Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2008/255/07

    Programm ta' tagħlim tul il-ħajja — Sejħa għall-proposti 2009 — DĠ EAC/31/08

    ĠU C 255, 8.10.2008, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.10.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 255/6


    Programm ta' tagħlim tul il-ħajja — Sejħa għall-proposti 2009 — DĠ EAC/31/08

    (2008/C 255/07)

    1.   Għanijiet u deskrizzjoni

    Din is-sejħa għall-proposti hija bbażata fuq id-deċiżjoni li tistabbilixxi l-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja li ġiet adottata mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill fil-15 ta' Novembru 2006 (Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE) (1). Il-programm ikopri l-perjodu bejn l-2007 u l-2013. L-għanijiet speċifiċi tal-programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja huma elenkati fl-Artikolu 1.3 tad-Deċiżjoni.

    2.   L-applikanti eliġibbli

    Il-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja japplika għat-tipi u l-livelli kollha ta' edukazzjoni u taħriġ u edukazzjoni vokazzjonali u huwa aċċessibbli għall-entitajiet kollha elenkati fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni.

    L-applikanti jridu jkunu stabbiliti f'wieħed mill-pajjiżi li ġejjin (2):

    is-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea (mill-1 ta' Jannar 2007),

    il-pajjiżi tal-EFTA-ŻEE: l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja,

    il-pajjiżi kandidati: it-Turkija.

    3.   Baġit u tul tal-proġetti

    Il-baġit totali allokat għal din is-sejħa huwa stmat għal EUR 961 miljun.

    Il-livell ta' għotjiet mogħtija kif ukoll it-tul tal-proġetti jvarjaw skond fatturi bħalma huma t-tip ta' proġett u l-għadd ta' pajjiżi involuti.

    4.   Id-data ta' għeluq għall-applikazzjonijiet

    Id-dati ta' għeluq ewlenin huma kif ġej:

    Karta Universitarja Erasmus

    28 ta' Novembru 2008

    Comenius, Grundtvig: Taħriġ fuq il-post tax-xogħol

     

    l-ewwel skadenza

    16 ta' Jannar 2009

    skadenzi oħrajn

    30 ta' April 2009

     

    15 ta' Settembru 2009

    Assistentati Comenius

    30 ta' Jannar 2009

    Leonardo da Vinci: Mobilità (inkluż iċ-ċertifikat ta' mobilità Leonardo da Vinci)

    Erasmus: Korsijiet Intensivi tal-Lingwa (EILC)

    6 ta' Frar 2009

     Il-Programm Jean Monnet

    13 ta' Frar 2009

    Comenius, Leonardo da Vinci, Grundtvig: Sħubijiet

    Comenius: Sħubijiet Comenius Regio

    Grundtvig: Workshops

    20 ta' Frar 2009

    Comenius, Erasmus, Leonardo da Vinci, Grundtvig

    Proġetti multilaterali, Netwerks u Miżuri ta' Akkumpanjament

    27 ta' Frar 2009

    Leonardo da Vinci: Trasferiment ta' Proġetti multilaterali ta' innovazzjoni

    27 ta' Frar 2009

    Erasmus: Programmi Intensivi (IP), Mobilità tal-istudenti għal studji u pjazzamenti (inkluż iċ-ċertifikat ta' pjazzament ta' konsorzju Erasmus) u Mobilità tal-persunal (inkarigi ta' tagħlim u taħriġ tal-persunal)

    13 ta' Marzu 2009

    Grundtvig: Assistentati, Proġetti ta' Volontarjat mal-Anzjani

    31 ta' Marzu 2009

    Programm Trasversali

    31 ta' Marzu 2009

    Programm Trasversali: Attività ewlenija 1 — Żjarat ta' studju

    9 ta' April 2009

    5.   Id-dettalji kollha

    It-test kollu tas-“Sejħa Ġenerali għall-Proposti LLP 2008-2010: aġġornament 2009 — Sħubijiet Strateġiċi”, flimkien mal-“Gwida tal-Programm LLP” u l-formoli ta' applikazzjoni, jinsabu fuq l-indirizz tal-Internet: http://ec.europa.eu/llp

    L-applikazzjonijiet iridu jkunu konformi mat-termini kollha tat-test sħiħ tas-Sejħa u jridu jintbagħtu fil-formoli pprovduti.


    (1)  http://europa.eu.int/eur-lex/lex/JOHtml.do?uri=OJ:L:2006:327:SOM:EN:HTML

    (2)  Għajr għall-programm Jean Monnet li huwa miftuħ għall-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni ogħla fid-dinja kollha.


    Top