Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TN0310

    Kawża T-310/08: Rikors ippreżentat fit- 8 ta' Awwissu 2008 — BSH Bosch u Siemens Hausgeräte vs UASI (executive edition)

    ĠU C 247, 27.9.2008, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.9.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 247/22


    Rikors ippreżentat fit-8 ta' Awwissu 2008 — BSH Bosch u Siemens Hausgeräte vs UASI (executive edition)

    (Kawża T-310/08)

    (2008/C 247/44)

    Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: BSH Bosch u Siemens Hausgeräte GmbH (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Biagosch, Rechtsanwalt)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-5 ta' Ġunju 2008 (Każ R 845/2007-1);

    tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mir-rikorrenti.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “executive edition” għal prodotti fil-klassijiet 7, 9 u 11 (Applikazzjoni Nru 4 908 182).

    Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: l-applikazzjoni hija miċħuda.

    Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: l-appell huwa miċħud.

    Motivi invokati: ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1), billi t-trade mark li għaliha saret applikazzjoni għandha l-karattru distintiv minimu mitlub.


    (1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).


    Top