar-Riċerka bi ħsiebhom li jimplimentaw parti mill-baġit tagħhom permezz tal-ġestjoni ċentralizzata indiretta.

(4)  Il-proġetti għandhom medja ta’ madwar 20 parteċipant, għalkemm l-għadd ta’ parteċipanti jista’ jilħaq 95.

(5)  Il-Kapitolu 10 ta’ dan ir-rapport ikopri n-nefqa fuq ir-riċerka fil-qasam tal-politika Intrapriża.

(6)  Kontrolli ta’ fatturi u ta’ evidenza oħra ta’ sostenn. Rendikonti ta’ l-ispejjeż mibgħuta lill-Kummissjoni għar-rimborż huma magħmula prinċipalment minn spejjeż tal-persunal u spejjeż indiretti, flimkien ma’ spejjeż ta’ l-ivvjaġġar, oġġetti ta’ konsum u spejjeż diretti oħra.

(7)  Dawn huma magħmula minn 59 pagament bil-quddiem (39 FP6, 13 FP7, 1 TEN-T, 6 oħra) imħallsa mill-Kummissjoni lill-benefiċjarji wara l-konklużjoni tal-ftehim ta’ għotja, 12-il pagament li ma jinvolvux pagamenti lill-proġetti, bħal fatturi għal servizzi mogħtija minn esperti esterni li jevalwaw il-proposti ta’ proġetti; 109 rimborżi interim u finali (85 FP6, 11 FP5, 6 TEN-T, 1 TEN-E, 6 oħra).

(8)  Minbarra l-irkupru tal-fondi, il-Kummissjoni għandha d-dritt titlob il-kumpens (danni likwidati) minn benefiċjarju li jinstab li ddikjara iżjed l-ispejjeż eliġibbli u konsegwentement irċieva kontribuzzjoni mhux ġustifikata mill-UE. Kull benefiċjarju li jinstab misjub persistentement li jikser l-obbligi kuntrattwali jista’ wkoll ikun soġġett għal pieni finanzjarji b’rata fissa.

(9)  8 riċerka, 7 TEN.

(10)  Minbarra l-proġetti tan-Network Trans-Ewropew (Trasport). Għall-2005 u l-2006 ċ-ċifri kollha jinkludu l-programmi kollha (tar-riċerka u mhux tar-riċerka) ivverifikati mid-Direttorat-Ġenerali.

(11)  Il-valur tal-parteċipazzjonijiet ivverifikati jinkludi l-ispejjeż kollha (l-UE u l-parteċipant).

(12)  Għall-2005 u l-2006 ċ-ċifri kollha jinkludu l-programmi kollha (tar-riċerka u mhux tar-riċerka) ivverifikati mid-Direttorat-Ġenerali.

Sors: Data mogħtija mill-Kummissjoni.

(13)  ĠU C 94, 21.4.2006.

ANNESS 7.1

Evalwazzjoni tas-sistemi ta' sorveljanza u kontroll

Sistema kkonċernata

Kontroll intern prinċipali

Evalwazzjoni ġenerali

Desk checks qabel il-pagament

Ċertifikazzjoni tal-verifika

Verifiki finanzjarji ex-post

Is-Sitt Programm ta’ Qafas (FP6)

 

 

 

 


Kodiċi

 

Effettiv

 

Parzjalment effettiv

 

Mhux effettiv


Riżultat ta’ l-ittestjar tat-tranżazzjonijiet

Kampjun ta’ l-istima tal-proporzjon tat-tranżazzjonijiet milquta minn żball

48 %

Rata ta’ żball

Bejn 2 % u 5 %

ANNESS 7.2

Segwitu ta’ l-osservazzjonijiet prinċipali tad-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni

Osservazzjoni tal-Qorti

Azzjoni meħuda

Analiżi tal-Qorti

Risposta tal-Kummissjoni

1.   Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni ta’ l-2005: livell materjali ta' żball fl-ispejjeż iddikjarati mill-benefiċjarji

Fl-2005, il-Qorti sabet livell materjali ta’ żball fi 17 mit-22 tranżazzjoni ta’ bażi vverifikati għand il-benefiċjarji. It-tipi ta' żbalji l-aktar frekwenti kienu: nuqqas ta’ evidenza ta’ sostenn, b’mod partikolari għall-ħin tax-xogħol fatturat, jew spejjeż fatturati darbtejn; użu ta' rati medji għall-ispejjeż tal-persunal li jiddevjaw b’mod sinifikanti mill-ispejjeż proprja; allokazzjoni mhux iġġustifikata ta’ spejjeż indiretti lill-azzjoni; dikjarazzjonijiet ta’ spejjeż li ma ssodisfawx il-kriterji ta’ l-eliġibbiltà.

(Ir-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2005, il-paragrafi 7.6 sa 7.8).

Fi tliet każijiet, il-Kummissjoni ma qablitx mas-sejbiet tal-Qorti u ma ħadet l-ebda azzjoni korrettiva.

F’għaxar każijiet, il-Kummissjoni għamlet korrezzjonijiet finanzjarji, jew billi ħarġet ordni ta’ rkupru jew inkella billi aġġustat il-pagamenti lill-benefiċjarji f’perijodi sussegwenti.

F’erba’ każijiet, il-Kummissjoni ħadet azzjoni korrettiva li għad trid titlesta.

Għalkemm il-Kummissjoni ħadet azzjoni korrettiva għall-biċċa l-kbira tas-sejbiet tal-Qorti, f’bosta kazijiet il-korrezzjonijiet finanzjarji ħadu żmien konsiderevoli (sa 20 xahar), jew inkella ma tlestewx. Dewmien fil-korrezzjoni ta’ pagamenti mhux dovuti huwa ta’ ħsara għall-ġestjoni finanzjarja tajba tan-nefqa.

Minn maħa l-waħda, il-Kummissjoni taqbel li l-korrezzjonijiet finanzjarji li saru permezz tal-kumpens fil-pagament sussegwenti jistgħu jirriżultaw f'xi dewmien. Il-Kummissjoni tqis madankollu li hija sistema xierqa għall-proġetti li għaddejjin.

Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni qed tkompli ttejjeb is-segwitu għall-verifiki tagħha sabiex tillimita/tevita dewmien mhux ġustifikat.

2.   Nuqqasijiet fis-sistema taċ-ċertifikazzjoni tal-verifika għas-Sitt Programm ta’ Qafas;

Il-ħruġ tard ta' linji gwida mill-Kummissjoni, flimkien mal-kumplessità tad-dispożizzjonijiet finanzjarji tas-Sitt Programm ta’ Qafas laqtu ħażin is-sistema taċ-ċertifikazzjoni tal-verifika. Jinħtieġu linji gwida mtejjba biex ikunu indirizzati inċertezzi fir-rigward ta’ kwistjonijiet ta’ eliġibbiltà u ta’ l-indipendenza ta’ l-awdituri li jiċċertifikaw.

Il-verifiki mwettqa mill-Qorti għand il-benefiċjarji sabu b'mod konsistenti ammonti sinifikanti ta' spejjeż ineliġibbli inklużi fir-rendikonti ta' l-ispejjeż li għalihom l-awditur li jiċċertifika ħareġ opinjoni mingħajr riżerva. Il-problemi għandhom x’jaqsmu l-aktar ma’ nefqa ineliġibbli tal-persunal u l-użu ta’ sistemi ta' l-ispejjeż li ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet kuntrattwali.

(Ir-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2004, il-paragrafu 6.11; ir-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2005, il-paragrafi 7.15 sa 7.17; ir-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2006, il-paragrafi 7.14 sa 7.17).

Il-Kummissjoni tejjbet is-sostenn tagħha lill-awdituri li jiċċertifikaw u lill-benefiċjarji, u lid-dipartimenti operattivi tagħha stess.

L-istrateġija tal-verifika ex-post għas-Sitt Programm ta’ Qafas hija intiża sabiex tikkontribwixxi għall-evalwazzjoni ta’ l-effettività tas-sistema taċ-ċertifikazzjoni tal-verifika. Kwistjonijiet relatati maċ-ċertifikati tal-verifika huma diskussi b’mod regolari mid-DĠs tar-Riċerka f’laqgħat tal-Grupp tal-Koordinazzjoni għall-verifika esterna fil-familja tar-Riċerka.

Għas-Seba’ Programm ta’ Qafas, il-Kummissjoni introduċiet miżuri oħra biex ittejjeb il-kwalità taċ-ċertifikati tal-verifiki: “proċeduri li ntlaħaq qbil fuqhom”, ċertifikazzjoni obbligatorja tal-metodoloġija tal-kalkolu għall-ispejjeż medji tal-persunal u ċ-ċertifikazzjoni fakoltattiva ta’ l-ispiża tal-persunal u metodoloġiji ta' l-ispejjeż indiretti.

Il-Qorti tkompli ssib li, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet li għalihom sabet żbalji sinifikanti fir-rendikonti ta’ l-ispejjeż, l-awditur li jiċċertifika ta opinjoni mingħajr riżerva. Jibqa’ l-każ għas-Sitt Programm ta’ Qafas, illi ċ-ċertifikati tal-verifika għadhom ma jaħdmux bħala kontroll affidabbli.

Il-Kummissjoni taqbel mal-Qorti li l-affidabbiltà taċ-ċertifikazzjoni tal-verifika tal-FP6 mhix għal kollox sodisfaċenti, meta jitqies il-livell ta' żbalji li baqa' jiġi nnutat fil-verifiki. Madankollu, il-livell ta' żbalji ġenerali fl-FP6 huwa iktar baxx mill-iżbalji nnutati fit-talbiet għall-ispejjeż mhux ċertifikati relatati mal-FP5. Dan jindika li ċ-ċertifikati tal-verifika jikkontribwixxu għat-titjib tal-eżattezza tat-talbiet għall-ispejjeż.

Barra dan, għall-FP7 il-Kummissjoni tejbet iktar l-affidabbiltà taċ-ċertifikati ta' verifika permezz ta' “proċeduri miftiehma”, li jistabbilixxu fid-dettall ix-xogħol ta' verifika li għandu jsir mill-awdituri li joħorġu ċ-ċertifikati.

3.   Persistenza tad-dewmien fil-pagamenti mill-Kummissjoni

Fi proporzjon sinifikanti ta’ każijiet, il-Kummissjoni ġarrbet dewmien mhux dovut biex għamlet il-pagamenti lill-benefiċjarji, u b'hekk naqqset milli tikkonforma mal-limiti ta' żmien għall-operazzjonijiet tan-nefqa mniżżla fir-Regolament Finanzjarju.

Fl-2005, 11 minn 69 pagament vverifikati mill-Qorti twettqu tard (jiġifieri 16 %). Għall-2006, il-Qorti identifikat pagamenti tard f'21 minn 113-il każ (jiġifieri 18,6 %).

Fl-2007, il-Qorti sabet pagamenti tard fi 30 minn 180 każ ivverifikat (jiġifieri 17 %).

(Ir-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2003, il-paragrafu 6.22; ir-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2004, il-paragrafu 6.27; ir-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2005, il-paragrafu 7.10; ir-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2006, il-paragrafu 7.29 u l-Anness 7.1).

Il-Kummissjoni tejjbet il-monitoraġġ tad-dewmien, li huma s-suġġett ta’ laqgħat regolari tal-maniġment.

Il-Kummissjoni analizzat ir-raġunijiet għad-dewmien. Ġew organizzati sessjonijiet tat-taħriġ u nħarġu istruzzjonijiet addizzjonali dwar il-proċess tal-pagament lill-uffiċjali finanzjarji.

Għalkemm ittieħdu passi biex il-problema tkun indirizzata, il-Kummissjoni għamlet ftit progress evidenti fit-tnaqqis ta’ dewmien fil-pagament waqt li kien għaddej is-Sitt Programm ta' Qafas.

Bħalma rrimarkaw ukoll is-servizzi tal-verifika interna tal-Kummissjoni, il-persistenza tad-dewmien żżid ir-riskji għal-legalità u r-regolarità tan-nefqa. Minbarra r-riskju finanzjarju (il-benefiċjarji jistgħu jitolbu l-imgħax) u r-riskji operattivi (l-esperti ta’ l-evalwazzjoni hemm mnejn ma jkunux iridu jieħdu sehem f’evalwazzjonijiet futuri u l-proġetti għandhom mnejn jiffaċċjaw diffikultajiet tal-likwidità), il-Kummissjoni tesponi ruħha għal riskju bla meħtieġ għar-reputazzjoni.

Id-DĠs tar-Riċerka kollha żiedu l-perċentwal tal-ħlasijiet li saru fil-ħin. Il-kwistjoni hija ssorveljata mill-qrib u qed tingħata l-ikbar attenzjoni biex jiġi żgurat iktar titjib.

KAPITOLU 8

Għajnuna esterna, żvilupp u tkabbir

WERREJ

8.1-8.6

Introduzzjoni

8.1-8.6

Karatteristiċi speċifiċi tan-nefqa fuq l-għajnuna Esterna, Żvilupp u Tkabbir

8.7-8.33

Evalwazzjoni speċifika fil-kuntest tad-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni

8.7-8.8

Ambitu tal-verifika

8.9-8.10

Legalità u Regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi

8.11-8.30

Evalwazzjoni tas-sistemi ta' sorveljanza u kontroll

8.11-8.16

Kontrolli ex-ante

8.17-8.22

Monitoraġġ ta’ l-organizzazzjonijiet implimentattivi

8.23-8.28

Verifiki esterni ta’ dikjarazzjonijiet tal-proġetti

8.29-8.30

Verifika interna

8.31-8.33

Konkużjoni ġenerali u rakkomandazzjonijiet

8.31-8.32

Konklużjonijiet

8.33

Rakkomandazzjonijiet

8.34-8.52

Segwitu ta' l-osservazzjonijiet preċedenti

8.34

Segwitu ta' osservazzjonijiet prinċipali tad-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni

8.35-8.52

Reviżjoni ta’ segwitu tar-Rapport Speċjali Nru 2/2006 fuq l-eżekuzzjoni tal-proġetti ffinanzjati minn TACIS ġewwa l-Federazzjoni Russa

8.35-8.38

Introduzzjoni

8.39-8.50

L-osservazzjonijiet tal-Qorti

8.51-8.52

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

INTRODUZZJONI

Karatteristiċi speċifiċi tan-nefqa fuq l-għajnuna Esterna, Żvilupp u Tkabbir

8.1.

Dan il-kapitolu jkopri s-sejbiet tal-Qorti dwar il-grupp ta’ politika Għajnuna Esterna, Żvilupp u Tkabbir, li fih l-oqsma ta’ politika segwenti: 19-Relazzjonijiet esterni; 21-Żvilupp u Relazzjonijiet ma’ l-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) (1); 22-Tkabbir; u 23-Għajnuna umanitarja. Fl-2007 l-impenji ammontaw għal 6 090 miljun euro (7 153 miljun euro fl-2006) u l-pagamenti ammontaw għal 6 199 miljun euro (6 292 miljun euro fl-2006). It-tqassim tal-pagamenti skond il-qasam ta’ politika jingħata fil- Grafika 8.1 . Informazzjoni aktar dettaljata dwar l-infiq għas-sena tingħata fl- Anness I ta’ dan ir-rapport.

 

Image

8.2.

In-nefqa fuq ir-Relazzjonijiet esterni u l-Iżvilupp, implimentata prinċiparjament mill-Uffiċċju tal-Koperazzjoni EuropeAid (EuropeAid), tinkludi:

a)

assistenza finanzjarja u teknika, u koperazzjoni ekonomika ma’ pajjiżi fl-Asja u l-Amerika Latina;

b)

Politika Ewropea tal-Viċinat li tinkludi s-sħubija strateġika mar-Russja;

c)

programmi tematiċi li jinkludu s-sigurtà fl-ikel, atturi mhux ta’ l-istat u awtoritajiet lokali, ambjent, saħħa u edukazzjoni, demokrazija u drittijiet tal-bniedem.

 

8.3.

Il-parti l-kbira tan-nefqa hija soġġetta għall-ġestjoni ċentralizzata diretta mis-servizzi tal-Kummissjoni jew mill-kwartieri ġenerali jew inkella, għal madwar 80 % tan-nefqa, mid-Delegazzjonijiet tal-Kummissjoni fil-pajjiżi terzi kkonċernati. Ġestjoni konġunta tapplika għal każijiet fejn l-għajnuna hija mogħtija permezz ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali.

 

8.4.

Proporzjon kbira tal-pagamenti huma pagamenti bil-quddiem/finanzjament bil-quddiem magħmula lill-organizzazzjonijiet implimentattivi tal-proġetti ta’ żvilupp li jinkludu, istituzzjonijiet governattivi, NGOs u organizzazzjonijiet internazzjonali. Il-proġetti sostnuti huma mxerrda f'aktar minn 150 pajjiż, u l-organizzazzjonijiet implimentattivi jvarjaw ħafna kemm fid-daqs kif ukoll fil-kompetenza amministrattiva. Fi ħdan kull proġett hemm numru kbir ta’ pagamenti individwali, li huma soġġetti għal regoli kumplessi, b’mod partikolari għal dak li jirrigwarda l-akkwist pubbliku b’sejħa għall-offerti u l-oriġini tal-provvisti.

8.4.

Minħabba n-natura multiannwali ta' bosta proġetti u sistemi ta' kontroll, żbalji li jinkixfu matul id-dewmien ta' proġett u kwalunkwe pagamenti mhux dovuti assoċjati, jistgħu jitħallsu lura fis-snin ta' wara dik li qiegħda tiġi eżaminata. Fil-verità, is-sistema ta' kontroll hija mfassla b'tali mod biex tiżgura li l-kontrolli fuq talbiet għal pagamenti min-naħa tal-benefiċjarji jsiru fl-istadji ewlenin tal-implimentazzjoni tal-proġett, ħalli b'hekk l-iżbalji li saru fuq pagamenti/iffinanzjar bil-quddiem jistgħu jinkixfu u jerġgħu jitħallsu lura fis-snin ta' wara dik li qed tiġi eżaminata.

Il-pagamenti finali jsiru kif titlesta l-proġett u kif ikun hemm approvazzjoni minn naħa tal-Kummissjoni tar-rapporti finali fuq il-proġett.

8.5.

Id-Direttorat-Ġenerali għat-Tkabbir jamministra n-nefqa fuq l-assistenza għat-transizzjoni u l-bini ta’ istituzzjonijiet taħt l-Istrument ta’ assistenza għal qabel l-adeżjoni, il-programm Phare, CARDS (2), u l-koperazzjoni mat-Turkija. Il-pagamenti huma ġeneralment magħmula jew fuq il-bażi ta’ sistema ta’ implimentazzjoni deċentralizzata (DIS) jew inkella s-sistema ta’ implimentazzjoni deċentralizzata estiża (EDIS). Fil-każ ta’ DIS, kontrolli ex-ante ta’ deċiżjonijiet ta’ l-għoti ta’ kuntratti huma mwettqa mid-Delegazzjoni tal-Kummissjoni, filwaqt taħt l-EDIS il-kontrolli ex-ante jiġu mwarrba.

8.5.

Żewġ modi oħra jintużaw għall-kandidati potenzjali. Fl-Albanija, u l-Bożnija u l-Ħerzegovina, l-assistenza hija ġestita mid-Delegazzjonijiet tal-KE (ġestjoni diretta ċentralizzata b'mod mhux konċentrat). Fil-Montenegro, FYROM, is-Serbja u l-Kosovo, l-Aġenzija Ewropea għall-Kostruzzjoni mill-Ġdid tiġġestixxi l-assistenza b'mod indirett u ċentralizzat.

Il-ġestjoni ċentralizzata tintuża għall-programmi multibenefiċjarji u għall-assistenza tal-Komunità Torka Ciprijotta.

8.6.

Għajnuna umanitarja, inkluża l-għajnuna ta’ l-ikel, hija implimentata mid-Direttorat Ġenerali għall-Għajnuna Umanitarja (ECHO). In-nefqa hija amministrata fuq il-livell tal-kwartieri ġenerali. Madwar nofs l-approprjazzjonijiet impenjati huma relatati ma’ l-NGOs (ġestjoni ċentralizzata diretta) u nofs man-Nazzjonijiet Uniti jew organizzazzjonijiet internazzjonali oħra (ġestjoni konġunta).

 

EVALWAZZJONI SPEĊIFIKA FIL-KUNTEST TAD-DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

Ambitu tal-verifika

8.7.

L-objettiv tal-verifika kien li tingħata konklużjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi ta’ l-għajnuna esterna, l-żvilupp u t-tkabbir. Il-verifika kienet ibbażata fuq żewġ komponenti prinċipali:

a)

ittestjar sostantiv tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi magħmula mill-Kummissjoni jew mid-Delegazzjonijiet tagħha fl-2007 permezz ta’ kampjun statistiku rappreżentattiv ta’ 145 punt. Il-kampjun kien jikkonsisti f’pagamenti lill-organizzazzjonijiet implimentattivi, pagamenti għall-appoġġ baġitarju, pagamenti lill-fondi ta’ trust, u pagamenti oħra magħmula direttament mill-Kummissjoni/Delegazzjoni fuq il-bażi ta’ per eżempju, xogħol, kuntratti ta’ servizzi jew ta’ provvista. Meta kien neċessarju, l-organizzazzjonijiet implimentattivi ġew miżjura fuq il-post sabiex jiġu vverifikati pagamenti ta’ bażi ddikjarati f’rapporti finanzjarji jew ta’ verifika;

b)

evalwazzjoni tas-sistema ta’ sorveljanza u kontroll tal-Kummissjoni fil-kwartieri ġenerali kif ukoll fid-Delegazzjonijiet, li tinkludi:

i)

kontrolli ex-ante fuq kuntratti u pagamenti;

ii)

monitoraġġ ta’ l-organizzazzjonijiet implimentattivi;

iii)

verifiki esterni

iv)

verifika interna

 

8.8.

Fil-kuntest tal-verifika, tmien pajjiżi saritilhom żjara fuq il-post sabiex issirilhom verifika dettaljata tat-tranżazzjonijiet: l-Indoneżja, in-Nikaragwa, il-Kosta Rika, l-Eġittu u l-Filippini għan-nefqa fuq ir-Relazzjonijiet esterni u l-Bulgarija, it-Turkija u l-Kroazja għat-Tkabbir.

 

Legalità u Regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi

8.9.

L-ittestjar sostantiv għall-grupp ta’ politika ġenerali żvela livell materjali ta’ żbalji ta’ legalità u/jew regolarità. L-istima tar-rata ta’ żbalji u l-proporzjon ta’ tranżazzjonijiet li huma milquta minn żbalji — l-aktar fuq livell ta’ organizzazzjonijiet implimentattivi — qegħdin fl- Anness 8.1 . Instabu dawn it-tipi ta’ żbalji li ġejjin:

8.9.

Ħafna drabi l-iżbalji jikkonċernaw l-aktar in-nefqa li tkun saret minn organizzazzjonijiet ta' implimentazzjoni fuq pagamenti bil-quddiem/prefinanzjamenti. Permezz tal-verifiki finanzjarji obbligatorji li jsiru qabel il-pagamenti previsti taħt is-sistema ta' kontroll tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni tista' tikxef u tikkoreġi l-iżbalji.

a)

żbalji ta’ eliġibilità li jirriżultaw minn per eżempju, proċeduri kuntrattwali li ma kinux applikati kif suppost, nefqa barra mill-perijodu speċifikat għall-implimentazzjoni jew kategoriji ta’ spejjeż tal-proġett, jew pagamenti magħmula mill-pajjiż benefiċjarju mingħajr bażi legali jew li saru qabel ma ngħataw is-servizzi rispettivi;

(a)

F'wieħed mill-eżempji l-apprezzament tal-Kummissjoni huwa differenti minn dak li sab il-Qorti.

L-iżbalji li nstabu jikkonċernaw kuntratti li saru mill-pajjiżi benefiċjarji taħt skema li fiha l-pajjiż benefiċjarju huwa intitolat li jirċievi pagamenti bil-quddiem mill-Kummissjoni (prefinanzjament) Il-Kummisjoni tiċċekkja bir-reqqa l-eġilibilità tan-nefqa meta tirċievi d-dikjarazzjoni finali u d-dokumenti li jappoġġawha, mill-pajjiżi li bbenefikaw mill-għajnuna ta' qabel l-adeżjoni; il-Kummissjoni se żżomm għandha jew terga' tieħu lura l-pagament finali għal kwalunkwe nefqa li mhijiex konformi mar-regoli.

b)

żbalji ta’ okkorrenza: ċerti pagamenti ma kellhomx l-evidenza ta’ sostenn neċessarja (per eżempju fatturi, irċevuti u rendikonti bankarji) biex il-pagamenti jiġu validati.

 

8.10.

Barra minn hekk, uħud mid-dokumenti meħtieġa għal tliet pagamenti lill-organizzazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti ma setgħux jiġu provduti fi żmien xieraq mill-organizzazzjonijiet ikkonċernati.

8.10.

Il-Kummissjoni provdiet l-informazzjoni kollha li għandha fil-pussess tagħha u tappoġġja bi sħiħ it-talba tal-Qorti biex tinġabar evidenza sostantiva ulterjuri mill-organizzazzjonijiet tan-NU.

Hekk kif il-Kummissjoni saret taf mill-Qorti, bid-diffikultajiet li nstabu f'dan ir-rispett, daret lejn il-kontropartijiet tagħha fin-NU sabiex issib soluzzjoni u tiżgura li l-Qorti jirċievi l-informazzjoni mitluba.

Evalwazzjoni tas-sistemi ta' sorveljanza u kontroll

Kontrolli ex-ante

8.11.

Għalkemm instabu xi żbalji speċifiċi, is-sistema tal-Kummissjoni ta’ kontrolli ex-ante fuq pagamenti u kuntratt, b’mod ġenerali pprovdiet kontroll effettiv fuq tranżazzjoniiet li jirriżultaw direttament mix-xogħol tas-servizzi tal-Kummissjoni stess.

 

8.12.

Madanakollu, fil-Bulgarija nstab li minkejja li ngħata akkreditament EDIS (u għaldaqstant ġie mwarrab il-kontroll ex-ante tad-Delegazzjoni), dawn is-sistemi għandhom nuqqasijiet sinifikanti. F’żewġ aġenziji implimentattivi li kienu rċivew akkreditament EDIS f’Ġunju ta’ l-2007 kien hemm nuqqasijiet fir-rigward ta’ proċeduri applikabbli għall-għoti ta’ offerti u kuntratti, kif ukoll għall-ħarsien tal-kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-kuntratti. Dan ġie kkonfermat mis-servizzi tal-Kummissjoni u rriżulta f’riżerva fid-Dikjarazzjoni Annwali tad-Direttur Ġenerali tad-DĠ għat-Tkabbir.

8.12.

Il-pagamenti liż-żewġ aġenziji ta' implementazzjoni ġew sospiżi fi Frar tas-sena 2008. Sakemm ma jittiħdux miżuri adekwati fil-pront, il-Kummissjoni se terġa' tieħu lura l-akkredizzjoni tagħhom ħalli ma jkunux intitolati iżjed li jiġġestixxu fondi li jingħataw qabel u wara l-adeżjoni.

Il-Kummissjoni se tibqa' tissorvelja bir-reqqa s-sistemi tal–pajjiżi benefiċjarji. Tfassal pjan ta' azzjoni biex jiżgura li t-titjib tassew isir. Diġà sar xi progress, iżda azzjoni ulterjuri għandha tittieħed mill-awtoritajiet nazzjonali.

8.13.

Fir-rigward ta’ l-appoġġ baġitarju, ġew eżaminati seba’ pagamenti flimkien mas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll użati fid-Delegazzjonijiet ikkonċernati.

 

8.14.

Appoġġ baġitarju jista’ jingħata jekk il-ġestjoni ta’ l-infiq pubbliku tal-pajjiż sieħeb tkun trasparenti, affidabbli u effettiva biżżejjed, u fejn il-pajjiż ikun stabbilixxa linji politiċi settorali u makro-ekonomiċi formulati sewwa u approvati mid-donaturi prinċipali tiegħu, inklużi, fejn relevanti, l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali (3). Fuq dik il-bażi il-Kummissjoni żviluppat linji gwida speċifiċi li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għar-rimburżar ta’ fondi, fejn il-pagament ta’ rimborżi suċċessivi jsir fuq il-kundizzjoni li qegħed isir progress sodisfaċenti biex jinkisbu l-objettivi (4). Madankollu, l-indikaturi tal-prestazzjoni li ntużaw sabiex isiru l-evalwazzjonijiet u jitkejjel il-progress miksub mhux, f’kull każ eżaminat, kienu limitati biż-żmien, ċari u bla ambigwità, u li jistgħu jintlaħqu.

8.14.

Bħal ma naraw f'dawn il-każi, il-pagamenti li kellhom jiġu rilaxxati ġew denominati bħala varjabbli, it-tqassim tal-flus huwa affettwat hekk kif tintlaħaq/jintlaħqu l-kundizzjoni(jiet). Għalhekk, l-indikaturi tal-prestazzjoni u l-kundizzjonijiet ġenerali, ma setgħux ikunu marbutin biż-żmien. Din il-modalità qiegħda tintuża minn donaturi differenti. Pereżempju, fil-każ tal-HIPC, il-kundizzjonijiet huma varjabbli u l-istadji differenti mhumiex marbutin biż-żmien. Il-Kummissjoni taqbel mal-kumment ġenerali tal-Qorti li f'każijiet speċifiċi ikun jinħtieġ qafas ta’ żmien sabiex il-kundizzjoni tiġi ssodisfata b'mod aktar prevedibbli. Il-Kummissjoni tikkunsidra li hija tfittex li tkun ċara kemm jista' jkun u ambigwa mill-inqas f'kull każ u tiżgura li l-indikaturi tal-prestazzjoni jistgħu tassew jinkisbu.

8.15.

Fil-każ ta’ żewġ pagamenti, iktar minn nofs l-indikaturi (f’każ minnhom, sitta minn disa’) ma kinux limitati biż-żmien, u dan wassal sabiex ikun impossibbli li tintlaħaq konklużjoni utli minn nuqqas tat-twettiq tal-kundizzjoni f’data partikolari. Barra dan, aktar minn 40 % ta’ l-indikaturi ma kinux miżurabbli jew mhux speċifiċi, per eżempju, il-persentaġġ ta’ kopertura ta’ foresta miksub mingħajr ebda speċifikazzjoni tal-kriterji ta’ kejl, u l-progress fil-prestazzjoni tal-persunal tal-Gvern mingħajr ebda spjegazzjoni ta’ x’kellu jkun evalwat. F’każ minnhom aktar minn 70 % ta’ l-indikaturi ġew evalwati b’dokumentazzjoni provduta bl-Għarbi, avolja l-Ftehim Finanzjarju kien talab speċifikament il-lingwa Ingliża, u dan naqqas sostanzjalment in-numru ta’ partijiet li setgħu jifhmu kompletament l-informazzjoni.

8.15.

Kif intqal qabel, irbit biż-żmien mhuwiex neċessarju. Il-Kummissjoni taqbel li dejjem hemm lok għal titjib u li xi indikaturi u kundizzjonijiet jistgħu jiġu mfissrin aħjar u jkunu mmirati aktar lejn strateġija li tipproduċi r-riżultati. Riforma settorali għandha, madanakollu, titqies bħala proċess u għalhekk, xi drabi, passi li saru qabel immirati lejn il-fażijiet ta' preparazzjoni huma neċessarji biex jakkompanjaw il-proċess kollu.

8.16.

Il-linji gwida tal-Kummissjoni għall-appoġġ tal-baġit ġenerali joħolqu fil-prattika, lok għal interpretazzjoni u għalkemm skond il-programm ta’ miżuri ta’ prestazzjoni r-riżultat ma kienx ta’ 100 %, il-pajjiżi benefiċjarji xorta waħda jistgħu jingħataw 100 % tal-fondi kkuntrattati.

8.16.

Filwaqt li wieħed jipprova juża l-aktar kundizzjoniiet preċiżi fir-rigward tal-pagamenti, għandu jkun hemm ċertu sens ta' ġudizzji fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-indikaturi. Dan b'mod partikolari, huwa dovut għall-fatt li jeżistu xi effetti esterni li l-ġvernijiet ma jistgħux jinżammu responsabbli għalihom. Madanakollu, f'kwalunkwe każ għandha ssir evalwazzjoni bir-reqqa.

Monitoraġġ ta’ l-organizzazzjonijiet implimentattivi

8.17.

Żbalji fil-livell ta’ l-organizzazzjonijiet implimentattivi jsiru ta’ spiss minħabba nuqqasijiet fil-proċeduri finanzjarji tagħhom. Fir-rigward tal-qasam ta’ politika Relazzjonijiet esterni u Żvilupp, il-Qorti sabet nuqqas f’ħamsa mid-disa’ organizzazzjonijiet implimentattivi miżjura.

8.18.

In-nuqqasijiet prinċipali li nstabu kienu proċeduri mhux xierqa fir-rigward ta’ dokumenti ta’ sostenn u kif jiġu ffajljati d-dokumenti, u sistemi ta’ kontabilità li mhumiex xierqa sabiex jassiguraw li n-nefqa tiġi rrappurtata kif suppost, anke jekk jittieħed in konsiderazzjoni id-daqs ħafna drabi żgħir ta’ l-organizzazzjonijiet. Barra minn hekk instabu wkoll proċeduri mhux xierqa għar-reġistrazzjoni ta’ l-infiq, li wassal sabiex pagamenti bil-quddiem jiġu sistematikament imdaħħla fis-sistema ta’ kontabilità bħala nfiq, u użu inkonsistenti tar-rati tal-kambju. Il-Qorti tikkunsidra li hemm lok fejn jiġu evitati tali nuqqasijiet permezz ta’ immirar aħjar ta’ monitoraġġ u sostenn mid-Delegazzjonijiet.

8.19.

Fil-każijiet fejn l-azzjoni twettqet mill-organizzazzjonijiet implimentattivi b’koperazzjoni ma’ l-imsieħba lokali, il-Qorti sabet ukoll, fi tliet każijiet, li s-sistema użata ma żguratx li d-dispożizzjonijiet tal-kuntratt bejn l-organizzazzjonijiet implimentattivi u l-Kummissjoni jkunu magħrufa u applikati mill-imsieħba lokali.

8.20.

Il-parti l-kbira tan-nefqa tal-EuropeAid u d-DĠ ECHO (pagamenti ta’ 820 miljun euro fl-2007) tingħata permezz ta’ organizzazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti. Il-Ftehim Kwadru Finanzjarju u Amministrattiv bejn il-Komunità Ewropea u n-Nazzjonijiet Uniti (FAFA), iffirmat fid-29 ta’ April 2003, jispeċifika l-kundizzjonijiet sabiex tiġi vverifikata n-nefqa li tirriżulta.

8.17-8.20.

L-organizzazzjonijiet li jimplimentaw ma jagħmlux parti mis-Sistema ta' Kontroll Intern tal-Kummissjoni iżda huma marbutin b'kuntratt biex jimplimentaw azzjonijiet speċifiċi. Bħala prijorità, il-Kummissjoni twettaq monitoraġġ l-konformità mat-termini tal-kuntratt, li jinkludi, fejn neċessarju, l-aspetti ewlenin tas-sistemi ta' kontroll intern tal-organizzazzjoniet responsabbli mill-implimentazzjoni. Il-fatt li nuqqas ġie identifikat fil-livell tal-organizzazzjoni responsabbli mill-implimentazzjoni, la jimplika nuqqas fis-sistema ta' kontroll tal-Kummissjoni u lanqas li l-Kummissjoni mhux se tinduna b'dan in-nuqqas.

8.21.

Fl-2007 il-Kummissjoni bdiet jew wettqet 57 missjoni ta’ verifikazzjoni taħt FAFA, meta mqabbla ma’ 22 biss bejn l-2004 u 2006. Ir-riżultati ta’ dawn il- verifikazzjonijiet huma komponent importanti ta’ l-assigurazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Madanakollu, erbgħa mill-missjonijiet biss (li jkopru seba’ proġetti) irriżultaw f’rapport finali sad-data tal-verifika tal-Qorti. Għalhekk il-Qorti, ma tistax tevalwa l-kontribuzzjoni totali lis-sorveljanza u kontroll tal-Kummissjoni.

 

8.22.

Fir-rigward tal-qasam tal-politika tat-Tkabbir instabu nuqqasijiet fl-aġenzija implimentattiva fit-Turkija, prinċiparjament nuqqas ta’ segregazzjoni xierqa tad-doveri u kwistjonijiet relatati mal-persunal. F’dan il-każ il-kontroll ex-ante tad-Delegazzjoni tal-KE dwar is-sejħiet għall-offerti u l-għoti ta' kuntratti taħt ġestjoni diċentralizzata (DIS) kien suffiċjenti sabiex jassigura l-legalità u r-regolarità tat-transazzjonijit ta’ bażi.

8.22.

Il-missjonijiet ta' verifika jsegwu ċiklu li mhux dejjem jaqbel mal-kalendarju annwali, u l-biċċa l-kbira tal-missjonijiet saru fl-aħħar sitt xhur tal-2007.

Il-kontrolli kumplessi u kumplimentari, li minnhom il-missjonijiet ta' verifika jagħmlu biss parti, ifasslu l-bażi tal-assigurazzjoni tad-Diretturi-ġenerali fir-Rapport tal-Attività Annwali. Fil-fatt, sorsi oħra ta' informazzjoni huma disponibbli wkoll, bħar-reviżjoni fuq erba' pilastri (li saret għall-iżjed minn 97 % tal-kontribuzzjonijiet li saru mill-firmatarji tal-FAFA), rispett għar-rekwiżiti ta' rapportaġġ u kontrolli li jsiru mis-servizzi tal-Kummissjoni.

Verifiki esterni ta’ dikjarazzjonijiet tal-proġetti

8.23.

EuropeAid tuża sistema ta’ verifika sabiex tassigura li d-dikjarazzjonijiet magħmula mill-proġetti huma eliġibbli. L-ewwel livell ta’ assigurazzjoni huwa provdut minn verifiki fil-livell ta’ proġett li jsostnu t-talbiet għal iktar finanzjament. Rapporti finanzjarji u tal-verifika huma meħtieġa fil-parti l-kbira tal-każijiet qabel ma jsiru l-pagamenti lill-organizzazzjonjiet li jimplimentaw il-proġetti. Il-kwalità ta’ dawn ir-rapporti u tax-xogħol tal-verifika li huma bbażati fuqu għaldaqstant hija ta’ importanza kbira sabiex jiġu approvati l-pagamenti relatati.

8.23.

Fuq talba tal-Kummissjoni, l-awtoritajiet Torok ħadu azzjonijiet li permezz tagħhom irnexxielhom jevitaw sospensjoni tad-DIS li jinkludu l-adozzjoni ta' leġiżlazzjoni mfassla biex issaħħaħ ir-rwol tas-CFCU. Sadanittant, b’riżultat ta’ dan, is-segregazzjoni tad-dmirijiet ġiet implimentata u l-livelli tal-persunal għolew b'mod sostanzjali. Monitoraġġ kontinwu u segwitu ulterjuri se jibqgħu jkunu prijoritajiet ewlenin

8.24.

Fir-rigward ta’ dawn il-verifiki tal-proġetti, deher xi titjib fl-2007. Madankollu, il-kwalità ta’ dawn il-verifiki xorta waħda mhijiex dejjem suffiċjenti. In-nuqqasijiet prinċipali kienu:

fi tlieta minn 11-il rapport magħżula sabiex jiġu vverifikati fuq il-post għand id-Delegazzjonijiet, il-Qorti sabet nfiq mhux eliġibbli, nuqqas ta’ konformità mal-proċeduri tas-sejħiet għall-offerti, u f’żewġ każijiet, nuqqasijiet fis-sistema ta’ kontroll intern li ma nstabux mill-verifiki esterni;

għal tnejn minn dawn it-tlieta, il-kwalità ma kinetx assigurata peress li l-għażla ta’ l-awdituri ma kinetx trasparenti;

f’każ ieħor l-ambitu tal-verifika ma kienx xieraq peress li ngħata biss ir-rapport tal-verifika fuq l-organizzazzjoni, li ma kellu l-ebda informazzjoni fuq il-proġett in kwistjoni.

Għall-verifikazzjonijiet tan-nefqa mnedija mill-benefiċjarji ġew fis-seħħ termini ta’ referenza ġodda għal kuntratti ffirmati sa minn Frar 2006. Madankollu dawn ma jaffettwawx kuntratti eżistenti qabel din id-data u għalhekk irid jgħaddi ftit taż-żmien sabiex jibdew jidhru kompletament il-benefiċċji. Għal verifiki mnedija mill-Kummissjoni, termini ta’ referenza reveduti kienu obbligatorji sa minn Ottubru 2007.

8.24.

Il-verifiki esterni huma wieħed mill-komponenti tas-sistema ta' kontroll intern tal-EuropeAid bħala parti minn sensiela ta' kontrolli tal-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet

Il-Kummissjoni tilqa’ l-konsiderazzjonijiet tal-Qorti dwar it-titjib li sar.

Dawn ir-rapporti ta’ verifika huma marbutin ma' kuntratti ffirmati qabel Frar tas-sena 2006. Bħala konsegwenza, it-termini ta' referenza ġodda mfasslin minn EuropeAid għal verifiki esterni li daħħlu fis-seħħ għall-kuntratti ġodda li ġew iffirmati minn din id-data, ma kinux applikabbli fil-każijiet preżenti. Il-mira ta' dawn it-termini ta' referenza ġodda hija preċiżament li jostakolaw il-preżenza ta' dgħufijiet bħal dawk li ssemmew mill-Qorti.

Iż-żewġ kuntratti ġew iffirmati fl-2005 u, skond il-kundizzjonjiet ġenerali, daħħlu fis-seħħ għal kuntratti ta' għotja li ġew iffirmati minn Frar tal-2003. Awditur estern għandu jiċċertifika r-rapport finanzjarju finali ta' azzjoni qabel dan jitressaq lill-Kummissjoni. Dan l-awditur jintagħżel mill-benefiċjarju u jrid jiġi approvat mill-Kummissjoni. Ismu huwa mniżżel fil-Kundizzjonjiet Speċifiċi tal-kuntratt. Irid ikun “membru ta' korp superviżorju għall-verifika statutorja li huwa rikonoxxut internazzjonalment”.

Dan il-kuntratt ġie iffirmat mill-Kummissjoni fl-2002. F'dak iż-żmien il-benefiċjarji tħallew jibagħtu biss rapport ta' verifika dwar il-kontijiet annwali tagħhom, flimkien ma' rapporti finanzjarji u narrativi. Mill-2003, ir-regoli li japplikaw għal kuntratti ta' Għotja nbidlu u rapport speċifiku ta' verifika dwar l-azzjoni huwa meħtieġ qabel ma jsir il-pagament finali.

Il-Kummissjoni tistenna li biż-żmien it-titjib li sar se jkun iżjed evidenti.

8.25.

EuropeAid tikkummissjona verifiki addizzjonali ta’ proġetti magħżula abbażi ta’ analiżi tar-riskju, sabiex tipprovdi livell ieħor ta’ assigurazzjoni. Madankollu, għadhom ma ġewx żviluppati proċeduri kompleti sabiex jiġu sfruttati l-benefiċċji kollha ta’ dawn il-verifiki:

8.25.

 

a)

il-punt safejn l-infiq ġie kopert mill-verifiki addizzjonali ppjanati varja fost id-direttorati ġeografiċi prinċipali minn 8 % sa 43 %. Diverġenzi tekniċi mill-linji gwida ma jippermettux li jkun hemm konsolidazzjoni tad-data fuq il-livell ta’ EuropeAid bħala total, u għalhekk m’huwiex ċar jekk inkisbitx assigurazzjoni addizzjonali fuq livell konsistenti minimu;

(a)

Il-biċċa l-kbira tal-verifiki ta' l-Annual Audit Plan (AAP) isiru matul l-implimentazzjoni tal-azzjoni u jiddependu ħafna fuq kemm hu mgħaġġel il-pass tal-implimentazzjoni.

Dan jimplika li: skont il-volum finanzjarju ġestit minn Delegazzjoni, il-kompożizzjoni tal-portafoll tal-proġetti tagħha (in-numru u t-tip) u l-istat tal-implimentazzjoni tagħhom, l-attivitajiet ta' verifika jistgħu jvarjaw minn Delegazzjoni għal oħra u minn sena għal oħra. It-tfassil ta' valur ta' proporzjon għal verifika mfisser bħala perċentwal tal-volumi finanzjarji amministrati ma jostakolax il-fluttwazzjonijiet tal-attività ta' verifika minn sena għal oħra u se jkun affettwat prinċipalment mit-tip u l-valur tal-proġetti vverifikati.

Fis-sistema ta' EuropeAid, l-assigurazzjoni ma tinġabarx billi jiġi żgurat proporzjon ta' kopertura ta' verifika mfassla minn qabel, iżda sempliċiment, billi jiġi żgurat li l-kopertura tal-verifika tinkludi kull materjal li huwa “soġġett għal verifika”, identifikat fid-dawl tar-riskji previsti.

b)

il-pjan tal-verifika, li oriġinarjament antiċipa 373 verifika, ġie mibdul sostanzjalment matul is-sena (109 verifiki ġew irtirati u 99 ġew miżjuda, u b’hekk baqa 363 verifika). Dan il-livell ta’ bidla f’żmien tant qasir wara l-approvazzjoni tal-pjan, ipoġġi fid-dubju n-natura sistematika u ta’ riskju ta’ l-ippjanar tal-verifiki. L-applikazzjoni tal-kompjuter tal-verifika CRIS li tipprovdi monitoraġġ tal-progress u r-riżultati, ma kinetx qed tintuża kollha kemm hi fl-2007. Ir-rapport finali ma jirreferix għal kriterji ta’ l-ippjanar, bħal per eżempju il-proporzjon bejn il-popolazzjoni mmirata u l-kopertura, u b’konsegwenza ta’ dan ir-riżultati ma jistgħux jiġu mqabbla ma’ dawk ippjanati;

(b)

Il-pjan ta' verifika fih numru ta' verifiki obbligatorji, dwar proġetti li l-maturità tagħhom ivarja ħafna. Xi wħud minnhom li hu mistenni li se jsiru matul is-sena se jiġu posponuti għas-snin ta' wara filwaqt li oħrajn se jinġarru 'l quddiem skond il-maturità tal-proġett

Mill-1 ta' Jannar 2008 CRIS-Audit se jissorvelja l-progress u r-riżultati tal-verifiki, li jinkludu l-AAP 2007.

Sadanittant, il-Kummissjoni qiegħda tissorvelja b'mod regolari l-implimentazzjonijiet tal-AAP li saru matul is-sena, li jinkludi t-tħejjija ta' rapporti regolari li jkunu saru bir-reqqa u aġġjornamenti mid-Delegazzjonijiet

c)

sa l-aħħar tas-sena ġew irċevuti rapporti tal-verifika għal 121 biss mill-verifiki ppjanati. Dan il-livell baxx ta’ implimentazzjoni jnaqqas mill-kwalità ta’ l-assigurazzjoni li tingħata mill-attività tal-verifika esterna għas-sena in kwistjoni;

(c)

Fl-aħħar tas-sena 2007, żewġ terzi tal-verifiki tal-pjan ta' verifika tal-2007 kienu ġew kummissjonati u terz tar-rapporti rċevuti. Dan jaqbel mas-snin ta' qabel. Sa din l-istess data kważi r-rapporti kollha tal-verifiki mbassrin fil-Pjan ta' Verifika Annwali 2006 nġabru (171 minn total ta' 177 verifika ppjanata), li jikkonferma t-tul taċ-ċiklu tal-ħajja normali ta' Pjan ta' Verifika Annwali, li huwa finaliżżat fis-sena n+1.

d)

irrappurtar fuq il-progress u l-analiżi tar-riżultati tal-verifiki esterni ma kinux żviluppati kompletament fl-2007. L-unità ċentrali responsabbli mill-metodoloġija tal-verifika pproduċiet rapport sinteżi, iżda l-kopertura tiegħu ma kinetx kompleta. Per eżempju, verifiki magħmula minn kumpaniji lokali taħt kuntratt mad-Delegazzjonijiet individwali, fejn ir-riskju ta’ nuqqas ta’ kwalità jista’ jkun ikbar minn dak taħt kuntratti ta’ qafas ċentralizzati, ma ġewx reveduti.

(d)

Is-sinteżi tar-rapport imħejji kull sena jkopri verifiki ffinanzjati taħt il-Kuntratt tal-Qafas ta' Verifika (FWC). Dawn jinkludu verifiki ġestiti mill-Kwartieri Ġenerali ta' EuropeAid kif ukoll minn Delegazzjonijiet, u dan jipprovdi viżjoni rappreżentattiva tal-problemi identifikati mill-awdituri u s-soluzzjonijiet possibbli għalihom.

8.26.

Kontrolli ex-post (verifiki ta’ l-għeluq) huma mwettqa minn awdituri esterni kkuntrattati fuq ċerti programmi li ġew mitmuma riċentement fil-qasam tal-politika tat-Tkabbir. Wara li saret bidla fil-metodoloġija, in-numru tar-rapporti kien eċċezzjonalment kbir fl-2007, u xi ftit minnhom għandhom ma sarilhomx segwitu fil-ħin. Id-DĠ għat-Tkabbir irċieva 99 rapport tal-verifika finali fl-2007, fejn 66 minnhom ma kellhomx segwitu ffinalizzat sa meta l-Qorti għamlet il-verifika tagħha f’April 2008, u sitt rapporti li ma kienux ġew finalizzati fl-2006 baqgħu miftuħin. F’ċerti każijiet ikun hemm dewmien ta’ aktar minn sena minn meta jkun hemm ir-rapport finali u meta tingħata risposta finali mill-pajjiż benefiċjarju.

8.26.

Minkejja n-numru kbir ta' rapporti, il-Kummissjoni wettqet ix-xogħol kollu: In-numru ta' rapporti li ġew ittrattati għola b'70 % meta mqabbel mal-2006.

Ħafna mir-rapporti ma setgħux jingħalqu fl-aħħar tas-sena peress li, dak li qiegħda ssir verifika fuqu jrid l-ewwel jirrispondi għall-osservazzjonijiet tal-Kummssjoni, fejn isir ukoll analiżi ta' kwalunkwe irregolarità, qabel l-Kummissjoni tkun tista' tadotta' pożizzjoni finali. Din il-proċedura tieħu medju ta' żmien bejn 3 u 4 xhur

Dewmien itwal fl-ipproċessar irid, xi drabi, jiġi aċċettat minħabba l-kumplessità tas-sejbiet kif ukoll bħala konsegewnza tal-ħtieġa għal preċiżjoni fl-applikazzjoni tal-korrezzjonijiet finanzjarji li jistgħu jsiru.

8.27.

Id-DĠ ECHO jikkummissjona verifiki fl-uffiċċji fil-kwartieri ġenerali ta’ l-imsieħba implimentattivi ta’ l-NGOs tiegħu u verifiki tal-proġetti fuq il-post. Fl-2007 id-DĠ ECHO żied b’mod sinifikanti n-numru tal-verifiki fuq il-post, għalkemm, bħal fl-2006, il-parti l-kbira tal-verifiki saru fil-kwartieri ġenerali ta’ l-imsieħba fejn in-nefqa reali ma tistax tiġi vverifikata kompletament.

8.27.

Kif indikat fir-risposta tal-Kummissjoni għar-rapport tal-Qorti tal-2006, il-verifiki jridu jitqiesu fil-kuntest ta' strategija ta' kontroll globali (ara paragrafu 8.18 tar-risposti tal-Kummissjoni għar-Rapport Annwali tal-Qorti tal-2006) Il-Kummissjoni tagħmel enfasi fuq il-monitoraġġ tal-operazzjonijiet permezz ta' segwitu mill-qrib li se jsir kemm minn esperti fil-qasam kif ukoll mill-persunal li jinsabu fil-kwartieri ġenerali tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tanalizza fid-dettal l-informazzjoni li jipprovdulha l-imsieħba f'diversi rapporti.

L-informazzjoni li tirriżulta mill-kontrolli mfissrin hawn fuq tintuża minn awdituri esterni fil-kwartieri ġenerali tal-awdituri, u permezz tagħha huma jkunu jistgħu jevalwaw ir-realtà u l-legalità tan-nefqa tal-proġett.

8.28.

Dawn il-verifiki li saru fil-kwartieri ġenerali jinkludu kampjun ta’ pagamenti ta’ madwar terz tal-proġetti. Fl-2007, 2,6 % ta’ l-ammonti verifikati ġew irrappurtati bħala potenzjalment ineliġibbli għalkemm, wara li ngħataw spjegazzjonijiet mill-NGOs parti biss minn dawn x’aktarx jiġu rkuprati finalment. M’hemm ebda dispożizzjoni sabiex jiġu estrapolati r-riżultati, u għalhekk is-sistema tal-verifika ma tipprovdix mezz biex tiġi evalwata l-iskala ta’ nefqa potenzjalment ineliġibbli fit-totalità tagħha. Fir-rigward ta’ żewġ kwartieri ġenerali ta’ l-NGOs li saritilhom verifika fuq il-post mill-Qorti, ir-rapporti tal-verifika kkummisjonati mid-DĠ ECHO naqqsu milli jiġbdu l-attenzjoni għan-nuqqasijiet fil-proċeduri tas-sejħiet għall-offerti u għan-nefqa ineliġibbli.

8.28.

Permezz ta' diversi proċeduri ta' kontroll, bħal evalwazzjoni dwar l-imsieħeb qabel ma tkun iffirmata PFA, l-evalwazzjoni annwali li ssir minn DĠ ECHO dwar l-imsieħba tiegħu, u l-evalwazzjoni li ssir matul verifiki HQ tas-sistemi ta' kontroll li jintużaw, DĠ ECHO jivverifika jekk l-imsieħba tiegħu laħqu stabbilixxew sistemi ta' kontroll. Dawn il-proċeduri joffru garanziji ekwivalenti għal pagamenti skont l-Artikolu 117 tar-Regolament Finanzjarju u tal-artikolu 180 tal-IR tiegħu li permezz tagħhom l-uffiċjal awtoriżżat responsabbli jista' jirrinunzja, skont l-evalwazzjoni tar-riskju mwettqa minnu, għall-obbligazzjoni biex jipprovdi ċertifikat dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji u l-kontijiet bażiċi f'ċerti ċirkostanzi.

Verifika interna

8.29.

Il-Kapaċità tal-Verifika Interna (IAC) li tagħti servizz kemm lill-EuropeAid kif ukoll lid-DĠ ECHO qiegħda tistenna li tipprovdi evalwazzjoni ġenerali annwali tas-sitwazzjoni tal-kontroll intern f’EuropeAid fl-2010, wara li jitlesta il-pjan ta’ verifika mulitannwali, ibbażat fuq l-analiżi tar-riskju interna tal-IAC, li tkopri l-perijodu 2007-2009. L-analiżi interna tar-riskju tal-IAC m’hijiex kompletament konformi ma’ l-analiżi tar-riskju tal-EuropeAid, u m’hemmx verifiki ppjanati matul il-perijodu 2007-2009 għal ċerti oqsma identifikati li huma ta’ riskju għoli.

8.29.

L-analiżi tar-riskju li wettaq l-IAC hija magħmula b'mod independenti mill-analiżi li saret mill-EuropeAid. Madanakollu, dan tal-aħħar huwa kkunsidrat bħala element meta jitfassal ir-reġistru tar-riskju tal-IAC. Filwaqt li r-reġistru tar-riskju tal-IAC jista' jikkunsidra qasam partikolari bħala waħda ta' riskju għoli, dak il-qasam jista' ma jkunx tidher fuq il-pjan ta' verifika għal sena partikolari minħabba li l-proċess tan-negozju ma jkunx għadu daħal fi ħdan il-prattika ta' xogħol tad-DĠ jew fiċ-ċiklu ta' ġestjoni ta' ċerti programmi. Barra dan, peress li l-pjan ta' verifika tal-IAC huwa kkoordinat flimkien mal-IAS għall-perjodu 2007-2009, xi oġġetti li huma soġġetti għall verifika se jinstabu fil-pjan ta' verifika tal-IAS minflok dak tal-IAC.

8.30.

Ġew allokati biss ftit riżorsi (membru wieħed tal-persunal tal-verifika professjonali) sabiex issir il-verifika tad-DĠ ECHO fl-2007, u ma ġie approvat jew implimentat ebda pjan ta’ verifika komprensiv. Fit-tmiem l-2007 ġiet stabbilita IAC oħra ġdida sabiex twettaq ix-xogħol ta’ verifika interna għad-DĠ ECHO.

8.30.

Il-Kummissjoni allokat żewġ membri tal-persunal biex jappoġġjaw l-isforz biex issir verifika interna tad-DĠ ECHO. Il-pjan ta' verifika tal-IAC kien ibbażat fuq riskju u kkunsidra l-ammont kosiderevoli ta' xogħol ta' verifika li sar fuq attivitajiet umanitarji li twettqu kemm mis-Servizz ta' Verifika Interna kif ukoll mill-Qorti tal-Awdituri. Ir-riskju residwu baqa' u li jrid jiġi kopert juri li l-pjan ta' ħidma tal-IAC għall-2007 huwa approprjat.

Konkużjoni ġenerali u rakkomandazzjonijiet

Konklużjonijiet

8.31.

Fuq il-bażi tax-xogħol tal-verifika tagħha, il-Qorti tikkonkludi li t-tranżazzjonijiet li fuqhom hija bbażata n-nefqa fil-grupp ta’ politika Għajnuna Esterna, Żvilupp, u Tkabbir huma milquta minn livell materjali ta’ żball ta’ legalità u/jew regolarità (ara paragrafu 8.9).

8.31.

Dawn l-iżbalji jikkonċernaw l-aktar in-nefqa li tkun saret minn organizzazzjonijiet ta' implimentazzjoni fuq pagamenti bil-quddiem/prefinanzjamenti. Permezz tal-verifiki finanzjarji obbligatorji li jsiru qabel il-pagamenti previsti taħt is-sistema ta' kontroll tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni tista' tikxef u tikkoreġi l-iżbalji.

Il-Kummissjoni tiċċekkja bir-reqqa l-eġilibilità tan-nefqa meta tirċievi d-dikjarazzjoni finali u d-dokumenti li jappoġġawha mill-pajjiżi li bbenefikaw mill-għajnuna ta' qabel l-adeżjoni. Il-Kummissjoni se żżomm jew terga' tieħu lura l-pagament finali għal kwalunkwe nefqa li mhijiex konformi mar-regoli.

8.32.

L-evalwazzjoni tal-Qorti dwar is-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll għar-Relazzjonijiet esterni, Żvilupp, Tkabbir u Għajnuna umanitarja hija li huma parzjalment effettivi (ara l- Anness 8.1 u l-paragrafi 8.11 sa 8.30).

 

Rakkomandazzjonijiet

8.33.

Sabiex jitnaqqsu dawn in-nuqqasijiet, il-Qorti tirrakkomanda li:

8.33.

 

a)

EuropeAid għandha tagħti aktar taħriġ u appoġġ lill-persunal tal-finanzi tal-proġetti, u żżid il-monitoraġġ attiv tax-xogħol tagħhom permezz ta’ taqsimiet tal-finanzi u kuntratti tad-Delegazzjonijiet;

(a)

Matul il-ħajja ta' operazzjoni, is-servizzi tal-Kummissjoni se tissorvelja l-implimentazzjoni tagħha permezz ta' djalogu mal-awtoritajiet lokali, laqgħat tekniċi mal-benefiċjarji, u missjonijiet fuq il-post. monitoraġġ orjentat lejn riżultati (ROM) li jsir annwalment minn esperti indipendenti, jikkumplimenta dawn l-attivitajiet u jwettaq monitoraġġ tal-progress li sar, l-eżitu tal-impatt u l-problemi potenzjali ta' proġetti li huma għaddejjin. Proġetti ta' verifika oħra, kemm operazzjonali kif ukoll finanzjarji, jistgħu isiru wkoll wara li tkun saret evalwazzjoni tar-riskju.

b)

EuropeAid għandha tassigura li l-pjanijiet tal-verifika bbażati fuq ir-riskju huma realistiċi u implimentati minnufih, u għandha wkoll tiġbor u tanalizza r-riżultati tal-programm kollu tal-verifiki, kemm sabiex tikkontrolla l-kwalità kif ukoll sabiex tagħmel użu mill-esperjenza miksuba;

(b)

Il-metodoloġija tal-AAP tiġi rfinuta kull sena, bil-ħsieb li xi darba l-identifikazzjoni ta' verifiki bbażati fuq ir-riskju ssir kemm jista' jkun realistika Matul l-2008 se jsir monitoraġġ bir-reqqa tal-implimentazzjoni tal-AAP, u l-użu tar-riżultati tal-verifiki se jiġi mtejjeb.

c)

il-ġestjoni tal-Kummissjoni tal-programmi ta’ sostenn mill-baġit għandhom ikunu bbażati fuq indikaturi li jistgħu jitkejlu, jinkisbu, li jkunu rilevanti u jkollhom limitu ta’ żmien u jeħtieġu evidenza affidabbli u korroborattiva kemm biex jiġu evalwati, kif ukoll sabiex jipproduċu rabta diretta bejn il-finanzjament u l-prestazzjonijiet;

(c)

Fondi tal-Komunità f’operazzjonijiet għall-appoġġ tal-baġit jingħataw abbażi tal-prestazzjoni. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni tfittex li tuża l-indikaturi li jistgħu jitkejlu, li jistgħu jinkisbu u li huma relevanti fuq tul taż-żmien jew fi żmien partikolari. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet l-evalwazzjonijiet tal-prestazzjoni bbażati fuq evidenza affidabbli jsiru mill-komunità donatur skont id-Dikjarazzjoni ta' Pariġi. Fi ħdan dan il-qafas il-Kummissjoni qiegħda tagħmel sforzi kbar biex tintroduċi indikaturi tal-prestazzjoni orjentati iżjed lejn l-eżitu u r-riżultati.

d)

għandhom jittieħdu urġentement passi ulterjuri sabiex jiġu korretti n-nuqqasijiet tal-ġestjoni tal-fondi ta’ l-UE fil-Bulgarija, u jinżamm il-monitoraġġ neċessarju fit-Turkija;

(d)

Fil-każ tal-Bulgarija, il-Kummissjoni se tkompli tissorvelja fil-qrib is-sistemi ta' ġestjoni. Tfassal pjan ta' azzjoni li jiżgura li t-titjib isir tassew. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jieħdu azzjoni fil-pront biex jindirizzaw mill-ġdid is-sitwazzjoni. ise jsir monitoraġġ mill-qrib tal-miżuri proposti u se ssir verifika dwarhom biex jiġi stabbilit jekk dawn iwasslux għat-titjib mixtieq.

Fir-rigward tat-Turkija, l-awtorijitajiet nazzjonali ħadu azzjoni fuq talba li saret mill-Kummissjoni. Is-segregazzjoni tad-dmirijiet sadanittant ġiet implimentata u l-livelli tal-persunal għolew b'mod sostanzjali. Il-monitraġġ kontinwu u s-segwitu ulterjuri se jibqgħu jkunu prijoritajiet ewlenin

e)

għandu jitnaqqas d-dewmien fil-kisba ta’ risposti finali għall-verifiki ta’ l-għeluq;

(e)

Minkejja n-numru kbir ta' rapporti li nġabru fl-2007, il-Kummissjoni rnexxielha tassorbi l-piż kollu tax-xogħol: In-numru ta' rapporti li ġew indirizzata għola b'70 % meta mqabbel mal-2006.

Ħafna mir-rapporti ma setgħux jinagħlqu fl-aħħar tas-sena peress li, dak li qiegħda ssir verifka fuqu irid l-ewwel jirrispondi għall-osservazzjonijiet tal-Kummssjoni, fejn issir ukoll analiżi ta' kwalunkwe irregolarità, qabel ma l-Kummissjoni tkun tista' tadotta pożizzjoni finali. Din il-proċedura tieħu medju ta' żmien ta' bejn 3 u 4 xhur. Dewmien itwal fl-proċessar irid, xi drabi, jigi aċċettat minħabba l-kumplessità tas-sejbiet kif ukoll bħala konsegewnza tal-ħtieġa għal preċiżjoni fl-applikazzjoni tal-korrezzjonijiet finanzjarji li jistgħu jsiru.

f)

id-DĠ ECHO għandu jsaħħaħ l-istrateġija tal-verifika tiegħu billi jassigura titjib fl-operazzjonijiet fuq livell ta’ l-organizzazzjonijiet implimentattivi u b’mod iktar speċifiku, fuq il-post mit-tipi kollha ta’ msieħba.

(f)

Il-Kummisjjoni se tikkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Qorti u diġà żiedet in-numru ta' verifiki fuq il-post fl-2007

Żieda fil-verifiki li taqbeż in-numru ideali attwali se ġġib magħha żieda fl-ispejjeż għall-iżvantaġġ tal-implimentazzjoni tal-politika. Dan imbagħad jista' jwassal biex l-imsieħba tal-Kummissjoni li jissejħu biex jimplimentaw l-għajnuna umanitarja fuq il-post jkunu anqas sodisfatti.

SEGWITU TA' L-OSSERVAZZJONIJIET PREĊEDENTI

Segwitu ta' osservazzjonijiet prinċipali tad-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni

8.34.

Sommarju tar-riżultati tas-segwitu tal-Qorti ta’ osservazzjonijiet prinċipali ta' Dikjarazzjonijiet ta' Assigurazzjoni reċenti, jistgħu jinsabu fl- Anness 8.2 .

 

Reviżjoni ta’ segwitu tar-Rapport Speċjali Nru 2/2006 fuq l-eżekuzzjoni tal-proġetti ffinanzjati minn TACIS ġewwa l-Federazzjoni Russa

Introduzzjoni

8.35.

F’April 2006 il-Qorti ppubblikat Rapport Speċjali Nru 2/2006 rigward l-eżekuzzjoni tal-Proġetti TACIS ġewwa l-Federazzjoni Russa (5). Il-konklużjoni prinċipali kienet li kien hemm wisq proġetti li ma laħqux l-objettiv tagħhom parzjalment bħala riżultat tan-nuqqasijiet fil-ġestjoni tal-Kummissjoni:

a)

nuqqas ta’djalogu bejn l-awtoritajiet Russi u l-benefiċjarji sabiex jiġu stabbiliti l-bżonnijiet reali;

b)

l-objettivi tal-proġetti kienu impreċiżi, ma setgħux ikunu mkejjla, u s-suppożizzjonijiet li dawn kienu bbażati fuqhom ma kinux realistiċi (inkluż l-aspett taż-żmien);

c)

ko-finanzjament sabiex tissaħħaħ l-appartenenza, pratikament ma ntużatx;

d)

l-aspetti ta’ evalwazzjoni ta’ proġett, il-komunikazzjoni tar-riżultati tal-proġett u s-sostennibilità ma nagħtawx biżżejjed konsiderazzjoni.

 

8.36.

Ir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti, għaldaqstant, immiraw li jtejjbu l-ġestjoni tal-Kummissjoni fir-rigward ta’ dawn l-aspetti. Il-Parlament Ewropew (6) u l-Kunsill Ewropew (7) ukoll talbu għal djalogu iktar profond bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Russi relevanti sabiex jiġi identifikat b’mod preċiż, il-bżonn tan-nazzjon, il-prijoritajiet u d-direzzjoni. L-Awtorità tal-Kwittanza talbet ukoll finanzjament għall-dawk il-proġetti biss li kellhom objettivi ċari u komuni, u barra minn hekk, irrakkomandat iktar ko-finanzjament, u l-evalwazzjoni iktar realistika tas-sostennibilità u li jiġu assigurati t-twettiq ta’ l-evalwazzjonijiet u l-komunikazzjoni tar-riżultati tal-proġetti.

 

8.37.

Fir-risposti tagħha għar-Rapport Speċjali, il-Kummissjoni rrikonoxxiet li n-nuqqasijiet irrappurtati mill-Qorti kienu, fil-biċċa l-kbira tagħhom validi, iżda enfasizzat li hija diġà kienet introduċiet miżuri sabiex ittejjeb il-ġestjoni tal-programmi ta’ assistenza esterna tagħha. Il-Kummissjoni sostniet li ħafna min-nuqqasijiet kienu ġew solvuti riżultat tar-riformi ta’ l-assisstenza esterna tal-KE, li seħħew fil-perijodu mill-2002 sa 2005, b’mod partikolari d-devoluzzjoni tar-responsabilitajiet lid-Delegazzjonijiet.

 

8.38.

L-għan tar-reviżjoni limitata ta’ segwitu, magħmula fit-tieni nofs ta’ l-2007, kien li jiġi eżaminat sa fejn il-Kummissjoni kienet verament indirizzat ir-rakkomandazzjonijiet prinċipali. Għal dan il-għan ġiet analizzata dokumentazzjoni rilevanti u saru intervisti lis-servizzi tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, kampjun statistiku rappreżentattiv ta’ 10 proġetti TACIS (minn 13) b’valur totali ta’ 27,3 miljun euro, iffinalizzati bejn Diċembru 2006 u Ġunju 2007, ġie revedut fuq il-post.

 

L-osservazzjonijiet tal-Qorti

Djalogu aktar produttiv

8.39.

Id-devoluzzjoni tar-responsabiltajiet tal-ġestjoni mill-kwartieri ġenerali tal-Kummissjoni lid-Delegazzjoni tagħha f’Moska kellha fil-fatt, impatt pożittiv fuq il-kwalità ta’ l-identifikazzjoni tal-proġetti u l-proċessi ta’ preparazzjoni. Jidher li d-djalogu ma’ l-awtoritajiet Russi tjieb u b’hekk hemm iktar involviment min-naħa tal-pajjiż imsieħeb. Numru ikbar ta’ benefiċjarji ġew involuti fid-diskussjonijiet bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet governattivi ċentrali Russi fir-rigward ta’ l-identifikazzjoni tal-bżonnijiet u l-għoti ta’ prijorità lis-suġġetti. B’riżultat ta’ dan, l-identifikazzjoni tal-proġetti u l-preparazzjoni tjiebu b’mod ġenerali, u kkunsidraw, b’mod iktar effettiv, il-prijoritajiet tas-sħubija bejn ir-Russja u l-UE.

8.39.

Il-Kummissjoni tilqa' l-irrikonoxximent tal-Qorti dwar il-progress li sar bħala riżultat tal-proċess ta' devoluzzjoni u dwar l-impatt pożittiv tiegħu.

8.40.

Madankollu, il-koperazzjoni mal-kontropartijiet Russi tista’ tiġi żviluppata iktar. Id-dewmien fl-iffirmar tal-programmi t’azzjoni min-naħa tar-Russja xorta jnaqqas miż-żmien disponibbili għal implimentazzjoni effettiva tal-proġetti. L-awtoritajiet reġjonali Russi li qegħdin jibbenefikaw minn dawn il-proġetti għadhom mhumiex involuti biżżejjed fil-preparazzjoni tal-proġetti. Dan huwa ta’ disappunt kbir peress li l-awtoritajiet Russi fuq livell reġjonali wrew sens ikbar ta’ appartenenza u għamlu disponibbli, għall-finijiet ta’ proġetti, iktar riżorsi umani mill-imsbieħba implimentattivi fil-livell ċentrali.

8.40.

L-introduzzjoni tar-Riforma ta' Assitenza Esterna (RELEX Reform), b'mod notevoli permezz tad-devoluzzjoni tal-ġestjoni tal-għajnuna esterna tal-KE għad-Delegazzjoniet tal-KE, bejn l-2002 u l-2005, tiżgura djalogu aħjar mal-pajjiż imsieħeb, u aktar involviment min-naħa tiegħu, mill-fażi ta' preparazzjoni għall-implimentazzjoni finali. Minkejja li l-volum ta' assistenza finanzjarja għall-Federazzjoni Russa naqset f'dawn l-aħħar snin l-għan ewlieni ta' bosta proġetti huwa li jsir kontribut għall-liġijiet, il-politiki u/jew il-prattiki li qegħdin jiġu żviluppati f'ċerti setturi fir-Russja. Fi proġetti bħal dawn, l-imsieħba naturali huma l-awtoritajiet ċentrali (federali).

Titjib fl-iffissar ta’ l-objettivi iżda xorta hemm skedi ta’ ppjanar twal

8.41.

Il-proċess il-ġdid għar-reviżjoni tas-sostenn tal-kwalità fil-kwartieri ġenerali tal-Kummissjoni (“QSG”) (8), li, sa mill-2005 kopra wkoll il-programmi ta’ assistenza għar-Russja, kellu impatt pożittiv fuq il-proċess globali ta’ l-ippjanar u t-tifsil ta’ l-objettivi. L-objettivi tal-progetti kienu mfassla aħjar u kienu iktar relevenati għar-riformi li għaddejjin fir-Russja. Il-Kuntratturi għamlu użu mill-oqsfa loġiċi meta kienu qegħdin jistabbilixxu u jwettqu l-pjanijiet ta’ azzjoni. Ġeneralment il-proġetti vverifikati wrew rata ta’ suċċess ikbar minn dik misjuba fil-verifika inizjali.

8.41.

Il-Kummisjoni tirrikonoxxi l-kummenti tal-Qorti dwar it-titjib li sar fl-ippjanar tal-progetti u fit-tfassil tal-għanijiet bħala riżultat tal-introduzzjoni ta' mekkaniżżmi ġodda għall-kontroll tal-kwalità.

8.42.

Madankollu, minħabba l-proċeduri ta’ programmar eżawrjenti li l-Kummissjoni għandha tapplika, komplew partikolarment jippersistu skedi ta’ ppjanar fit-tul. F’żewg proġetti li ġew riveduti, l-objettivi saru wara l-ġrajjiet, u saru għall-inqas parzjalment, irrelevanti.

8.42.

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi t-tul taż-żmien li jieħdu l-proċeduri ta' konsultazzjoni u pprogrammar kif stipulat fir-regolament. Il-Kummissjoni tinvovli l-partijiet interessati mill-bidu tal-proċess ta’ formulazzjoni sabiex ir-riskju li xi progretti jistgħu jitwarrbu jonqos b'mod sinifikanti. Din it-tendenza hija evidenzjata mir-rapporti ta' sorveljar għar-Russja li juru li r-relevanza u l-kwalità tar-rati għad-diżinn ta' proġett tjiebu b'mod stabbli matul is-snin minn meta ġiet introdotta ir-riforma RELEX.

8.43.

Il-Qorti bħall-organizzazzjonijiet benefiċjarji tikkritika l-proċeduri ta’ l-UE għax mhijiex f’pożizzjoni li taġixxi malajr u “mingħajr burokrazija” għat-talbiet mir-Russja għal assistenza. Din it-talba mir-Russja għal assistenza rapida fuq skala żgħira għal riformi neċessarji, tista’ potenzjalment tingħata permezz ta’ “Faċilità għall-Ispazji Komuni” ġdida, li kienet qiegħda tiġi nnegozzjata fl-2007 sabiex tiffaċilita reazzjoni rapida għal talbiet għal assistenza fit-terminu ta’ żmien qasir u medju sabiex tiffaċilita azzjoni konġunta skond l-erba “spazji komuni” (9).

8.43.

Il-Faċilità tal-Ispazji Komuni ġiet diżinjata mill-Kummisjjoni b'tali mod li tipprovdi risposta f'waqtha għat-talbiet Russi fil-każ ta' assistenza fuq skala zgħira.

Il-kofinanzjament jibqa’ problematiku

8.44.

Matul iż-żmien meta kien qiegħed isir dan is-segwitu, il-Kummissjoni u l-Gvern Russu kienu qegħdin jikkunsidraw flimkien soluzzjonijiet tekniċi għall-introduzzjoni ta’ ko-finanzjament nazzjonali għal kull miżura ta’ assisstenza futura skond l-Istrument Ewropew ta’ Viċinat u Sħubija (ENPI) (10).

8.44.

Fil-preżent il-Kummissjoni u r-Russja qegħdin jesploraw possibilitajiet biex jinħoloq qafas għal kofinanzjament tal-proġetti. Diġà qiegħda ssir ħidma fuq numru kbir ta' proġetti li huma kofinanzjati dan jinkludi l-Istititut tal-Istudji Ewropej u NDEP, kif ukoll programmi ta' għotja bħall-IBPP u l-programmi ta’ viċinat. Fir-rigward tal-futur, il-gvern Russu se jikkontribwixxi EUR 122 miljun għall-programmi ta' kooperazzjoni transkonfinali ENPI (li għandhom jiġu miżjuda mall-fondi tal-Kummissjoni għall-istess programmi)

8.45.

S'issa, apparti minn kontribuzzjonijiet “f’oġġetti”, ma kien hemm ebda sinjal ta’ involviment finanzjarju iktar għoli mill-parteċipanti ċentrali, reġjonali jew lokali. Anke l-bżonn li tiġi provduta akkomodazzjoni għall-uffiċini naqas sa mill-verifika perċedenti.

8.45.

Ll-kofinanzjament ma' kienx ħtieġa legali Tacis fil-perjodu 2000-2001 (meta saret l-identifikazzjoni tal-proġett għall-proġetti revisti mill-Qorti fir-rapport Speċjali Nru 2/2006). Il-possibilitajiet ta' kofinanzjament tal-Federazzjoni Russa fiż-żmien tal-ipprogrammar kienu limitati u l-mekkaniżmi neċessarji ma kinux f'posthom.

Il-Kummissjoni qiegħda taffaċċja biċċa xogħol iebsa u trid tlaqqa' flimkien il-ħtiġijiet tal-progett ma' liġi li twaqqaf ċittadini barranin milli jaħdmu fuq l-istabbilimenti tal-Gvern Russu.

8.46.

Bħal fil-passat, mingħajr żjieda ta’ ko-finanzjament nazzjonali għal proġetti mill-Federazzjoni Russa, jibqa’ diffiċli li jissaħħu l-impenn u l-appartenenza.

8.46.

L-istrument finanzjarju ġdid, l-Istrument tal-Viċinat u tal-Partenarjat Ewropew (ENPI), li ġie adottat fl-2006, jistipula li l-assistenza għandha normalment tiġi kofinanzjata mill-pajjiz imsieħeb biex ikun żgurat impenn u u s-sens ta' responsabbilità għall-azzjonijet differenti li qegħdin jiġu implimentati.

Titjib fl-evalwazzjoni, madankollu tixrid tar-riżultati ta’ proġetti u sostennibilità għadhom dgħajjfa

8.47.

Għalkemm il-proġetti ma ġewx ivverifikati individwalment mill-Kummissjoni, il-Qorti tirrikonoxxi li s-sistema tjiebet b’mod ġenerali: sa mill-2006 id-Delegazzjoni tat bidu għal diversi evalwazzjonijiet settorjali ex-post bħal per eżempju, studju t’impatt rigward l-amministrazzjoni pubblika u r-riforma tas-servizz ċivili kif ukoll evalwazzjonijiet ta’ l-appoġġ tal-UE f’oqsma oħra.

8.47.

F'dawn il-każijiet, Il-Kummissjoni użat evalwazzjonijiet settorali biex tieħu stampa akbar tal-impatt tal-assistenza tal-KE f'setturi speċifiċi bħal dawn.

8.48.

Madankollu, il-komunikazzjoni tar-riżultati prezjużi ma ġietx assigurata biżżejjed fil-pajjiż. L-imsieħba prinċipali tal-proġett fuq livell ta’ gvern ċentrali kienu partikolarment dgħajjfa f’dan ir-rigward. Kultant saru xi attivitajiet ta’ komunikazzjoni matul il-proġetti iżda ftit biss twettqet wara t-tmiem tal-proġetti. Kważi kull website li ġiet maħluqa bl-għan li ssaħħaħ il-komunikazzjoni, ġiet abbandunata wara t-tmien tal-proġetti.

8.48.

Il-Kummissjoni tapplika linji ta' gwida stretti għal viżibilitá u għat-tixrid skont il-Manwal dwar il-Viżibilitá u l-Kommunikazzjoni għal Azzjonijiet Barranin tal-UE fuq il-proġetti kollha tagħha.

Ir-responsabilitá għad-disponibilitá kontinwa ta' informazzjoni u xogħol ta' tixrid wara li jkun ġie finaliżżat il-proġett titħalla f'idejn il-benefiċjarji tal-proġett.

8.49.

Fl-2007 il-Kummissjoni ddeċidiet li s-sorveljaturi esterni tal-proġetti m’għandomx jissorveljaw il-proġetti meta jkunu qegħdin iseħħu biss, iżda għandhom jipproduċu wkoll rapporti ta’ monitoraġġ ex-post. Fil-futur dan għandu jgħin lis-sorveljaturi sabiex jirrappurtaw, għall-inqas b’mod indikattiv, anke dwar l-aspett ta’ sostennibbilità.

8.49.

Il-Kummissjoni qiegħda teżamina l-użu standard ta' sorveljar ex-post wara l-evalwazzjoni tal-fażi pilota tagħha..

8.50.

S’issa, is-sostennibbiltà tar-riżultati tal-proġetti baqgħet tkun problematika. Ma kien hemm ebda sinjal li l-Kummissjoni ħadet miżuri speċifiċi sabiex ittejjeb dan l-aspett fl-istadju ta’ l-ippjanar. Instabu nuqqasijiet f’ħafna mill-proġetti reveduti. Dan kien, per eżempju, minħabba nuqqas ta’ azzjoni meħuda mir-riċevituri ċentrali sabiex jniedu u jgħaddu l-liġijiet neċessarji, regolamenti u regoli sabiex jistabbilixxu struttura amministrattiva soda. Barra minn hekk, ħafna drabi kien hemm nuqqas ta’ finanzjament lokali għall-attivitajiet ta’ segwitu.

8.50.

Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-proġetti riveduti laħqu l-biċċa l-kbira ta' l-objettivi tagħhom. Fir-rigward tas-sostenibbiltà l-Kummissjoni ħadet miżuri fl-istadju ta' ppjanar permezz tas-sistema għar-reviżjoni tal-kwalità tagħha. Ir-reviżjoni tal-kwalità li saret mill-Gruppi ta' Appoġġ għall-Kwalità fl-istadji ta' formolazzjoni u identifikazzjoni, mekkaniżmu li l-Qorti rrikonoxxa kellha impatt pożittiv fuq l-ippjanar tal-proġett globali, u se tevalwa wkoll l-impenn u s-sentiment ta' responsabilitá li tintwera mill-gvern imsieħeb fir-rigward tal-azzjonijiet proposti. Għalhekk mill-2005 assigurazzjonijiet akbar dwar il-sostenibbiltà tal-proġetti diġá huma inklużi fl-istadju ta' ppjanar.

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

8.51.

Il-Kummissjoni verament ħadet passi sabiex ittejjeb l-effiċjenza ta’ l-għajnuna tagħha fir-Russja. B’riżultat ta’ dan, il-kwalità tad-dokumentazzjoni ta’ l-ippjanar tjiebet b’mod ċar u r-rilevanza tal-proġetti għar-riforma Russa u l-livell ta’ riżultati miksuba tjiebu, mill-verifika preċedenti. Madankollu, il-miżuri ta’ rimedji min-naħa tal-Kummissjoni għadhom m’humiex biżżejjed sabiex issaħħu l-appartenenza u jassiguraw sostennibbiltà tar-riżultati tal-proġetti.

8.51.

Fir-rigward tas-sens ta' responsabbiltà, il-Kummisjoni, fil-każ tar-Russja kompliet tibni fuq id-djalogu politiku għal Spazju Komuni bħala bażi għall-inzjattivi ta' kooperazzjoni u appoġġ li ġew mill-pjanijiet iddettaljati tal-2005. Għalhekk, il-kooperazzjoni finanzjarja wara l-2005 se tiffoka fuq l-għanijiet politiċi diġà miftiehma miż-żewġ naħat. Ir-riżultati tar-rapporti ta' monitoraġġ orjentat lejn ir-riżultati (ROM) ta' dawn l-aħħar ħames snin diġá juru żieda fil-kwalità tal-iprogrammar u l-implimentazzjoni tal-proġetti fir-regjun tal-Lvant tal-ENPI. Ir-rizultat medju ROM għar-Russja fl-2007 kien 2.94 minn 4.00, u dan ipoġġi l-proġetti ta' dan il-pajjiż fost dawk bl-aħjar prestazzjoni, li jinsabu fir-regjun tal Lvant tal-ENPI.

8.52.

Il-Qorti tirrakkomanda li l-Kummissjoni:

8.52.

Il-Kummissjoni taqbel mar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti u

a)

Tassigura li, fil-prinċipju, miżuri ffinanzjati taħt l-ENPI huma ko-finanzjati u mogħtija biżżejjed riżorsi mir-riċevituri Russi;

(a)

L-Istrument tal-Viċinat u tal-Partenarjat Ewropew jistipula li l-assistenza normalment se tkun kofinanzjata mill-pajjiż imsieħeb. Hekk kif ġie ddikkjarat hawn fuq, il-gvern RF diġá għamel kontribut finanzjarju sinifikanti għall-programmi li għalihom diġá ntlaħaq ftehim.

(Ara l-paragrafi 8.44, 8.45 u 8.46)

b)

Tassigura li, fil-prinċipju, miżuri ffinanzjati taħt l-ENPI għandhom dispożizzjonijiet li jappoġġjaw ir-riżultati tal-proġetti u li jiggarantixxu kemm l-ikbar komunikazzjoni possibbli tar-riżultati kif ukoll l-aħjar prattika fir-Russja;

(b)

Il-Kummissjoni tagħti attenzjoni speċjali lit-tixrid mifrux tal-eżiti u r-riżultati tal-proġetti. L-isfozi li saru biex jitqanqal sentiment ta' responsabilitá akbar min-naħa tal-imsieħba tal-proġett (konsultazzjoni mal-partijiet interessati fl-istadju ta' pprogrammar u ppjanar, mekkaniżmi ġodda għall-assigurazzjoni tal-kwalità) se jintħieġ ukoll impenn akbar biex ir-riżultati tal-proġetti jinxterrdu mill-imsieħba wara li l-proġetti ikunu tlestew.

c)

Tqassar il-proċess ta’ l-ippjanar tal-proġetti sabiex tippermetti l-itwal żmien possibbli għat-twettiq tagħhom u tassigura d-disponibbiiltà ta’ assisstenza rapida meta din tkun mitluba fil-kuntest tar-riformi Russi li għaddejjin bħal issa.

 

Permezz tal-involviment tal-partijiet interessati fl-istadju tal-ippjanar, ħtiġijiet ta' tempiżmu għall-eżekuzzjoni effettiva huma evalwati u integrati aħjar fil-parametri globali tal-ippjanar. L-inizjattiva tad-Delegazzjoni għall-faċilitá tal-Ispazji Komuni jistgħu jipprovdu mekkaniżmu flessibbli biex issir reazzjoni aktar f'waqtha għall-ħtiġijiet ta' assistenza tar-Russja.

(Ara l-paragrafi 8.41, 8.42 u 8.43)

(1)  L-Għajnuna provduta permezz tal-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp hija rrappurtata separatament peress li m'hijiex iffinanzjata mill-baġit ġenerali.

(2)  Phare kien l-istrument finanzjarju prinċipali ta’ l-istrateġija ta’ qabel l-adeżjoni għall-pajjiżi ta’ l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant. Il-programm CARDS huwa Għajnuna tal-Komunità Għar-Rikostruzzjoni, l-Iżvilupp u l-Istabbilizzazzjoni fil-Balkani.

(3)  Regolament (KE) Nru 1638/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Ottubru 2006 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali għat-twaqqif ta’ Strument Ewropew ta’ Viċinat u Sħubija (ĠU L 310, 9.11.2006, p. 1) (l-Artikolu 15(2)(e), u Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi strument ta’ finanzjament tal-koperazzjoni għall-iżvilupp (ĠU L 378, 27.12.2006, p. 41) (l-Artikolu 25(1)(b)).

(4)  Linji gwida dwar l-ipprogrammar, it-tfassil u l-ġestjoni ta’ l-Appoġġ għall-Baġit Ġenerali, Jannar 2007.

(5)  ĠU C 119, 19.5.2006.

(6)  Dokument ta’ ħidma Nru PE 374.332 tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit.

(7)  Abbozz ta’ Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2006 Nru 196/06 Rev 1.

(8)  L-“iQSG” (inter-service Quality Support Group) kien ġie stabbilit sabiex tittejjeb il-kwalità tad-dokumenti ta’ strateġija u programmazzjoni prinċipali bħal per eżempju d-dokumenti ta’ l-istrateġija tal-pajjiż u tal-programmi indikattivi nazzjonali. L-“oQSG” (office Quality Support Group) kien ġie stabbilit mill-EuropeAid sabiex ittejjeb il-kwalità ta’ l-istadji ta’ preparazzjoni u t-tifsil ta’ proġetti, prinċiparjament permezz ta’ peer reviews ta’ dokumenti relevanti.

(9)  Matul is-Summit ta’ St. Petersburg f’Mejju 2003, l-UE u r-Russja ftehmu sabiex isaħħu l-koperazzjoni tagħhom billi joħolqu erba’ “spazji komuni” għal żmien twil fil-kuntest tal-Ftehim ta’ Sħubija u Koperazzjoni. Dawn huma kif ġejjin: L-Ispazju Ekonomiku Komuni, li jkopri kwistjonijiet ekonomiċi u ambjentali; l-Ispazju Komuni ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja; l-Ispazju Komuni tas-Sigurtà Esterna; u l-Ispazju Komuni ta’ Riċerka u Edukazzjoni inklużi l-aspetti kulturali.

(10)  Regolament (KE) Nru 1638/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 310, 9.11.2006, p. 1).

ANNESS 8.1

Evalwazzjoni tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll

Nota: Fir-rigward ta’ kontrolli murija bħala “Parzjalment effettivi”, din it-tabella għandha tinqara flimkien ma’ l- Anness 8.2 , li jindika fejn sar progress.

Sistema kkonċernata

Kontrolli interni prinċipali (servizzi tal-Kummissjoni)

Kontrolli interni prinċipali fl-amministrazzjonijiet nazzjonali

Evalwazzjoni ġenerali

kontrolli ex-ante fuq kuntratti u pagamenti

Monitoraġġ ta’ organizzazzjo-nijiet implimentattivi ta’ proġetti

Verifiki esterni/verifiki ta’ l-għeluq tad-dikjarazzjonijiet

Verifika interna

Uffiċċju ta' Koperazzjoni EuropeAid

 

 

 

 

NA

 

Tkabbir

 

NA

 

 

 

 

DĠ Għajnuna Umanitarja (ECHO)

 

NA

 

 

NA

 


Kodiċi:

 

Effettivi

 

Parzjalment effettivi

 

Mhux effettivi

N/A

Mhux applikabbli: ma japplikax jew mhux evalwat

Riżultat ta’ l-ittestjar tat-tranżazzjonijiet

Stima tal-kampjun tal-proporzjon tat-tranżazzjonijiet milquta minn żball

11 %

Rata ta’ żball

Bejn 2 % u 5 %

ANNESS 8.2

Segwitu għall-osservazzjonijiet prinċipali tad-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni

Osservazzjoni tal-Qorti

Azzjoni meħuda

Analiżi tal-Qorti

Risposta tal-Kummissjoni

Relazzjonijiet Esterni u Żvilupp

Nuqqasijiet fir-rigward ta’ organizzazzjonijiet implimentattivi

Bħal fis-snin preċedenti, il-Qorti nnutat inċidenza materjali ta’ żball fil-kampjun ta’ pagamenti eżaminati, fuq livell ta’ organizzazzjoni implimentattiva.

(Ir-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2006, il-paragrafi 8.9 u 8.10)

It-termini ta’ referenza għall-verifiki finanzjarji li għandhom jiġu mnedija mill-Benefiċarji ġew reveduti.

Ftit mill-effetti tat-Termini ta’ Referenza kienu diġà ġew innutati fl-2007. Manankollu, peress li saru obbligatorji biss minn Ottubru 2007 ’il quddiem, il-benefiċċji globali ser jidhru biss fil-futur.

Il-Kummissjoni tilqa' l-osservazzjoni tal-Qorti fir-rigward tat-titjib fil-kwalità tar-rapporti ta' verifika. Madanakollu, ta' min jinnota li:

it-termini ta' referenza ġodda għall-verifiki finanzjarji li tniedu mill-benefiċjarji gew fis-seħħ għal kuntratti kollha ġodda li ġew iffirmati minn Frar tal-2006.

it-termini ta' referenza ġodda għall-verifiki finanzjarji li tniedu mill-Kummisjoni huma disponibbli minn Ġunju 2007 u saru obligatorji minn Ottubru 2007. Madanakollu, il-Kummissjoni ssostni li l-verżjoni ta' qabel tat-termini ta' referenza li ntużaw sa l-2007 kienu digá ta' kwalità suffiċjenti u li jħallu l-Uffiċjali Awtorizzanti jieħdu deċizjoniet approprjati.

Informazzjoni dwar verifiki u r-riżultati tagħhom

La r-Rapporti ta’ l-Assistenza Esterna għall-Ġestjoni (EAMRs) u lanqas is-sistema kompjuterizzata ta’ l-informazzjoni dwar il-ġestjoni CRIS (is-sistema ta’ informazzjoni komuni Relex) ma fihom informazzjoni kompleta u sistematika dwar verifiki ta’ proġetti u r-riżultati tagħhom.

(Ir-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2006, il-paragrafi 8.22 u 8.23)

Il-forma tar-rapport użata mid-Delegazzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Verifika Annwali 2007 ġie modifikat. Sar titjib fir-rigward tal-verifiki CRIS.

Sar titjib. Madankollu, verifiki CRIS ma kinux użati kompletament fl-2007 u verifiki magħmula minn organizzazzjonijiet li jimplimentaw proġetti għadhom mhumiex konklużi fir-rapporti.

Il-verifiki kollha tal-Pjan ta' Verifika Annwali 2007, kif ukoll il-verifiki tas-sena attwali, ġew imdaħħlin fil-Verifika-CRIS.

Tkabbir

Sistema ta’ Implementazzjoni Deċentralizzata Estiża (EDIS)

Ġew innutati nuqqasijiet fuq livell ta’ amministarazzjoni nazzjonali tas-sistemi ta’ sorveljanza fir-Rumanija u l-Bulgarija, ikkonfermata permezz tad-dewmien fl-akkreditazzjoni EDIS għal-Phare fil-Bulgaria.

(Ir-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2006, il-paragrafu 9.19)

Il-Kummissjoni implimentat monitoraġġ mill-qrib għall-progress magħmul fis-sistema ta’ ġestazzjoni nazzjonali.

Minkejja l-azzjonijiet meħuda f’dan ir-rigward, fil-każ tal-Bulgarija x-xogħol tal-verifika li twettaq, żvela li għad hemm lok għal titjib fuq livell tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll nazzjonali.

Il-Kummissjoni se tkompli tisorvelja bir-reqqa is-sistemi ta' ġestjoni b'kooperazzjoni fil-qrib mal-awtoritajiet Bulgari Il-miżuri proposti se jkunu sorveljati bir-reqqa u se ssir verifika fuqhom sabiex jiġi stabbilit jekk dawn iwasslu għat-titjib mixtieq.

Għajnuna Umanitarja

Verifiki esterni

Il-parti l-kbira tal-verifiki jsiru fil-kwartieri ġenerali ta’ l-imsieħba. Minħabba li r-realtà tan-nefqa tal-proġett tista tiġi ċċekkjata b'mod aktar effettiv fil-livell ta' fejn qed isir ix-xogħol, għandu jkun hemm iktar enfasi fuq verifiki fuq il-post.

(Ir-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2006, il-paragrafu 8.18)

Kuntratt ta’ Qafas ġie konkluż f’Awissu 2006.

Minkejja l-Kuntratt ta’ Qafas il-ġdid, fl-2007 il-parti l-kbira tal-verifiki saru fil-kwartieri ġenerali ta’ l-Imsieħba.

Il-Kummissjoni rdoppjat in-numru ta' verifiki fuq il-post meta mqabbel man-numru ta' verifiku li saru fl-2006. Huwa maħsub li żieda ulterjuri ta' verifiki fuq il-post mhux se tkunu waħda ekonomika.

KAPITOLU 9

Edukazzjoni u Ċittadinanza

WERREJ

9.1-9.4

Introduzzjoni

9.1-9.4

Karatteristiċi speċifiċi ta’ l-Edukazzjoni u ċ-Ċittadinanza

9.5-9.26

Evalwazzjoni speċifika fil-kuntest tad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni

9.5-9.6

L-ambitu tal-verifika

9.7-9.11

Il-legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi

9.12-9.24

Evalwazzjoni tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll

9.13-9.18

Il-Programm ta’ Tagħlim tul il-Ħajja

9.19-9.21

Il-Fond Ewropew għar-Refuġjati II u l-Fond għall-Fruntieri Esterni

9.22-9.23

Kontrolli ex-ante għall-infiq fuq il-Komunikazzjoni

9.24

Konklużjoni dwar is-Sistemi ta’ Sorveljanza u Kontroll

9.25-9.26

Konklużjoni ġenerali u rakkomandazzjonijiet

9.27

Segwitu ta’ l-osservazzjonijiet preċedenti

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

INTRODUZZJONI

Karatteristiċi speċifiċi ta’ l-Edukazzjoni u ċ-Ċittadinanza

9.1.

Dan il-kapitolu jkopri s-sejbiet tal-Qorti dwar il-grupp tal-politika Edukazzjoni u Ċittadinanza, li jikkomprendi l-oqsma ta’ politika li ġejjin: 15 — Edukazzjoni u Kultura, 16 — Komunikazzjoni; u 18 — Libertà, Sigurtà u Ġustizzja. Fl-2007, l-impenji ammontaw għal 1 888 miljun euro (1 649 miljun euro fl-2006) u l-pagamenti ammontaw għal 1 453 miljun euro (1 569 miljun euro fl-2006). Il- Grafika 9.1 turi kif tqassmu l-pagamenti skond il-qasam tal-politika. L-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena 2007 kienet ikkaratterizzata bl-introduzzjoni ta’ programmi multi-annwali ġodda fil-kuntest tal-Qafas Finanzjarju 2007-2013 (1).

9.1.

F'dak li jirrigwarda l-oqsma ta' politika 15 u 18, il-biċċa l-kbira tal-atti legali ġew adottati fi tmiem l-2007 li rriżulta f'limitazzjonijiet speċifiċi f'termini ta' eżekuzzjoni tal-baġit u t-tnedija ta' strumenti finanzjarji ġodda.

Image

9.2.

Il-Kummissjoni ġġesti l-parti l-kbira tan-nefqa b’mod ċentralizzat indirett jew permezz ta’ ġestjoni maqsuma, bl-implimentazzjoni ta’ l-azzjonijiet fil-forma ta’ programmi multi-annwali delegati lil Aġenziji Nazzjonali jew strutturi ta’ ġestjoni simili fl-Istati Membri (3). L-entitajiet responsabbli fl-Istati Membri jallokaw l-għotjiet u l-kuntratti lill-proġetti jew miżuri mwettqa minn benefiċjarji privati u pubbliċi. L-għotjiet is-soltu jitħallsu akkont: pagament bil-quddiem mal-firma tal-ftehim ta’ l-għotja, segwit b’pagamenti interim u/jew finali li jirrimborżaw infiq eliġibbli rrapportat mill-benefiċjarji f’rendikonti ta’ spejjeż perjodiċi.

9.2.

Fil-qasam ta' politika 15 — Edukazzjoni u Kultura, il-Kummissjoni timplimenta l-baġit permezz ta' ġestjoni ċentralizzata indiretta mill-aġenziji nazzjonali (68 %) u minn aġenzija eżekuttiva (22 %), filwaqt li l-bqija jiġi implimentat direttament mill-Kummissjoni (7 %) u l-aġenziji regolatorji (3 %).

9.3.

L-implimentazzjoni tal-programmi skond il-Qafas Finanzjarju l-ġdid kienet akkumpanjata minn bidla fl-istruttura tal-kontroll intern b’livell ogħla ta’ responsabilità għall-Istati Membri (4). Awtorità Nazzjonali għalhekk għandha tagħti dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar il-ġestjoni finanzjarja ta’ l-infiq fl-Istat Membru in kwestjoni. Il-relazzjoni bejn il-Kummissjoni, l-Aġenzija Nazzjonali u l-Awtorità Nazzjonali issa saret aktar ċara milli fis-snin preċedenti f’kull Stat Membru.

9.3.

L-implimentazzjoni tal-programm multiannwali l-ġdid fil-qasam tal-edukazzjoni kienet akkumpanjata mill-introduzzjoni ta' approċċ ta' verifika waħda f'konformità mal-pjan dwar il-qafas tal-kontroll intern adottat mill-Kummissjoni. Dan implika l-iżvilupp ta' qafas komuni ta' kontroll u strateġija komuni ta' superviżjoni mill-Kummissjoni.

Il-qafas regolatorju u kuntrattwali jiddefinixxi t-tipi ta' kontrolli, l-istandards minimi għall-kontroll intern, ir-rekwiżiti proċedurali komuni u kif ukoll il-klassifikazzjoni u n-numru minimu ta' kontrolli magħmula mill-aġenziji Nazzjonali. Minbarra dan, id-DĠ EAC tejjeb ukoll is-simplifikazzjoni, partikolarment tal-bażi tal-kalkolu tal-ispiża eliġibbli (użu wiesa' ta' finanzjament b'somom f'daqqa).

9.4.

L-għajnuna ta’ l-UE fl-oqsma ta’ l-Edukazzjoni u ċ-Ċittadinanza hija kkaratterizzata bi kwantità kbira ta’ skemi ta’ finanzjament għal varji oqsma tematiċi u tipi ta’ proġetti bħal għotjiet għal azzjonijiet favur iċ-Ċittadinanza jew għall-mobilità fis-setturi ta’ l-edukazzjoni u t-taħriġ. Twettqu proġetti mhux biss minn organizzazzjonijiet ta’ tagħlim, imma wkoll minn kumpaniji privati u amministrazzjonijiet pubbliċi. Il-benefiċjarji finali huma individwi, l-aktar ċittadini ta’ l-UE.

 

EVALWAZZJONI SPEĊIFIKA FIL-KUNTEST TAD-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

L-ambitu tal-verifika

9.5.

L-evalwazzjoni speċifika hija bbażata fuq:

9.5.

 

a)

l-ittestjar sostantiv ta’ kampjun statistiku rappreżentattiv ta’ 150 (5) pagament;

 

b)

l-evalwazzjoni ta’ l-operat tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll għall-qasam tal-politika tal-Komunikazzjoni, kif ukoll dawk iffissati fid-deċiżjonijiet rispettivi ta’ l-UE għall-Programm ta’ Tagħlim Tul il-Ħajja (LLP) (6), li għandhom x’jaqsmu mal-qasam tal-politika — nefqa fuq l-Edukazzjoni u l-Kultura, u għall-Fond għall-Fruntieri Esterni (EBF) u l-Fond Ewropew għar-Refuġjati (FER) II (7), li għandhom x’jaqsmu mal-qasam tal-politika — nefqa fuq il-Libertà, is-Sigurtà u l-Ġustizzja. L-elementi li ġejjin tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll li ġejjin ġew evalwati:

b)

 

 

i)

il-kontrolli ta’ sorveljanza tal-Kummissjoni fuq iċ-ċertifikazzjoni ex-ante jew l-evalwazzjoni ta’ strutturi tal-ġestjoni mwettqa mill-awtoritajiet fl-Istati Membri;

 

 

ii)

is-sistemi ta’ kontroll fis-seħħ għall-Edukazzjoni u l-Kultura u n-nefqa tal-Komunikazzjoni.

 

ii)

Is-sistemi tal-kontrolli ex-post għat-tagħlim tul il-ħajja (LLP) 2007-2013 ma setgħux jiġu vvalutati minħabba li ma sarux ħlasijiet finali fl-2007.

c)

segwitu ta’ l-osservazzjonijet prinċipali mill-Qorti f’Dikjarazzjonijiet ta’ Assigurazzjoni reċenti.

 

9.6.

Skond kif kien previst l-infiq għas-sena finanzjarja 2007, il-kampjun ta’ pagamenti tal-Qorti għall-ittestjar sostantiv inkluda 95 pagament bil-quddiem (8), 43 minnhom kienu soġġetti għal kundizzjonijiet mingħajr kumplikazzjonijiet, tipikament l-iffirmar ta’ kuntratt. Għat-52 pagament bil-quddiem li jifdal kienu japplikaw kundizzjonijiet addizzjonali (9). Eżempju ta’ tali kundizzjonijiet huwa l-evalwazzjoni mill-Kummissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni ex-ante mill-Istati Membri flimkien ma’ deskrizzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni ta’ l-Aġenziji Nazzjonali inkarigati mill-ġestjoni ta’ l-LLP.

 

Il-legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi

9.7.

Element importanti tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi fil-grupp tal-politika Edukazzjoni u Ċittadinanza, huwa l-korrettezza ta’ l-ispiża ddikjarata. Dikjarazzjoni ta’ infiq żejjed mill-benefiċjarji tista’ tkun ir-riżultat ta’ żbalji li jikkonċernaw:

a)

l-eliġibilità: spejjeż li mhux permessi mir-regoli;

b)

l-okkorrenza: spejjeż li għalihom hemm evidenza ta’ sostenn mhux xierqa; jew

c)

il-preċiżjoni: kalkolu ħażin ta’ l-ispejjeż.

 

9.8.

Il-Qorti sabet livell materjali ta’ żball ta’ legalità u/jew ta’ regolarità f’21 % tal-pagamenti, li minnhom 7 punti perċentwali kienu żbalji kwantifikabbli u 14-il punt perċentwali kienu żbalji mhux kwantifikabbli. Xi pagamenti kienu milquta b’iktar minn żball wieħed. It- Tabella 9.1 turi kemm instabu żbalji f’tipi differenti ta’ pagamenti u t- Tabella 9.2 kemm instabu żbalji f’kull qasam tal-politika.

9.8.

Tnejn mill-iżbalji osservati fid-DĠ COMM jirriflettu sitwazzjonijiet magħrufa minn qabel mill-maniġment ta' dan id-DĠ li ma kellu l-ebda għażla ħlief li jassumihom, sabiex ikunu jistgħu jitkomplew l-azzjonijiet. Wieħed minn dawn iż-żewġ każijiet huwa “eċċezzjoni” li kienet l-oġġett ta' dikjarazzjoni minn qabel skont l-istandard intern 18.

It-Tabella 9.1 — Kemm pagamenti bil-quddiem u pagamenti interim/finali kienu milquta minn żbalji u kemm minnhom kienu ħielsa minn żbalji?

Pagamenti skond it-tip

Pagamenti skond ir-regolarità

Bil-quddiem

Interim/finali

Total

Pagamenti milquta minn żbalji serji

9

16 (10)

25

Pagamenti milquta minn żbalji limitati

2

4

6

Pagamenti ħielsa minn żbalji sinifikanti

84

35

119

Total

95

55

150

It-Tabella 9.2 — Kemm pagamenti milquta minn żbalji jew ħielsa minn żbalji kienu f’kull waħda mit-tliet oqsma ta’ politika?

Pagamenti skond il-qasam tal-politika

Pagamenti skond ir-regolarità

EAC

FSJ

COMM

Total

Pagamenti milquta minn żbalji serji

13

7

5

25

Pagamenti milquta minn żbalji limitati

4

0

2

6

Pagamenti ħielsa minn żbalji sinifikanti

87

17

15

119

Total

104

24

22

150

Kodiċi:

EAC — Edukazzjoni u Kultura

FSJ — Libertà, Sigurtà u Ġustizzja

COMM — Komunikazzjoni

9.9.

L-iżbalji misjuba kienu jinkludu:

a)

allokazzjoni mhux ġustifikata ta’ spejjeż indiretti lill-proġett (eliġibilità);

b)

spejjeż ineliġibbli (eliġibilità);

c)

evidenza ta’ sostenn inadegwata biex tiġġustifika l-ispejjeż iddikjarati (okkorrenza);

d)

impenji mwettqa minn żewġ Direttorati-Ġenerali (id-DĠ Ġustizzja, Libertà u Sigurtà u d-DĠ Edukazzjoni u Kultura) qabel l-istabbiliment tad-deċiżjoni ta’ finanzjament relatata (il-programm ta’ xogħol annwali ta’ dawn id-DĠs) għal ħames aġenziji komunitarji.

 

9.10.

L-iżbalji jseħħu fil-kuntest ta’ qafas legali kkumplikat b’għadd kbir ta’ kriterji ta’ eliġibilità (xi kultant mhux ċari). Bħal fis-snin preċedenti, il-Qorti sabet li l-benefiċjarji ta’ sikwit ma jkunux jistgħu jiġġustifikaw sewwa l-ispejjeż tal-persunal. Kif jidher mit-tabelli hawn fuq, il-pagamenti interim u finali huma aktar milquta minn żbalji milli l-pagamenti bil-quddiem (kważi wieħed minn kull erba’ pagamenti interim jew finali ttestjati kien milqut minn żbalji serji). Dan jispjega wkoll għaliex relattivament instabu aktar żbalji f’pagamenti awtorizzati fil-qasam tal-politika Komunikazzjoni, fejn il-parti l-kbira tal-pagamenti li ttieħdu fil-kampjun kienu jew pagamenti interim jew finali.

9.10.

L-iżbalji li jirrigwardaw id-DĠ EAC huma relatati mal-ħlasijiet finali tal-azzjonijiet taħt il-qafas legali preċedenti (11).

It-tfassil tal-programmi l-ġodda 2007-2013 ħa kont tar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri fis-snin ta' qabel sabiex jiġu ssimplifikati r-regoli u jsir użu wiesa' mill-finanzjament b'somom f'daqqa. Dan għandu jnaqqas ir-rata tal-iżbalji fil-futur.

9.11.

Abbażi tax-xogħol tal-verifika tagħha l-Qorti tikkonkludi li pagamenti li saru fil-grupp ta’ politika Edukazzjoni u Ċittadinanza kienu milquta minn livell materjali ta’ żbalji ta’ legalità u/jew ta’ regolarità. Il-Qorti tqis li r-rata ta’ żball qiegħda bejn 2 % u 5 % (ara l- Anness 9.1 ).

 

Evalwazzjoni tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll

9.12.

Il-Kummissjoni ddelegat parti importanti tal-ġestjoni tal-proġetti ffinanzjati mill-għotjiet tagħha, lill-entitajiet fl-Istati Membri. Bosta żbalji ta’ legalità u regolarità jistgħu jinstabu biss (u għalhekk ikkoreġuti) billi jitwettqu kontrolli fuq il-post. Iżda, it-twettiq ta’ tali kontrolli fuq kull proġett kull sena kieku jirriżulta fi spejjeż eżagerati. Is-sistema ta’ sorveljanza u kontroll għall-Edukazzjoni u l-Kultura fir-rigward tal-perijodu ta’ programmar 2000-2006 kienet fil-parti l-kbira bbażata fuq kontrolli ex-post fuq il-post. Kontrolli ex-post imwettqa fl-2007 taħt din is-sistema, eżaminati mill-Qorti, ma kixfux nuqqasijiet sinifikanti. Għall-perijodu tal-Qafas Finanzjarju 2007-2013, il-Kummissjoni tfittex li għas-sistema ta’ sorveljanza u kontroll tagħha, b’mod partikolari għan-nefqa fuq l-Edukazzjoni u l-Kultura, tikseb aktar affidabilità mis-sorveljanza u l-kontrolli mwettqa mill-Istati Membri. Elementi importanti f’dan il-proċess huma d-dikjarazzjonijiet ta’ assigurazzjoni annwali ex-ante u ex-post mogħtija mill-Awtoritajiet Nazzjonali fir-rigward tan-nefqa ta’ l-UE ġestita mill-Istati Membri.

9.12.

L-istrateġija kurrenti tas-superviżjoni tad-DĠ EAC hija bbażata fuq firxa ta' kontrolli, li jinkludu kontrolli fuq il-post.

Minbarra dan, fl-aħħar snin id-DĠ EAC wettaq verifiki tas-sistemi tal-Aġenziji Nazzjonali kollha flimkien ma' numru ta' żjajjar ta' sorveljanza. Dawn iż-żjajjar fuq il-post ippermettew lill-Kummissjoni sabiex ikollha stampa ċara tal-funzjonament tal-aġenziji nazzjonali fl-2007, fil-bidu tal-LLP.

Il-Programm ta’ Tagħlim tul il-Ħajja

9.13.

Is-sistema attwali għal-LLP hija bbażata, fost affarijiet oħra (12), fuq dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni ex-ante u ex-post annwali li għandha tingħata mill-Awtorità Nazzjonali fl-Istati Membri dwar il-kwalità tal-ġestjoni minn Aġenziji Nazzjonali u dwar żjarat ta’ monitoraġġ relatati fl-Istati Membri mill-Kummissjoni. Hija tiddisponi biex il-Kummissjoni taċċetta, b’mod kondizzjonali (jiġifieri mingħajr kwalifiki) jew tirriġetta dikjarazzjonijiet ex-ante. F’każ ta’ aċċettazzjoni kondizzjonali, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tieħu miżuri ta’ prekawzjoni li japplikaw għar-relazzjoni kontrattwali tagħha ma’ l-Aġenzija Nazzjonali.

9.13.

Il-Kummissjoni ħadet kont tar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri fis-snin ta' qabel u tal-esperjenza tagħha mill-verifiki tas-sistemi u ż-żjajjar tal-monitoraġġ meta kienet qed tfassal is-sistema l-ġdida ta' superviżjoni u kontroll u meta kienet qed tevalwa l-istrutturi tal-ġestjoni ppreżentati mill-awtoritajiet nazzjonali.

9.14.

Fl-2007 il-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni tad-dikjarazzjonijiet ta’ assigurazzjoni ex-ante ppreżentati mill-Istati Membri. Il-kompletazzjoni ta’ din il-proċedura ta’ evalwazzjoni kienet meħtieġa qabel ma tidħol f’relazzjoni kontrattwali ma’ l-Aġenziji Nazzjonali.

 

9.15.

Il-Qorti vverifikat il-proċess ta’ evalwazzjoni għal dikjarazzjonijiet ex-ante. Hija kkonkludiet li l-applikazzjoni fl-2007 tal-proċedura ta’ dikjarazzjoni ex-ante tat ftit assigurazzjoni dwar il-kwalità tal-ġestjoni tan-nefqa kkonċernata fl-2007 (ara l-paragrafu 9.16). Iżda, il-Qorti tikkunsidra li t-tfassil tas-sistema — jekk applikat tajjeb — fil-futur jista’ jagħti bażi xierqa għall-assigurazzjoni.

9.15.

Is-sistema ta' superviżjoni tad-DĠ EAC tikkonsisti f'dan li ġej: a) żjajjar ta' monitoraġġ li jibdew mill-2007, b) analiżi tad-dikjarazzjonijiet annwali tal-assigurazzjoni inklużi r-rapporti tal-attivitajiet u finanzjarji dovuti sa April 2008, c) kontrolli fuq il-post tal-metodi tal-kontrolli nazzjonali u d) verifiki finanzjarji.

Is-sistema stipulata fil-bażi legali LLP 2007-2013 tirrappreżenta evoluzzjoni fuq is-sistema tal-2000-2006 meta jitqiesu r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti. Il-kontrolli tal-Kummissjoni fis-snin ta' qabel ikkontribwixxew flimkien ma' dawk li saru fl-2007 għall-konklużjoni tad-DĠ EAC li s-sistemi tal-kontroll jipprovdu assigurazzjoni raġonevoli, għalkemm huwa meħtieġ titjib sinifikanti fl-applikazzjoni tas-sistemi tal-kontroll fil-livell tal-kontrolli mill-Awtoritajiet Nazzjonali.

9.16.

Il-Qorti nnutat in-nuqqasijiet li ġejjin fil-proċedura ta’ dikjarazzjoni ex-ante:

9.16.

 

a)

approċċi differenti meħuda mill-Awtoritajiet Nazzjonali biex jiksbu bażi għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni ex-ante u differenzi fil-grad ta’ informazzjoni mogħtija dwar il-proċeduri mwettqa minn dawn l-awtoritajiet. Dan wassal għal differenzi fl-ambitu ta’ l-affidabilità li l-Kummissjoni tat lid-dikjarazzjonijiet;

a)

Il-qafas regolatorju ma jwaqqafx lill-Kummissjoni milli taċċetta sistemi ta' kontroll differenti stabbiliti mill-Istati Membri sakemm jintlaħqu ċerti għanijiet. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma imponietx mudell wieħed fuq kulħadd. Madankollu, fuq il-bażi tal-ewwel esperjenza bid-dikjarazzjonijiet, il-Kummissjoni kompliet tiddefinixxi l-għanijet tal-kontroll għall-kontrolli mill-awtoritajiet nazzjonali fil-linji gwida pprovduti lill-Istati Membri fi Frar 2008.

b)

l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni kienet limitata għal desk review tas-sistemi u l-kontrolli; għalhekk il-Kummissjoni ma vverifikatx jekk dawn is-sistemi u kontrolli jaħdmux b’mod effettiv;

b)

Id-DĠ EAC beda żjajjar fuq il-post f'Ottubru 2007 u dawn qed jitkomplew fl-2008 u fis-snin ta' wara. L-ewwel riżultati tal-kontrolli fuq il-post jindikaw l-effikaċja tar-reviżjoni dokumentarja globali li twettqet.

c)

għall-Istati Membri kollha, il-Kummissjoni approvat id-dikjarazzjonijiet bi kwalifiki varji li għandhom jiġu rrimedjati sa tmiem l-2007. L-għadd ta’ kwalifiki rilevanti għad-39 Aġenzija kien ta’ 329 u varja bejn 3 u 13 għal kull aġenzija. Fost dawn il-kwalifiki kien hemm uħud relatati ma’ karatteristiċi tal-kontroll intern prinċipali bħas-segregazzjoni tad-dmirijiet, it-twaqqif ta’ funzjoni tal-kontroll intern u l-operat tas-sistemi finanzjarji. Għal dawn il-kwalifiki l-Kummissjoni ma inkluditx miżura ta’ prekawzjoni fir-relazzjoni kontrattwali tagħha ma’ l-aġenziji kkonċernati, kif hemm dispożizzjoni għaliha fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni rilevanti. Ma kienx hemm segwitu rigoruż ta’ l-azzjonijiet korrettivi, ta’ sikwit l-iskadenzi ma ġewx osservati u għadd importanti (240) ta’ kwalifiki kienu għadhom ma tneħħewx sa tmiem l-2007;

c)

Skont il-klassifikazzjoni tad-DĠ EAC (13), il-verifika interna hija rekwiżit ġdid u l-assenza ta' dan il-kontroll ma titqiesx bħala kruċjali fil-bidu tal-operazzjonijiet għall-programmi l-ġodda. Fir-rigward tas-separazzjoni tad-dmirijiet u l-operazzjonijiet tas-sistemi finanzjarji, il-kwalifiki qed jiġu segwiti u se jsir rapport dwarhom aktar 'il quddiem (ara aktar 'l isfel). Id-DĠ EAC ħa approċċ proattiv, u meta ġew osservati “problemi li jibblukkaw” dawn ġew spjegati, diskussi u solvuti mal-awtoritajiet nazzjonali qabel ma ġew aċċettati mill-aġenzija nazzjonali u qabel ma rċevew il-firma tal-impenn legali, minflok ma nħareġ rapport formali li ma ġewx aċċettati.

F'xi każijiet, ittieħdu miżuri preventivi, li jwaqqfu l-ħlas tal-prefinanzjament sal-implimentazzjoni reali tal-azzjoni ta' tiswija miftiehma mal-awtorità nazzjonali.

Minħabba ż-żmien limitat (adozzjoni tal-bażi legali f'Diċembru 2006 u b'konsegwenza ta' din l-adozzjoni tal-qafas regolatorju u kuntrattwali derivat fl-2007) il-biċċa l-kbira tad-dikjarazzjonijiet ġew ivvalutati fit-tieni nofs tal-2007. Għaldaqstant, id-DĠ EAC jikkunsidra li huwa suċċess li aktar minn terz tal-kwalifiki jistgħu jingħalqu sa tmiem l-2007. Il-kwalifiki se jiġu segwiti fl-eżerċizzju tal-valutazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-assigurazzjoni ta' kull sena.

d)

ċerti kriterji użati mill-Kummissjoni fil-proċedura ta’ evalwazzjoni ma ġewx definiti kif jixraq, u ħallew inċertezza dwar it-tifsira tal-kompletazzjoni tal-proċess ta’ evalwazzjoni u x’inhuma l-miżuri ta’ prekawzjoni li setgħu ttieħdu.

d)

Id-DĠ EAC iqis li l-monitoraġġ tal-kwalità tas-sistemi tal-ġestjoni huwa attività kontinwa u stabbilixxa attivitajiet ta' superviżjoni adegwati sabiex ikun jista' jagħmel dan. L-approvazzjoni ta' aġenzija nazzjonali huwa fformalizzat f'ittra ffirmata mid-Direttur Ġenerali.

Meta l-Kummissjoni tidentifika riskji f'li jinbeda programm filwaqt li ċerti kwalifiki jkunu għadhom pendenti, hija għandha l-poter ta' diskrezzjoni li tieħu miżuri ta' prekawzjoni, bħall-ibblukkar tal-ewwel prefinanzjament lill-Aġenziji Nazzjonali.

Id-DĠ EAC għandu l-għan li jadatta, fuq il-bażi tar-riżultati tal-kontrolli tiegħu u approċċ ibbażat fuq ir-riskju, l-għodda u l-proċeduri kuntrattwali u finanzjarji b'tali mod li jimminimizza r-riskji identifikati mill-Qorti.

9.17.

Dawn in-nuqqasijiet inaqqsu l-valur tal-proċedura ta’ dikjarazzjoni ex-ante bħala element tas-sistema ta’ sorveljanza u kontroll. B’mod partikolari nuqqasijiet fis-sistemi ta’ kontoll intern identifikati fil-kwalifiki msemmija fuq fil-punt 9.16(c), jirrappreżentaw riskju għall-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li saru lill-benefiċjarji finali u għal pagamenti futuri lill-Aġenziji Nazzjonali. Segwitu sistematiku tal-kwalifiki, fil-forma ta’ żjarat ta’ monitoraġġ, u sorveljanza mill-qrib mill-Kummissjoni tal-proċedura ta’ dikjarazzjoni ex-post annwali huwa meħtieġ biex jagħti assigurazzjoni għas-snin li ġejjin li l-Aġenziji Nazzjonali jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi fir-rigward tal-ġestjoni u l-kontroll tan-nefqa.

9.17.

L-EAC huwa kunfidenti li l-miżuri stabbiliti sabiex jissaħħu l-kontrolli nazzjonali se jkunu effettivi għal kollox fil-kuntest tad-dikjarazzjoni annwali. Minbarra dan, sistema ta' korrezzjonijiet finanzjarji hija stabbilita fl-istrumenti legali.

9.18.

Id-dikjarazzjonijiet ta’ assigurazzjoni (14) ex-post annwali għall-2007 kellhom jingħataw mill-Awtoritajiet Nazzjonali ta’ l-Istati Membri sat-30 ta’ April 2008 u għalhekk ser ikunu evalwati mill-Qorti bħala parti mill-verifika DAS ta’ l-2008.

9.18.

Sa tmiem Ġunju 2008, id-DĠ EAC kien irċieva għall-LLP 85 % tar-rapporti annwali u 50 % tad-dikjarazzjonijiet annwali dovuti, u d-DĠ EAC kien beda jivvalutahom. Ittri formali ta' tfakkir intbagħtu mid-Direttur Ġenerali lill-awtoritajiet Nazzjonali u lill-aġenziji Nazzjonali li ma kkonformawx mal-obbligi tagħhom. Dawn il-miżuri ġew akkumpanjati mis-sospensjoni tal-ħlasijiet tal-għotja operattiva fil-każijiet fejn ir-rapporti finali kienu nieqsa.

Il-Fond Ewropew għar-Refuġjati II u l-Fond għall-Fruntieri Esterni

9.19.

Il-Qorti eżaminat l-evalwazzjoni preliminari tal-Kummissjoni tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll stabbiliti mill-Istati Membri għall-Fond Ewropew għar-Refuġjati (FER) II li twaqqaf fl-2005 u li kien għadu qed jopera fl-2007.

 

9.20.

L-evalwazzjoni mill-Kummissjoni hija bbażata fuq informazzjoni mibgħuta mill-Istati Membri u għadha għaddejja fil-forma ta’ żjarat ta’ monitoraġġ lill-Istati Membri. Il-valur tagħha bħala strument biex jassigura li s-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll ta’ l-Istati Membri jikkonformaw mal-qafas regolatorju huwa mnaqqas minħabba:

9.20.

 

a)

nuqqasijiet fid-deskrizzjonijiet tal-proċeduri ta’ ġestjoni u kontroll mogħtija mill-Istati Membri;

a)

Il-Kummissjoni tejbet il-format tad-deskrizzjoni tas-sistemi tal-ġestjoni u kontroll għall-Fondi tal-perspettivi finanzjarji 2007-2013. Dan l-isforz ġie akkumpanjat mit-twaqqif ta' linji gwida msaħħa għall-Istati Membri u mit-twaqqif ta' grupp iddedikat għall-analiżi tal-konformità tas-sistemi tal-Istati Membri.

b)

l-għadd limitat ta’ żjarat ta’ monitoraġġ fl-Istati Membri (10 Stati Membri minn 26 (15) ġew miżjura sa tmiem l-2007) u l-fatt li l-parti l-kbira minnhom ma twettqux fil-perijodu ta’ 12-il xahar wara il-preżentazzjoni tad-deskrizzjonijiet tas-sistemi kif meħtieġ mir-regoli ta’ l-UE;

b)

Qed jitwettaq pjan ta' azzjoni (16) maħsub biex jiffinalizza ż-żjajjar li ma kinux saru fl-2007 qabel Settembru 2008. Il-kopertura parzjali taż-żjajjar fuq il-post trid tiġi vvalutata wkoll fuq il-bażi tar-rabtiet li jirrigwardaw it-twaqqif tal-Fondi l-ġodda b'ġestjoni maqsuma 2007-2013 u t-tħejjija tal-likwidazzjoni tal-kontijiet tal-Faċilità ta' Schengen, strument finanzjarju meqjus bħala riskju maġġuri mill-2004 sal-2008. Minbarra dan, il-kopertura parzjali taż-żjajjar fuq il-post hija parzjalment ikkumpensata mill-għarfien tas-sistemi implimentati mill-Istati Membri għall-ERF I permezz taż-żjajjar fuq il-post u/jew il-verifiki li saru bejn l-2005 u l-2007.

c)

il-proċedura ta’ segwitu għall-monitoraġġ tal-progress li jkun sar mill-Istati Membri bl-implimentazzjoni tal-miżuri korrettivi għandha tkun aktar sistematika.

 

9.21.

Peress li deskrizzjonijiet tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll ta’ l-Istati Membri tal-Fond tal-Fruntieri Esterni (FFE) ingħataw biss (17) lill-Kummissjoni fl-aħħar kwart ta’ l-2007, il-Kummissjoni ma setgħetx tevalwa s-sistemi ta’ l-Istati Membri sa tmiem l-2007. Konsegwenza ta’ dan ma kienx hemm trasferimenti ta’ fondi lil awtoritajiet responsabbli fl-Istati Membri matul is-sena finanzjarja 2007 (18).

 

Kontrolli ex-ante għall-infiq fuq il-Komunikazzjoni

9.22.

Qabel ir-rimborż ta’ l-infiq iddikjarat għall-pagamenti interim u finali lil proġetti, il-Kummissjoni twettaq desk checks ta’ rendikonti ta’ l-ispejjeż ippreżentati mill-benefiċjarji.

9.22.

Isiru kontrolli ex-ante għall-ħlasijiet kollha fil-qasam tan-nefqa tal-Komunikazzjoni.

9.23.

Fil-każ ta’ l-infiq fuq il-Komunikazzjoni, fejn il-parti l-kbira tal-pagamenti magħżula fil-kampjun kienu pagamenti interim jew finali soġġetti għal riskju ogħla, il-Qorti sabet li 7 mit-12-il żball misjuba suppost kellhom jiġu identifikati mill-kontrolli ex-ante tal-Kummissjoni.

9.23.

Se jiġu segwiti dawn l-iżbalji u se jittieħdu l-miżuri korrettivi neċessarji. Mil-lat tas-sistemi, id-DĠ COMM diġà kien introduċa riżerva fir-Rapport Annwali tal-attività fir-rigward tan-nuqqas ta' superviżjoni u ħa l-miżuri korrettivi neċessarji, l-ewwel waħda fosthom il-ħolqien, f'Novembru 2007, ta' unità ta' kontroll, li minnha issa jiddependi l-kontroll ex ante fit-tieni livell, u li taqdi wkoll funzjoni ta' kontroll ex post, inklużi l-kontrolli fuq il-post.

Konklużjoni dwar is-Sistemi ta’ Sorveljanza u Kontroll

9.24.

L-evalwazzjoni tal-Qorti tal-kontrolli ta’ sorveljanza mwettqa mill-Kummissjoni (ara l-paragrafi 9.12 sa 9.23) għan-nefqa fuq l-Edukazzjoni u l-Kultura u l-FER II hija li huma parzjalment effettivi. Għall-EBF ma tista’ tingħata l-ebda konklużjoni peress li d-deskrizzjonijiet tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll ta’ l-Istati Membri ma ngħatawx lill-Kummissjoni fi żmien xieraq. Is-sistema għal kontrolli ex-ante għall-infiq fuq il-Komunikazzjoni hija meqjusa ineffettiva (19). Sommarju tar-riżultati ta’ l-evalwazzjoni tal-Qorti ta’ sistemi ta’ sorveljanza u kontroll li ntgħażlu jinstab fl- Anness 9.1 .

9.24.

L-istima tad-dikjarazzjoni ex-ante għal-LLP hija l-punt tat-tluq ta' proċess li se jilħaq il-milja tiegħu bil-valutazzjoni tad-dikjarazzjoni annwali mill-2008 'il quddiem u l-implimentazzjoni tal-ġabra ta' kontrolli ta' superviżjoni.

Il-valutazzjoni tal-Qorti dwar in-nuqqas ta' effikaċja tal-kontrolli ex-ante tal-infiq tal-komunikazzjoni hija bbażata l-aktar fuq analiżi tal-ħlasijiet interim u finali, fejn 63 % tal-ħlasijiet magħżula għall-grupp ta' politika Edukazzjoni u ċittadinanza huma ħlasijiet ta' avvanzi. Din il-valutazzjoni għandha tittieħed fid-dawl tal-fatt li l-ħlasijiet finali huma suġġetti għal riskju ogħla mill-ħlasijiet ta' avvanzi li huma eliġibbli hekk kif jiġi ffirmat il-kuntratt.

Ittieħdu, u se jkomplu jittieħdu, miżuri sabiex jittejjeb il-livell ġenerali tal-kontrolli.

Konklużjoni ġenerali u rakkomandazzjonijiet

9.25.

Abbażi tax-xogħol tal-verifika tagħha l-Qorti tikkonkludi li l-pagamenti li fuqhom huwa bbażat il-grupp tal-politika Edukazzjoni u Kultura huma milquta minn livell materjali ta’ żball ta’ legalità u/jew ta’ regolarità. Il-Qorti tqis li s-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll kienu parzjalment effettivi.

9.25.

Bosta mill-iżbalji li nstabu mill-Qorti kienu jirrigwardaw il-ħlasijiet ta' azzjonijiet fil-programmi qafas l-antiki fil-qasam tal-edukazzjoni u l-kultura. It-tfassil tal-programmi l-ġodda għall-2007-2013 f'dan il-qasam ħa kont tar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri sabiex jiġu ssimplifikati r-regoli u jsir użu wiesa' mill-finanzjament b'somom f'daqqa. Dan għandu jkompli jnaqqas ir-rata tal-iżbalji fil-futur. Il-Kummissjoni kienet konxja min-nuqqas ta' superviżjoni fir-rigward tan-nefqa fuq il-komunikazzjoni u kienet inkluża riżerva fir-Rapport Annwali tal-Attività. Issa ġew introdotti kontrolli ex-post, inklużi kontrolli fuq il-post.

9.26.

Il-Qorti tirrakkomanda lill-Kummissjoni biex tieħu l-azzjonijiet li ġejjin:

9.26.

 

a)

ittejjeb l-evalwazzjoni preliminari tagħha tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll imwaqqfa mill-Istati Membri għal-LLP u l-FER (20), permezz ta’ aktar żjarat ta’ monitoraġġ li jiffokaw fuq l-eżistenza u l-implimentazzjoni ta’ proċeduri u kontrolli tal-ġestjoni kif deskritti mill-Istati Membri;

a)

Għall-Fond għar-Refuġjati II, pjan ta' azzjoni, definit fir-rapport annwali tal-attivitajiet tal-2007 tal-Uffiċjal Awtorizzanti b'delega tad-DĠ JLS, qiegħed jitwettaq sabiex jiġu ffinalizzati ż-żjajjar li ma sarux fl-2007 qabel Settembru 2008.

Fir-rigward tal-Programm tat-Tagħlim tul il-Ħajja, l-implimentazzjoni ta' din ir-rakkomandazzjoni hija parti integrali mill-istrateġija multiannwali ta' superviżjoni mibdija fl-2007. Iċ-ċiklu se jintemm biss bl-analiżi tad-dikjarazzjoni annwali tal-assigurazzjoni fl-2008 u l-kontrolli relatati.

b)

ittejjeb maż-żmien il-kwalità ta’ kontrolli ex-ante mwettqa fuq l-infiq tal-Komunikazzjoni permezz ta’ listi ta’ kontrolli adegwati li għandhom jintużaw b’mod konsistenti.

b)

Diġà qed jintużaw listi ta' kontroll. Sabiex jintużaw b'mod aktar konsistenti u tittejjeb il-kwalità tal-kontrolli tagħhom qabel ma jingħata bidu għal ħlas, se jingħata aktar taħriġ lill-uffiċjali awtorizzanti b'sottodelega, il-kapijiet tal-amministrazzjoni u l-persunal operattiv.

SEGWITU TA’ L-OSSERVAZZJONIJIET PREĊEDENTI

9.27.

Ir-riżultati tas-segwitu tal-Qorti ta’ osservazzjonijiet prinċipali f’Dikjarazzjonijiet ta’ Assigurazzjoni reċenti qegħdin fl- Anness 9.2 . L-osservazzjonijiet jikkonċernaw in-nuqqas ta’ sistema ta’ informazzjoni tal-ġestjoni affidabbli għal pagamenti tard lid-DĠ EAC u l-qsim tar-riżultati ta’ kontrolli ex-post li jista’ jtejjeb l-effiċjenza u l-effettività tagħhom.

9.27.

Il-Kummissjoni tirreferi għar-risposta tagħha fl-Anness 9.2.


(1)  Bl-eċċezzjoni ta’ l-infiq taħt il-qasam tal-politika 16.

(2)  Eskluż l-infiq amministrattiv.

(3)  Il-ġestjoni ta’ xi programmi bħall-Fond Ewropew għar-Refuġjati u l-Fond għall-Fruntieri Esterni hija, madanakollu, maqsuma ma’ l-Istati Membri.

(4)  B’mod partikolari fir-rigward tal-Programm ta’ Tagħlim Tul il-Ħajja (LLP) ġestit mid-Direttorat Ġenerali għall-Edukazzjoni u l-Kultura (DĠ EAC).

(5)  Il-kampjun kien jikkomprendi 104 Edukazzjoni u Kultura, 24 Libertà, Siġurtà u Ġustizzja u 22 pagament tal-Komunikazzjoni. Il-kampjun kien jikkomprendi 95 pagament bil-quddiem u 55 pagament interim u finali (li minnhom 19 għall-Komunikazzjoni); dawn ta’ l-aħħar jirrappreżentaw riskju akbar ħafna.

(6)  Dan il-programm, ibbażat fuq id-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007)1807 finali, kien responsabbli għal 84 % ta’ l-approprijazzjonijiet ta’ pagament għall-Edukazzjoni u l-Kultura għas-sena finanzjarja 2007.

(7)  Dawn iż-żewġ programmi, ibbażati rispettivament fuq id-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 144, 6.6.2007, p. 22).u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/904/KE (ĠU L 381, 28.12.2004, p. 52) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/401/KE (ĠU L 162, 14.6.2006, p. 20), kienu responsabbli għal 42 % ta’ l-approprijazzjonijiet ta’ pagament għal-Libertà, is-Sigurtà u l-Ġustizzja għas-sena finanzjarja 2007.

(8)  Is-sena finanzjarja 2007 rat il-bidu ta’ programmi kbar ġodda skond il-Qafas Finanzjarju 2007-2013.

(9)  Dawn jikkonċernaw pagamenti bil-quddiem lil Aġenziji Nazzjonali fi Stati Membri li huma responsabbli mill-ġestjoni tal-Programmi Tagħlim tul il-Ħajja u Żgħażagħ fl-Azzjoni.

(10)  Wieħed minn dawn il-pagamenti kien ġestit mid-DĠ Impjiegi

(11)  Ir-riżultati tal-kontrolli ex-post imwettqa mid-DĠ EAC, kif ippreżentati fir-rapport annwali tal-attività 2007, ma jidentifikawx livell materjali ta' żbalji.

(12)  Is-sistema ta’ kontroll prinċipalment tikkomprendi l-kontrolli primarji u sekondarji mwettqa mill-Aġenziji Nazzjonali, il-kontrolli sekondarji mwettqa mill-Awtoritajiet Nazzjonali u s-sorveljanza tal-Kummissjoni.

(13)  Il-klassifikazzjoni tal-kwalifiki kienet ibbażata fuq il-konformità mal-Gwida għall-Aġenziji Nazzjonali u l-elementi ewlenin imsemmija fl-Artikolu 18(7) tal-ftehim KE/AN.

(14)  Din id-dikjarazzjoni ser tagħti assigurazzjoni fir-rigward ta’ l-affidabilità tas-sistemi u l-proċeduri finanzjarji ta’ l-Aġenzija Nazzjonali u l-integrità tal-kontijiet tagħhom; għandha tagħti assigurazzjoni wkoll li riżorsi ntużaw għall-għan intiż u li s-sistemi ta’ kontroll jiggarantixxu l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi.

(15)  Id-Danimarka ma tipparteċipax fl-FER II.

(16)  Ara r-rapport annwali tal-attività 2007 tal-Uffiċjal Awtorizzanti b'delega tad-DĠ JLS.

(17)  Bl-eċċezzjoni ta’ l-Italja, il-Lussemburgu u Malta li ma kinux taw id-dokumenti meħtieġa sa Diċembru 2007.

(18)  L-approprijazzjonijiet ta’ pagament għall-2007 ammontaw għal 95 miljun euro.

(19)  Sistema ta’ kontrolli ex-post daħlet fis-seħħ biss f’Novembru 2007. Mill-1 ta’ Novembru 2007 id-DĠ Komunikazzjoni ħoloq funzjoni ċentralizzata ta’ kontroll ex-post u bdiet twettaq kontrolli fuq il-post fl-2008.

(20)  Fl-2008 l-FER II ser ikun segwit mill-FER III.

ANNESS 9.1

Evalwazzjoni tas-Sistemi ta' Sorveljanza u Kontroll

Sistema kkonċernata

Kontroll intern prinċipali

Evalwazzjoni ġenerali

Evalwazzjoni mill-Kummissjoni tad-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni ex-ante

Dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni ex-post

Pagamenti ex-ante fuq il-pagamenti

Kontrolli/verifiki ex-post

Programmi ta' Edukazzjoni u Kultura (2000-2006)

N/A

N/A

 

 

 

Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja (2007-2013)

 

N/A

 

N/A

 

Fond għall-Fruntieri Esterni

ma setax jiġi evalwat

Fond Ewropew għar-Refuġjati II

 

N/A

 

N/A

 

DĠ Komunikazzjoni

N/A

N/A

 

N/A

 


Kodiċi

 

Effettiv

 

Parzjalment effettiv

 

Mhux effettiv

N/A

Ma japplikax: ma japplikax jew mhux evalwat


Riżultat ta' l-ittestjar tat-tranżazzjonijiet

Stima tal-kampjun tal-proporzjoni ta' tranżazzjonijiet milquta minn żball

21 %

Rata ta' żball

Between 2 % and 5 %

ANNESS 9.2

Segwitu ta' osservazzjonijiet prinċipali tad-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni

Osservazzjoni tal-Qorti

Azzjoni meħuda

Analiżi tal-Qorti

Commission reply

1.   Pagamenti tard mill-Kummissjoni

1.1.

Id-DĠ EAC m'għandux informazzjoni tal-ġestjoni affidabbli dwar il-pagamenti tard tiegħu

(Ir-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2004, il-paragrafu 6.27; Ir-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2005, il-paragrafu 7.10; Ir-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2006, il-paragrafu 7.29 u l-Anness 7.1)

Sa minn kmieni fl-2007, id-DĠ EAC Ipprepara rapport ta' “Indikaturi Finanzjarji” li jinkludi sezzjoni dwar pagamenti tard. Dan ir-rapport ta' kull xahar jintbagħat lill-bord tad-Diretturi.

Id-DĠ EAC għandu jassigura li tittieħed azzjoni xierqa u fil-ħin li tirriżulta mill-informazzjoni f'dan ir-rapport.

Minbarra l-istatistika dwar id-dewmien fil-pagamenti murija fl-ABAC, jiġifieri wara li jkun fil-fatt sar il-ħlas, rapport tal-pagamenti li jkun għadhom iridu jsiru jiġi ppreżentat lid-Diretturi tat-Task Force flimkien ma' analiżi mill-unitajiet operattivi. Dan ir-rappurtaġġ ta' kull xahar ikkontribwixxa għal tnaqqis konsiderevoli fil-pagamenti tard sew fin-numru u kif ukoll fl-ammont.

2.   

Qsim tar-riżultati ta' kontrolli ex-post jista' jtejjeb l-effiċjenza u l-effettività tagħhom

2.1.

Bħad-desk-reviews ex-ante, il-qsim tar-riżultati tal-kontrolli ex-post tista żżid l-effiċjenza u l-effettività tagħhom. Il-Qorti sabet li d-DĠ EAC ma jikkomunikax sistematikament riżultati lil DĠs oħra u ma stabilixxa l-ebda proċeduri. F'Novembru 2006 il-Kummissjoni introduċiet sistema ta' traċċar tal-verifika biex tippermetti riżultati ta' verifiki mwettqa mid-dipartimenti kollha tal-Kummissjoni li jiġu rreġistrati f'database ċentrali aċċessibbli għad-Direttorati-Ġenerali kollha. Il-Qorti eżaminat l-użu ta' l-għodda u sabet li għadha mhix qed tintuża mid-DĠ EAC.

(Ir-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2006, il-paragrafu 7.18 sa 7.23)

B'reazzjoni għall-osservazzjoni tal-Qorti u bħala parti mill-Pjan ta' Azzjoni lejn Qafas ta' Kontroll Intern Integrat, il-Kummissjoni ddeċidiet li tintegra d-data tal-verifika fis-sistema finanzjarja u ta' kontabilità tagħha sabiex tiffaċilita l-koordinazzjoni tal-verifiki u l-qsim tar-riżultati bejn id-DĠs. Fl-2007, iżda, id-DĠ EAC kien għadu ma daħħalx fis-seħħ il-proċeduri neċessarji. F'April 2008, kien għad kellhom jiġu fformalizzati, biex jinkludu qsim retroattiv ta' riżultati ta' verifiki ex-post magħluqa fl-2007 permezz tas-sistema ABAC.

Id-DĠ EAC għandu jikkompleta malajr kemm jista jkun il-qsim tar-riżultati tal-verifiki ex-post kollha magħluqa fl-2007 u jassigura l-applikazzjoni konsistenti ta' din il-proċedura għall-verifiki ex-post li jsiru fil-futur.

Il-persunal ġie mħarreġ sabiex juża l-għodda tal-ABAC u rċieva aċċess għaliha. L-informazzjoni tal-verifika issa tista' tiddaħħal fis-sistema, kif mitlub fuq il-livell tal-Kummissjoni.

KAPITOLU 10

Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

WERREJ

10.1

Ħarsa ġenerali

10.2-10.35

Evalwazzjoni speċifika fil-kuntest tad-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni

10.2-10.15

Introduzzjoni

10.4-10.5

L-ambitu tal-verifika

10.6-10.9

Karatteristiċi speċifiċi tal-qasam tal-politika

10.10-10.15

Riskji ewlenija għal-legalità u r-regolarità

10.16-10.31

Is-Sejbiet tal-Verifika

10.16-10.19

Ittestjar Sostantiv tat-Tranżazzjonijiiet ta' Bażi

10.20-10.31

Sistemi ta' Sorveljanza u Kontroll

10.32-10.34

Konkużjoni ġenerali u Rakkomandazzjoni

10.35

Monitoraġġ ta’ elementi

10.36-10.39

Riżultati tal-Verifika tal-Fond ta’ Garanzija għal Azzjonijiet Esterni

10.40-10.42

Riżultati tal-Verifika tal-KEFA f'likwidazzjoni

10.43

Segwitu ta' osservazzjonijiet preċedenti

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

ĦARSA ĠENERALI

10.1.

Il-Kapitolu 10 huwa magħmul minn erba’ partijiet. L-ewwelnett fih l-evalwazzjoni speċifika fil-kuntest tad-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni (ara l-paragrafi 10.2 sa 10.34) segwita mir-riżultati tal-verifiki rikorrenti dwar il-Fond ta' Garanzija għal Azzjonijiet Esterni (ara l-paragrafi 10.36 sa 10.39) u l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar f'Likwidazzjoni (ara l-paragrafi 10.40 sa 10.42). Il-Kapitolu jikkonkludi b’segwitu ta’ osservazzjonijiet mis-snin ta’ qabel.

 

EVALWAZZJONI SPEĊIFIKA FIL-KUNTEST TAD-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

Introduzzjoni

10.2.

Dan il-Kapitolu jkopri s-sejbiet tal-Qorti dwar il-grupp tal-politika Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, li fih l-oqsma tal-politika segwenti: 01 — ffarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 02 — Intrapriża, 03 — Kompetizzjoni, 12-Suq Intern, u 20-Kummerċ. Fl-2007 l-impenji ammontaw għal 697 miljun euro (639 miljun euro fl-2006) u l-pagamenti ammontaw għal 490 miljun euro (501 miljun euro fl-2006). It-tqassim ta’ pagamenti skond il-qasam tal-politika jingħata fil- Grafika 10.1 . Informazzjoni aktar dettaljata dwar l-infiq għas-sena tingħata fl- Anness I ta' dan ir-rapport.

 

Image

10.3.

Iż-żewġ oqsma prinċipali ta’ attivitajiet f’termini ta’ pagamenti huma l-oqsma ta' politika Intrapriża (266 miljun euro) u Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji (208 miljun euro). L-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2007 kienet tinkludi programmi multi-annwali fil-kuntest tal-Qafas Finanzjarju 2007-2013. Il-pagamenti għal dawn il-programmi ġodda għadhom, madankollu, limitati iżda se jiżdiedu gradwalment matul is-snin li ġejjin.

 

L-ambitu tal-verifika

10.4.

L-evalwazzjoni speċifika hija bbażata fuq:

a)

ittestjar sostantiv ta’ kampjun statistiku rappreżentattiv ta’ tranżazzjoni ta' impenn waħda u 55 tranżazzjoni ta' pagament magħmula mill-Kummissjoni fl-2007. Dan kien jinkludi l-evalwazzjoni tal-proċeduri għas-sejħa għal proposta u għas-sejħa għall-offerti;

b)

evalwazzjoni tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll li ġejjin:

desk checks ex-ante għal pagamenti għal kuntratti ta’ akkwist magħmula mill-Kummissjoni:

desk checks ex-ante għal pagamenti għal għotjiet magħmula mill-Kummissjoni:

ċertifikazzjoni tal-verifika ta’ rendikonti ta' l-ispejjeż tal-proġetti mogħtija minn awdituri indipendenti;

kontrolli ex-post fil-kuntest ta' l-Istrateġija tal-Verifika Komuni tas-sitt Programm ta’ Qafas (FP6).

 

10.5.

Il-kampjun statistiku rappreżentattiv ta’ 55 tranżazzjoni ta’ pagament kien jinkludi 15-il pagament bil-quddiem u 40 pagament interim, finali jew waħdieni; mill-40, tmien tranżazzjonijiet ta’ pagament kienu vverifikati fil-livell tal-benefiċjarju. Għal dawn il-pagamenti interim u finali evidenza suffiċjenti setgħet tinġabar biss fuq il-post. It-tranżazzjonijiet ta' pagament li kien jifdal setgħu jkunu vverifikati abbażi tad-dokumentazzjoni disponibbli fil-livell tal-Kummissjoni.

 

Karatteristiċi speċifiċi tal-qasam tal-politika

10.6.

Il-verifika kopriet pagamenti magħmula għal ħafna oqsma tal-politika differenti jew (sotto-) programmi. It- Tabella 10.1 turi dawk kollha b'pagamenti 'l fuq minn 20 miljun euro (1).

 

Tabella 10.1 — Pagamenti ’l fuq minn 20 miljun euro magħmula għal oqsma ta' politika ewlenija jew (sotto-) programmi fil-qasam tal-politika vverifikat fl-2007

Titolu tal-Baġit

Qasam tal-politika jew (sotto-) programm

Pagamenti 2007

(miljun euro)

Relattiv għal pagamenti totali

02

Is-Sitt Programm ta’ Qafas għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku

75,60

15,4 %

01

Strumenti finanzjarji taħt il-Programm Multi-Annwali (MAP)

71,60

14,6 %

01

Strumenti finanzjarji taħt il-Programm ta’ Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP)

71,40

14,6 %

02

Finanzjament ta’ Aġenziji tradizzjonali

52,40

10,7 %

01

Żjieda fil-kapital FEI

30,63

6,3 %

02

Is-Seba’ Programm ta’ Qafas għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku

28,01

5,7 %

01

Assistenza Makroekonomika

20,21

4,1 %

02

L-Għoti Interoperattiv ta’ servizzi pan-Ewropej ta’ eGovernment lill-Amministrazzjonijiet pubbliċi, Negozji u Ċittadini (IDABC)

20,16

4,1 %

Total

370,01

75,5 %

10.7.

Il-biċċa l-kbira tal-pagamenti huma għotjiet lil benefiċjarji finali. Madankollu, għal parti sinifikanti tat-tranżazzjonijiet ta’ pagament ivverifikati, in-nefqa ta’ bażi hija mġarrba wara t-tlestija tal-proċeduri ta’ akkwist. Fi ħdan il-kampjun ta’ ittestjar sostantiv ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament, 29 mit-tranżazzjonijiet ta’ pagament magħżula kellhom x’jaqsmu ma’ għotjiet u tmien tranżazzjonijet oħra ta’ pagament li kellhom x’jaqsmu ma’ kontijiet fiduċjarji taħt il-Programm Multiannwali (MAP) u l-Programm ta’ Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP). Pagamenti ta’ kuntratti bbażati fuq l-akkwist kienu jirrappreżentaw 15 mit-tranżazzjonijiet kollha ta’ pagament ivverifikati. Il-parteċipazzjoni fiż-żjieda kapitali tal-Fond Ewropew ta’ Investiment (FEI) tat kont tat-tliet tranżazzjonijiet ta’ pagament l-oħra li kienu vverifikati.

 

10.8.

In-nefqa hija ġestita l-aktar fuq bażi ċentralizzata diretta. Madankollu, il-programmi ewlenin fil-qasam tal-politika Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, jiġifieri l-istrumenti finanzjarji taħt il-MAP u s-CIP, huma ġestiti bl-użu tal-metodi ċentralizzati indiretti jew ta’ ġestjoni konġunta, rispettivament. Dawn il-programmi huma ġestiti mill-FEI taħt Ftehim Fiduċjarji u dwar ta’ Ġestjoni.

 

10.9.

Minħabba n-natura speċifika ta’ dawn l-istrumenti finanzjarji, il-verifika ta’ pagamenti mill-Kummissjoni lill-FEI kienet limitata għat-trasferiment ta’ fondi lil kontijiet fiduċjarji (2). Dawn il-kontijiet fiduċjarji jintużaw mill-FEI sabiex iwettaq il-programmi.

 

Riskji ewlenija għal-legalità u r-regolarità

10.10.

Ċertu għotjiet jitħallsu wara l-preżentazzjoni ta’ rendikonti ta’ l-ispejjeż mill-benefiċjarji (3). Ir-riskju prinċipali għal-legalità u r-regolarità ta’ għotjiet huwa li rendikonti ta’ l-ispejjeż huma ddikjarati iżjed u li dan ma jinstabx mill-kontrolli tal-Kummissjoni.

10.10.

Ir-riskju li l-benefiċjarji jagħmlu dikjarazzjonijiet ogħla mill-ispejjeż jinbet l-iktar mill-kumplessità inerenti tal-mekkaniżmi ta' finanzjament ipprovduti mill-qafas regolatorju applikabbli, li huma bbażati fuq ir-rimbors tal-ispejjeż attwali. L-iżbalji li jirriżultaw jistgħu jinstabu l-iktar billi jsiru verifiki fuq il-post u permezz tad-dokumenti. Għalhekk, il-Kummissjoni adottat is-sistema ta' kontroll intern tagħha biex iżżid l-assigurazzjoni fuq il-legalità u r-regolarità tal-infiq fuq bażi multiannwali permezz ta' numru ikbar ta' verifiki u kopertura usa' f'termini tal-baġit.

L-impatt tal-programm ta' verifika multiannwali se jiżdied bil-mod il-mod matul il-perjodu ta' implimentazzjoni ta' 4 snin.

10.11.

Dan ir-riskju huwa kkunsidrat bħala għoli. Minħabba l-għadd sinifikanti ta’ rendikonti ta’ l-ispejjeż, il-Kummissjoni mhix f’pożizzjoni li tiċċekkja kull wieħed fuq il-post fil-livell tal-benefiċjarju. Dan jirrelata b’mod prinċipali ma’ proġetti ta' riċerka ffinanzjati mill-qasam tal-politika Intrapriża taħt il-ħames u s-sitt Programmi ta' Qafas. Ara wkoll il-Kapitolu 7 ta’ dan ir-Rapport Annwali għal nefqa ta' riċerka oħra.

 

10.12.

Evalwazzjoni differenti tar-riskji tapplika għal għotjiet oħra fi ħdan il-kampjun. Għotjiet ta’ Assistenza Makroekonomika jingħataw lil baġits nazzjonali ta’ pajjiżi terzi li juru progress b’suċċess tal-programmi ekonomiċi tagħhom. M’hemm l-ebda rekwiżit biex ir-rendikonti ta' l-ispejjeż jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni. F’dan il-każ ir-riskju ta’ pagamenti illegali jew irregolari huwa limitat.

 

10.13.

B’mod simili, il-pagamenti lil kontijiet fiduċjarji għal strumenti finanzjarji taħt il-MAP u s-CIP u l-finanzjament ta’ aġenziji, f’termini ta’ legalità u regolarità, mhumiex ikunsidrati bħala riskji għolja.

 

10.14.

Kuntratti ta’ akkwist is-soltu jipprevedu pagament ta’ prezzijiet fissi meta jitwasslu l-oġġetti u meta jingħataw is-servizzi (eż. il-pagamenti ewlenin għall-IDABC). Ir-riskji ewlenija huma li l-oġġetti ma jitwasslux jew inkella s-servizzi ma jingħatawx skond il-kuntratt u li l-kontrolli tal-Kummissjoni ma jintebħux b’dan. Dan ir-riskju mhux meqjus għoli minħabba l-miżuri ta' kontroll eżistenti.

 

10.15.

Finalment, il-pagamenti għall-parteċipazzjoni fiż-żjieda tal-kapital tal-FEI ukoll mhumiex ikkunsidrati ta’ riskju gholi f’termini ta’ legalità u regolarità.

 

Is-Sejbiet tal-Verifika

Legalità u Regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi

10.16.

Il-Qorti identifikat żbalji ta’ legalità u/jew regolarità f'erbgħa mill-55 tranżazzjoni ta' pagament ivverifikati. Fi tliet tranżazzjonijiet ta’ pagament, id-desk checks ex-ante tal-Kummissjoni ma setgħux jidentifikaw l-iżbalji (ara l-paragrafu 10.24). Dawn it-tliet tranżazzjonijiet ta’ pagament żbaljati kienu ffinanzjati jew taħt il-ħames jew inkella taħt is-sitt Programmi ta’ Qafas għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku. Fit-tliet tranżazzjonijiet ta’ pagament kollha nstabu żbalji kwantifikabbli serji kif ukoll żbalji mhux kwantifikabbli (4). It-tipi ta’ żbalji identifikati f'dan il-kuntest huma konsistenti ma’ l-iżbalji rrappurtati fil-Kapitolu 7.

10.16.

Il-Kummissjoni taqbel li t-tliet żbalji kwantifikabbli fil-ħlasijiet tal-Programm ta' Qafas tar-Riċerka huma materjali. Il-Kummissjoni tenfasizza li l-Qorti tqis l-iżbalji kollha li huma ta' 2 % jew ogħla bħala “serji”.

Il-Kummissjoni qed tieħu l-azzjoni neċessarja sabiex tirkupra l-ammonti ta' finanzjament li jirrigwardaw l-ispejjeż mhux eliġibbli.

10.17.

L-iżbalji seħħew fil-kuntest ta' qafas legali kumpless b'bosta kriterji (mhux dejjem ċari) ta' eliġibilità (5). L-iżbalji misjuba fit-tliet tranżazzjonijiet kienu minħabba:

evidenza ta’ sostenn mhux adegwata jew inkella nieqsa biex tiġġustifika l-ispiża ddikjarata (eż. skedi bil-ħinijiet tax-xogħol xierqa biex jagħtu provi ta’ spejjeż tal-persunal li ġġarrbu jew evidenza adegwata għal spejjeż ta’ l-ivjaġġar);

l-użu ta' estimi baġitarji li ma jaqblux mar-rekwiżiti kuntrattwali li jintużaw l-ispejjeż reali;

dikjarazzjonijiet ta' spejjeż imġarrba barra l-perijodu ta' eliġibilità;

dikjarazzjonijiet ta' spejjeż mhux direttament relatati mal-proġett iffinanzjat; u

inklużjoni ta’ spejjeż ineliġibbli varji (eż. taxxa fuq valur miżjud).

 

10.18.

Ir-raba’ pagament kellu x’jaqsam ma’ proċedura ta’ akkwist li għaliha d-deċiżjoni ta’ għotja ġiet annullata mill-Qorti tal-Prim’Istanza f’Marzu 2008 (6). Dan l-annullament qajjem riskju finanzjarju għall-Komunità Ewropea. Għalhekk, dan ir-riskju finanzjarju kien ikkunsidrat bħala żball mhux kwantifikabbli.

 

10.19.

B’mod ġenerali, it-tranżazzjonijiet ta’ impenn u ta' pagament ivverifikati kienu ħielsa minn żbalji materjali ta' legalità u ta' regolarità. Il-Qorti identifikat żbalji f’erbgħa minn 55 tranżazzjoni ta’ pagament ivverifikati. L-impatt finanzjarju huwa, madankollu, taħt il-limitu ta’ materjalità ta’ 2 %.

 

Evalwazzjoni tas-sistemi ta' sorveljanza u kontroll

Ċirkuwiti finanzjarji u desk checks ex-ante dwar kuntratti ta’ akkwist

10.20.

Il-Qorti evalwat iċ-ċirkuwiti finanzjarji tar-Direttorati-Ġenerali involuti b'mod prinċipali fl-implimentazzjoni ta’ l-oqsma tal-politika Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, Intrapriża u Suq Intern (7). L-applikazzjoni konsistenti taċ-ċirkuwitu finanzjarju u tad-desk checks ex-ante adegwati kienet ivverifikata għal kull waħda mill-15-il tranżazzjoni ta’ pagament ibbażata fuq proċeduri ta’ akkwist (ara l-paragrafu 10.7) kif ukoll għat-tranżazzjonijiet ta’ pagament għaż-żjieda fil-kapital tal-FEI. Testijiet addizzjonali ta’ kontrolli twettqu fid-Direttorat-Ġenerali li prinċipalment jieħu ħsieb il-qasam tal-politika Suq Intern peress li fil-kampjun ma ttieħdet l-ebda tranżazzjoni minn dan il-qasam tal-politika.

 

10.21.

Il-Qorti sabet li ċ-ċirkuwiti finanzjarji u d-desk checks ex-ante għal kuntratti ta’ akkwist b'mod ġenerali jitfasslu b’tali mod li jipprevjenu pagamenti illegali u/jew irregolari. Għalkemm f’każ minnhom il-kontrolli ex-ante ma sabux l-iżball identifikat mill-Qorti, is-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll fir-rigward ta’ akkwisti kienu effettivi.

10.21.

Il-Kummissjoni taqbel li l-proċessi finanzjarji u l-kontrolli ex-ante tad-dokumenti għall-kuntratti ta' akkwist huma ġeneralment imfassla b'tali mod li jħarsu kontra ħlasijiet illegali u/jew irregolari u li s-sistemi ta' superviżjoni u kontroll fir-rigward tal-akkwisti kienu effettivi.

Desk checks ex-ante għall-programmi ta’ għotja ewlenija

10.22.

Għal pagamenti interim u finali ta’ għotjiet ibbażati fuq rendikonti ta’ l-ispejjeż, il-Kummissjoni twettaq desk checks ex-ante tar-rendikonti ta’ l-ispejjeż ippreżentati mill-benefiċjarji qabel ma tagħmel rimborż ta' l-ispiża ddikjarata. Għal għotjiet mhux ibbażati fuq rendikonti ta’ l-ispejjeż il-konformità mal-kondizzjonijiet ta’ l-għotja jiġu ċċekkjati. L-evalwazzjoni tal-Qorti kopriet id-desk checks ex-ante mwettqa għal kull waħda mit-tranżazzjonijiet ta’ pagament li kienet tinvolvi pagamenti interim jew finali ta’ għotjiet fi ħdan il-kampjun (23 tranżazzjoni ta’ pagament).

 

10.23.

L-evalwazzjoni wriet li listi ta’ kontroll adegwati u dokumenti tal-kalkoli ntużaw għal għotjiet ibbażati fuq rendikonti ta’ l-ispejjeż (8) li għenu sabiex jiġu identifikati żbalji fir-rigward tal-preċiżjoni u b’enfasi anqas żbalji ta’ l-eliġibilità u l-okkorrenza.

 

10.24.

B’mod speċjali fil-każ ta’ proġetti ffinanzjati taħt il-Programmi ta’ Qafas id-desk checks ex-ante minnhom infushom huma limitati u għalhekk jikkostitwixxu nuqqas fis-sistema. Konsegwenza ta’ dan, il-Kummissjoni trid isserraħ fuq ċertifikazzjoni tal-verifika u/jew kontrolli ex-post fir-rigward ta' eliġibilità u okkorrenza (ara l-paragrafi 10.11, 10.16 u 10.27 sa 10.31).

 

10.25.

Ir-Regolament Finanzjarju jistipula li l-istess spiża ma tistax tkun iffinanzjata darbtejn mill-Baġit Ġenerali (9). Għal proġetti ffinanzjati taħt il-Programmi ta’ Qafas li huma bbażati fuq rendikonti ta’ l-ispejjeż, il-Kummissjoni bħalissa mhix f’pożizzjoni li twettaq desk check ex-ante f’dan ir-rigward. Għadha ma twaqqfitx database sħiħa u li tkopri l-Kummissjoni kollha bil-benefiċjarji kollha li permezz tagħha kontrolli aħjar ikunu jistgħu jsiru.

10.25.

L-applikanti taħt il-Programmi ta' Qafas tar-Riċerka (10) jridu jiddikjaraw li l-proġett propost ma jirċevix Kofinanzjament ieħor mingħand il-Komunità għall-istess azzjonijiet. Jekk jirriżulta li d-dikjarazzjoni tal-benefiċjarju tkun falza, il-benefiċjarju jista' (11) jiġi eskluż minn kull kuntratt u għotja ffinanzjati mill-Komunità u jista' wkoll ikun suġġett għal sanzjonijiet finanzjarji (12). Benefiċjarju jista' jipparteċipa f'aktar minn proġett wieħed u jista' jiddebita spejjeż differenti lil kull wieħed mill-proġetti. L-ispejjeż iddikjarati taħt proġetti oħra mhuma fl-ebda każ eliġibbli.

Filwaqt li d-Direttorati Ġenerali tar-Riċerka jaqsmu bejniethom id-dejta dwar il-parteċipanti, fil-kuntest tal-istruttura tal-Programm ta' Qafas 6, il-Kummissjoni mhix konvinta li l-ħolqien ta' database għall-kontrolli ex ante bħal dik proposta mill-Qorti jelimina r-riskju li nefqa tiġi ffinanzjata darbtejn. Id-database proposta tkun titlob li kull linja ta' kull dikjarazzjoni tal-ispejjeż, għal kull proġett iffinanzjat mill-Komunità, inklużi dawk taħt forom differenti ta' ġestjoni għandhom jiġu kodifikati għal kull parteċipant. Id-dettalji jkollhom jirreġistraw, pereżempju, is-sigħat maħduma fuq kull jum ta' kull proġett għal kull proġett, fejn din l-informazzjoni dwar l-ispejjeż tkun meħtieġa mill-kuntratt. L-informazzjoni meħtieġa fid-database mhix inkluża fir-rappurtar kuntrattwali normali tal-benefiċjarji u jkollha tintalab speċifikament mill-Kummissjoni għax din hija disponibbli biss minn verifiki fuq il-post. L-ispejjeż meħtieġa sabiex tiġi kodifikata, aġġornata u verifikata din id-dejta jkunu għoljin ħafna.

Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni ttaffi dan ir-riskju b'verifiki ex-post fuq il-post. Il-Kummissjoni implimentat modulu ta' qsim tad-dejta għall-verifiki li jippermetti lid-Direttorati Ġenerali tar-riċerka sabiex jaqsmu bejniethom l-informazzjoni dwar il-verifiki ppjanati u dawk li jkunu twettqu u li jgħinhom sabiex jikkoordinaw ix-xogħol tagħhom, inkluż sabiex jidentifikaw sitwazzjonijiet fejn l-ispejjeż jistgħu jkunu qed jiġu ddebitati aktar minn darba.

10.26.

Fir-rigward ta’ għotjiet oħra u pagamenti lill-kontijiet fiduċjarji fil-kampjun (13), il-Qorti sabet li jeżistu listi ta’ kontroll u folji ta’ kalkolu adegwati. Desk checks ex-ante mwettqa b'mod ġenerali jiżguraw pagamenti legali u regolari.

 

Ċertifikazzjoni tal-verifika tar-rendikonti ta' l-ispejjeż tal-proġett

10.27.

B’mod ġenerali, ir-regoli finanzjarji ta’ l-UE jitolbu li rendikonti ta' l-ispejjeż 'il fuq minn ċertu limitu jridu jiġu flimkien ma’ ċertifikat tal-verifika. Fi ħdan il-qasam tal-politika vverifikat dan huwa applikabbli b’mod partikolari għas-sitt Programm ta' Qafas. F’dawn il-każijiet, ir-rendikonti ta' l-ispejjeż għandhom jiġu ċertifikati minn awditur estern indipendenti mill-kuntrattur jew minn uffiċjal pubbliku kompetenti fil-każ ta' ċerti korpi pubbliċi. Dawn iċ-ċertifikati tal-verifika huma kontroll prinċipali għall-Kummissjoni fi proġetti tar-riċerka peress li d-desk checks ex-ante tal-Kummissjoni huma limitati fin-natura tagħhom (ara l-paragrafu 10.24).

 

10.28.

Il-Qorti evalwat f’kull wieħed mill-proġetti vverifikati fil-livell tal-benefiċjarju u li għalih ingħataw ċertifikati tal-verifika jekk dan il-kontroll hux qiegħed inaqqas b'mod effettiv ir-riskji fir-rigward ta’ żbalji ta’ eliġibilità, okkorrenza u preċiżjoni.

 

10.29.

Il-Qorti sabet li fi tliet proġetti vverifikati fil-livell tal-benefiċjarju finali kienu jinħtieġu ċertifikati tal-verifika. Dawk il-proġetti kollha kienu ffinanzjati taħt il-ħames jew is-sitt Programm ta’ Qafas. Fit-tliet każijiet kollha l-awditur li jiċċertifika ħareġ opinjoni mingħajr riżerva filwaqt li l-Qorti sabet żbalji kwantifikabbli serji. Barra dan, l-indipendenza ta’ l-awditur tpoġġiet f’diskussjoni f’wieħed minn dawn il-każijiet peress li l-persuna kienet qiegħda tiċċertifika kontijiet parzjalment imħejjija minnha nnfisha.

10.29.

Il-Kummissjoni taqbel li t-tliet żbalji kwantifikabbli fil-ħlasijiet tal-Programm Qafas tar-Riċerka huma materjali.

Il-Kummissjoni informat lill-benefiċjarju dwar il-kundizzjonijiet tas-sitt Programm ta' Qafas dwar l-indipendenza tal-awdituri li jagħmlu ċ-ċertifikazzjoni u stednitu sabiex jassigura li d-dikjarazzjonijiet tiegħu tal-ispejjeż ikunu ċċertifikati minn awditur indipendenti.

10.30.

Din is-sejba hija konsistenti mar-riżultati tas-sena ta’ qabel (14) u mar- riżultati ta’ l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni stess. Il-Kummissjoni sabet li f’95 kuntratt ivverifikat ex-post għall-qasam tal-politika Intrapriża, 38 każ wrew żbalji fil-livell tal-benefiċjarju għalkemm ċertifikati tal-verifika kienu pprovduti (15). Dan jindika li ċertifikati tal-verifika jaħdmu bħala kontroll affidabbli b’mod parzjali biss.

10.30.

Il-Kummissjoni taqbel li l-affidabbiltà taċ-ċertifikazzjoni tal-verifika tas-sitt Programm ta' Qafas mhix għal kollox sodisfaċenti, meta jitqies il-livell ta' żbalji li baqa' jiġi nnutat fil-verifiki. Madankollu, il-livell ta' żbalji ġenerali fis-sitt Programm ta' Qafas huwa iktar baxx mill-iżbalji nnutati fit-talbiet għall-ispejjeż mhux ċertifikati relatati mal-ħames Programm ta' Qafas. Dan jindika li ċ-ċertifikati tal-verifika jikkontribwixxu għat-titjib tal-eżattezza tat-talbiet għall-ispejjeż.

Rigward is-sitt Programm ta' Qafas, m'hemm ebda mudell ta' ċertifikat mandatorju. Madankollu l-mudell propost ġie segwit fil-biċċa l-kbira taċ-ċertifikati ta' verifika sottomessi.

Għas-seba Programm ta' Qafas il-Kummissjoni tejbet iktar l-affidabbiltà taċ-ċertifikati ta' verifika permezz ta' “proċeduri miftiehma”, li jistabbilixxu fid-dettall ix-xogħol ta' verifika li għandu jsir mill-awdituri li joħorġu ċ-ċertifikati u jinkoraġġixxu ċertifikazzjoni mhux mandatorja tal-metodu tal-ispejjeż.

Kontrolli ex-post fil-kuntest ta' l-Istrateġija Komuni tal-Verifika tas-Sitt Programm ta’ Qafas FP6

10.31.

Is-sejbiet tal-Qorti dwar il-proġetti ffinanzjati taħt is-sitt Programm ta' Qafas fil-qasam ta' politika Intrapriża huma simili għas-sejbiet irrappurtati fil-Kapitolu 7.

 

Konkużjoni ġenerali u Rakkomandazzjoni

10.32.

Abbażi tax-xogħol tal-verifika tagħha l-Qorti tikkonkludi li l-grupp ta’ politika Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji huwa ħieles minn żbalji materjali. Madankollu, il-Qorti tiġbed l-attenzjoni għal żbalji li saret referenza għalihom fil-paragrafi 10.16 u 10.17 li, filwaqt li mhumiex materjali għal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet għall-grupp ta’ politika fit-totalità tiegħu, jistħoqqilhom aktar attenzjoni.

 

10.33.

L-evalwazzjoni tal-Qorti tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll għall-grupp tal-politika Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji hija li huma effettivi. Madankollu, il-Qorti tiġbed l-attenzjoni għal nuqqasijiet fil-paragrafi 10.24 u 10.25 kif ukoll 10.27 sa 10.31 li, filwaqt li mhumiex materjali għall-effettività tas-sistemi għall-grupp ta’ politika fit-totalità tiegħu, jistħoqqilhom aktar attenzjoni.

 

10.34.

B’mod ġenerali l-Kummissjoni għandha tieħu azzjoni xierqa fit-twettiq ta’ pagamenti għal kuntratti tar-riċerka sabiex:

10.34.

 

timplimenta regoli finanzjarji simplifikati fir-rigward ta’ spejjeż eliġibbli;

Il-Kummissjoni taqbel li hija meħtieġa iktar simplifikazzjoni fir-rigward tal-kwistjonijiet tal-eliġibbiltà tal-ispejjeż, partikolarment għall-ispejjeż tal-persunal u l-ispejjeż indiretti. Hija tiġbed l-attenzjoni għal-limiti legali tas-seba' Programm ta' Qafas u għad-diffikultajiet biex jiġi definit il-ħlas ta' somom f'daqqa u b'rata fissa li jkunu rappreżentattivi.

Minbarra dan, iċ-ċertifikazzjoni ex-ante tal-metodu ta' kalkolu tal-ħlas introdott fis-seba' Programm ta' Qafas hija pass 'il quddiem importanti lejn is-simplifikazzjoni.

Fir-rigward tal-iżvilupp ta' mekkaniżmi ta' finanzjament alternattivi għall-futur (bħal ħlas ta' somom f'daqqa u finanzjament ibbażat fuq ir-riżultati), il-Kummissjoni hi miftuħa għal diskussjonijiet mal-Qorti u ma' partijiet interessati oħra.

tkompli tagħti sostenn lill-benefiċjarji u lill-awdituri li jiċċertifikaw għall-proċess ta’ ċertifikazzjoni u tiżgura l-implimentazzjoni effettiva tal-miżuri introdotti sabiex tittejjeb iċ-ċertifikazzjoni tar-rendikonti ta’ l-ispejjeż għall-FP7;

Għas-seba Programm ta' Qafas il-Kummissjoni tejbet iktar l-affidabbiltà taċ-ċertifikati ta' verifika permezz ta' “proċeduri miftiehma”, li jistabbilixxu fid-dettall ix-xogħol ta' verifika li għandu jsir mill-awdituri li joħorġu ċ-ċertifikati.

Il-Kummissjoni qed tinkoraġġixxi wkoll iċ-ċertifikazzjoni mhux mandatorja tal-metodu ta' ħlas fuq il-bażi tal-miżuri ta' implimentazzjoni, li bħalissa qed jiġu finalizzati.

tfakkar lill-benefiċjarji li l-awdituri magħżula għandhom ikunu indipendenti u li dawn m’għandhomx jiċċertifikaw rendikonti ta’ l-ispejjeż li kienu ppreparati kompletament jew parzjalment minnhom stess;

Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni.

tistabbilixxi database li permezz tagħha jkunu jistgħu jsiru kontrolli koerenti dwar jekk l-istess spiża hijex iffinanzjata darbtejn mill-Baġit Ġenerali.

Filwaqt li d-Direttorati Ġenerali tar-Riċerka jaqsmu bejniethom id-dejta dwar il-parteċipanti, il-Kummissjoni mhix konvinta li l-ħolqien ta' database għall-kontrolli ex ante bħal dik proposta mill-Qorti jelimina r-riskju li nefqa tiġi ffinanzjata darbtejn, meta jitqies l-istat kurrenti tat-teknoloġija. Id-database proposta tkun titlob li kull linja ta' kull dikjarazzjoni tal-ispejjeż, għal kull proġett iffinanzjat mill-Komunità, inklużi dawk taħt forom differenti ta' ġestjoni għandhom jiġu kodifikati għal kull parteċipant. Id-dettalji jkollhom jirreġistraw, pereżempju, is-sigħat maħduma fuq kull jum ta' kull proġett għal kull proġett, fejn din l-informazzjoni dwar l-ispejjeż tkun meħtieġa mill-kuntratt. L-informazzjoni meħtieġa fid-database mhix inkluża fir-rappurtar kuntrattwali normali tal-benefiċjarji u jkollha tintalab speċifikament mill-Kummissjoni għax din hija disponibbli biss minn verifiki fuq il-post. L-ispejjeż meħtieġa sabiex tiġi kodifikata, aġġornata u verifikata din id-dejta jkunu għoljin ħafna u l-implikazzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-dejta jkunu serji.

Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni ttaffi dan ir-riskju b'verifiki ex-post fuq il-post. Il-Kummissjoni implimentat modulu ta' qsim tad-dejta għall-verifiki li jippermetti lid-Direttorati Ġenerali tar-riċerka sabiex jaqsmu bejniethom l-informazzjoni dwar il-verifiki ppjanati u dawk li jkunu twettqu u li jgħinhom sabiex jikkoordinaw ix-xogħol tagħhom, inkluż sabiex jidentifikaw sitwazzjonijiet fejn l-ispejjeż jistgħu jkunu qed jiġu ddebitati aktar minn darba.

Monitoraġġ ta’ elementi

10.35.

Ara l- Anness 10.1 .

 

RIŻULTATI TAL-VERIFIKA TAL-FOND TA’ GARANZIJA GĦAL AZZJONIJIET ESTERNI

10.36.

L-għan tal-Fond ta’ Garanzija għal Azzjonijiet Esterni (16) (“il-Fond”), li jiggarantixxi self lill-pajjiżi terzi, huwa sabiex ikunu rimborżati l-kredituri Komunitarji (17) fl-eventwalità li l-benefiċjarju ma jasalx għall-ħlas u sabiex jiġu evitati sejħiet diretti mill-baġit Komunitarju. It-tmexxija amministrattiva tal-Fond hija mwettqa mid-DĠ Affarijiet u Ekonomiċi u Finanzjarji waqt li l-BEI huwa responsabbli mill-ġestjoni tat-teżor (18). Fil-31 ta’ Diċembru 2007, ir-riżorsi totali tal-Fond kienu ta’ 1 152 miljun euro meta mqabbla ma’ 1 379 miljun euro fil-31 ta’ Diċembru 2006. Id-differenza hija prinċipalment minħabba l-pagament lura lill-Baġit Ġenerali ta’ 261 miljun euro minħabba l-adeżjoni tar-Rumanija u tal-Bulgarija għall-UE fl-1 ta' Jannar 2007 (19).

 

10.37.

Mill-1 ta’ Jannar 2007 lil hinn, il-provvista tal-Fond tbiddlet minn mekkaniżmu ex-ante għal wieħed ex-post u tinkludi pagament wieħed biss fuq bażi annwali lill-Fond. Sabiex tevita pagamenti għolja mill-Baġit Ġenerali minħabba nuqqasijiet ta' ħlas ta’ self jew ta’ self garantit, mekkaniżmu ta’ twittija kien introdott u dan għandu jillimita pagamenti tal-baġit annwali lill-Fond għal 200 miljun euro. Ma saret l-ebda sejħa għall-garanzija lill-Fond fl-2007.

 

10.38.

Il-BEI japplika indiċi standard lill-Fond ta’ Garanzija. Għalkemm il-prestazzjoni annwali tal-portafoll tal-Fond fl-2007 ammontat għal 3,1 % din hija –0,16 % taħt l-indiċi standard.

10.38.

Il-kriżi fianzjarja serja li kkawżat taqlib fis-swieq sa minn Awwissu 2007 kellha impatt inevitabbli fuq il-valuri tas-suq u għalhekk fuq ir-riżultati. Matul il-kriżi preżenti portafolli ta' bonds b'riskju aktar għoli tal-kreditu mill-benchmarks tagħhom sofrew telf relattiv minħabba twessigħ tal-ispreads ikkawżat minn “moviment lejn il-kwalità” favur bonds tal-gvern bi klassifikazzjoni AAA.

Minkejja li l-indiċi tal-benchmarks ma ntlaħaqx, ir-riżultati assoluti annwali pożittivi ta' 3,1 % jikkomparaw b'mod favorevoli ma' fondi kbar ta' bonds globali amministrati privatament li numru minnhom kellhom riżultati totali negattivi.

10.39.

Il-Qorti sabet li l-Fond ta' Garanzija kien ġestit b'mod sodisfaċenti matul l-2007.

 

RIŻULTATI TAL-VERIFIKA TAL-KEFA F'LIKWIDAZZJONI

10.40.

Wara li skada t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar fit-23 ta' Lulju 2002, l-attivi u l-passivi tal-KEFA ġew trasferiti lill-Komunità Ewropea (20). Il-valur nett tagħhom, li ssir referenza għalih bħala l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar f'Likwidazzjoni (KEFA f'L.), huwa allokat għar-riċerka fl-industrija tal-faħam u l-azzar.

 

10.41.

L-għeluq ta' l-operat finanzjarju tal-KEFA f'L. għaddej b'konformità mal-leġiżlazzjoni relevanti, inklużi l-linji gwida finanzjarji multiannwali.

 

10.42.

Fil-31 ta’ Diċembru 2007, l-attiv totali tal-KEFA f’L. kien 2 152 miljun euro meta mqabbel ma’ l-2 174 euro fil-31 ta’ Diċembru 2006. Il-qligħ nett għall-2007 kien ta’ 5,3 miljun euro meta mqabbel mat-23,8 miljun euro fl-2006. Dan kien prinċipalment minħabba telf mill-bejgħ ta' bonds disponibbli għall-bejgħ u spejjeż finanzjarji oħra (21). Il-prestazzjoni tal-portafoll tal-KEFA f’L. kien ta’ 2,13 % għas-sena kollha 2007 filwaqt li l-punt ta’ referenza, li serva bħala rata ta' referenza għall-KEFA f'L., kien ta’ 2,75 %. Il-prestazzjoni annwali relattiva b’hekk kienet –0,62 % u b’hekk qabżet il-limitu aċċettabbli ta’ –0,44 % definit mill-Kummissjoni.

10.42.

It-tnaqqis fil-profitti (18-il miljun euro) rrefera għall-operazzjonijiet ta' stralċ (“KEFA flikwidazzjoni”) u huwa prinċipalment dovut għat-tnaqqis fl-ammonti totali ta' impenji mħassra marbuta mal-baġit operattiv (7 miljun euro) u ż-żieda fl-ispejjeż finanzjarji l-oħra (11-il miljun euro), marbuta mal-kalkoli tal-valur preżenti nett.

Il-firxa tal-ispreads fil-mekkaniżmu tal-monitoraġġ tal-ġestjoni mfassal sabiex jivvaluta l-komportament tal-portafoll tal-KEFA f'likwidazzjoni meta mqabbel mal-benchmark tiegħu fi żminijiet normali.

Fil-kuntest ta' kriżi, bħall-“kriżi tas-sub-prime” preżenti li bdiet f'Awwissu 2007, l-ispreads jistgħu jiġu mistennija li jaġixxu b'mod mhux normali u għalhekk jaqgħu barra mil-limiti normali kkalkulati abbażi tad-dejta storika meħuda minn żmien mhux ta' kriżi.

Minkejja li l-indiċi tal-benchmarks ma ntlaħaqx, ir-riżultati assoluti annwali pożittivi ta' 2,13 % jikkomparaw b'mod favorevoli ma' fondi kbar ta' bonds globali amministrati privatament li numru minnhom kellhom riżultati totali negattivi.

SEGWITU TA' OSSERVAZZJONIJIET PREĊEDENTI

10.43.

Ara l- Anness 10.2 .

 


(1)  L-ebda pagament bħal dan ma sar taħt l-oqsma tal-politika Kompetizzjoni, Suq Intern, u Kummerċ.

(2)  Dawn il-programmi fihom attivitajiet ta’ garanzija finanzjarja u ta’ investiment għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs). Għat-twettiq tal-programmi, il-fondi huma trasferiti mill-Baġit Ġenerali għal kontijiet fiduċjarji biex ikopru pagamenti futuri possibbli. Dawn il-pagamenti jistgħu jseħħu f’xi żmien matul it-tul tal-programm u dan jista' jkun bosta snin wara l-finanzjament inizjali tal-kontijiet fiduċjarji u jistgħu jkunu soġġetti għal verifika speċjali mill-Qorti. Ara wkoll ir-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2003, il-paragrafi 10.5 sa 10.27 (ĠU C 293, 30.11.2004).

(3)  Fit-tranżazzjonijiet ta’ pagament ivverifikati, dawn jirrelataw ma’ għotjiet taħt il-ħames u s-sitt Programm ta’ Qafas u ma’ għotja waħda ffinanzjata taħt il-MAP.

(4)  Żball huwa kkunsidrat bħala “serju” jekk l-ammont ta’ l-iżball huwa daqs jew ’il fuq minn 2 % tal-valur tat-tranżazzjoni.

(5)  Ara r-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2006, il-paragrafu 7.11 (ĠU C 273, 15.11.2007).

(6)  Il-Każ T-345/03.

(7)  Il-verifika kienet limitata għaż-żewġ Direttorati-Ġenerali ta’ l-akbar oqsma tal-politika u għal wieħed mill-oqsma tal-politika żgħar. Iż-żewġ oqsma tal-politika żgħar l-oħra Kompetizzjoni u Kummerċ se jkunu vverifikati fis-snin li ġejjin.

(8)  Dan għandu x’jaqsam ma’ tranżazzjonijiet ta’ pagament ivverifikati ffinanzjati taħt il-Programm Multiannwali (tranżazzjoni waħda ta’ pagament), il-ħames Programm ta’ Qafas (tranżazzjoni ta’ pagament waħda), u s-sitt Programm ta’ Qafas (7 tranżazzjonijiet ta’ pagament).

(9)  L-Artikolu 111 tar-Regolament Finanzjarju.

(10)  F'applikazzjoni tar-Regolament Finanzjarju (Artikolu 111), li japplika għall-applikanti kollha għall-finanzjament tal-Komunità, mhux biss għall-applikanti tal-programmi ta' riċerka.

(11)  F'konformità mal-Artikoli 94 u 96 tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 134b tar-Regoli ta' Implimentazzjoni tiegħu, pereżempju 94b) dwar id-dikjarazzjonijiet foloz.

(12)  Taħt l-artikolu 134(b) tar-Regoli ta' Implimentazzjoni.

(13)  Dan għandu x’jaqsam ma’ tranżazzjonijiet ta' pagament ivverifikati ffinanzjati taħt il-Programm ta' Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (4 tranżazzjonijiet ta’ pagament), il-Programm Multiannwali (5 tranżazzjonijiet ta’ pagament), u Assistenza Makroekonomika (5 tranżazzjonijiet ta’ pagament).

(14)  Ara r-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2006, il-paragrafu 7.17.

(15)  Iċ-ċifri huma meħuda minn database interna tal-Kummissjoni fuq ir-riżultat ta’ verifiki ex-post iffinalizzati fl-2007 għall-qasam tal-politika Intrapriża għal proġetti ffinanzjati taħt is-sitt Programm ta’ Qafas.

(16)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2728/94 tal-31 ta' Ottubru 1994 li jistabbilixxi Fond ta' Garanzija għal azzjonijiet esterni (ĠU L 293, 12.11.1994, p. 1), kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 89/2007 (ĠU L 22, 31.1.2007, p. 1).

(17)  Prinċipalment il-BEI, imma wkoll is-self estern mill-Euratom u self ta’ l-assistenza makro-finanzjarja mill-KE (MFA) lill-pajjiżi terzi.

(18)  Ftehim dwar it-tmexxija bejn il-BEI u l-Komunità Ewropea, kif emendat l-aħħar fit-28 ta' April 2002 u fit-8 ta' Mejju 2002. Ftehim supplimentari ġdid kien iffirmat fil-25 ta’ Frar 2008.

(19)  Peress li self u garanziji għal Stati Membri mhumiex koperti mill-Fond, l-ammont relatat ma' pajjiżi għall-adeżjoni kellu jitħallas lura lill-Baġit Ġenerali.

(20)  Protokoll tal-konsegwenzi finanzjarji ta' l-għeluq taż-żmien tat-Trattat tal-KEFA u l-Fond ta' Riċerka għall-Faħam u l-Azzar (ĠU C 80, 10.3.2001, p. 67).

(21)  Varjazzjoni tal-valur preżenti nett fuq il-kontribuzzjoni ta' l-Istati Membri ġodda tal-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar u bidla negattiva ta’ valur ġust ta’ derivattivi finanzjarji.

ANNESS 10.1

Evalwazzjoni tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll

Sistema kkonċernata

Kontroll intern prinċipali

Evalwazzjoni ġenerali

Listi ta’ kontroll adegwati

kontrolli ex-ante

ċertifikazzjoni tal-verifika

kontrolli ex-post

akkwisti

 

 

N/A

N/A

 

għotjiet minbarra proġetti tar-riċerka

 

 

N/A

N/A

 

għotjiet għal proġetti tar-riċerka

 

 

 

 

 


Kodiċi

 

Effettivi

 

Parzjalment effettivi

 

Mhux effettivi

N/A

Mhux applikabbli: ma japplikawx jew mhux evalwati


Riżultati ta’ l-ittestjar tat-tranżazzjonijiet

Stima tal-kampjun tal-proporzjon tat-tranżazzjonijiet milquta minn żball

7,3 %

Rata ta’ żball

Taħt it-2 %

ANNESS 10.2

Segwitu ta' l-osservazzjonijiet preċedenti tal-Qorti

Osservazzjoni tal-Qorti

Azzjoni meħuda

Analiżi tal-Qorti

Risposta tal-Kummissjoni

Tneħħija gradwali ta’ operazzjonijiet ta' Kapital ta' riskju

Fir-Rapport Annwali tagħha għas-sena finanzjarja 2005, il-paragrafi 11.6 sa 11.13, il-Qorti rrappurtat dwar it-tneħħija gradwali ta’ ħames operazzjonijiet ta’ kapital ta’ riskju. L-Imsieħba ta’ Investiment tal-Komunità Ewropea (ECIP) ġestiti mid-DĠ AIDCO, il-programmi MEDIA ġestiti mid-DĠ INFSO u tliet programmi ġestiti mid-DĠ ECFIN (Venture consort, Eurotech Capital Programme u Joint Venture Programme). L-osservazzjonijiet ewlenin tal-Qorti kienu kif ġej:

 

 

 

Programm ECIP

Il-Kummissjoni m’għamlitx progress sinifikanti f'għeluq il-programm u 1 276 fajl tassew problematiċi kienu għadhom miftuħa. Informazzjoni finanzjarja ewlenija kienet nieqsa għal ħafna fajls. Pagamenti żbaljati ma kinux segwiti u ordnijiet ta’ rkupru jew ma kinux segwiti jew inkella mhux ma nħarġux. F’Marzu 2006 d-DĠ AIDCO qies li l-ammont li għad kellu jkun irkuprat huwa ta’ 21 miljun euro.

Fir-risposta tagħha l-Kummissjoni ħabbret li fi tmiem l-2006 l-fajls kollha se jkunu rreveduti u li l-Kummissjoni se tkun tista’ tipprovdi rendikonti finanzjarji kompleti u affidabbli.

Sadanittant, listi ta’ kontroll ġodda u simplifikati għall-għeluq kienu implimentati. Fil-31.12.07, 77 fajl ta’ l-ECIP kienu għadhom pendenti għal ammont globali ta’ 6,1 miljun euro, kopert minn 4,7 miljun euro ta’ tnaqqis tal-valur.

Minkejja l-progress li sar f’għeluq il-fajls, il-Qorti għadha ma tistax tikkonferma l-affidabbiltà u l-kompletezza tar-rendikonti finanzjarji marbuta ma’ l-ECIP b’mod prinċipali minħabba inċertezzi marbuta ma’ għeluq l-azzjonijiet (azzjonijiet legali pendenti, l-Intermedjarju Finanzjarju tilef il-kuntatt mal-benefiċjarju) u inkonsistenzi fl-evalwazzjoni, b’mod prinċipali minħabba aġġustamenti ta’ valur mhux korretti. Ma tista’ tingħata l-ebda data ta’ tmiem għal-likwidazzjoni tal-programm ECIP.

Il-likwidazzjoni tal-ECIP kompliet matul l-2007 u l-ewwel parti tal-2008. Fi tmiem Mejju 2008 kien baqa' 30 azzjoni li kellhom jingħalqu meta mqabbla ma' aktar minn 1 700 fajl miftuħ f'Marzu 2005. Sa minn dak iż-żmien, il-Kummissjoni rkuprat aktar minn 31,5 miljun euro. Sabiex jiġu intraċċati ċerti msieħba huma meħtieġa riċerki kumplessi u dan ħa ħafna żmien.

Kellna nirrevedu ċ-ċifri b'riżultat tal-informazzjoni miksuba mingħand l-imsieħba waqt dan l-istħarriġ. Dawn iċ-ċifri ta' sikwit jitpoġġew fid-dubju u aħna naġġornaw il-kontijiet biss jekk jintlaħaq grad aċċettabbli ta' kunfidenza.

Programmi MEDIA

Is-self u s-sussidji mogħtija lill-industrija awdjoviżiva kienu soġġetti għal kondizzjonijiet partikolarment kumplessi li jeħtieġu monitoraġġ kostanti matul perijodu twil ta' żmien. Sa l-2005, il-programm MEDIA II kien amministrat minn Uffiċċju ta' l-Għajnuna Teknika (TAO) f’isem il-Kummissjoni. Il-Qorti sabet li, għal operazzjonijiet finanzjarji qabel l-2001, is-servizzi tal-Kummissjoni ma kellhom l-ebda informazzjoni ta’ kontabilità dettaljata għall-programm u lanqas ċertifikat ta’ awditur speċifiku għall-operazzjonijiet finanzjarji involuti. Għal tranżazzjonijiet aktar reċenti, id-dokumentazzjoni kienet ta’ sikwit mhux sħiħa u kienu hemm segwitu inadegwat, u dan iwassal, f'ċerti każijiet, sabiex l-ordnijiet ta' rkupru ma jinħarġux fil-ħin.

Il-ġestjoni tal-fajls tal-programm MEDIA ttieħdet mill-Aġenzija Eżekuttiva ta' l-Edukazzjoni, Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA) fl-1 ta' Jannar 2006.

L-EACEA waqqfet proċeduri speċifiċi, tejjbet il-qafas ta’ monitoraġġ, żgurat l-istandardizzazzjoni tad-dokumentazzjoni tal-fajls u bniet database li għandha tipprovdi s-sitwazzjoni finanzjarja dettaljata ta' kull fajl.

Id-database użata sabiex tamministra l-programmi MEDIA, li jammontaw għal 35,5 miljun euro koperti minn tnaqqis ta’ valur relatat ta’ 24,85 miljun euro, hija kisba kbira. Madankollu, instabu impreċiżjonijiet f’din id-database u t-titjib għadu jinħtieġ.

Il-Kummissjoni tieħu nota tal-kumment tal-Qorti dwar l-istabbiliment tad-database. Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-osservazzjonijiet tal-Qorti wasslu għal tnaqqis fil-valutazzjoni tal-intitolamenti potenzjali minn 35,5 miljun euro għal 35,0 miljun euro. Il-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li tanalizza dawn l-intitolamenti sabiex tistabbilixxi jekk l-istatus tagħhom bħala intitolamenti potenzjali għandux iwassal għal bidliet fil-prinċipji tal-kontabilità adottati sa issa.

Programmi ECFIN

Il-verifika ta’ tliet programmi ġestiti mid-DĠ ECFIN (Venture Consort, Eurotech Capital Programme and Joint Venture Programme) wriet dgħjufijiet fil-ġestjoni, segwitu u għeluq tal-programmi.

Fir-risposta tagħha, il-Kummissjoni rreferiet għall-implimentazzjoni ta’ strateġija proattiva u ġenerali għall-għeluq tal-fajls li baqgħu u li hija tal-fehma li għandha assigurazzjoni raġonevoli dwar il-preċiżjoni u l-kompletezza taċ-ċifri relatati mat-tliet programmi.

Fi tmiem l-2007 il-Eurotech Programme kien magħluq għal kollox. Għall-Venture Consort hemm żewġ proġetti miftuħa għal kontribuzzjoni oriġinali ta’ 0,4 miljun euro u għall-Joint Venture Programme hemm erba’ proġetti miftuħa għal investiment inizjali ta’ 1,1 miljun euro. L-ammonti tnaqqsu kompletament u l-kontijiet kienu kkonfermati mill-Qorti.

Il-Kummissjoni taqbel mal-analiżi tal-Qorti għas-sitwazzjoni fi tmiem l-2007. Sadittant, fl-2008, il-Kummissjoni għalqet żewġ proġetti oħra, wieħed taħt il-Venture Consort u wieħed taħt il-Programm tal-Impriżi Konġunti.

KAPITOLU 11

Nefqa amministrattiva u nefqa oħra (1)

WERREJ

11.1-11.4

Introduzzjoni

11.3-11.4

Karatteristiċi speċifiċi tan-nefqa amministrattiva u ċerta nefqa operattiva

11.5-11.25

Evalwazzjoni speċifika fil-kuntest tad-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni

11.5

L-Ambitu tal-verifika

11.6-11.25

Osservazzjonijiet speċifiċi

11.7-11.11

Fattur ta’ multiplikazzjoni applikabbli għal salarji

11.12-11.13

Il-Parlament

11.14

Il-Kunsill

11.15-11.18

Il-Kummissjoni

11.19

Il-Qorti tal-Ġustizzja

11.20

Il-Qorti ta' l-Awdituri

11.21

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

11.22

Il-Kumitat tar-Reġjuni

11.23

L-Ombudsman Ewropew

11.24

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

11.25

Konklużjonijiet ġenerali

11.26-11.27

L-Aġenziji ta’ l-Unjoni Ewropea

11.28-11.29

L-Iskejjel Ewropej

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

INTRODUZZJONI

11.1.

Dan il-kapitolu jkopri s-sejbiet tal-Qorti dwar in-nefqa amministrattiva ta’ l-Istituzzjonijiet, kif intiża fl-Artikolu 1 tar-Regolament Finanzjarju (2), inkluża fl-intestatura 5 (“Amministrazzjoni”) tal-“qafas finanzjarju” (3), nefqa amministrattiva oħra tal-Kummissjoni mhix inkluża fl-intestatura 5 msemmija hawn fuq (4), u n-nefqa operattiva relattiva għat-titoli 24-27 u 29 tat-taqsima tal-Kummissjoni tal-baġit ġenerali (5). Fl-2007 l-pagamenti ammontaw għal 8 230 miljun euro. It-tqassim ta’ pagamenti fost l-oqsma msemmija hawn fuq jinsab fil- Grafika 11.1 u s-subdiviżjoni skont l-Istituzzjoni fit- Tabella 11.1 .

 

11.2.

Barra dan, il-kapitolu jkopri l-Aġenziji u korpi deċentralizzati oħra, u l-Iskejjel Ewropej.

 

Karatteristiċi speċifiċi tan-nefqa amministrattiva u ċerta nefqa operattiva

11.3.

L-approprijazzjonijiet relatati man-nefqa amministrattiva huma ġestiti b’mod dirett mill-Istituzzjonijiet u jintużaw biex jitħallsu s-salarji, il-konċessjonijiet u l-pensjonijiet tal-persuni li jaħdmu ma’ l-Istituzzjonijiet, kif ukoll il-kera, l-akkwisti u l-ispejjeż mixxellanji.

 

11.4.

Verifiki preċedenti mill-Qorti kienu wrew illi l-iżbalji misjuba ma kinux materjali. Segwitu għall-osservazzjonijiet ta’ Rapporti Annwali preċedenti huwa ppreżentat fl- Anness 11.2 .

 

Image

Tabella 11.1 — Pagamenti fl-2007

(miljuni ta' euro)

Il-Parlament Ewropew

1 329

Il-Kunsill

558

Il-Kummissjoni

4 333

Il-Qorti tal-Ġustizzja

265

Il-Qorti ta’ l-Awdituri

107

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

109

Il-Kumitat tar-Reġjuni

68

L-Ombudsman Ewropew

7

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

4

Intestatura 5 tal-Qafas Finanzjarju

6 780

Nefqa amministrattiva oħra tal-Kummissjoni taħt intestaturi oħra (6)

932

Nefqa operattiva tal-Kummissjoni (6)

518

Total

8 230

EVALWAZZJONI SPEĊIFIKA FIL-KUNTEST TAD-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

L-Ambitu tal-verifika

11.5.

Il-Qorti eżaminat il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet tan-nefqa definita fil-paragrafu 11.1, sabiex tipprovdi evalwazzjoni speċifika fil-kuntest tad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni. Il-verifika kienet tinkludi l-eżami ta’ kampjun statistiku rappreżentattiv ta’ 56 tranżazzjoni meħud minn kull tip ta’ nefqa msemmija hawn fuq, kif ukoll l-eżami ta’ kampjuni supplimentari ta’ tranżazzjonijiet dwar suġġetti fejn riskji speċifiċi kienu ġew identifikati matul verifiki preċedenti (7). Il-Qorti evalwat ukoll is-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll applikati minn kull Istituzzjoni sabiex tiddetermina jekk jissodisfawx ir-rekwiżiti tar-Regolament Finanzjarju.

 

Osservazzjonijiet speċifiċi

11.6.

Fl-2007, l-Istituzzjonijiet kollha implimentaw b’mod sodisfaċenti s-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll meħtieġa mir-Regolament Finanzjarju u t-tranżazzjonijiet ittestjati kienu ħielsa minn żbalji materjali ta' legalità u ta' regolarità. Madankollu, il-Qorti tiġbed l-attenzjoni għas-sejbiet imsemmija hawn taħt, li, filwaqt li mhumiex materjali għall-konklużjonijiet ġenerali mniżżla fil-paragrafu 11.25, għandu jittieħed konsiderazzjoni tagħhom mill-Istituzzjonijiet involuti.

 

Fattur ta’ multiplikazzjoni applikabbli għal salarji

11.7.

L-Artikolu 7 ta’ l-Anness XIII għar-Regolamenti tal-Persunal (SR), fis-seħħ sa mill-1 ta’ Mejju 2004, jipprovdi għal applikazzjoni progressiva ta’ skali ta’ salarji ġodda, bl-użu ta’ fattur ta’ multiplikazzjoni li jnaqqas, fir-rigward ta’ l-iskala ta’ salarju ġdid u ogħla, is-salarju bażiku ta’ kull xahar pagabbli lil uffiċjal irreklutat qabel l-1 ta’ Mejju 2004.

11.8.

L-Artikolu 5(5) SR jgħid li “kondizzjonijiet identiċi għar-reklutaġġ u s-servizz ta' karriera għandhom japplikaw għall-uffiċjali kollha ta' l-istess grupp tal-funzjoni”. Is-sejbiet elenkati hawn taħt juru li dan mhuwiex il-każ fl-applikazzjoni tal-fattur ta’ multiplikazzjoni.

11.7-11.11.

IR-RISPOSTA TAL-PARLAMENT EWROPEW

L-Artikolu 7 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Impjegati introduċa mekkaniżmu kumpless, il-fatturi ta’ multiplikazzjoni ta’ dan il-mekkaniżmu huma parti essenzjali, għall-assigurazzjoni tat-transizzjoni bejn l-iskali tas-salarju antiki u ġodda applikabbli għall-impjegati permanenti u temporanji tal-istituzzjonijiet Ewropej. Il-kumplessità inerenti tal-mekkaniżmu kkonċernat kien kompost f’ġabra ta’ test li mhuwiex ċar b’mod partikulari (u anke kontradittorju) u b'hekk ma jagħtix interpretazzjoni waħda li mhijiex ambigwa. Filwaqt li l-Parlament kien jilqa’ b’sodisfazzjon il-gwida jew il-konsensus inter-istituzzjonali rigward l-operazzjoni ta’ dan il-mekkaniżmu fl-2005, meta kellu jippjana r-regolamenti tiegħu għall-promozzjonijiet pendenti, ebda gwida jew konsensus ma kienu disponibbli. Waqt l-applikazzjoni tas-sistema kif għamel, il-Parlament kien konxju mid-diffikultajiet enormi u l-anomaliji inerenti f’perjodu transizzjonali twil iż-żejjed (u d-dokument tal-Kummissjoni li jservi ta’ spjega dwar il-fażi ta’ qabel ir-riforma, li kkunsidra t-tmiem tas-sistema dupliċi tas-salarju sal-2006). Filwaqt li issa huwa ċar li istituzzjonijiet oħra mxew ma approċċ differenti, il-Parlament ikkunsidra l-għan tat-taqsir tat-transizzjoni bħala għan vallapena. Għandu jiġi nnotat li ż-żewġ sistemi għandhom it-tendenza li jikkonverġu relattivament malajr, b’mod speċjali meta l-impatt tat-tieni promozzjonijiet tiġi kkunsidrata. Fi kwalunkwe każ, adattament tal-prassi attwali jistgħu jwasslu għall-problemi legali konsiderevoli.

Is-Segretarju Ġenerali, madankollu, se jaħtar grupp ta’ ħidma amministrattiv li se jkun inkarigat biex jeżamina s-suġġett fid-dettall u biex jipproponi, jekk ikun neċessarju, l-adattamenti adegwati.

11.9.

Fattur ta’ multiplikazzjoni ġdid jiġi kkalkulat wara l-ewwel promozzjoni u, minn dak iż-żmien ’il quddiem, ikkalkulat mill-ġdid kull sentejn skont iż-żjidiet fis-salarji li jirriżultaw mill-iskala ta’ salarju. F’istituzzjonijiet apparti l-Parlament, il-persunal ma jirċevix l-ammont sħiħ ta’ salarju muri fuq it-tabella tas-salarju sakemm il-fattur ta’ multiplikazzjoni kkalkulat mill-ġdid huwa anqas minn 1. Il-Parlament japplika fattur ta’ multiplikazzjoni ugwali għal 1 sentejn wara l-ewwel promozzjoni lil kulħadd li għandu, wara l-promozzjoni, fattur ta’ multiplikazzjoni anqas minn 1. Kien hemm 503 każijiet bħal dawn fl-2007. Din il-proċedura rriżultat fi spejjeż ogħla meta mqabbla ma’ l-applikazzjoni tal-proċedura segwita mill-Istituzzjonijiet l-oħra.

 

11.10.

Meta fattur ta’ multiplikazzjoni akbar minn 1 huwa kkalkulat wara promozzjoni, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iżomm dan il-fattur ta’ multiplikazzjoni sentejn wara l-promozzjoni, meta jsir l-ewwel pagament bil-quddiem fil-pass, waqt li l-istituzzjonijiet l-oħra jnaqqsu l-fattur ta’ multiplikazzjoni għal 1 wara l-ewwel pagament bil-quddiem fil-pass, u jbiddlu f’anzjanità fil-pass il-parti tal-fattur ta’ multiplikazzjoni li teċċedi 1. Billi jkompli japplika fattur ta’ multiplikazzjoni ogħla minn wieħed, minflok ma jikkonverti f’anzjanità fil-pass il-bilanċ ’il fuq minn 1, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali jagħti lill-persunal tiegħu vantaġġ finanzjarju li l-istituzzjonijiet l-oħra ma jagħtux.

11.10.

IR-RISPOSTA TAL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI

Il-Kumitat jifhem li l-prattika ta’ xi Istituzzjonijiet oħrajn hi li jikkonvertu fattur ta’ moltiplikazzjoni akbar minn 1 f’anzjanità “ekwivalenti”.wara l-ewwel pass ’il quddiem fl-iskala Madankollu m’huwiex konvint li din il-prattika hi l-aħjar interpretazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal.

F’dan ir-rigward, il- Kumitat hu konxju mill-ħafna lmenti tal-persunal tal-Kummissjoni, skond l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal, kif ukoll mill-appell formali lill-Qorti tal-Ġustizzja (F-22/07, L/Kummissjoni).

Għalhekk, il- Kumitat se jkompli japplika l-prattika attwali tiegħu sakemm toħroġ id-deċiżjoni tal-Qorti. Sabiex jiġu protetti l-interessi ta’ l-Istituzzjoni, l-uffiċjali kollha tal- Kumitat involuti ġew infurmati li l-prattika attwali tal- Kumitat hi soġġetta għal reviżjoni. Aktar ’il quddiem il-KESE jikkonforma il-prattika tiegħu mad-deċiżjoni msemmija, jekk meħħtieġ anke b’mod retro-attiv. B’hekk, il-persunal tal- Kumitat se jiġi ttrattat bl-istess mod ta’ l-uffiċjali ta’ l-Istituzzjonijiet Ewropej l-oħra, dejjem sakemm l-Istituzzjonijiet Ewropej l-oħra jagħmlu l-istess.

Sa mid-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal l-ġodda (snin 2004, 2005, 2006 u 2007), fil- Kumitat minn total ta’ 237 promozzjoni, kien hemm 25 każ ta’ uffiċjali b’fattur ta’ moltiplikazzjoni għola minn wieħed.

11.11.

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal dwar il-fattur ta’ multiplikazzjoni għandhom ikunu interpretati u implimentati mill-Istituzzjonijiet kollha bl-istess mod, sabiex tkun żgurata applikazzjoni legali u regolari tar-Regolamenti tal-Persunal mill-Istituzzjonijiet kollha u b’hekk ikun hemm trattament ugwali tal-persunal tagħhom.

 

Il-Parlament

Pagamenti fuq approprijazzjonijiet miġjuba ’l quddiem

11.12.

Fl-20 ta’ Diċembru 2006 l-Parlament iffirma kuntratt dwar il-forniment ta’ kameras tax-xandir ta’ definizzjoni għolja għall-bini D5 fi Brussell. Kien iddikjarat fil-kuntratt li l-pagament finali ta’ 30 % tal-prezz totali kellu jsir wara li t-tagħmir ikun ġie rċevut u installat. Pagament finali ta’ 1 486 598 euro, li kien jinkludi t-30 % (637 111 euro) imsemmija hawn fuq, seħħ fid-19 ta’ Diċembru 2007. Għalkemm it-tagħmir kien ġie rċevut, id-dokument li jirrapporta l-aċċettazzjoni finali ta’ l-oġġetti, li jġib id-data tas-17 ta’ Diċembru 2007, kien jgħid li l-installazzjoni fuq il-post ma kienx se jsir qabel Ġunju 2008. Il-pagament finali (30 %) ma kienx imissu sar, għaliex ma kienx meħtieġ mill-kuntratt, l-ammont korrispondenti ta’ approprijazzjonijiet miġjuba ’l quddiem mill-2006 kien imisshom ġew annullati u, għal kull pagament dovut fl-2008, kien imisshom intużaw approprijazzjonijiet mill-baġit ta’ l-2008.

11.12.

IR-RISPOSTA TAL-PARLAMENT EWROPEW

Il-kuntratt għax-xiri ta’ kameras tax-xandir ta' definizzjoni għolja għall-Bini D5 fi Brussel fih il-kondizzjoni tal-aħħar pagament ta’ 30 % tal-prezz tal-kuntratt wara l-aħħar introjti u l-installazjoni tat-tagħmir.

L-approvazzjoni ġiet ikkonfirmata fis-17 ta' Diċembru 2007, iżda l-installazjoni kienet għadha ma saritx, minħabba li l-bini ma kienx disponibbli.

L-aħħar pagament sar fid-19 ta’ Diċembru 2007 wara li ġew ikkunsidrati l-punti li ġejjin: l-iċċekjar tat-tħaddim ta’ kull kamera ġie meqjus ekwivalenti għall-installazjoni tagħhom; il-garanzija kuntrattwali għal sentejn mid-data tal-aħħar pagament ġiet estiża b’sitt xhur; il-fornitur ta’ garanzija tal-installar tat-tagħmir hekk kif il-bini jkun disponibbli.

L-uffiċjal li jawtorizza kkunsidra dawn il-punti bħala suffiċjenti biex jawtorizza l-aħħar pagament li għandu jsir permezz ta’ approprazzjonijiet trasferiti mill-2006.

Segwitu ta’ osservazzjonijiet f’Rapport Annwali preċedenti

11.13.

Il-verifika wasslet għal rimarki dwar azzjonijiet u deċiżjonijiet meħuda bħala segwitu għal osservazzjonijiet minn Rapporti Annwali ta’ qabel, dwar ir-rimborż ta’ spejjeż ta’ akkomodazzjoni mġarrba waqt il-missjoni, il-konċessjonijiet għal għajnuna lil Membri tal-Parlament Ewropew u l-iskema ta’ pensjoni addizzjonali għal Membri tal-Parlament Ewropew elenkati fl- Anness 11.2 .

 

Il-Kunsill

Segwitu għall-osservazzjonijiet minn Rapporti Annwali preċedenti

11.14.

Il-verifika wasslet għal rimarki dwar azzjonijiet meħuda bħala segwitu għal osservazzjonijiet minn Rapport Annwali ta’ qabel dwar il-pagament ta’ leave annwali addizzjonali mhux meħud u li huwa elenkat fl- Anness 11.2 .

 

Il-Kummissjoni (8)

Nefqa fuq il-kiri (DĠ RELEX)

11.15.

Taxxi tal-belt ta’ madwar 44 000 euro relatati ma’ binja mikrija minn Delegazzjoni tal-Kummissjoni tħallsu f’isem il-kerrej abbażi ta’ ftehim orali, filwaqt li, skont l-Artikolu 88 tar-Regolament Finanzjarju, il-kuntratti għandhom ikunu konklużi bil-miktub. Talba għal rimborż intbagħtet lill-kerrej, madankollu mhux f’għamla ta’ “nota ta' debitu” li tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 78(3) tar-regoli li jimplimentaw ir-Regolament Finanzjarju (b’mod partikolari, l-ebda skadenza ma ġiet iffissata għall-pagament tad-dejn u d-debitur ma kienx infurmat li, jekk il-pagament ma jsirx sa l-iskadenza, ikun jista’ jsir irkupru permezz ta’ tpattija). Ukoll ma twaqqaf l-ebda ordni ta’ rkupru. In-nuqqas ta’ konformità mar-regoli msemmija hawn fuq ipoġġu l-interessi finanzjarji ta’ l-Unjoni Ewropea fir-riskju. Kieku d-Delegazzjoni ħarġet nota ta’ debitu fil-ħin u formalment korretta, it-talba setgħet kienet ġiet irkuprata permezz ta’ tpattija mal-pagament tal-kiri annwali għall-2008.

11.15.

IR-RISPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Il-Kummissjoni taċċetta li d-Delegazjoni kkonċernata ma mxietx fuq il-proċeduri amministrattivi u finanzjarji xierqa. Is-sistemi ta' ġestjoni u ta' superviżjoni fid-delegazzjoni issa huma s-suġġett ta' reviżjoni fil-fond u fejn meħtieġ se jittieħdu miżuri xierqa.

Rigward il-ħlas ta' l-ispejjeż tal-belt f'isem il-proprjetarju ta' bini mikri, il-Kummissjoni taqbel mal-Qorti li l-Delegazzjoni kellha tinkludi klawsola speċifika f'dan ir-rigward fil-kuntratt tas-sullokazzjoni.

Rigward in-nuqqas ta' l-ordni ta' rkupru u n-nuqqas ta' skadenza għall-ħlas, l-osservazzjonijiiet u l-kummenti tal-Qorti huma aċċettati, peress li l-proċeduri xierqa meħtieġa mir-Regolamenti Finanzjarji u r-Regoli ta' Implimentazzjoni tagħhom ma kinux applikati.

Madankollu, il-Delegazzjoni segwiet il-kwistjoni u rkuprat l-ammont totali mħallas minn qabel (l-ammont totali ekwivalenti għal bejn wieħed u ieħor EUR 44 000, kien tħallas lura mill-proprjetarju tal-binja mikrija fl-14 ta' April 2008). Wara dan ir-rimbors, fil-prattika, m'hemm l-ebda inċidenza finanzjarja għall-Kummissjoni, minkejja n-nuqqas ta' konformità mal-proċeduri xierqa.

Pagamenti fuq approprijazzjonijiet miġjuba ’l quddiem (OIL)

11.16.

F’Diċembru 2007, biex jevita li jannulla approprijazzjonijiet miġjuba ’l quddiem, l-OIL ħallas il-ħames pagament bil-quddiem ta’ 55 000 euro għal spejjeż ta’ servizz u ta’ manutenzjoni għal binja. Skont il-kuntratt ta’ kera erba’ pagamenti bil-quddiem biss fuq tliet xhur kellhom jitħallsu. Peress li l-ħlas ta’ pagament bil-quddiem supplimentari ma kienx jikkorrispondi ma’ obbligu kkuntrattat b’mod ġust (l-Artikolu 9(4) tar-Regolament Finanzjarju), ma kienx imissu sar u l-ammont korrispondenti ta’ approprijazzjonijiet miġjuba ’l quddiem kien imissu ġie annullat.

11.16.

IR-RISPOSTA TAL-KUMMISSJONI

L-OIL jiġġestixxi esklussivament approprjazzjonijiet amministrattivi, li f'konformità mal-Artikolu 179.1 tar-Regolament Finanzjarju huma approprjazzjonijiet mhux diżassoċjati. F'dan ir-rigward, l-approprjazzjonijiet li jikkorrispondu għal obbligi kuntrattati b'mod ġust fl-għeluq tal-eżerċizzju jistgħu jiġu trasferiti 'l quddiem għas-sena sussegwenti (Artikolu 9.4 tar-Regolament Finanzjarju).

Il-kuntratt tal-kera għall-binja inkwistjoni jipprevedi, għall-ħlas ta' l-ispejjeż, erba' pagamenti bil-quddiem u pagament definittiv. Fl-aħħar ta' l-2007, l-OIL ġie infurmat li l-proprjetà konġunta ta' din il-binja rrifjutat il-pagament definittiv tal-ispejjeż ta' l-2006 stabbilit mill-awtorità li tiġġestixxi l-binja. L-ammont li għad irid jitħallas hu stimat għal EUR 55 000.

Biex ma jiġix affettwat b'mod doppju l-prinċipju baġitarju ta' l-annwalità, ladarba jitħassru l-approprjazzjonijiet ta' l-2006 trasferiti 'l quddiem u ladarba jilħqu l-livell ta' l-approprjazzjonijiet ta' l-2008, l-OIL talab b'ittra lill-awtorità li tiġġestixxi l-binja biex tipproċedi għall-irkupru ta' pagament bil-quddiem kumplimentari ta' EUR 55 000. Fil-bidu ta' Ġunju 2008, il-pagament definittiv ta' l-2006 kien għadu ma ġiex stabbilit.

Pagamenti ta’ salarji (PMO)

11.17.

Kontrolli ex-post imwettqa mill-PMO wrew li, wara żball ta’ pproċessar ta’ fajl, f’Jannar 2007 ammont totali ta’ ’l fuq minn 365 000 euro tħallas lil 118-il aġent temporanju preċedenti, anke jekk dawn ma kinux għadhom jaħdmu mal-Kummissjoni. L-iżball ma nstabx permezz ta’ kontrolli ex-ante imma biss waqt il-kalkolu finali tal-paga qabel il-ġestjoni tal-paga finali, li juri n-nuqqas ta’ kontroll biżżejjed fuq il-proċessi involuti fil-kalkoli tal-paga. Għadhom qegħdin isiru rkupri fl-2008.

11.17.

IR-RISPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Fiż-żmien ta' l-inċident, ħafna mid-dejta użata fil-kalkolu tas-salarju kienet trażmessa mis-Sysper (is-sistema tal-ġestjoni tad-dejta tal-persunal — minn dakinhar mibdula f'Sysper2) għas-sistema ta' kalkolu tas-salarju NAP.

Fit-28 ta' Diċembru 2006, korrezzjoni tad-dejta fis-Sysper kienet ħażina, li wasslet għal żbalji fid-dejta trażmessa. Dan ma ħariġx fid-dieher minn verifiki ex-ante, minħabba li dawn diġà kienu saru f'dik id-data, u lanqas ma ndunaw bih il-mekkaniżmi ta' kontroll ta' l-aħħar minuta tas-soltu, minħabba l-perjodu tal-vaganzi u l-preżenza mnaqqsa fid-dipartimenti.

L-iżball inkixef sa ta' Jannar 2007, iżda l-ammonti kienu diġà tħallsu lill-aġenti temporanji preċedenti. Għal ħafna mill-każijiet, l-irkupru ma ppreżenta l-ebda problema, minħabba li f'dan iż-żmien (Lulju 2008), 9 minn 118-il każ kienu għadhom miftuħa (inkluż ir-rimborsi bin-nifs).

Id-dipartimenti involuti ġew imfakkra l-istruzzjonijiet operattivi rigward l-iskadenzi għall-interventi ta' l-aħħar minuta u l-perjodu bejn l-aħħar kontrolli ex-ante u l-kalkolu finali tal-paga tqassar.

Minħabba ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali, il-Kummissjoni hi ta' l-opinjoni li dan mhux garanzija tal-konklużjoni li dan l-inċident juri nuqqas ta' kontroll suffiċjenti.

Segwitu għall-osservazzjonijiet minn Rapporti Annwali preċedenti

11.18.

Il-verifika wasslet għal rimarki dwar azzjonijiet meħuda bħala segwitu għal osservazzjonijiet minn Rapport Annwali ta’ qabel dwar ir-rimborż ta’ spejjeż ta’ akkomodazzjoni mġarrba waqt missjonijiet u fuq il-konċessjonijiet familjari elenkati fl- Anness 11.2 .

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

Persunal bil-kuntratt

11.19.

Il-verifika nnutat li d-deċiżjoni tal-kumitat amministrattiv tal-Qorti tal-Ġustizzja li għandha x’taqsam mar-reklutaġġ u l-impjieg ta’ persunal bil-kuntratt ma tistabbilixxix xi proċedura ta’ għażla għal “persunal bil-kuntratt għal kompiti awżiljarji” (l-Artikolu 3b tal-“Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg ta' ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej”). Riżultat ta’ dan, m’hemm l-ebda proċedura ta’ għażla formali mwaqqfa mill-Qorti tal-Ġustizzja għar-reklutaġġ ta’ persunal bil-kuntratti fuq terminu ta’ żmien qasir biex jidħlu minflok ċerti persuni li ma jistgħux iwettqu dmirijiethom. Per eżempju, meta unitajiet tal-lingwi fis-servizz tat-traduzzjoni jeħtieġu jibdlu tradutturi fuq leave ta’ tqala, l-għażla ta’ persunal bil-kuntratt biex jissostitwixxi hija fid-diskrezzjoni tal-kap tas-servizz relevanti. Minħabba n-nuqqas ta’ proċeduri ta’ għażla speċifiċi għal “persunal bil-kuntratt għal kompiti awżiljarji” (inkluż, per eżempju, l-użu ta’ kumitati ta’ għażla) id-dispożizzjonijiet applikati fil-Qorti tal-Ġustizzja ma jiżgurawx li f’każijiet bħal dawn ir-rekwiżiti elenkati fl-Artikolu 82 (1) tal-“Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg ta' ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej” (9) huma segwiti għal kollox u li kull riskju ta’ għażla mhux oġġettiv huwa evitat.

11.19.

IR-RISPOSTA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA

Bħala regola ġenerali, il-Qorti tal-Ġustizzja tirrekluta biss membri tal-persunal bil-kuntratt taħt l-“Artikolu 3(b)” jew sabiex jissostitwixxu uffiċjali jew membri tal-persunal temporanji li jkunu assenti minħabba leave ta’ maternità jew leave ta’ mard jew, f’ċirkustanzi eċċezzjonali, sabiex jinġab persunal addizzjonali sabiex jgħin f’volum kbir ta’ xogħol mhux tas-soltu f’settur partikolari. Dawn ir-reklutaġġi ġeneralment huma għal perijodi qosra. Barra minn hekk, il-parti l-kbira ta’ dawn il-bżonnijiet huma għal persunal speċjalizzat (per eżempju, ġuristi lingwisti), li mhumiex daqstant lesti li jiġu l-Lussumburgu għal kuntratt qasir ta’ impjieg.

Dawn iż-żewġ fatturi — il-perijodu qasir tal-kuntratti ta’ impjieg u n-nuqqas frekwenti ta’ kandidati kwalifikati — jispjegaw għaliex sa issa ma ġewx imposti formalment proċeduri ta’ selezzjoni speċifiċi għar-reklutaġġ ta’ persunal bil-kuntratt taħt l-“Artikolu 3(b)”.

Mhemm għarfien ta’ l-ebda każ li fih jista’ jingħad li d-deċiżjoni ta’ reklutaġġ setgħet kienet influwenzata minn elementi mhux oġġettivi. Fir-rigward, b’mod partikolari, tas-sostituzzjoni ta’ ġuristi lingwisti bil-leave ta’ maternità fid-diviżjonijiet tat-traduzzjoni, li għaliha sar riferiment mill-Qorti ta’ l-Awdituri, ir-reklutaġġi kollha ta’ persunal bil-kuntratt taħt l-“Artikolu 3(b)” ġew deċiżi mill-Awtorità awtorizzata li tikkonkludi l-kuntratti (jiġifieri, ir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja), fuq proposta tal-Kap tad-Diviżjoni, wara li jkun ġie kkonsultat id-Direttur Ġenerali tat-Traduzzjoni. Ħafna drabi saru proċeduri ta’ selezzjoni ad hoc. L-aġenti kollha rreklutati għal dawn l-inkarigi awżiljarji ssodisfaw ir-rekwiżiti għall-impjieg fir-rigward ta’ kwalifiki legali, għarfien tal-lingwi u esperjenza fit-traduzzjoni legali.

Il-Qorti ta’ l-Awdituri

11.20.

Il-Qorti ta’ l-Awdituri hija vverifikata minn ditta esterna tal-verifika indipendenti (10) li ħarġet rapport ta’ assigurazzjoni indipendenti dwar il-legalità u r-regolarità ta’ l-użu tar-riżorsi tal-Qorti, u dwar il-proċeduri ta’ kontroll fis-seħħ għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2007. Ir-rapport jiddikjara li, fl-opinjoni ta’ l-awdituri, “xejn ma laqat l-attenzjoni tagħna biex iġiegħlna nemmnu li fl-aspetti materjali kollha u abbażi tal-kriterji (identifikati), (a) ir-riżorsi assenjati lill-Qorti ma ntużawx għall-għanijiet li għalihom kienu intiżi, u (b) il-proċeduri ta’ kontroll fis-seħħ ma jagħtux il-garanziji meħtieġa biex jiżguraw il-konformità ta’ l-operati finanzjarji mar-regoli u r-regolamenti applikabbli”. Ir-rapport se jkun ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali.

 

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

11.21.

Apparti l-punt imsemmi fil-paragrafu 11.10, il-verifika ma wasslitx għal xi osservazzjonijiet sinifikanti.

 

Il-Kumitat tar-Reġjuni

11.22.

Il-verifika ma wasslitx għal xi osservazzjonijiet sinifikanti.

 

L-Ombudsman Ewropew

11.23.

Il-verifika ma wasslitx għal xi osservazzjonijiet sinifikanti.

 

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

11.24.

Il-verifika ma wasslitx għal xi osservazzjonijiet materjali.

 

Konklużjonijiet ġenerali

11.25.

Abbażi tax-xogħol tal-verifika tagħha, il-Qorti tikkonkludi li t-tranżazzjonijiet fil-bażi tan-nefqa msemmija fil-paragrafu 11.1 huma ħielsa minn żbalji materjali u li s-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll fis-seħħ jikkonformaw ma’ dawk meħtieġa mir-Regolament Finanzjarju.

 

L-AĠENZIJI TA’ L-UNJONI EWROPEA

11.26.

Verifiki ta’ l-aġenziji ta' l-Unjoni Ewropea u korpi deċentralizzati oħra huma s-suġġett ta’ Rapporti Annwali Speċifiċi li huma ppubblikati għalihom fil-Ġurnal Uffiċjali. Il-Qorti vverifikat 27 Aġenzija għas-sena finanzjarja 2007. Il-baġits tagħhom ammontaw għal 1 243,5 miljun euro fl-2007. Id-data prinċipali dwar l-aġenziji hija elenkata fit- Tabella 11.2 .

 

11.27.

Il-Qorti ħarġet opinjonijiet mingħajr riżerva dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi għall-aġenziji kollha (11) vverifikati ħlief għall-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (12) u l-Awtorità Ewropea ta' Sorveljanza GNSS (13).

 

L-ISKEJJEL EWROPEJ

11.28.

Ir-Rapport Annwali Speċifiku tal-Qorti fuq l-Iskejjel Ewropej (mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali) jintbagħat lill-Bord tal-Gvernaturi u lid-Diretturi ta' l-Iskejjel Ewropej. Il-baġit ta' l-2007 għall-Iskejjel ta' 240,7 miljun euro kien iffinanzjat b'mod prinċipali minn għotja tal-Kummissjoni (129,2 miljun euro) u minn kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri (51,9 miljun euro) (14). Id-data prinċipali dwar l-Iskejjel Ewropej huma elenkati fit- Tabella 11.3 .

 

11.29.

Il-Qorti ma sabet l-ebda żball materjali li jista' jpoġġi f'diskussjoni l-affidabbiltà tal-kontijiet li eżaminat u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawn il-kontijiet.

 

Tabella 11.2 — Aġenziji ta' l-UE — Data prinċipali

Aġenziji u korpi deċentralizzati oħra ta' l-Unjoni Ewropea

Kwartieri Ġenerali

Sena ta' twaqqif

Baġit (15)

(miljun euro)

Postijiet awtorizzati

2007

2006

2007

2006

Aġenziji

Aġenzija għall-provvista ta' l-Euratom

Lussemburgu

1960

0,3

0,2

Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Professjonali

Tessalonika

1977

17,4

16,8

97

95

Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet ta' l-Għajxien u tax-Xogħol

Dublin

1977

20,2

19,8

94

94

Aġenzija Ewropea għall-Ambjent

Copenhagen

1994

35,1

37,1

116

115

Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ

Turin

1994

25,5

27

100

105

Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ dwar id-Drogi u d-Dipendenza fuq id-Drogi

Liżbona

1995

13,8

13

82

77

Aġenzija Ewropea għall-Mediċini

Londra

1994

163,1

139

441

424

Ċentru ta' Traduzzjoni għall-Korpi ta' l-Unjoni Ewropea

Lussemburgu

1995

46,1

40,9

200

189

Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti

Angers

1995

13,4

11,2

42

41

Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern

Alicante

1995

276

211,7

647

675

Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol

Bilbao

1996

14,9

14,1

42

40

Aġenzija Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (16)

Vjenna

1998

14,5

9,4

46

37

Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni

Tessalonika

2000

250

271

108

108

Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (17)

Bramshill

2006

7,4

5

22,5

22

EUROJUST

The Hague

2002

18,4

14,7

147

112

Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Avjazzjoni

Kolonja

2003

72

65,7

467

328

Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima

Liżbona

2003

48,2

44,7

153

132

Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta' l-Ikel

Parma

2003

52,2

40,2

300

250

Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni

Heraklion

2005

8,3

6,8

44

44

Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji (17)

Valenciennes

2006

16,6

14,4

116

95

Ċentru Ewropew għal Prevenzjoni u Kontroll tal-Mard

Stokkolma

2005

28,9

17,1

90

50

Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni (17)

Varsavja

2006

42,2

19,2

49

28

Awtorità Ewropea ta' Sorveljanza GNSS (17)

Brussell (18)

2006

7,0

7

39

30

Aġenzija Kommunitarja għall-kontroll tas-Sajd (17)

Vigo

2007

5

38

 

Aġenziji Eżekuttivi

Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (17)

Brussell

2006

6,9

5,6

35

46

Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (17)

Brussell

2006

36

29,2

83

75

Aġenzija Eżekuttiva għall-Programm dwar is-Saħħa Pubblika (17)

Lussemburgu

2007

4,1

28

Total

1 243,5

1 080,7

3 626,5

3 212

Tabella 11.3 — L-iskejjel ewropej — Data prinċipali

Skola Ewropea

Pajjiż

Baġit (19)  (20)

(miljun euro)

Għotja riċevuta mill-Kummissjoni (20)

(miljun euro)

Popolazzjoni ta' l-Iskola (21)

2007

2006

2007

2006

2007

2006

Uffiċċju

Belġju

9,3

8,8

7,5

7,5

Lussemburgu I

Lussemburgu

35,1

34,1

21,1

21,5

3 376

3 285

Lussemburgu II

Lussemburgu

7,0

6,9

2,9

3,7

897

922

Brussell I (Uccle)

Belġju

30,4

27,8

21,0

19,0

3 045

2 954

Brussell II (Woluwé)

Belġju

29,3

27,6

19,2

18,0

2 893

2 919

Brussell III (Ixelles)

Belġju

26,2

25,8

16,7

17,0

2 621

2 646

Brussell IV

Belġju

2,4

1,8

172

Mol

Belġju

11,2

10,9

6,0

6,1

657

654

Varese

Italja

17,9

16,5

8,8

8,4

1 317

1 317

Karlsruhe

Ġermanja

11,9

11,7

3,5

3,4

1 001

964

Munich

Ġermanja

18,9

18,5

0,4

1,0

1 666

1 599

Frankfurt

Ġermanja

10,3

10,7

3,8

4,7

978

937

Alicante

Spanja

11,3

11,1

4,2

6,0

1 017

990

Bergen

Olanda

9,8

10,0

4,6

5,4

554

563

Culham

Renju Unit

11,1

10,8

5,9

5,4

827

832

Total

242,1

231,1

127,4

127,1

21 021

20 582

N. B.: Varjazzjonijiet fit-total huma riżultat ta' aġġustamenti għall-eqreb numru sħiħ.


(1)  Ara l-paragrafu 11.1.

(2)  Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti ta’ l-Awdituri, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, il-Kumitat tar-Reġjuni, l-Ombudsman Ewropew, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

(3)  Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja u ġestjoni finanzjarja tajba (ĠU C 139, 14.6.2006).

(4)  L-Artikolu 41(2) tar-Regolament Finanzjarju jitlob li fit-taqsima tal-Kummissjoni tal-baġit ġenerali l-approprijazzjonijiet amministrattivi ta’ titolu jkunu miġbura f’kapitolu wieħed. Dan isir fil-kapitolu 01 ta' kull titolu. Dawn l-approprijazzjonijiet amministrattivi mhux kollha għandhom x'jaqsmu man-nefqa amministrattiva inkluża fl-“intestatura 5”, xi wħud minnhom jirrelataw ma' intestaturi oħra tal-Qafas Finanzjarju.

(5)  It-Titolu 24 huwa dwar “il-ġlieda kontra l-frodi”, it-titolu 25 “il-koordinazzjoni tal-politika tal-Kummissjoni u konsulenza legali”, it-titolu 26 “amministrazzjoni tal-Kummissjoni”, it-titolu 27 “baġit” u t-titolu 29 “statistika”.

(6)  Għall-2006 din in-nefqa kienet koperta minn kapitoli oħra tar-Rapport Annwali tal-Qorti għal dik is-sena.

(7)  Is-suġġetti huma: applikazzjoni tal-fattur ta’ multiplikazzjoni fil-kalkolu tal-pagamenti tal-persunal, impjieg ta’ persunal fuq kuntratt u pagamenti fuq approprijazzjonijiet miġjuba ’l quddiem.

(8)  Id-dipartimenti tal-Kummissjoni responsabbli mill-biċċa l-kbira tan-nefqa amministrattiva huma dawn li ġejjin: Id-Direttorat-Ġenerali (DĠ) Persunal u Amministrazzjoni (ADMIN), id-DĠ tat-Traduzzjoni (DĠT), id-DĠ ta’ l-Interpretazzjoni (SCIC), id-DĠ tal-Komunikazzjoni (COMM), id-DĠ tar-Relazzjonijiet Esterni (RELEX), l-Uffiċċju ta’ l-Infrastruttura u Loġistika — il-Lussemburgu (OIL), l-Uffiċċju ta’ l-Infrastruttura u Loġistika — Brussell (OIB), l-Uffiċċju ta’ l-Amministrazzjoni u l-Ħlas ta’ l-Intitolament Individwali (PMO), l-Uffiċċju Ewropew ta’ Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) u l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet (OPOCE).

(9)  “Il-persunal bil-kuntratt għandu jintgħażel mill-aktar bażi ġeografika wiesgħa possibbli minn fost iċ-ċittadini ta' l-Istati Membri u mingħajr distinzjoni dwar razza jew oriġini etnika, twemmin politiku, filosofiku jew reliġjuż, żmien jew diżabbiltà, sess jew xejriet sesswali u mingħajr referenza għall-istat maritali jew is-sitwazzjoni tal-familja tagħhom”.

(10)  PricewaterhouseCoopers, Société à responsabilité limitée, Réviseur d’Entreprises.

(11)  Ir-rapporti annwali tal-Qorti fuq il-kontijiet ta’ l-Aġenziji huma ppreżentati fuq is-sit tagħha (http://www.eca.europa.eu) u se jkunu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali, ħlief għall-Aġenzija għall-provvista ta' l-Euratom.

(12)  Opinjoni b’riżerva dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi.

(13)  Ċaħda ta’ opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet.

(14)  Sors: Introduzzjoni ġenerali għall-baġit ta’ l-2008 ta’ l-Iskejjel Ewropej.

(15)  Approprijazzjonijiet tal-pagament.

(16)  Li qabel kien iċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ dwar ir-Razziżmu u l-Ksenofobija.

(17)  Aġenzija li kisbet l-indipendenza finanzjarja tagħha fl-2006.

(18)  Kwartieri proviżorji.

(19)  Dħul u nefqa totali kif previsti fil-baġit ta' kull Skola Ewropea u ta' l-Uffiċċju inklużi l-modifikazzjonijiet kollha li saru għall-baġits li kienu adottati fil-bidu.

(20)  Sors: L-Iskejjel Ewropej, għeluq il-kontijiet 2007.

(21)  Sors: Rapport annwali ta' l-2006 tas-Segretarju Ġenerali lill-Bord tal-Gvernaturi ta' l-Iskejjel Ewropej.

N. B.: Varjazzjonijiet fit-total huma riżultat ta' aġġustamenti għall-eqreb numru sħiħ.

ANNESS 11.1

Riżultati ta’ l-ittestjar tat-tranżazzjonijiet tan-nefqa amministrattiva u ta’ ċerta nefqa operattiva (1)

Stima tal-kampjun tal-proporzjon tat-tranżazzjonijiet milquta minn żball

7 %

Rata ta’ żball

taħt it-2 %


(1)  Din it-tabella ma tinkludix data dwar l-Aġenziji u l-Iskejjel Ewropej.

ANNESS 11.2

Segwitu għall-osservazzjonijiet minn Rapporti Annwali preċedenti

Osservazzjonijiet tal-Qorti

Azzjoni meħuda

Analiżi tal-Qorti

Risposti

Rimborż ta' l-ispejjeż ta' akkomodazzjoni sostnuti waqt il-missjonijiet

Ir-Rapporti Annwali għas-sena finanzjarja 2004, il-paragrafu 9.6 u 2005, il-paragrafu 10.7:

Ir-Regolamenti tal-Persunal emendati, li daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 2004, jgħidu li l-ispejjeż ta' l-akkomodazzjoni mġarrba waqt il-missjonijiet jiġu rimborżati sa massimu ffissat għal kull pajjiż, meta jiġu preżentati d-dokumenti ta' prova (l-Artikolu 13 ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal). Kuntrarju għal din ir-regola, l-Istituzzjonijiet kollha, ħlief il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti ta' l-Awdituri u l-Ombudsman, ipprovdew fir-regoli interni tagħhom għall-pagament ta' somma b'rata fissa, li tvarja bejn 30 u 60 % ta' l-ammont massimu permess, lill-persunal li ma jipproduċu l-ebda evidenza li ġarrbu spejjeż ta' akkomodazzjoni.

Sadanittant, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni emendaw ir-regoli interni tagħhom sabiex jiżguraw konformità mar-Regolamenti tal-Persunal.

Il-Parlament u l-Kummissjoni għandhom jemendaw ir-regoli interni tagħhom sabiex jiżguraw li spejjeż ta’ akkomodazzjoni mġarrba fuq missjoni jitħallsu lura skont ir-Regolamenti tal-Persunal, li kienu emendati wara proposta tal-Kummissjoni li l-Parlament kien qabel fuqha.

Risposti tal-Parlament Ewropew

Il-Parlament Ewropew huwa f’sitwazzjoni unika meta mqabbel ma' istituzzjonijiet oħrajn fejn numru kbir ħafna tal-uffiċjali tiegħu jridu jivjaġġaw bejn Brussel, il-Lussemburgu u Strażburgu matul il-ħidma tagħhom ta’ kuljum. Dan l-ivvjaġġar bejn it-tliet postijiet ta’ ħidma jammontaw għal 91 % tal-missjonijiet tal-PE u 88 % tal-ispejjeż tal-missjonijiet. Bħala miżura ta’ maniġment finanzjarju sod huwa għaldaqstant aktar prattiku biex tiġi applikata s-sistema b’rata uniformi għall-impjegati li jivvjaġġaw bejn it-tliet postijiet ta’ ħidma. Għall-missjonijiet li jsiru barra mit-tliet postijiet ta’ ħidma, kif previst mir-Regolamenti tal-Impjegati, ir-rimborż jiġi applikat fuq il-bażi ta’ dokumenti ta’ sostenn.

Mindu l-osservazzjoni preċedenti tal-Qorti dwar ir-Regoli tal-missjonijiet tal-Parlament, l-awditur intern tal-istituzzjoni mexxa reviżjoni tar-regime tal-missjonijiet. Il-konklużjonijiet fir-rapport tiegħu se jwasslu għal numru ta’ modifiki li għadhom jiġu proposti mis-Segretarju Ġenerali.

Ir-risposta tal-Kummissjon

Il-gwida tal-missjoni tal-Kummissjoni ġie rivedut biex titqies l-osservazzjoni tal-Qorti. Dan it-test ġie adottat tard minħabba punti oħra ta' nuqqas ta' ftehim mar-Rappreżentanza tal-persunal li sadattant issolva. L-adozzjoni hi prevista għal mhux qabel Settembru 2008.

Konċessjonijiet għall-assistenza lill-Membri tal-Parlament Ewropew (MEPs)

Ir-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2006, il-paragrafi 10.10 sa 10.12:

Peress li l-biċċa l-kbira ta' l-ammonti mħallsa għall-konċessjonijiet għall-assistenza lill-MEPS ma ġewx iġġustifikati minn dokumenti xierqa ta’ sostenn ta’ l-ispejjeż imġarrba f’isem l-MEPs, il-Qorti tikkunsidra li ma hemmx biżżejjed dokumentazzjoni biex turi li l-MEPs impjegaw jew ingaġġaw is-servizzi ta’ assistent wieħed jew aktar u li d-dmirijiet jew servizzi msemmija fil-kuntratti ffirmati mill-MEPs tassew twettqu. Il-Bureau għandu jieħu azzjoni sabiex jikseb id-dokumenti kkunsidrati bħala essenzjali biex jagħtu prova li n-nefqa kienet iġġustifikata. F’każ li dawn id-dokumenti ma jkunux ippreżentati fi żmien raġonevoli, għandhom jinbdew miżuri xierqa, bħas-sospensjoni ta’ pagamenti u/jew il-ħruġ ta’ ordnijiet ta’ rkupru, għas-somom mhux iġġustifikati.

Fit-13 ta’ Diċembru 2006 l-Bureau emenda r-regoli li jiggvernaw il-Konċessjoni għall-Assistenza Parlamentari. Skont ir-regoli emendati, li japplikaw għal konċessjonijiet imħallsa fl-2006 u fl-2007, ma jinħtiġux aktar fatturi u dikjarazzjonijiet ta' ħlas maħruġa minn aġenti tal-pagament u fornituri ta’ servizzi, iżda biss kopji tad-dikjarazzjonijiet tan-nefqa u tad-dikjarazzjonijiet ta’ l-ammonti fatturati.

Il-Bureau ddeċieda fil-laqgħa tiegħu ta’ l-10 ta’ Diċembru 2007 li għall-perijodu minn Lulju 2004 sa tmiem l-2005 d-dikjarazzjonijiet tan-nefqa u tad-dikjarazzjonijiet ta’ l-ammonti fatturati kien ikun biżżejjed ukoll.

Sa tmiem il-verifika tal-Qorti għall-2007, il-biċċa l-kbira tad-dokumenti li jiġġustifikaw in-nefqa għall-2006 u għall-2007 kienu ntbagħtu u ġew regolarizzati mill-amministrazzjoni tal-Parlament. Kien sar ukoll progress fil-ġbir ta’ dokumenti għan-nefqa ta’ l-2004 u ta’ l-2005.

Fl-2008 l-awditur intern tal-Parlament Ewropew iffinalizza verifika tal-konċessjoni għall-assistenza parlamentari u rrapporta dwar nuqqasijiet f’dan il-qasam.

Fir-riżoluzzjoni tat-22 ta’ April 2008 dwar il-kwittanza għall-2006, il-Parlament sejjaħ lill-amministrazzjoni biex dan b’mod korrett u konsistenti japplika r-regoli u jtejjeb il-proċeduri ta’ implimentazzjoni u komunikazzjoni mal-MEPs.

Fl-istess riżoluzzjoni, il-Parlament ukoll innota li l-Bureau kien fada lis-Segretarju Ġenerali sabiex dan jagħmel kuntatt mal-Kummissjoni u mal-Kunsill bi ħsieb ta’ twaqqif ta' sett ġdid ta’ regoli u kien inkariga lil grupp ta’ ħidma jevalwaw l-operat tar-regoli eżistenti u jipproponu l-emendi kif meħtieġ.

Il-Parlament għandu:

 

 

 

jiżgura li l-MEPs kollha involuti jipprovdu dikjarazzjonijiet tan-nefqa u dikjarazzjonijiet ta’ l-ammonti fatturati għal kull sena;

Risposti tal-Parlament Ewropew

L-amministrazzjoni qed tagħmel dak kollu possibbli biex tassigura li d-dokumenti li jirregolarizzaw l-ispejjeż tal-assistenza parlamentari jiġu sottomessi skont ir-Regoli. Ġiet mibgħuta ittra lill-Membri kollha kkonċernati fi Frar u Marzu 2008 biex tinfurmhom dwar il-lista ta’ assistenti u l-ammonti li għandhom jiġu rregolarizzati, kif ukoll dwar il-31 ta’ Mejju 2008 iż-żmien stipulat għas-sottomissjoni tad-dokumenti relatati mas-snin finanzjarji 2004 u 2005.

Għall-eżerċizzju ta’ regolarizzazzjoni għas-sena 2007, l-ewwel nota ta’ tfakkir ġiet mibgħuta lill-Membri kollha kkonċernati f'April. Fl-aħħar ta’ Ġunju, il-Membri kollha li kienu għadhom ma bagħtux id-dokumenti jew li kienu bagħtu dokumenti mhux kompleti għal sena waħda jew aktar irċivew nota ta' tfakkir mill-amministrazzjoni, iffirmata mis-Segretarju Ġenerali. Il-membri li ma ħadux azzjoni fuq din l-aħħar nota ta’ tfakkir se jkollhom il-ħlas tal-assistenti tagħhom sospiż jew se jagħti bidu kontrihom rigward il-preċedura ta’ rkupru pprovdut fl-Artikolu 27(3) tar-Regoli li jirregolaw il-ħlas tal-ispejjeż u l-konċessjonijiet lill-Membri.

L-eżerċizzju ta’ regolarizzazzjoni li għandu x’jaqsam mal-assistenza parlamentari tal-ispejjeż fl-2006 ġiet kompluta. F’kull każ fejn id-dokumentazzjoni kienet assenti jew mhux kompleta (0,2 % tan-nefqa), il-proċedura ta’ rkupru qed issir. L-istess approċċ se jiġi addottat għas-snin li matulhom ir-regolarizzazzjoni se tkun fil-proċess (Lulju sa Diċembru 2004, 2005 u 2007).

Matul il-kontroll ex-post li jsir mid-dipartiment responsabbli għall-ġestjoni tal-pagamenti fl-aħħar tal-2007, instab li f’numru ta’każijiet limitati ħafna l-attestazzjoni tas-sigurtà soċjali meħtieġa kienet nieqsa. Skont l-Artikolu 14(5)(a) tar-Regoli dwar il-ħlas tal-ispejjeż u allowances lill-Membri, il-pagamenti kkonċernati ġew sospiżi f’kull każ fejn dokumentazzjoni sħiħa ma ġietx mibgħutha saż-żmien stipulat li ġie kkomunikat lill-Membri kkonċernati.

Għall-eżerċizzji tar-regolarizzazzjoni għall-2004 u l-2005, l-evidenza dokumentarja mibgħuta mill-Membri fit-12 ta' Settembru 2008 ikopru 99,45 % u 99,3 % rispettivament tal-pagamenti li saru. Għall-eżerċizju tal-2007 il-persentaġġ korrispondenti huwa 99,63 %. Għat-tliet snin b’mod sħiħ, f’dan l-istadju tal-eżaminazzjoni tal-evidenza dokumentarja mid-dipartimenti kkonċernati, id-dokumenti li ġew aċċettati li jipprovdu ġustifikazzjoni adegwata jkopru xi 91 % tal-pagamenti li saru. Xi wħud mid-dokumenti li waslu għadhom qed jiġu proċessati u oħrajn huma suġġetti għal talba għall-informazzjoni addizzjonali. Id-dejta aġġornata se tiġi mibgħuta lill-Qorti qabel il-ġurnata tal-għeluq tal-15 ta’ Ottubru 2008.

 

 

itejjeb aktar il-kontrolli fuq il-konċessjoni għall-assistenza parlamentari, inklużi kontrolli każwali fuq fatturi li l-MEPs għandhom fil-pussess tagħhom.

Il-Bureau kien infurmat bil-prinċipju ta’ aktar kontrolli fil-fond ibbażati fuq l-iċċekjar każwali, ladarba l-ġurnata tal-għeluq indikata fl-aħħar nota ta’ tfakkir skadiet.

 

 

jieħu azzjoni sabiex jiżgura li, meta ma tkunx ġiet sottomessa biżżejjed dokumentazzjoni biex turi li ngħataw is-servizzi mħallsa, għandhom jinbdew miżuri xierqa, bħas-sospensjoni tal-pagamenti u/jew il-ħruġ ta’ l-ordnijiet ta' rkupru, sabiex in-nuqqasijiet ikunu indirizzati.

Fir-rigward tal-2006, mill-bidu tal-2008 is-Segretarju Ġenerali bagħat ittri lill-tuzzana Membri biex jgħarrafhom dwar il-bidu tal-proċedura ta' rkupru ppreżentata fl-Artikolu 27(3) tar-Regoli dwar il-ħlas tal-ispejjeż u l-allowances lill-Membri minħabba n-nuqqas li jikkonformaw rwieħhom mar-regoli dwar l-ispejjeż tal-assistenza parlamentari, u ordna is-sospensjoni tal-pagamenti ta’ madwar 10 każijiet.

 

 

tiżviluppa aktar il-qafas regolatorju applikat għall-konċessjoni ta' assistenza parlamentari, sabiex tindirizza n-nuqqasijiet tiegħu.

Fl-10 ta’ Marzu 2008 il-Bureau, fuq rakkomandazzjoni tal-Konferenza tal-Presidenti, qabbad lis-Segretarju Ġenerali biex jassigura l-konsistenza tal-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tar-Regoli interni tal-Parlament Ewropew dwar ir-rimborż tal-ispejjeż tal-assistenza Parlamentari, inkariga lis-Segretarju Ġenerali biex jagħmel kuntatt mal-Kummissjoni u l-Kunsill bl-iskop li jiġi stabbilit sett ġdid ta’ Regoli u jinkariga grupp ta’ ħidma biex jassessja l-operazzjoni ta’ regoli eżistenti u biex jipproponi emendi skont il-bżonn.

Fid-9 ta’ Lulju, bħala parti mill-proċedura għall-adozzjoni tad-dispożizzjonijiet implimentattivi għall-istatut għall-Membri, il-Bureau adotta Regoli ġodda bbażati fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-grupp ta’ ħidma.

Skema ta' pensjoni addizzjonali għall-Membri tal-Parlament Ewropew

Ir-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2006, it-Tabella 10.2:

Għandhom jiġu stabbiliti regoli xierqa li jiddefinixxu l-obbligi u r-responsabbilitajiet tal-Parlament Ewropew u tal-membri ta' l-iskema f'każ ta' defiċit.

Ma twaqqfet l-ebda regola li tiddefinixxi l-obbligi u r-responsabbiltajiet tal-Parlament Ewropew u tal-membri ta' l-iskema f'każ ta' defiċit.

Għandhom jitwaqqfu regoli xierqa li jiddefinixxu l-obbligi u r-responsabbiltajiet tal-Parlament Ewropew u tal-membri ta' l-iskema f'każ ta' defiċit.

Risposti tal-Parlament Ewropew

Ikkonfrontat b’defiċit attwarjali, sal-aħħar tal-2004, ta’ € 43 765 745, il-kwistjonijiet relatati mal-manigment ta’ skema voluntarja ta’ pensjoni addizzjonali għall-Membri sar dibattitu dwarhom mill-Bureau waqt il-laqgħa tiegħu tat-30 ta’ Novembru 2005. F'dik l-okkazjoni huwa approva l-konkoluzjonijiet tal-grupp ta' ħidma tiegħu dwar il-fondi tal-penzjonijiet, jiġifieri:

lir-Regoli dwar il-ħlas tal-ispejjeż u l-allowances lill-Membri għandhom jiġu emendati sabiex it-total tal-kontribuzzjoni jiżdied minn 39 % għal 45 % b'effett mill-1 ta' Jannar 2006;

li l-grupp ta’ ħidma għandu jintalab jissottometti, fuq il-bażi ta’ studju attwarjali indipendenti, rapport dwar is-sitwazzjoni finanzjarja tal-Fond wara l-approvazzjoni tal-Istatut tal-Membri;

huwa ha r-responsabilità li jieħu l-miżuri neċessarji, bħala parti mill-implimentazzjoni tal-Istatut il-ġdid, biex jiggarantixxi l-ħlas tal-pensjonijiet addizzjonali wara d-dħul fis-seħħ tal-Istatut il-ġdid fl-2009;

innota li, ladarba dawn il-miżuri jiġu adottati, ikun possibbli li tiġi mfassla l-konvenzjoni li tirregola r-relazzjonijiet rispettivi u r-responsabilitajiet tal-Fond u tal-Parlament kif imsemmi fil-Qorti tal-Awdituri.

Bħalma pjan ta’ miżuri adottat mill-Bureau fit-30 ta’ Novembru 2005 jindika, huwa biss “meta dawn il-miżuri jiġu adottati li jkun possibbli li tiġi mfassla il-konvenzjoni li tirregola r-relazzjonijiet rispettivi u r-responsabbiltajiet tal-Fond u tal-Parlament kif imesmmi mill-Qorti tal-Awdituri”. Skont din l-istrateġija, studju attwarjali kkummissjonat mill-Parlament ġie komplut fl-aħħar tal-2007 u ġie mibgħut lill-grupp ta’ ħidma tal-Bureau responsabbli mill-abbozzar għad-dispożizzjonijiet implimentattivi għall-Istatut għall-Membri. L-Artiklu 77 tal-abbozz tad-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni jikkonċerna s-sitwazzjoni tal-fondi tal-pensjoni.

Fil-laqgħa tad-19 ta’ Mejju 2008, il-Bureau ddeċieda li jabbanduna s-sistema li permezz tagħha il-kontribuzzjonijiet tal-Membri kienu qed jiġu mnaqqsa mill-allowance ġenerali tal-ispejjeż. Is-Segretarju Ġenerali bagħat komunikazzjoni biex jinforma lill-membri tal-fondi tal-pensjoni dwar il-bidla fil-proċedura qabel il-waqfa għall-vaganzi tas-sajf.

Fid-9 ta’ Lulju 2008, il-Bureau adotta d-dispożizzjonijiet implimentattivi, dan għamilha possibbli li jipproċedu għall-fażi li jmiss. Fuq il-bażi ta’ dak li ġie deċiz f’dawn id-dispożizzjonijiet dwar il-futur tal-fond tal-pensjonim in-negozjati dwar il-konvenzjoni li tmexxi r-relazzjonijiet u r-responsabbiltajiet bejn il-fond u l-Parlament se jibdew dalwaqt u probabbilment se jkunu lesti sal-aħħar tas-sena d-dieħla.

Pagament mill-Kunsill ta' leave annwali addizzjonali mhux meħud

Ir-Rapporti Annwali għas-snin finanzjarji 2004, il-paragrafu 9.18, u 2005, it-Tabella 10.2:

Fil-Kunsill, leave annwali addizzjonali mogħti qabel il-31 ta' Diċembru 1997 bħala kumpens għas-sahra jitħallas lill-uffiċjal meta dan jirtira jekk l-uffiċjal ma jkunx ħa l-leave addizzjonali. Minħabba li l-persunal tal-kategoriji A u B mhumiex intitolati għall-kumpens għas-sahra, tali pagamenti mhumiex skont l-Artikolu 56 tar-Regolamenti tal-Persunal.

Għalkemm is-Segretarjat Ġenerali ħa azzjoni xierqa sabiex bil-mod jelimina l-massa ta' leave ta' kumpens għall-persunal A u B mogħti qabel il-31 ta' Diċembru 1997, xorta waħda saru pagamenti fl-2007 biex jikkumpensaw għal-leave li ma kienx ittieħed.

Il-pagament ta' leave annwali addizzjonali mhux meħud m'għandux jitkompla.

Risposti mill-Kunsill

Kif indikat fit-tweġibiet għar-rapporti tal-Qorti ta' l-Awdituri tas-snin preċedenti, is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill huwa konxju mill-pożizzjoni tal-Qorti dwar il-ħlas ta' stokkijiet ta' jiem ta' kumpens mhux użati akkumulati qabel il-31 ta' Diċembru 1997 u jikkondividi bis-sħiħ l-osservazzjoni tal-Qorti dwar il-ħtieġa li l-proċess ta' regolarizzazzjoni attwali jintemm malajr kemm jista' jkun. Kif osservat il-Qorti, ġiet stabbilita għal dan l-għan sistema obbligatorja bil-ħsieb li sa l-2009 jkunu eliminati l-istokkijiet li fadal kollha.

F'dan il-kuntest, is-Segretarjat Ġenerali jfakkar fl-opinjoni tiegħu li l-kontinwazzjoni tas-sistema għal-likwidazzjoni progressiva ta' dawn l-istokkijiet sal-fażi finali tagħha fl-2009 hija konsegwenza inevitabbli ta' l-obbligu ta' rispett tad-drittijiet akkwiżiti kif ukoll tal-prinċipji fundamentali tal-liġi Ewropea ta' l-aspettativi leġittimi u t-trattament indaqs.

Barra minn hekk, is-Segretarjat Ġenerali jfakkar li huwa diġà fl-1997 kien ħa miżuri biex jipprevjeni kwalunkwe repetizzjoni ta' tali sitwazzjoni fil-ġejjieni.

Is-Segretarjat Ġenerali għadda wkoll deċiżjoni li ser tipprevjeni kwalunkwe ħlas residwu relatat mal-jiem ta' kumpens ladarba wieħed jirtira. Għandu jkun innutat ukoll li s-Segretarjat Ġenerali għandu l-intenzjoni jlesti l-ħidma mmirata għall-eliminazzjoni, matul l-2009, tal-kumpensi mhux finanzjarji kollha li ma jkunux konformi ma' l-Artikolu 56 tar-Regolamenti tal-Persunal.

Segwitu tal-konċessjonijiet familjari mill-Kummissjoni

Ir-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2005, il-paragrafu 10.12, u l-2006, it-tabella 10.2:

Il-persunal li jirċievu l-konċessjoni tal-familja u li m'għandhomx tfal dipendenti mhumiex regolarment mitluba li jaġġornaw l-informazzjoni. Ma kien hemm l-ebda evidenza li 676 minn 1 605 persunal tal-Kummissjoni kkonċernati bbażati fi Brussell kienu ntalbu jikkonfermaw jew jaġġornaw id-dikjarazzjonijiet oriġinali tagħhom. Verifiki insuffiċjenti twettqu wkoll fuq każijiet fejn konċessjonijiet nazzjonali tat-tfal dipendenti setgħu ġew irċevuti u, jekk iva, kien imisshom tnaqqsu mill-konċessjonijiet mħallsa skont ir-Regolamenti tal-Persunal.

Fl-2006 l-Kummissjoni segwiet 231 mis-676 każ u ppjanat li ssegwi l-bqija ta' dawn il-każijiet fi żmien sentejn.

Is-segwitu tat-tipi differenti ta' konċessjonijiet għadu bbażat prinċipalment fuq l-għotja ta' informazzjoni mill-persunal. Fi Frar 2008, kien għad hemm 703 każijiet fejn il-kontroll l-aktar reċenti kien twettaq qabel l-2005, u dan kien jirrappreżenta aktar minn 37 % tat-total tal-persunal ibbażat fi Brussell li jirċievi l-konċessjoni tal-familja u li m’għandu l-ebda wild dipendenti.

Tinħtieġ aktar azzjoni mill-Kummissjoni biex tivverifika konċessjonijiet tal-familja fuq bażi regolari.

Ir-risposta tal-Kummissjon

Bħalissa qed tingħata prijorità lill-verifika tad-drittijiet tal-konċessjonijiet tal-familja. Minn Mejju 2008, membru wieħed tal-persunal se jkun dedikat għal din il-kariga biex ipatti għad-dewmien li kien hemm fil-proċess ta' verifika. Fl-istess ħin, għall-istess persuni, il-konċessjonijiet familjari riċevuti minn band'oħra se jiġu verifikati wkoll u jekk ikun hemm bżonn, l-ammonti jiġu korretti b'mod retroattiv. Persuni oħra li potenzjalment ikunu qed jirċievu konċessjonijiet familjari minn band'oħra, li ma ġewx ikkontrollati riċentement, se jiġu segwiti.

ANNESS I

Informazzjoni finanzjarja dwar il-baġit ġenerali

WERREJ

INFORMAZZJONI TA’ SFOND DWAR IL-BAĠIT

1.

Oriġini tal-baġit

2.

Bażi legali

3.

Prinċipji baġitarji kif stabbiliti fit-Trattati u fir-Regolament Finanzjarju

4.

Kontenut u struttura tal-baġit

5.

Finanzjament tal-baġit (dħul baġitarju)

6.

Tipi ta’ approprijazzjonjiet mill-baġit

7.

Implimentazzjoni tal-baġit

7.1.

Responsabbiltà għall-implimentazzjoni

7.2.

Implimentazzjoni tad-dħul

7.3.

Implimentazzjoni tan-nefqa

7.4.

Ir-rendikonti konsolidati ta’ l-implimentazzjoni tal-baġit u d-determinazzjoni tal-bilanċ tas-sena finanzjarja

8.

Preżentazzjoni tal-kontijiet

9.

Verifika esterna

10.

Kwittanza u segwitu

NOTI TA’ SPJEGA

Sorsi ta’ data finanzjarja

Unità monetarja

Abbrevjazzjonijiet u simobli użati

DIJAGRAMMI

INFORMAZZJONI TA’ SFOND DWAR IL-BAĠIT

1.   ORIĠINI TAL-BAĠIT

Il-baġit jinkludi l-infiq tal-Komunità Ewropea u tal-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika (Euratom). Huwa jinkludi wkoll in-nefqa amministrattiva tal-koperazzjoni fl-oqsma tal-“ġustizzja u affarijiet interni” u tal-politika komuni ta’ l-affarijiet barranin u s-sigurtà, kif ukoll kwalunkwe nefqa oħra illi l-Kunsill jikkunsidra bħala waħda illi għandha tiġi sostnuta mill-baġit bl-iskop ta’ l-implimentazzjoni ta’ din il-politika.

2.   BAŻI LEGALI

Il-baġit huwa rregolat mid-dispożizzjonijiet finanzjarji tat-Trattati ta’ Ruma (1)  (2) (l-Artikoli 268 sa 280 tat-Trattat KE u l-Artikoli 171 sa 183 tat-Trattat Euratom) u mir-regolamenti finanzjarji (3).

3.   PRINĊIPJI BAĠITARJI KIF STABBILITI FIT-TRATTATI U FIR-REGOLAMENT FINANZJARJU

Id-dħul u l-infiq kollu tal-Komunità għandu jiġi inkluż ġo baġit wieħed (unità u preċiżjoni). Il-baġit huwa awtorizzat għal sena finanzjarja waħda biss (annwalità). Id-dħul u l-infiq tal-baġit għandhom jibbilanċjaw (ekwilibriju). Il-kontijiet huma stabbiliti, implimentati u ppreżentati fil-euro (unità ta’ kont). Id-dħul għandu jiġi użat mingħajr distinzjoni sabiex jiffinanzja n-nefqa kollha u, bħan-nefqa, għandu jiġi rreġistrat sħiħ fil-baġit u sussegwentement fir-rendikonti finanzjarji mingħajr l-aġġustament ta’ punt partikolari kontra ieħor (universalità). L-approprijazzjonijiet huma mmirati għal skopijiet speċifiċi skond it-titolu u l-kapitolu, il-kapitoli huma suddiviżi f’artikoli u punti (speċifikazzjoni). L-approprijazzjonijiet baġitarji għandhom jintużaw skond il-prinċipji ta’ l-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività (ġestjoni finanzjarja tajba). Il-baġit huwa stabbilit u implimentat u l-kontijiet huma ppreżentati fl-osservanza tal-prinċipju tat-trasparenza (trasparenza). Hemm ċerti eċċezzjonijiet minuri għal dawn il-prinċipji ġenerali.

4.   KONTENUT U STRUTTURA TAL-BAĠIT

Il-baġit jikkonsisti f’ Rendikont sommarju tad-dħul u l-infiq u f’taqsimiet diviżi f’ “Rendikonti tad-dħul u l-infiq” għal kull istituzzjoni. It-disa’ taqsimiet huma: (I) il-Parlament; (II) il-Kunsill; (III) il-Kummissjoni; (IV) il-Qorti tal-Ġustizzja; (V) il-Qorti ta’ l-Awdituri; (VI) il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali; (VII) il-Kumitat tar-Reġjuni (VIII) l-Ombudsman Ewropew u (IX) l-Uffiċjal Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

F’kull taqsima, punti ta’ dħul u ta’ nfiq huma klassifikati taħt intestaturi tal-baġit (titoli, kapitoli, artikoli, u fejn applikabbli, punti) skond it-tip tagħhom jew skond l-użu li għalih ikunu ser jiġu applikati.

5.   FINANZJAMENT TAL-BAĠIT (DĦUL BAĠITARJU)

Il-baġit huwa ffinanzjat prinċipalment mir-riżorsi tal-Komunitajiet stess: riżorsi proprji bbażati fuq id-DGN, riżorsi proprji li jiġu mill-VAT, dazji doganali, dazji agrikoli u imposti fuq iz-zokkor u l-isoglukosju (4).

Minbarra r-riżorsi proprji, hemm ukoll punti oħra ta’ dħul marġinali; (ara d- Dijagramma I ).

6.   TIPI TA’ APPROPRIJAZZJONJIET MILL-BAĠIT

Sabiex tiġi koperta n-nefqa stmata, it-tipi ta’ approprijazzjonijiet mill-baġit li ġejjin huma distinti fil-baġit:

a)

approprijazzjonijiet differenzjati (DA) jintużaw sabiex jiġu ffinanzjati attivitajiet multi-annwali f’ċerti oqsma tal-baġit. Huma jinkludu approprijazzjonjiet ta’ impenji (CA) u approprijazzjonijiet ta’ pagamenti (PA):

l-approprijazzjonijiet ta’ impenji jippermettu illi jiġu kuntrattati obbligazzjonijiet legali waqt sena finanzjarja għal attivitajiet illi l-implimentazzjoni tagħhom tkun testendi fuq numru ta’ snin finanzjarji;

l-approprijazzjonijiet ta’ pagamenti jippermettu illi tiġi koperta nefqa illi toħroġ minn impenji li jkunu ġew assunti waqt is-snin finanzjarji kurrenti jew preċedenti;

b)

approprijazzjonijiet mhux differenzjati (NDA) jippermettu illi jiġi assigurat l-impenn u l-pagament tan-nefqa relatata ma’ l-attivitajiet annwali waqt kull sena finanzjarja.

Għalhekk huwa importanti illi jiġu stabbiliti ż-żewġ somom totali li ġejjin għal kull sena finanzjarja:

a)

it-total ta’ approprijazzjonijiet għall-impenji (AFC) (5) = Approprijazzjonijiet mhux differenzjati (NDA) + approprijazzjonjiet ta’ impenji (CA) (5);

b)

it-total ta’ approprijazzjonijiet għall-pagament (AFP) (5) = approprijazzjonijiet mhux differenzjati (NDA) + approprijazzjonijiet ta’ pagamenti (PA) (5).

Id-dħul miġbur fil-baġit huwa intiż sabiex jiġu koperti l-approprijazzjonijiet għall-pagamenti kollha. L-approprijazzjonijiet ta’ impenji m’għandhomx bżonn jiġu koperti mid-dħul.

Il-preżentazzjoni simplifikata li ġejja (bl-ammonti illustrattivi) turi l-impatt ta’ dawn it-tipi ta’ approprijazzjonijiet f’kull sena tal-baġit.

Image

7.   IMPLIMENTAZZJONI TAL-BAĠIT

7.1.   Responsabbiltà għall-implimentazzjoni

Il-Kummissjoni timplimenta l-baġit taħt ir-responsabbiltà tagħha stess skond ir-Regolament Finanzjarju u fil-parametri ta’ l-approprijazzjonijiet allokati; hija wkoll tikkonferixxi lill-istituzzjonijiet l-oħra l-poteri neċessarji għall-implimentazzjoni tat-taqsimiet tal-baġit relatati magħhom (6). Ir-Regolament Finanzjarju jistabbilixxi l-proċeduri ta’ l-implimentazzjoni u, partikolarment, ir-responsabbilitajiet ta’ l-uffiċċjali li jawtorizzaw, l-uffiċjali tal-kontabilità, l-amministraturi ta’ kontijiet imprest u l-awdituri interni ta’ l-istituzzjonijiet. Fl-akbar żewġt oqsma tan-nefqa (il-Garanzija FAEGG u l-Fondi Strutturali), il-ġestjoni tal-fondi Komunitarji hija maqsuma ma’ l-Istati Membri.

7.2.   Implimentazzjoni tad-dħul

Id-dħul stmat jiġi mdaħħal fil-baġit soġġett għal tibdil li joħroġ minn baġits ta’ emenda.

L-implimentazzjoni baġitarja tad-dħul tikkonsisti fl-istabbiliment ta’ intitolazzjonijiet u l-irkupru tad-dħul dovut lill-Komunitajiet (riżorsi proprji u dħul ieħor). Hija rregolata minn ċerti dispożizzjonijiet speċjali (7). Id-dħul reali ta’ sena finanzjarja jikkonsisti fit-total tas-somom miġbura kontra l-intitolazzjonjiet stabbiliti waqt is-sena finanzjarja kurrenti, u s-somom miġbura kontra l-intitolazzjonijiet illi għad iridu jiġu rkuprati minn snin finanzjarji preċedenti.

7.3.   Implimentazzjoni tan-nefqa

In-nefqa stmata hija mdaħħla fil-baġit.

L-implimentazzjoni baġitarja tan-nefqa, jiġifieri l-evoluzzjoni u l-utilizzazzjoni ta’ l-approprijazzjonijiet, tista’ tiġi deskritta fil-qasir b’dan il-mod:

a)

approprijazzjonijiet għall-impenji:

i)

evoluzzjoni ta’ approprijazzjonijiet: l-approprijazzjonijiet totali għall-impenji disponibbli f’sena finanzjarja huma magħmulha kif ġej: baġit inizjali (NDA u CA) + baġits ta’ emenda + dħul assenjat + trasferimenti + approprijazzjonijiet ta’ impenji trasferiti mis-sena finanzjarja preċedenti + trasferimenti mhux awtomatiċi mis-sena finanzjarja preċedenti li għadhom ma ġewx impenjati + approprijazzjonijiet ta’ impenji meħlusa minn snin finanzjarji preċedenti u li saru disponibbli mill-ġdid;

ii)

utilizzazzjoni ta’ approprijazzjonijiet: l-approprijazzjonijiet finali għall-impenji huma disponibbli fis-sena finanzjarja għall-użu taħt forma ta’ impenji assunti (approprijazzjonijiet għall-impenji utilizzati = l-ammont ta’ impenji assunti);

iii)

approprijazzjonijiet miġjuba ’l quddiem minn sena finanzjarja għas-sena finanzjarja li jmiss: approprijazzjonjiet ta’ sena finanzjarja li ma ġewx użati jistgħu jinġiebu ’l quddiem għas-sena finanzjarja li jmiss wara deċiżjoni mill-istituzzjoni kkonċernata. Approprijazzjonijiet disponibbli bħala dħul assenjat huma awtomatikament miġjuba ’l quddiem;

iv)

annullament ta’ approprijazzjonijiet: il-bilanċ huwa annullat;

b)

Approprijazzjonijiet għall-pagament:

i)

evoluzzjoni ta’ l-approprijazzjonijiet: it-total ta’ l-approprijazzjonijiet għall-pagament disponibbli għas-sena finanzjarja huma magħmulin kif ġej: baġit inizjali (NDA u PA) + baġits ta’ emenda + dħul assenjat + trasferimenti + approprijazzjonijiet miġjuba ’l quddiem mis-sena finanzjarja preċedenti fil-forma ta’ ammonti miġjuba ’l quddiem awtomatikament jew ammonti miġjuba ’l quddiem mhux awtomatikament.

ii)

l-użu ta’ approprijazzjonijiet tas-sena finanzjarja: l-approprijazzjonijiet għall-pagament tas-sena finanzjarja huma disponibbli fis-sena finanzjarja għall-użu bħala pagamenti. Huma ma jinkludux approprijazzjonijiet miġjuba ’l quddiem mis-sena finanzjarja preċedenti (approprijazzjonijiet użati għall-pagamenti = ammont tal-pagamenti mwettqa kontra l-approprijazzjonijiet tas-sena finanzjarja);

iii)

approprijazzjonijiet miġjuba ’l quddiem minn sena finanzjarja għas-sena finanzjarja li jmiss: approprijazzjonijiet mhux użati tas-sena finanzjarja jistgħu jinġiebu ’l quddiem għas-sena finanzjarja li jmiss wara deċiżjoni ta’ l-istituzzjoni kkonċernata. Approprijazzjonijiet disponibbli bħala dħul assenjat jinġiebu ’l quddiem awtomatikament;

iv)

annullament ta’ approprijazzjonijiet: il-bilanċ huwa annullat;

v)

pagamenti totali waqt is-sena finanzjarja: pagamenti kontra approprijazzjonijiet għall-pagamenti tas-sena finanzjarja + pagamenti kontra approprijazzjonijiet għall-pagamenti miġjuba ’l quddiem mis-sena finanzjarja preċedenti;

vi)

nefqa reali attribwita għal sena finanzjarja: nefqa fir-rendikonti konsolidati fuq l-implimentazzjoni baġitarja (ara l-paragrafu 7.4) = pagamenti kontra approprijazzjonijiet għall-pagamenti tas-sena finanzjarja + approprijazzjonijiet għall-pagamenti tas-sena finanzjarja miġjuba ’l quddiem għas-sena finanzjarja li jmiss.

7.4.   Ir-rendikonti konsolidati ta’ l-implimentazzjoni tal-baġit u d-determinazzjoni tal-bilanċ tas-sena finanzjarja

Ir-rendikonti konsolidati ta’ l-implimentazzjoni tal-baġit jiġu ppreparati wara l-għeluq ta’ kull sena finanzjarja. Huma jiddeterminaw il-bilanċ tas-sena, li jiddaħħal fil-baġit tas-sena finanzjarja li jmiss permezz ta’ baġit ta’ emenda.

8.   PREŻENTAZZJONI TAL-KONTIJIET

Il-kontijiet għal sena finanzjarja partikolari jiġu mibgħuta lill-Parlament, il-Kunsill u l-Qorti ta’ l-Awdituri; dawn il-kontijiet jinkludu rendikonti finanzjarji u rendikonti fuq l-implimentazzjoni tal-baġit, flimkien ma’ rapport fuq il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja. Il-kontijiet provviżorji jintbagħtu mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara; ir-rendikonti finali jridu jiġu ppreżentati sal-31 ta’ Lulju ta’ dik is-sena.

Il-kontijiet annwali tal-Komunitajiet Ewropej għall-2007 huma t-tielet sett ta’ kontijiet ippreparati skond ir-regoli tal-kontabilità bbażata fuq id-dovuti li ġew introdotti mill-Komunitajiet Ewropej fl-2005. L-2007 rat ukoll l-aġġornament tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej u l-verżjoni l-ġdida daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2007.

Wieħed għandu jinnota, li fil-kontijiet finali konsolidati ta’ l-2007:

l-assi totali żdiedu minn 67 332 miljun euro fl-2006 għal 75 720 miljun euro, bl-obbligi totali jiżdiedu minn 131 550 miljun euro għal 131 646 miljun euro. Id-differenza bejn l-assi u l-obbligi, ser tiġi ffinanzjata, fuq skadenza qasira minn fondi baġitarji li diġà ġew ivvotati, jew inkella, permezz ta’ garanzija mill-Istati Membri fuq skadenza twila permezz ta’ garanzija mill-Istati Membri;

I-riżultat ekonomiku għas-sena żdied minn bilanċ favur ta’ 197 miljun euro fl-2006 għal bilanċ favur ta’ 10 120 miljun euro fl-2007.

9.   VERIFIKA ESTERNA

Sa mill-1977 il-verifika esterna tal-baġit ġiet imwettqa mill-Qorti ta’ l-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej (8). Il-Qorti ta’ l-Awdituri teżamina l-kontijiet tad-dħul u tan-nefqa kollha tal-baġit. Hija għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet u fuq il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Hija tikkunsidra wkoll jekk id-dħul ġiex irċevut u n-nefqa ġietx magħmula b’mod legali u regolari, u jekk il-ġestjoni finanzjarja kinitx waħda tajba. Il-verifiki jistgħu jsiru qabel l-għeluq tas-sena finanzjarja involuta u jiġu magħmula fuq bażi ta’ reġistri u, fejn hemm bżonn, fuq il-post mill-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet, fl-Istati Membri jew f’pajjiżi terzi. Il-Qorti ta’ l-Awdituri tagħmel rapport annwali għal kull sena finanzjarja u tista’ wkoll, fi kwalunkwe żmien, tissottometti l-osservazzjonijiet tagħha fuq kwistjonijiet speċifiċi u tagħti opinjonijiet fuq talba ta’ kwalunkwe istituzzjoni tal-Komunitajiet.

10.   KWITTANZA U SEGWITU

Id-dispożizzjonijiet li ġejjin huma applikabbli sa mill-1977 (9): il-Parlament, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill, qabel it-30 ta’ April tat-tieni sena li ssegwi s-sena finanzjarja kkonċernata, jagħti l-kwittanza lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ l-implimentazzjoni tagħha tal-baġit. Għal dan il-għan, il-Kunsill u l-Parlament wara xulxin jeżaminaw il-kontijiet ippreżentati mill-Kummissjoni u r-rapport annwali u r-rapporti speċjali tal-Qorti ta’ l-Awdituri. L-isitituzzjonijiet għandhom jieħdu l-azzjoni adattata b’risposta għall-kummenti li jidhru fid-deċiżjonijiet ta’ kwittanza u jirrappurtaw fuq il-miżuri li jkunu ttieħdu.

NOTI TA’ SPJEGA

SORSI TA’ DATA FINANZJARJA

Id-data finanzjarja li tinsab f’dan l-Anness ġiet meħuda mill-kontijiet annwali tal-Komunitajiet Ewropej u minn reġistri finanzjarji oħra pprovduti mill-Kummissjoni. Id-distribuzzjoni ġeografika hija skond il-kodiċi tal-pajjiżi fis-sistema ta’ informazzjoni tal-kontabilità tal-Kummissjoni (ABAC). Kif tinnota l-Kummissjoni, il-figuri kollha mogħtija mill-Istati Membri — kemm għad-dħul kif ukoll għall-infiq, — huma r-riżultat ta’ aritmetika illi tagħti stampa inkompleta tal-benefiċċji illi kull Stat jieħu mill-Unjoni. Għalhekk huma għandhom jiġu interpretati bi prudenza.

UNITÀ MONETARJA

Id-data finanzjarja kollha hija ppreżentata f’miljuni ta’ euro. It-totali huma mqarrba sa’ l-eqreb numru sħiħ u għalhekk ma jirrappreżentawx neċessarjament is-somma taċ-ċifri proprja.

ABBREVJAZZJONIJIET U SIMOBLI

AFC

Approprijazzjonijiet għall-impenji

AFP

Approprijazzjonijiet għall-pagament

AT

Awstrija

BE

Belġju

BG

Bulgarija

CA

Approprijazzjonijiet ta’ impenji

CY

Ċipru

CZ

Repubblika Ċeka

DA

Approprijazzjonijiet Differenzjati

DE

Ġermanja

DIA

Dijagramm li ssir referenza għalih f’dijagrammi oħrajn (eż. DIA III)

DK

Danimarka

EAEC jew Euratom

Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika

EC

Komunità Ewropea/Komunitajiet Ewropej

EE

Estonja

KEE

Komunità Ekonomika Ewropea

EFTA

Assoċazzjoni Ewropea ta’ Kummerċ Ħieles

EL

Greċja

ES

Spanja

UE

Unjoni Ewropea

UE-27

Total għas-27 Stat Membru ta’ l-Unjoni Ewropea

FI

Finlandja

FR

Franza

FINREG

Regolament Finanzjarju tal-25 ta’ Ġunju 2002.

GNI

Dħul Gross Nazzjonali

GU

Ġurnal Uffiċċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

HU

Ungerija

IE

Irlanda

IT

Italja

LT

Litwanja

LU

Lussemburgu

LV

Latvja

MT

Malta

NDA

Appropjazzjonjiet mhux differenzjati

NL

Olanda

PA

Approprijazzjonijiet ta’ pagamenti

PL

Polonja

PT

Portugall

RO

Rumanija

S

Taqsima tal-Baġit

SE

Żvezja

Sl

Slovenja

SK

Slovakja

T

Titolu tal-baġit

UK

Renju Unit

VAT

Taxxa fuq il-Valur Miżjud

0,0

Data bejn 0 u 0,05

Nuqqas ta’ data

DIJAGRAMMI

BAĠIT GĦAS-SENA FINANZJARJA 2007 U IMPLIMENTAZZJONI TAL-BAĠIT WAQT IS-SENA FINANZJARJA 2007

DIA I

Baġit 2007 — Dħul stmat u approprijazzjonijiet għall-pagamenti finali

DIA II

Baġit 2007 — Approprijazzjonijiet għall-impenji

DIA III

Approprijazzjonijiet għall-impenji disponibbli fl-2007 u l-użu tagħhom,

DIA IV

Approprijazzjonijiet għall-pagamenti disponibbli fl-2007 u l-użu tagħhom,

DIA V

Rizorsi propji fl-2007 skond l-Istat

DIA VI

Pagamenti mwettqa fl-2007, f’kull Stat Membru

IL-KONTIJIET FINALI KONSOLIDATI GĦAS-SENA FINANZJARJA 2007

IG VII

Karta tal-bilanċ konsolidata

DIA VIII

Kont tar-riżultat ekonomiku konsolidat


(1)  It-Trattat ta’ Ruma (25 ta’ Marzu 1957): It-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea (KEE).

(2)  It-Trattat ta’ Ruma (25 ta’ Marzu 1957): It-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika

(3)  Prinċipalment ir-Regolament Finanzjarju (FINREG) tal-25 ta’ Ġunju 2002 (ĠU L 248, 16.9.2002).

(4)  Atti legali prinċipali dwar ir-riżorsi proprji: id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE tat-7 ta’ Ġunju 2007 (ĠU L 163, 23.6.2007); id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/597/KE, Euratom tad-29 ta’ Settembru 2000 (ĠU L 253, 7.10.2000); ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000 tat-22 ta’ Mejju 2000 (ĠU L 130, 31.5.2000); ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1553/89 tad-29 ta’ Mejju 1989 (ĠU L 155, 7.6.1989); id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006); id-Direttiva tal-Kunsill 89/130/KEE, Euratom tat-13 ta’ Frar 1989 dwar l-armonizzazzjoni tal-kompilazzjoni tal-prodott gross nazzjonali bil-prezzijiet tas-suq (ĠU L 49, 21.2.1989), ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1287/2003 tal-15 ta’ Lulju 2003 dwar l-armonizzazzjoni tad-dħul gross nazzjonali bi prezzijiet tas-suq (ĠU L 181, 19.7.2003).

(5)  Huwa importanti li wieħed jinnota d-differenza bejn “approprijazzjonijiet għall-impenji” u “approprijazzjonijiet ta’ impenji” u bejn “approprijazzjonijiet għall-pagamenti” u “approprijazzjonijiet ta’ pagament”. Dawn iż-żewġ termini “approprijazzjonijiet ta’ impenji” u “approprijazzjonijiet ta’ pagamenti” huma użati esklussivament fil-kuntest ta’ approprijazzjonijiet differenzjati.

(6)  Ara l-Artikolu 274 tat-Trattat tal-KE, l-Artikolu 179 tat-Trattat tal-Euratom u l-Artikolu 50 tal-FINREG.

(7)  Ara l-Artikoli 69 sa 74 tal-FINREG u r-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000.

(8)  Ara l-Artikoli 246, 247 u 248 tat-Trattat KE, l-Artikoli 160a, 160b, u 160c tat-Trattat Euratom u l-Artikoli 139 sa 147 tal-FINREG.

(9)  Ara l-Artikoli 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 180b tat-Trattat Euratom.

 

Image

Dijagramma I

Baġit 2007 — Dħul stmat u approprijazzjonijiet għall-pagamenti finali

[għall-kriterji tad-dħul, ara “Informazzjoni ta' sfond dwar il-baġit”, il-paragrafu 8.2; għall-kriterji tan-nefqa, ara “Informazzjoni ta' sfond dwar il-baġit ġenerali”, il-paragrafu 8.3 u għal informazzjoni iktar dettaljata, ara d-Dijagramma IV, il-kolonna (a)]

(Miljun euro u %)

DĦUL stmat:

NEFQA stmata:

(approprijazzjonijiet għall-pagament finali)

 (1)

PT

IE

FI

DK

AT

PL

SE

EL

BE

NL

ES

UK

IT

FR

DE

Total dħul stmat:

113 845,7  (2)

Total ta' l-approprijazzjonijiet għall-pagament:

113 845,7  (3)

6 175,7  (4)

120 021,4

Riżorsi proprji ta' kull Stat Membru

Approprijazzjonijiet għal kull istituzzjoni

Tipi ta' dħul

Approprijazzjonijiet skond l-intestatura

Diviżjoni tad-dħul

Total tar-riżorsi proprji (ta' kull Stat Membru)

Dazji agrikoli

1 486,8

(1,3 %)

Imposti fuq “zokkor” u “isoglukosju”

–37,7

(0 %)

Drittijiet ta' dwana

15 083,8

(13,2 %)

Riżorsi proprji ġejjin mill-VAT

19 478,6

(17,1 %)

Riżorsi proprji bbażati fuq id-DGN

74 022,0

(65 %)

Dħul ieħor

1 703,7

(1,5 %)

Bilanċ disponibbli mis-sena preċedenti

2 108,6

(1,9 %)


Diviżjoni tan-nefqa

Intestaturi tal-qafas finanzjarju

1.

Tkabbir Sostenibbli

45 461,8

(37,9 %)

2.

Preservazzjoni u Ġestjoni tar-Riżorsi Naturali

57 019,7

(47,5 %)

3.

Ċittadinanza, libertà, sigurtà u ġustizzja

1 356,2

(1,1 %)

4.

L-UE bħala parteċipanta globali

7 779,5

(6,5 %)

5.

Amministrazzjoni

7 959,5

(6,6 %)

6.

Kumpensazzjonijiet

444,6

(0,4 %)

Approprijazzjonijiet disponibbli għal istituzzjonjiet oħra

3 046,6

(2,5 %)

Approprijazzjonijiet disponibbli għall-Kummissjoni li minnhom, approprijazzjonijiet għan-nefqa

116 974,8

(97,5 %)

 

112 061,9

(93,4 %)

Image

Dijagramma II

Baġit 2007 — Approprijazzjonijiet għall-impenji

[wara l-baġits ta' emenda; għal iktar informazzjoni, ara d-Dijagramma III, il-kolonna (b)]

(Miljun euro u %)

Nota:L-approprijazzjonijiet totali għall-impenji mhumiex ibbilanċjati mid-dħul baġitarju ta' l-2007 peress li l-approprijazzjonijiet jinkludu wkoll ammonti li għandhom jiġu ffinanzjati minn dħul baġitarju minn snin sussegwenti.

Approprjazzjonijiet skond l-intestatura

Total ta' l-approprijazzjonijiet għall-impenji:

130 881,1 miljun euro

Diviżjoni tan-nefqa

Intestaturi tal-qafas finanzjarju:

1.

Tkabbir Sostenibbli

56 060,3

(42,8 %)

2.

Preservazzjoni u Ġestjoni tar-Riżorsi Naturali

58 399,1

(44,6 %)

3.

Ċittadinanza, libertà, sigurtà u ġustizzja

1 543,8

(1,2 %)

4.

L-UE bħala parteċipanta globali

7 142,3

(5,5 %)

5.

Amministrazzjoni

7 291,0

(5,6 %)

6.

Kumpensazzjonijiet

444,6

(0,3 %)

Dijagramma III

Approprijazzjonijiet għall-impenji disponibbli fl-2007 u l-użu tagħhom

(miljuni ta' euro u %)

Taqsimiet (S.) u Titoli (T.) li jikkorrispondu għan-nomenklatura baġitarja ta' l-2007 u intestaturi tal-qafas finanzjarju

Qafas Finanzjarju

Approprijazzjonijiet finali

Użu ta' l-approprijazzjonijiet

Ammont (5)

Rata (%)

Impenji irreġistrati

Rata ta' utilizzazzjoni (%)

miġjuba 'l quddiem għall-2008 (6)

Rata (%)

Annullamenti

Rata (%)

(a)

(b)

(b)/(a)

(c)

(c)/(b)

(d)

(d)/(b)

(e) = (b) – (c) – (d)

(e)/(b)

Nomenklatura baġitarja

I

Parlament (S. I)

 

1 453,6

 

1 379,7

94,9

57,2

3,9

16,6

1,1

II

Kunsill (S. II)

 

650,2

 

532,4

81,9

107,8

16,6

10,0

1,5

III

Kummissjoni (S. III) (7)

 

128 183,3

 

120 326,5

93,9

4 531,8

3,5

3 325,0

2,6

III.1

Affarijiet ekonomiċi u monetarji (T.01)

 

330,3

 

309,0

93,6

1,3

0,4

19,9

6,0

III.2

Intrapriża (T.02)

 

575,0

 

537,5

93,5

28,0

4,9

9,6

1,7

III.3

Kompetizzjoni (T.03)

 

74,4

 

72,0

96,7

1,4

1,9

1,0

1,4

III.4

Impjiegi u affarijiet soċjali (T.04)

 

10 908,1

 

10 860,9

99,6

23,0

0,2

24,1

0,2

III.5

Agrikoltura u żvilupp rurali (T.05)

 

57 040,8

 

52 026,7

91,2

3 385,7

5,9

1 628,4

2,9

III.6

Enerġija u trasport (T.06)

 

1 884,6

 

1 835,7

97,4

37,9

2,0

11,0

0,6

III.7

Ambjent (T.07)

 

373,9

 

348,5

93,2

13,4

3,6

11,9

3,2

III.8

Riċerka (T.08)

 

4 049,5

 

3 838,8

94,8

204,4

5,0

6,2

0,2

III.9

Soċjetà ta' l-informazzjoni u media (T.09)

 

1 537,0

 

1 491,0

97,0

42,0

2,7

4,0

0,3

III.10

Riċerka diretta (T.10)

 

662,8

 

401,7

60,6

260,9

39,4

0,2

0,0

III.11

Sajd u affarijiet marittimi (T.11)

 

958,9

 

706,5

73,7

5,3

0,6

247,1

25,8

III.12

Suq intern (T.12)

 

57,3

 

55,3

96,5

0,9

1,5

1,1

2,0

III.13

Politika reġjonali (T.13)

 

35 434,0

 

34 880,2

98,4

135,1

0,4

418,8

1,2

III.14

Tassazzjoni u unjoni doganali (T.14)

 

113,8

 

100,9

88,7

1,8

1,6

11,1

9,7

III.15

Edukazzjoni u kultura (T.15)

 

1 440,2

 

1 326,7

92,1

110,8

7,7

2,7

0,2

III.16

Komunikazzjoni (T.16)

 

204,1

 

196,9

96,5

1,2

0,6

5,9

2,9

III.17

Saħħa u protezzjoni tal-konsumatur (T.17)

 

571,9

 

502,2

87,8

9,4

1,7

60,2

10,5

III.18

Qasam ta' libertà, sigurtà u ġustizzja (T.18)

 

693,2

 

626,0

90,3

10,6

1,5

56,7

8,2

III.19

Relazzjonijiet esterni (T.19)

 

3 882,8

 

3 782,5

97,4

36,9

1,0

63,4

1,6

III.20

Kummerċ (T.20)

 

73,8

 

71,6

97,0

0,9

1,3

1,3

1,7

III.21

Żvilupp u relazzjonijiet mal-pajjiżi ACP (T.21)

 

1 409,9

 

1 304,9

92,5

97,3

6,9

7,8

0,6

III.22

Tkabbir (T.22)

 

1 133,1

 

1 052,6

92,9

77,7

6,9

2,7

0,2

III.23

Għajnuna umanitarja (T.23)

 

759,3

 

758,0

99,8

0,8

0,1

0,5

0,1

III.24

Ġlieda kontra l-frodi (T.24)

 

72,6

 

68,8

94,7

0,0

0,0

3,8

5,3

III.25

Politika ta' koordinazzjoni u parir legali tal-Kummissjoni (T.25)

 

177,6

 

169,4

95,4

3,5

2,0

4,7

2,7

III.26

Amministrazzjoni tal-Kummissjoni (T.26)

 

1 048,1

 

995,4

95,0

29,1

2,8

23,6

2,3

III.27

Baġit(T.27)

 

508,8

 

499,1

98,1

1,8

0,3

7,9

1,5

III.28

Verifika (T.28)

 

9,9

 

9,1

91,8

0,2

1,7

0,6

6,4

III.29

Statistika (T.29)

 

130,0

 

114,1

87,7

2,0

1,6

13,9

10,7

III.30

Pensjonijiet (T.30)

 

997,5

 

994,5

99,7

0,0

0,0

3,0

0,3

III.31

Servizzi tal-Lingwa (T.31)

 

403,4

 

389,8

96,6

8,5

2,1

5,1

1,3

III.40

Riżervi (T.40)

 

666,7

 

666,7

100,0

IV

Qorti tal-Ġustizzja (S. IV)

 

274,7

 

266,0

96,8

1,6

0,6

7,1

2,6

V

Qorti ta' l-Awdituri (S. V)

 

121,5

 

109,6

90,2

0,3

0,2

11,6

9,6

VI

Kumitat Ekonomiku u Soċjali (S. VI)

 

116,3

 

106,6

91,6

0,6

0,5

9,1

7,8

VII

Kumitat tar-Reġjuni (S. VII)

 

68,2

 

65,7

96,2

0,1

0,1

2,5

3,7

VIII

Ombudsman Ewropew (S. VIII)

 

8,2

 

7,4

90,5

0,8

9,5

IX

L-Uffiċjal Ewropew tal-protezzjoni tad-data (S. IX)

 

5,0

 

4,3

86,1

0,7

13,9

Total ġenerali ta' l-approprijazzjonijiet għall-impenji

124 455,0

130 881,1

105,2

122 798,4

93,8

4 699,4

3,6

3 383,3

2,6

Qafas Finanzjarju  (8)

1

Tkabbir Sostenibbli

53 978,0

56 060,3

 

54 255,6

96,8

782,9

1,4

1 021,9

1,8

2

Preservazzjoni u Ġestjoni tar-Riżorsi Naturali

55 142,0

58 399,1

 

53 121,7

91,0

3 353,5

5,7

1 923,9

3,3

3

Ċittadinanza, libertà, sigurtà u ġustizzja

1 273,0

1 543,8

 

1 421,9

92,1

46,0

3,0

76,0

4,9

4

L-UE bħala parteċipanta globali

6 578,0

7 142,3

 

6 636,8

92,9

273,7

3,8

231,8

3,2

5

Amministrazzjoni

7 039,0 (9)

7 291,0

 

6 917,8

94,9

243,3

3,3

129,9

1,8

6

Kumpensazzjoni

445,0

444,6

 

444,6

100,0

Total ġenerali ta' l-approprijazzjonijiet għall-impenji

124 455,0

130 881,1

105,2

122 798,4

93,8

4 699,4

3,6

3 383,3

2,6

Total ġenerali ta' l-approprijazzjonijiet għall-pagamenti

122 190,0

120 021,4

98,2

113 953,3

94,9

4 603,3

3,8

1 464,8

1,2

Dijagramma IV

Approprijazzjonjiet għall-pagamenti disponibbli fl-2007 u l-użu tagħhom

(miljuni ta' euro u %)

Taqsimiet (S) u titoli (T) li jikkorrispondu man-nomeklatura baġitarja ta' l-2007 u intestaturi tal-qafas finanzjarju

 (10)

Użu ta' l-approprijazzjonijiet

Pagamenti magħmula fl-2007

Rata ta' użu (%)

Trasferimenti għall-2008

Rata (%)

Annullamenti

Rata (%)

(a)

(b)

(b)/(a)

(c)

(c)/(a)

(d) = (a) – (b) – (c)

(d)/(a)

Nomenklatura tal-baġit

I

Parlament (S. I)

1 668,2

1 329,1

79,7

308,5

18,5

30,6

1,8

II

Kunsill (S. II)

741,4

557,6

75,2

163,0

22,0

20,8

2,8

III

Kummissjoni (S. III) (11)

116 974,8

111 506,5

95,3

4 092,6

3,5

1 375,7

1,2

III.1

Affarijiet ekonomiċi u finanzjarji (T.01)

328,7

262,1

79,7

6,9

2,1

59,6

18,1

III.2

Intrapriża(T.02)

549,7

369,8

67,3

62,5

11,4

117,3

21,3

III.3

Kompetizzjoni (T.03)

81,6

70,7

86,7

8,8

10,7

2,1

2,6

III.4

Impjiegi u affarijiet soċjali (T.04)

11 664,4

11 547,4

99,0

27,9

0,2

89,0

0,8

III.5

Agrikoltura u żvilupp rurali (T.05)

55 802,4

53 685,2

96,2

1 965,0

3,5

152,1

0,3

III.6

Enerġija u trasport (T.06)

1 142,3

918,8

80,4

162,8

14,3

60,7

5,3

III.7

Ambjent (T.07)

283,9

231,8

81,6

23,0

8,1

29,1

10,3

III.8

Riċerka (T.08)

3 311,8

2 678,5

80,9

609,4

18,4

24,0

0,7

III.9

Soċjetà ta' l-informazzjoni u media (T.09)

1 436,4

1 226,7

85,4

180,8

12,6

29,0

2,0

III.10

Riċerka diretta (T.10)

656,0

405,9

61,9

238,7

36,4

11,4

1,7

III.11

Sajd u affarijiet marittimi (T.11)

1 248,1

1 039,0

83,2

13,1

1,0

196,0

15,7

III.12

Suq intern (T.12)

63,9

54,4

85,2

6,5

10,2

2,9

4,6

III.13

Politika reġjonali (T.13)

26 693,1

26 583,0

99,6

14,2

0,1

95,8

0,4

III.14

Tassazzjoni u unjoni doganali (T.14)

122,9

84,7

68,9

7,9

6,4

30,3

24,6

III.15

Edukazzjoni u kultura (T.15)

1 449,8

1 260,5

86,9

162,0

11,2

27,3

1,9

III.16

Komunikazzjoni (T.16)

223,1

182,8

81,9

20,8

9,3

19,5

8,7

III.17

Saħħa u protezzjoni tal-konsumatur (T.17)

582,5

447,8

76,9

42,6

7,3

92,1

15,8

III.18

Qasam ta' libertà, sigurtà u ġustizzja (T.18)

428,4

258,8

60,4

97,5

22,8

72,1

16,8

III.19

Relazzjonijiet esterni (T.19)

3 429,3

3 264,6

95,2

67,7

2,0

97,0

2,8

III.20

Kummerċ (T.20)

75,8

65,1

85,9

6,4

8,5

4,3

5,7

III.21

Kummerċ u relazzjonjiet ma' l-Istati ACP (T.21)

1 343,7

1 192,8

88,8

105,8

7,9

45,1

3,4

III.22

Tkabbir (T.22)

1 793,2

1 748,5

97,5

19,6

1,1

25,1

1,4

III.23

Għajnuna umanitarja (T.23)

764,3

755,6

98,9

6,9

0,9

1,7

0,2

III.24

Ġlieda kontra l-frodi (T.24)

75,0

59,7

79,6

5,8

7,8

9,4

12,6

III.25

Politika ta' Koordinazzjoni u parir legali tal-Kummissjoni (T.25)

194,4

170,2

87,5

18,5

9,5

5,7

2,9

III.26

Amministrazzjoni tal-Kummissjoni(T.26)

1 154,7

965,4

83,6

150,9

13,1

38,5

3,3

III.27

Baġit (T.27)

517,7

497,9

96,2

10,8

2,1

9,1

1,8

III.28

Verifika (T.28)

10,8

8,9

83,0

1,0

9,4

0,8

7,5

III.29

Statistika (T.29)

133,6

102,0

76,4

12,6

9,4

18,9

14,2

III.30

Pensjonijiet (T.30)

997,5

994,5

99,7

0,0

0,0

3,0

0,3

III.31

Servizzi tal-Lingwa (T.31)

415,9

373,4

89,8

36,0

8,7

6,5

1,6

III.40

Riżervi (T.40)

IV

Qorti tal-Ġustizzja (S. IV)

288,0

264,7

91,9

14,5

5,0

8,7

3,0

V

Qorti ta' l-Awdituri (S. V)

128,8

107,0

83,1

9,1

7,1

12,6

9,8

VI

Kumitat Ekonomiku u Soċjali (S. VI)

127,6

109,3

85,7

7,9

6,2

10,4

8,2

VII

Kumitat tar-reġjuni (S. VII)

77,7

67,5

86,9

6,2

8,0

4,0

5,1

VIII

Ombudsman Ewropew (S. VIII)

8,6

7,3

84,0

0,6

6,4

0,8

9,6

IX

L-Uffiċjal Ewropew tal-protezzjoni tad-data (S. IX)

6,4

4,2

66,7

1,0

16,0

1,1

17,3

Total ġenerali ta' l-approprijazzjonijiet għall-pagamenti

120 021,4

113 953,3

94,9

4 603,3

3,8

1 464,8

1,2

Qafas Finanzjarju

1

Tkabbir Sostenibbli

45 461,8

43 713,0

96,2

1 359,1

3,0

389,7

0,9

2

Preservazzjoni u Ġestjoni tar-Riżorsi Naturali

57 019,7

54 648,4

95,8

1 957,7

3,4

413,6

0,7

3

Ċittadinanza, libertà, sigurtà u ġustizzja

1 356,2

1 049,8

77,4

162,6

12,0

143,8

10,6

4

L-UE bħala parteċipanta globali

7 779,5

7 291,8

93,7

184,0

2,4

303,8

3,9

5

Amministrazzjoni

7 959,5

6 805,6

85,5

940,0

11,8

214,0

2,7

6

Kumpensazzjoni

444,6

444,6

100,0

Total ġenerali ta' l-approprijazzjonijiet għall-pagamenti

120 021,4

113 953,3

94,9

4 603,3

3,8

1 464,8

1,2

Dijagramma V

Riżorsi proprji fl-2007, skond l-Istat Membru

Ir-riżultat tad-dħul

(Miljun euro u %)

 

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

 

 

BE

BG

CZ

DK

DE

EE

EL

ES

FI

FR

IE

IT

CY

LV

LT

LU

HU

MT

NL

AT

PL

PT

RO

SI

SK

SE

UK  (12)

EU 27

— Riżorsi proprji tradizzjonali

1 685,1

60,8

178,8

329,8

3 126,8

42,8

229,6

1 290,1

148,9

1 332,5

218,0

1 687,2

46,4

30,9

45,4

19,2

110,9

11,8

1 873,5

201,1

338,4

137,1

159,2

82,5

90,5

438,4

2 657,0

16 573,0

— Riżorsi mill-VAT

468,5

46,3

199,9

332,8

3 635,2

26,8

697,9

1 722,8

260,7

3 113,8

276,4

2 030,1

25,0

35,2

47,1

53,2

137,8

9,1

936,3

409,0

508,7

269,4

162,1

55,9

84,6

486,6

3 409,6

19 440,8

— Riżorsi mid-DGN

1 985,8

163,0

703,8

1 393,5

14 653,8

95,8

1 946,6

6 073,4

1 087,7

11 215,7

972,2

9 143,7

88,2

118,0

158,3

202,2

546,7

32,5

3 400,6

1 564,9

1 745,6

940,1

681,7

198,3

302,5

1 948,9

12 551,2

73 914,8

— Korrezzjoni għar-Renju Unit

232,5

20,8

84,4

162,9

294,2

11,2

145,8

751,7

132,0

1 326,9

119,6

1 163,2

10,7

14,9

20,1

21,2

74,9

3,6

92,4

43,0

215,8

113,9

86,4

22,6

41,6

41,3

— 5 188,9

58,9

TOTAL

4 371,9

290,8

1 167,0

2 219,0

21 710,0

176,7

3 019,9

9 838,2

1 629,4

16 988,9

1 586,4

14 024,2

170,3

199,0

271,0

295,8

870,2

57,0

6 302,8

2 218,1

2 808,6

1 460,4

1 089,4

359,4

519,2

2 915,2

13 429,0

109 987,5

 

4,0 %

0,3 %

1,1 %

2,0 %

19,7 %

0,2 %

2,7 %

8,9 %

1,5 %

15,4 %

1,4 %

12,8 %

0,2 %

0,2 %

0,2 %

0,3 %

0,8 %

0,1 %

5,7 %

2,0 %

2,6 %

1,3 %

1,0 %

0,3 %

0,5 %

2,7 %

12,2 %

100,0 %

Dijagramma VI

Pagamenti mwettqa fl-2007, f'kull Stat Membru (13)

Nota: Pagamenti mwettqa fl-2007 = pagamenti kontra approprijazzjonijiet operattivi ta' l-2007 flimkien ma' pagamenti kontra ammonti miġjuba 'l quddiem mill-2006.

Intestaturi tal-qafas finanzjarju

(Miljun euro u %)

 

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

 

 

BE

BG

CZ

DK

DE

EE

EL

ES

FI

FR

IE

IT

CY

LV

LT

LU

HU

MT

NL

AT

PL

PT

RO

SI

SK

SE

UK

Pajjiżi terzi u varji  (14)

Total

— Tkabbir Sostenibbli

998,8

161,7

952,5

214,5

5 034,1

226,8

4 704,8

5 683,7

400,3

3 089,6

344,5

5 055,5

41,9

449,8

507,6

163,9

1 351,6

54,0

578,3

401,1

4 323,1

2 552,8

450,9

185,9

667,3

459,4

2 949,7

1 707,7

43 713,0

Kompetittività

653,0

16,8

34,2

85,3

722,3

10,1

112,2

254,1

78,3

640,3

80,8

603,1

7,5

12,5

42,0

150,8

47,4

4,9

326,9

136,4

106,0

96,8

29,5

23,9

32,1

155,9

592,7

1 683,4

6 739,0

Koeżjoni

346,9

144,9

918,3

129,3

4 311,8

216,8

4 592,6

5 429,6

322,0

2 449,3

263,7

4 452,5

34,4

437,2

465,5

13,1

1 304,2

49,1

251,4

264,7

4 217,1

2 456,1

421,4

162,0

635,2

303,5

2 357,0

24,3

36 974,0

— Pres. tar-Riżorsi Nazzjonali

925,6

6,6

717,1

1 173,3

6 905,9

121,6

3 644,5

7 042,6

977,9

10 378,7

1 841,3

6 152,2

61,0

186,4

483,0

55,6

956,4

8,7

1 229,4

1 130,4

3 114,3

1 341,3

24,2

180,3

380,5

1 117,2

4 328,9

163,6

54 648,4

— Ċitt., libertà, sigurtà u ġustizzja

91,0

3,3

18,1

8,7

234,4

9,3

19,3

27,3

11,0

99,6

7,2

88,4

9,0

10,0

15,8

10,6

37,4

11,4

39,6

26,9

89,2

21,3

4,4

9,2

13,9

45,1

42,9

45,7

1 049,8

— L-UE bħala parteċipanta globali

124,8

279,2

15,5

4,4

47,5

8,3

4,6

21,7

1,6

18,2

0,8

34,0

7,9

20,8

25,7

1,3

62,5

1,7

8,5

10,9

228,0

1,9

805,7

7,7

9,9

6,9

25,8

5 506,1

7 291,8

— Kumpensazzjonijiet

129,3

315,4

444,6

TOTAL

2 141,2

580,0

1 703,2

1 400,9

12 221,9

366,1

8 373,1

12 775,3

1 390,8

13 586,0

2 193,9

11 330,1

119,8

667,0

1 032,1

231,4

2 407,9

75,8

1 855,8

1 569,3

7 754,6

3 917,3

1 600,6

383,1

1 071,6

1 628,6

7 347,2

7 423,1

107 147,7

 

2,0 %

0,5 %

1,6 %

1,3 %

11,4 %

0,3 %

7,8 %

11,9 %

1,3 %

12,7 %

2,0 %

10,6 %

0,1 %

0,6 %

1,0 %

0,3 %

2,2 %

0,1 %

1,7 %

1,5 %

7,2 %

3,7 %

1,5 %

0,4 %

1,0 %

1,5 %

6,9 %

6,9 %

100,0 %

Dijagramma VII

Karta tal-Bilanċ Konsolidata

(miljun euro)

 

31.12.2007

31.12.2006

Assi mhux kurrenti:

Assi fissi mhux tanġibbli

44,0

37,0

Propjetà, impjanti u apparat

4 523,0

4 586,0

Investimenti ta' skandenza twila

1 973,0

2 157,0

Self

1 806,0

2 023,0

Prefinanzjament ta' skadenza twila

14 015,0

22 425,0

Riċevibbli ta' skadenza twila

127,0

328,0

 

22 488,0

31 556,0

Assi kurrenti:

Stokks

88,0

115,0

Investimenti ta' skadenza qasira

1 420,0

1 426,0

Prefinanzjament ta' skadenza qasira

20 583,0

8 055,0

Riċevibbli ta' skadenza qasira

12 051,0

9 796,0

Flus likwidi u ekwivalenti

18 756,0

16 384,0

 

52 898,0

35 776,0

Assi totali

75 386,0

67 332,0

Obbligi mhux kurrenti

Pensjonijiet tal-persunal

–33 480,0

–32 200,0

Proviżjonijiet ta' skadenza twila

–1 079,0

– 989,0

Obbligi finanzjarji ta' skadenza twila

–1 574,0

–1 862,0

Obbligi oħrajn fit-tul

–1 989,0

–2 020,0

 

–38 122,0

–37 071,0

Obbligi kurrenti:

Proviżjonijiet ta' skadenza qasira

– 369,0

– 379,0

Obbligi finanzjarji ta' skadenza qasira

– 135,0

–20,0

Kontijiet pagabbli

–95 380,0

–94 080,0

 

–95 884,0

–94 479,0

Obbligi totali

– 134 006,0

– 131 550,0

Assi netti

–58 620,0

–64 218,0

Riżervi

2 806,0

2 855,0

Ammonti li għandhom jinġabru mill-Istati Membri:

 

 

Pensjonijiet tal-persunal (ta' skadenza twila)

–33 480,0

–32 200,0

Ammonti oħrajn

–27 946,0

–34 873,0

Assi netti

–58 620,0

–64 218,0

Dijagramma VIII

Kont tar-Riżultat Ekonomiku Konsolidat

(miljun euro)

 

31.12.2007

31.12.2006

Dħul operattiv

Dħul minn riżorsi proprji u kontribuzzjonijiet

112 084

105 118

Dħul operattiv ieħor

9 080

8 368

 

121 164

113 486

Spejjeż operattivi

Spejjeż amministrattivi

–7 120

–6 619

Spejjeż operattivi

– 104 682

– 106 803

 

– 111 802

– 113 422

Bilanċ favur minn attivitajiet operattivi

9 362

64

Dħul finanzjarju

674

621

Spejjeż finanzjarji

– 354

– 331

Moviment fl-obbligi tal-pensjonijiet ta' l-impjegati

–2 207

108

Sehem tal-bilanċ favur (kontra) nett ta' intrapriżi assoċjati u konġunti

–13

– 265

Riżultat ekonomiku għas-sena

7 462

197


(1)  Kontribuzzjoni tad-dħul mill-CZ, RO, HU, SK, SI, LU, BG, LT, LV, EE, CY, MT kien gruppat flimkien.

(2)  Wara l-baġits ta' emenda.

(3)  Wara l-baġits ta' emenda u trasferimenti bejn l-intestaturi tal-baġit.

(4)  Dħul assenjat, approprijazzjonijiet magħmula disponibbli mill-ġdid u trasferiti.

(5)  Approprijazzjonijiet tal-baġit finali wara li jittieħdu in konsiderazzjoni trasferimenti bejn l-intestaturi tal-baġit, approprijazzjonijiet li jikkorrispondu għad-dħul assenjat jew simili u approprijazzjonijiet miġjuba 'l quddiem mis-sena finanzjarja preċedenti. Konsegwenza ta' dan il-livell massimu għal xi intestaturi tal-qafas finanzjarju huwa maqbuż mill-approprijazzjonijiet disponibbli.

(6)  Inklużi approprijazzjonijiet li jikkorrispondu mad-dħul assenjat jew simili.

(7)  Għat-taqsima III (Kummissjoni) it-titoli (T) jikkorrispondu ma' l-attivitajiet/l-oqsma tal-politika kif definiti mill-istituzzjoni għall-implimentazzjoni ta' l-attività bbażata fuq il-baġit (ABB).

(8)  Il-livelli massimi ta' l-intestaturi tal-qafas finanzjarju jikkomprendu l-aġġustament previst fil-punt 48 tal-Ftehim Interistituzzjonali ta' l-2006.

(9)  Il-Ftehim Interistituzzjonali ta' l-2006 fl-anness tiegħu jgħid li l-livell massimu għal din l-intestura huwa ppreżentat nett mill-kontribuzzjonijiet tal-persunal lill-iskema tal-pensjonijiet, sa massimu ta' 500 miljun euro bil-prezzijiet ta' l-2004 għall-perijodu 2007-2013. Fl-2007 dan it-tnaqqis jammonta għal 75,8 miljun euro.

(10)  Approprijazzjonjiet finali tal-baġit wara li ttieħdu in konsiderazzjoni trasferimenti bejn l-intestaturi tal-baġit, approprijazzjonjiet li jikkorrispondu ma' dħul assenjat jew simili u approprjazzjonijiet miġjuba ’l quddiem mis-sena finanzjarja ta' qabel.

(11)  Għat-Taqsima III (Kummissjoni) it-titoli (T) jikkorrispondu ma' l-attivitajiet/oqsma ta' politika kif definiti mill-istituzzjoni għall-implimentazzjoni ta' attività bbażata fuq il-baġit (ABB).

(12)  Għar-Renju Unit korrezzjoni (5 188,9 miljun euro) hija applikata għall-ammont gross ta' riżorsi proprji (18 617,8 miljun euro). Il-finanzjament ta' dan l-aġġustament jinġarr mill-Istati Membri l-oħra.

Din il-korrezzjoni hija assenjata unikament għall-elementi tal-VAT u d-DGN tar-riżorsi proprji gross skond l-ammonti rispettivi tagħhom.

(13)  L-analiżi ġeografika mhix skond il-pagamenti magħmula lill-Istati Membri imma skond in-nefqa skond id-data fis-sistema ta' kontabilità kompjuterizzata ABAC tal-Kummissjoni.

(14)  L-ammonti taħt “Pajjiżi Terzi u varji” prinċipalment jinkludu nefqa relatata mal-proġetti implimentati barra l-Unjoni u parteċipazzjoni minn pajjiżi terzi. Nefqa li ma setgħetx issir distribuzzjoni ġeografika dwarha hija inkluża wkoll.

ANNESS II

Lista tar-Rapporti Speċjali adottati mill-Qorti ta’ l-Awdituri sa mill-aħħar Rapport Annwali:

Ir-Rapport Speċjali Nru 6/2007 dwar l-effettività ta’ l-għajnuna teknika fil-kuntest ta’ l-iżvilupp tal-ħila

Ir-Rapport Speċjali Nru 7/2007 dwar is-sistemi ta’ kontroll, spezzjoni u sanzjoni relatati mar-regoli dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd fil-Komunità

Ir-Rapport Speċjali Nru 8/2007 dwar il-koperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud

Ir-Rapport Speċjali Nru 9/2007 “L-evalwazzjoni tal-programmi qafas ta' l-UE dwar ir-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku — L-approċċ tal-Kummissjoni jista' jittejjeb?”

Ir-Rapport Speċjali Nru 1/2008 dwar il-proċeduri għall-eżami preliminari u l-evalwazzjoni tal-proġetti ta' investiment prinċipali għall-perijodi ta' programmar 1994-1999 u 2000-2006

Ir-Rapport Speċjali Nru 2/2008 dwar Informazzjoni li Torbot Dwar it-Tariffa (BTI)

Ir-Rapport Speċjali Nru 3/2008 — Il-Fond ta’ Solidarjetà ta’ l-Unjoni Ewropea: huwa rapidu, effiċjenti u flessibbli biżżejjed?

Ir-Rapport Speċjali Nru 4/2008 dwar l-implimentazzjoni tal-kwoti tal-ħalib fl-Istati Membri li ssieħbu fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Mejju 2004

Ir-Rapport Speċjali Nru 5/2008 — L-aġenziji ta’ l-Unjoni Ewropea: L-ilħuq tar-riżultati

Ir-Rapport Speċjali Nru 6/2008 dwar l-Għajnuna ta' Rijabilitazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea wara t-Tsunami u l-Uragan Mitch

Ir-Rapport Speċjali Nru 7/2008 — L-Enerġija Intelliġenti 2003-2006

Dawn ir-rapporti huma aċċessibbli billi jiġu kkonsultati jew imniżżla minn fuq is-sit ta' l-Internet tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri: www.eca.europa.eu

Verżjoni stampata jew verżjoni fuq CD-ROM tista’ tinkiseb fuq talba lill-Qorti ta' l-Awdituri:

Il-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri

Unità tal-Komunikazzjoni u Rapporti

12 rue Alcide De Gasperi

L-1615 Luxembourg

Tel: + (352) 4398-1

e-mail: euraud@eca.europa.eu

jew billi timtela formola elettronika ta' l-ordnijiet fuq EU-Bookshop


Na vrh