Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2008/255/09

    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5340 — King/Capvis III/KVT) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 255, 8.10.2008, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.10.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 255/9


    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Każ COMP/M.5340 — King/Capvis III/KVT)

    Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2008/C 255/09)

    1.

    Fis-26 ta' Settembru 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta għal konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża King Luxemburg S.á r.l. (“King”, il-Lussemburgu) u l-Capvis General Partner III Ltd. (“Capvis III”, ir-Renju Unit) jakkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll konġunt tal-impriża Koenig Verbindungstechnik AG (“KVT”, l-Iżvizzera) permezz ta' akkwisti tal-ishma.

    2.

    L-attivitajiet ta' negozju tal-impriżi kkonċernati huma:

    għall-King: fond ta' ekwità privata,

    għall-Capvis III: fond ta' ekwità privata,

    għall-KVT: qafliet u expanders industrijali.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni avżata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija rriżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5340 — King/Capvis III/KVT, fl-indirizz li ġej:

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

    Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

    J-70

    B-1049 Bruxelles/Brussell


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

    (2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


    Top