Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62002TA0266

    Kawża T-266/02: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l- 1 ta' Lulju 2008 — Deutsche Post vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Miżuri meħuda mill-awtoritajiet Ġermaniżi favur id-Deutsche Post AG — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha — Servizz ta' interess ekonomiku ġenerali — Kumpens ta' spejjeż addizzjonali ġġenerati minn politika ta' bejgħ b'telf fis-settur tat-trasport ta' pakketti bieb bieb — Nuqqas ta' vantaġġ)

    ĠU C 209, 15.8.2008, p. 39–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.8.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 209/39


    Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-1 ta' Lulju 2008 — Deutsche Post vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-266/02) (1)

    (Għajnuna mill-Istat - Miżuri meħuda mill-awtoritajiet Ġermaniżi favur id-Deutsche Post AG - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha - Servizz ta' interess ekonomiku ġenerali - Kumpens ta' spejjeż addizzjonali ġġenerati minn politika ta' bejgħ b'telf fis-settur tat-trasport ta' pakketti bieb bieb - Nuqqas ta' vantaġġ)

    (2008/C 209/66)

    Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Deutsche Post AG (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Sedemund u T. Lübbig, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: V. Kreuschitz u J. Flett, aġenti)

    Intervenjenti in sostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: W.-D. Plessing u M. Lumma, aġenti)

    Intervenjenti in sostenn tal-konvenuta: Bundesverband Internationaler Express- und Kurierdienste eV (BIEK) (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: F. Mitzkus, T. Wambach et R. Wojtek, avukati); u UPS Europe NV/SA (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment T. Ottervanger u A. Bijleveld, u sussegwentement T. Ottervanger, avukati)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/753/KE, tad-19 ta' Ġunju 2002, dwar miżuri meħuda mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja favur id-Deutsche Post AG (ĠU L 247, p. 27).

    Dispożittiv

    1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/753/KE, tad-19 ta' Ġunju 2002, dwar miżuri meħuda mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja favur id-Deutsche Post AG hija annullata.

    2)

    Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Deutsche Post.

    3)

    Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, Bundesverband Internationaler Express- und Kurierdienste eV (BIEK) u UPS Europe NV/SA għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


    (1)  ĠU C 274, 9.11.2002.


    Top