Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D1017(01)

    Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 13 ta’ Ottubru 2008 li taħtar il-membri u l-membri supplenti Lussemburgiżi tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Libertà tal-Moviment tal-Ħaddiema

    ĠU C 264, 17.10.2008, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 24/09/2010

    17.10.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 264/5


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tat-13 ta’ Ottubru 2008

    li taħtar il-membri u l-membri supplenti Lussemburgiżi tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Libertà tal-Moviment tal-Ħaddiema

    (2008/C 264/02)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1612/68 tal-15 ta' Ottubru 1968 dwar il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fil-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 26 u 27 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-listi ta' kandidati preżentati lill-Kunsill mill-Gvernijiet tal-Istati Membri,

    Billi:

    (1)

    permezz tad-Deċiżjoni tiegħu tal-25 ta' Settembru 2008 (2), il-Kunsill ħatar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Libertà tal-Moviment tal-Ħaddiema għall-perijodu bejn il-25 ta' Settembru 2008 u l-24 ta' Settembru 2010, bl-eċċezzjoni ta' ċerti membri fost il-membri u l-membri supplenti Lussemburgiżi fil-kategorija tar-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema u ta' min iħaddem;

    (2)

    il-Gvern Lussemburgiż ippreżenta n-nomini għall-postijiet li jridu jimtlew;

    IDDEĊIEDA:

    Artikolu 1

    Dawn li ġejjin huma b'dan maħtura membri u membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Libertà tal-Moviment tal-Ħaddiema għall-perijodu li jiskadi fl-24 ta' Settembru 2010:

    RAPPREŻENTANTI TAL-ORGANIZZAZZJONIJIET TAL-ĦADDIEMA

    Pajjiż

    Membri

    Membri supplenti

    Il-Lussemburgu

    Is-Sinjura Tania MATIAS

    Is-Sur Eduardo DIAS

    Is-Sur Joé SPIER

    RAPPREŻENTANTI TAL-ORGANIZZAZZJONIJIET TA' MIN IĦADDEM

    Pajjiż

    Membri

    Membri supplenti

    Il-Lussemburgu

    Is-Sur Marc KIEFFER

    Is-Sur François ENGELS

    Is-Sinjura Magalie LYSIAK

    Magħmul fil-Lussemburgu, 13 ta' Ottubru 2008.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    B. KOUCHNER


    (1)  ĠU L 257, 18.10.1968, p. 2.

    (2)  ĠU C 253, 4.10.2008, p. 7.


    Top