This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008D1017(02)
Council Decision of 13 October 2008 appointing a Belgian member of the Advisory Committee on Freedom of Movement for Workers
Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 13 ta’ Ottubru 2008 li taħtar membru Belġjan tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema
Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 13 ta’ Ottubru 2008 li taħtar membru Belġjan tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema
ĠU C 264, 17.10.2008, p. 6–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 24/09/2010
17.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 264/6 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-13 ta’ Ottubru 2008
li taħtar membru Belġjan tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema
(2008/C 264/03)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1612/68 tal-15 ta' Ottubru 1968 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fil-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 26 u 27 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-listi ta' kandidati ppreżentati lill-Kunsill mill-Gvernijiet tal-Istati Membri,
Billi:
(1) |
permezz tad-Deċiżjoni tiegħu tal-25 ta' Settembru 2008 (2), il-Kunsill ħatar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Libertà tal-Moviment tal-Ħaddiema għall-perijodu bejn il-25 ta' Settembru 2008 u l-24 ta' Settembru 2010, ħlief ċerti membri fosthom il-membru Belġjan fil-kategorija tar-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema; |
(2) |
il-gvern Belġjan ippreżenta kandidatura għall-post ta' membru li għandu jimtela, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-persuna li ġejja hija maħtura membru tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Ħieles tal-Ħaddiema għall-perijodu li jiskadi fl-24 ta' Settembru 2010:
RAPPREŻENTANTI TAL-ORGANIZZAZZJONIJIET TAL-ĦADDIEMA
Pajjiż: Belġju
Membru: Is-Sur Sakis DIMITRAKOPOULOS
Magħmul fil-Lussemburgu, 13 ta' Ottubru 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
B. KOUCHNER
(1) ĠU L 257, 18.10.1968, p. 2.
(2) ĠU C 253, 4.10.2008, p. 7.