Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0243

    Kawża C-243/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Budaörsi Városi Bíróság (l-Ungerija) fit- 2 ta' Ġunju 2008 — Pannon GSM Zrt. vs Sustikné Győrfi Erzsébet

    ĠU C 247, 27.9.2008, p. 2–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.9.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 247/2


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Budaörsi Városi Bíróság (l-Ungerija) fit-2 ta' Ġunju 2008 — Pannon GSM Zrt. vs Sustikné Győrfi Erzsébet

    (Kawża C-243/08)

    (2008/C 247/03)

    Lingwa tal-kawża: L-Ungeriż

    Qorti tar-rinviju

    Budaörsi Városi Bíróság

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Pannon GSM Zrt.

    Konvenuta: Sustikné Győrfi Erzsébet

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993, dwar klawżoli inġusti f'kuntratti mal-konsumatur (1), li jgħid li l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu li klawżoli inġusti użati f'kuntratt konkluż ma konsumatur minn bejjiegħ jew fornitur, kif previst fil-liġi nazzjonali tagħhom, ma jkunux jorbtu lill-konsumatur, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li l-konsumatur mhuwiex marbut minn klawżola inġusta inkluża minn bejjiegħ jew fornitur ma jirriżultax espliċitament mil-liġi, iżda huwa impliċitu li l-konsumatur għandu jikkontesta b'suċċess l-imsemmija klawżola inġusta billi jippreżenta talba f'dan ir-rigward?

    2)

    Il-protezzjoni li d-Direttiva 93/13/KEE tagħti lill-konsumaturi tirrikjedi li l-qorti nazzjonali tagħti deċiżjoni ex officio, anki fin-nuqqas ta' deċiżjoni f'dan ir-rigward, jiġifieri mingħajr ma n-natura inġusta tal-klawżola ma tkun ġiet invokata — u tkun liema tkun in-natura, kontenzjuża jew bonarja, tal-proċedura -, fil-konfront tan-natura inġusta ta' klawżola kuntrattwali li titressaq quddiemha, u li hija teżamina ex officio, fil-kuntest tal-verifika tal-ġurisdizzjoni territorjali tagħha stess, il-klawżola inkluża mill-bejjiegħ jew fornitur?

    3)

    Fil-każ ta' risposta affermattiva għat-tieni domanda, liema huma l-elementi li l-qorti nazzjonali għandha tieħu in kunsiderazzjoni u tevalwa fil-kuntest ta' dan l-eżami?


    (1)  ĠU 1993 L 95, p. 29.


    Top