This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62005TA0296
Joint Cases T-296/05 and T-408/05: Judgment of the Court of First Instance of 9 July 2008 — Marcuccio v Commission (Social security — Applications to have medical expenses paid at 100 % — Implied and express rejections of the applications)
Kawżi magħquda T-296/05 u 408/05: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad- 9 ta' Lulju 2008 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni (Sigurtà soċjali — Talbiet għat-teħid ta' responsabbiltà ta' 100 % ta' l-ispejjeż mediċi — Rifjuti impliċiti u espliċiti tat-talbiet)
Kawżi magħquda T-296/05 u 408/05: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad- 9 ta' Lulju 2008 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni (Sigurtà soċjali — Talbiet għat-teħid ta' responsabbiltà ta' 100 % ta' l-ispejjeż mediċi — Rifjuti impliċiti u espliċiti tat-talbiet)
ĠU C 209, 15.8.2008, p. 45–45
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
15.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 209/45 |
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-9 ta' Lulju 2008 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawżi magħquda T-296/05 u 408/05) (1)
(Sigurtà soċjali - Talbiet għat-teħid ta' responsabbiltà ta' 100 % ta' l-ispejjeż mediċi - Rifjuti impliċiti u espliċiti tat-talbiet)
(2008/C 209/77)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentanti: l-ewwel A. Distante, u wara G. Cipressa u L. Garofalo, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (reppreżentanti: C. Berardis Kayser u J. Currall, aġenti, assistit minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
Prinċipalment, talba għall-annullament ta' żewġ deċiżjonijiet impliċiti ta' l-Uffiċċju inkarigat mill-Iskema Konġunta ta' l-Assigurazzjoni kontra l-Mard tal-Komunità Ewropea li jirrifjutaw it-teħid ta' responsabbiltà ta' 100 % ta' ċerti spejjeż mediċi sostnuti mir-rikorrent u kif ukoll talba sabiex il-Kummissjoni tiġi ordnata tħallas lir-rikorrenti ċerti ammonti relatati ma ċerti spejjeż mediċi.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikorsi huma miċħuda bħala inammissibbli. |
2) |
Il-partijiet għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom. |