Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008XC1106(02)

    Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

    ĠU C 282, 6.11.2008, p. 22–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.11.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 282/22


    Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

    (2008/C 282/06)

    Numru XA: XA 213/08

    L-Istat Membru: L-Olanda

    Reġjun: —

    Titlu tal-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi għajnuna individwali: Subsidieregeling Wet op het Waddenfonds

    Bażi ġuridika: Artikel 9, Wet op het Waddenfonds en Subsidieregeling Wet op het Waddenfonds

    In-nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew l-ammont kumplessiv tal-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: L-għajnuna notifikata skont l-eżenzjoni tar-Regolament hija magħmula minn ammont (massimu) ta' EUR 5 250 000 għal kull sena

    L-intensità massima tal-għajnuna:

    1.

    investiment fl-azjendi agrikoli: 40 % tal-ispejjeż eliġibbli, sa massimu ta' EUR 400 000;

    2.

    konservazzjoni tal-pajsaġġi u bini tradizzjonali: sa 90 % tal-ispejjeż eliġibbli ta' investiment jew nefqa tal-kapital għall-konservazzjoni ta' karatteristiċi ta' wirt mhux produttiv misjub fl-azjendi agrikoli; sa 40 % tal-ispejjeż eliġibbli ta' investiment jew nefqa tal-kapital għall-konservazzjoni ta' karatteristiċi ta' wirt li fl-istess waqt jagħmlu parti mill-assetti ta' produzzjoni tal-azjendi agrikoli;

    3.

    trasferiment tal-bini tal-farms fl-interess pubbliku: sa 90 % tal-ispejjeż eliġibbli jekk it-trasferiment fl-interess pubbliku jikkonsisti fiż-żarmar, it-tneħħija u l-kostruzzjoni mill-ġdid tal-bini eżistenti; 40 % jekk it-trasferiment fl-interess pubbliku jirriżulta fil-bidwi jibbenefika minn aktar faċilitajiet moderni jew f'żieda fil-kapaċità produttiva;

    4.

    biex tiġi promossa l-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità: 40 % tal-ispejjeż eliġibbli, sakemm huma relatati mal-iżvilupp tal-prodotti agrikoli ta' kwalità;

    5.

    appoġġ tekniku fil-qasam agrikolu: 40 % tal-ispejjeż eliġibbli

    Id-data tal-implimentazzjoni: It-8 ta' Settembru 2008

    Tul ta' żmien tal-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali: Sal-1 ta' Ġunju 2014

    L-għan tal-għajnuna: Biex jiġu megħjuna l-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fis-settur agrikolu fiż-żona ta' Wadden. L-għajnuna għandha tkun konformi mal-erba għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(2) tal-Liġi tal-fond ta' Wadden.

    L-għan tal-fond hu biex jiġu ssussidjati l-attivitajiet, għajr għal investiment regolari jew xogħol ta' tmexxija/ta' żamma, li huma direzzjonati għal jew biex jikkontribwixxu lejn:

    Qiegħed isir użu mill-artikoli li ġejjien għar-Regolament ta' eżenzjoni.

    Is-settur(i) konċernat(i): L-impriżi agrikoli kollha ta' daqs żgħir u medju attivi fil-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli referuti f'Anness 1 tat-Trattat tal-KE

    Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

    Ministerie van Volkshuisvesting, Ruimtelijke Ordening en Milieu

    Postbus 20951

    2500 EZ Den Haag

    Nederland

    Websajt: http://www.vrom.nl/Docs/20080721-wijziging-wet-op-het-waddenfonds.pdf

    Tagħrif ieħor: —

    Numru XA: XA 234/08

    Stat Membru: L-Italja

    Reġjun: Regione marche

    Titolu tal-iskema ta' għajnuna: Proroga del Programma obiettivo triennale 2003-2005 dei servizi di sviluppo del sistema agroalimentare regionale e Linee di indirizzo per il programma annuale 2008. Legge regionale del 23 dicembre 1999, n. 37

    Bażi ġuridika:

    Legge regionale del 23 dicembre 1999, n. 37 “Disciplina dei servizi per lo sviluppo del sistema agroalimentare regionale”;

    Legge regionale del 23 ottobre 2007, n. 14 “Assestamento del bilancio 2007” comma 1 dell'articolo 26 “Interventi a favore della zootecnia”;

    Delibera amministrativa “Proroga del Programma obiettivo triennale 2003-2005 dei servizi di sviluppo del sistema agroalimentare regionale e Linee di indirizzo per il programma annuale 2008. Legge regionale del 23 dicembre 1999, n. 37”

    Nefqa annwali ppjanata fl-ambitu tal-iskema: In-nefqa prevista għas-servizzi koperti minn din l-iskema ta' għajnuna għall-2008 ma taqbiżx EUR 1 miljun.

    Fi kwalunkwe każ il-kontribut pubbliku ser ikun stabbilit fi ħdan il-limiti tar-riżorsi finanzjarji assenjati lill-bilanċ imbassar għall-2008 għall-attivitajiet tas-Servizzi tal-Iżvilupp Agrikolu

    Intensità massima tal-għajnuna: L-għajnuna lill-produtturi, li huma l-benifiċjarji finali, ser tingħata permezz ta' servizzi li jiġu pprovduti mill-entitajiet li jimplimentaw is-servizzi, kif speċifikati fil-parti “Tagħrif ieħor dwar dan is-sommarju”, u bl-esklużjoni ta' pagamenti diretti, filwaqt li għall-entitajiet li jimplimentaw is-servizzi, titħallas għajnuna, b'konformità mal-Artikoli 15 u 16 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006, sal-ammonti massimi li ġejjin:

    sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli, għal servizzi ta' għajnuna teknika speċjalista fis-settur tat-trobbija tal-annimali,

    sa 70 % tal-ispejjeż eliġibbli, għal servizzi ta' għajnuna għat-titjib ġenetiku u funzjonali tal-produzzjoni tal-ħalib,

    sa 80 % tal-ispejjeż eliġibbli, għal servizzi ta' disseminazzjoni ta' dejta agrometeoroloġika għall-għajnuna agronomika u fitosanitarja

    Data tal-implimentazzjoni: L-iskema ta' għajnuna tiġi implimentata biss wara li l-Kummissjoni tikkonferma li rċiviet dan is-sommarju u wara l-pubblikazzjoni tiegħu fuq l-internet

    Tul ta' żmien tal-iskema: It-tul tal-iskema ta' għajnuna hu previst għas-sena 2008 biss

    Għan tal-għajnuna: L-għan prinċipali tal-għajnuna hu li jingħata appoġġ lill-impriżi agrikoli ta' daqs żgħir u medju attivi fis-settur tal-agrikoltura u fit-trobbija tal-annimali permezz tal-provvista ta' servizzi ta' għajnuna teknika.

    Is-servizzi tal-għajnuna teknika mogħtija ma jikkostitwixxux attività kontinwa jew perjodika u lanqas ma huma marbuta mal-infiq operattiv normali tal-impriża, tant li għal kull proġett jiġi mitlub il-monitoraġġ tal-indikaturi biex jivvalutaw it-titjib derivanti mill-azzjoni tal-għajnuna u tar-rappurtar tar-riżultati miġbura.

    Qed issir referenza għall-Artikoli 15 u 16 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006

    Setturi interessati: Agrikoltura

    Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

    Regione Marche

    Servizio Agricoltura Forestazione e Pesca

    PF Competitività e Sviluppo dell'Impresa Agricola

    Via Tiziano 44

    I-60125 Ancona

    Sit tal-Internet: http://www.agri.marche.it/Aree %20tematiche/Aiuti %20di %20stato/2008/sviluppo %20agricolo.pdf

    Tagħrif ieħor: Is-servizzi tal-iżvilupp għall-azjendi agrikoli għandhom ikunu pprovduti minn “entitajiet li jimplimentaw is-servizzi”, kif inhuma identifikati mil-Liġi Reġjonali ta' riferiment, u li jkunu ntgħażlu minn qabel permezz ta' sejħa pubblika għall-offerti.

    Il-“Benefiċjarji finali” tas-servizzi tal-iżvilupp ta' din l-iskema huma l-impriżi żgħar u ta' daqs medju li jipparteċipaw fl-inizjattivi koperti mill-proġetti multiannwali eliġibbli għal finanzjament, titolari tan-numru tal-VAT u reġistrati mal-C.C.I.A.A., li jkollhom Marġni Gross Standard li jinkludi azzjonijiet għall-għajnuna ta' mhux inqas minn EUR 3 500, u li jgawdu l-frott tas-servizzi tal-entitajiet li jimplimentaw is-servizzi. Fi kwalunkwe każ, għall-attivitajiet kollha ta' servizz koperti minn din l-iskema, ma għandha tingħata ebda għajnuna li tinkludi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi.

    L-impriżi agrikoli li jkollhom impjegati għandhom jirrispettaw il-kuntratti kollettivi nazzjonali konċernati kif ukoll il-leġiżlazzjoni attwali dwar is-saħħa u s-sikurezza fuq ix-xogħol.

    Is-servizz provdut għandu jkun aċċessibbli lill-benefiċjarji kollha taż-żona interessata tal-proġett. Is-sħubija ta' benefiċjarju finali mal-entità li timplimenta mhiex kundizzjoni biex ikollok aċċess għas-servizz. Kwalunkwe kontribuzzjoni, għall-ispejjeż amministrattivi tal-entitajiet li jimplimentaw is-servizzi, li tingħata minn benefiċjarji li mhumiex membri tal-organizzazzjoni tal-istess entitajiet li jimplimentaw għandha tkopri biss l-ispejjeż tas-servizz li jingħata.

    Spejjeż eliġibbli — L-ispejjeż eliġibbli għandhom jinkludu biss dawk l-ispejjeż ta' servizzi li ma jkunux ta' natura kontinwa jew perjodika, u lanqas ma jkunu relatati mal-ispejjeż normali tal-funzjonament tal-impriża

    Vincenzo CIMINO

    Il-Kap tat-Taqsima għall-Kompetittività u l-Iżvilupp tal-Impriżi Agrikoli

    Numru XA: XA 265/08

    Stat Membru: Is-Slovenja

    Reġjun: Območje občine Šempeter-Vrtojba (Goriška statistična regija)

    Titlu tal-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li qed tirċievi għajnuna individwali: Podpora programom razvoja podeželja v občini Šempeter-Vrtojba 2008–2013

    Bażi ġuridika: Pravilnik o dodeljevanju finančnih pomoči za programe in investicije v kmetijstvu v občini Šempeter-Vrtojba

    Nefqa annwali ppjanata għall-iskema jew l-ammont kumplessiv ta' għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:

     

    2008: EUR 47 000

     

    2009: EUR 47 000

     

    2010: EUR 47 000

     

    2011: EUR 47 000

     

    2012: EUR 47 000

     

    2013: EUR 47 000

    Intensità massima tal-għajnuna:

    1.   Investiment f'impriżi agrikoli għall-produzzjoni primarja:

    sa 40 % tal-ispejjeż ta' investiment.

    L-għan tal-għajnuna huwa investiment fir-raba, fil-mergħat u fil-mogħdijiet u fit-toroq privati u sabiex jinxtara apparat użat għall-produzzjoni primarja.

    2.   Għajnuna għall-ħlas ta' primjums tal-assigurazzjoni:

    l-ammont ta' kofinanzjament muniċipali huwa d-differenza bejn l-ammont ta' kofinanzjament tal-primjums tal-assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali u l-limitu tas-sussidju (sa 50 %) li japplika għall-ispejjeż eliġibbli tal-primjums ta' assigurazzjoni għall-uċuħ, għall-frott u għall-każijiet ta' mard fost il-bhejjem.

    3.   Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid tal-art:

    sa 100 % tal-ispejjeż legali u amministrattivi eliġibbli, inklużi l-ispejjeż ta' spezzjoni.

    4.   Għajnuna biex tħeġġeġ il-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità:

    sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli; din l-għajnuna għandha tiġi provduta fil-forma ta' servizzi ssussidjati u ma tinvolvix ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi.

    5.   Provvista ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu:

    sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli li jikkonċernaw l-edukazzjoni, l-organizzazzjoni ta' avvenimenti, kompetizzjonijiet, wirjiet u fieri, u pubblikazzjonijiet, bħal katalgi u websajts. L-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi ssussidjati u ma għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi

    Data tal-implimentazzjoni: Lulju 2008 (l-għajnuna ma tingħatax qabel mas-sommarju jiġi ppubblikat fil-websajt tal-Kummissjoni Ewropea)

    Tul ta' żmien tal-iskema jew tal-għoti tal-għajnuna individwali:

    L-għan tal-għajnuna: Appoġġ lill-SMEs

    Referenza għall-Artikoli tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli: Il-Kapitolu II tal-abbozz tar-Regoli dwar l-għoti tal-għajnuna finanzjarja għall-programmi u l-investiment fl-agrikoltura fil-muniċipalità ta' Šempeter-Vrtojba li jinkludi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli segwenti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3):

    l-Artikolu 4: Investiment f'azjendi agrikoli,

    l-Artikolu 12: Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums tal-assigurazzjoni,

    l-Artikolu 13: Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid tal-art,

    l-Artikolu 14: Għajnuna biex titħeġġeġ il-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità,

    l-Artikolu 15: Provvista ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu

    Settur(i) konċernat(i): L-agrikoltura

    Isem u indirizz tal-awtorità li qed tagħmel l-għotja:

    Občina Šempeter-Vrtojba

    Cesta Goriške fronte 11

    SLO-5290 Šempeter pri Gorici

    Websajt: http://www.uradni-list.si/1/objava.jsp?urlid=200833&objava=1348

    Tagħrif ieħor: Il-miżura għall-ħlas ta' primjums tal-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-uċuħ u l-frott tkopri l-kundizzjonijiet meteoroloġiċi negattivi li ġejjin li jistgħu jitqiesu bħala diżastri naturali: ġlata tar-rebbiegħa, silġ, sajjetti, nar, tempesti u għargħar.

    Ir-Regoli tal-muniċipalità huma konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 dwar il-miżuri li għandhom jiġu adottati mill-muniċipalità u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (stadji ta' qabel l-għoti tal-għajnuna, akkumulu, trasparenza u monitoraġġ tal-għajnuna)

    Segretarju tal-muniċipalità


    Top