This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62006CA0454
Case C-454/06: Judgment of the Court (Third Chamber) of 19 June 2008 (reference for a preliminary ruling from the Bundesvergabeamt, Austria) — pressetext Nachrichtenagentur GmbH v Republik Österreich (Bund), APA-OTS Originaltext — Service GmbH, APA Austria Presse Agentur registrierte Genossenschaft mit beschränkter Haftung (Public procurement — Directive 92/50/EEC — Procedures for the award of public service contracts — Concept of award of a contract )
Kawża C-454/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad- 19 ta' Ġunju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesvergabeamt, l-Awstrija) — pressetext Nachrichtenagentur GmbH vs Ir-Repubblika ta' l-Awstrija (Bund), APA-OTS Originaltext-Service GmbH, APA AUSTRIA PRESSE AGENTUR registrierte Genossenschaft mit beschränkter Haftung (Kuntratti pubbliċi — Direttiva 92/50/KEE — Proċeduri ta' għoti ta' kuntratti pubbliċi għal servizzi — Kunċett ta' 'għoti ta' kuntratt)
Kawża C-454/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad- 19 ta' Ġunju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesvergabeamt, l-Awstrija) — pressetext Nachrichtenagentur GmbH vs Ir-Repubblika ta' l-Awstrija (Bund), APA-OTS Originaltext-Service GmbH, APA AUSTRIA PRESSE AGENTUR registrierte Genossenschaft mit beschränkter Haftung (Kuntratti pubbliċi — Direttiva 92/50/KEE — Proċeduri ta' għoti ta' kuntratti pubbliċi għal servizzi — Kunċett ta' 'għoti ta' kuntratt)
ĠU C 209, 15.8.2008, p. 8–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
15.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 209/8 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-19 ta' Ġunju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesvergabeamt, l-Awstrija) — pressetext Nachrichtenagentur GmbH vs Ir-Repubblika ta' l-Awstrija (Bund), APA-OTS Originaltext-Service GmbH, APA AUSTRIA PRESSE AGENTUR registrierte Genossenschaft mit beschränkter Haftung
(Kawża C-454/06) (1)
(Kuntratti pubbliċi - Direttiva 92/50/KEE - Proċeduri ta' għoti ta' kuntratti pubbliċi għal servizzi - Kunċett ta' 'għoti ta' kuntratt)
(2008/C 209/10)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesvergabeamt
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: pressetext Nachrichtenagentur GmbH
Konvenuti: Republik Österreich (Bund), APA-OTS Originaltext-Service GmbH, APA AUSTRIA PRESSE AGENTUR registrierte Genossenschaft mit beschränkter Haftung
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesvergabeamt — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 82 KE, ta' l-Artikolu 3(1), ta' l-Artikoli 8 u 9 u ta' l-Artikolu 11(3)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/50/KEE, tat-18 ta' Ġunju 1992, relatata mal-koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti tas-servizz pubbliku (ĠU L 209, p. 1), ta' l-Artikolu 1(3) u ta' l-Artikolu 2(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE, tal-21 ta' Diċembru 1989, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta' reviżjoni għall-għoti ta' kuntratti ta' provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi (ĠU L 395, p. 33), kif ukoll tal-prinċipji ġenerali tad-dritt Komunitarju — Kuntratt għal servizzi konkluż għal terminu indefinit f'isem l-Istat ma' aġenzija ta' l-Istampa, meqjusa bħala l-unika aġenzija ta' l-Istampa nazzjonali, mhux skond il-proċeduri ta' għoti ta' kuntratti pubbliċi — Trasferiment, bil-kunsens ta' l-awtorità kontraenti, ta' l-eżekuzzjoni ta' partijiet differenti tal-kuntratt lil kumpannija kompletament ikkontrollata mill-fornitur, kif ukoll emendi oħra tal-kuntratt li jikkonċernaw ir-rinunzja għat-terminazzjoni tal-kuntratt mill-awtorità kontraenti, il-ħlas tas-servizzi pprovduti u l-iskont mogħti favur l-awtorità kontraenti — Il-kwalifikazzjoni, jew le, ta' dawn l-emendi ulterjuri bħala “għoti ta' kuntratt” ġdid li jeħtieġ il-pubblikazzjoni bil-quddiem ta' sejħa għal offerti.
Dispożittiv
1) |
Il-kelma “għoti” użata fl-Artikoli 3(1), 8 u 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/50/KEE tat-18 ta' Ġunju 1992 relatata mal-koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti tas-servizz pubbliku, għandha tiġi interpretata bħala li ma tkoprix sitwazzjoni, bħal dik fil-kawża prinċipali, fejn is-servizzi fornuti lill-awtorità kontraenti mill-fornitur inizjali jiġu ttrasferiti lil fornitur ieħor stabbilit fil-forma ta' kumpannija b'responsabbiltà limitata, li l-fornitur inizjali jkun l-uniku azzjonist tagħha, li jikkontrolla l-fornitur il-ġdid u li jagħtih istruzzjonijiet, sakemm il-fornitur inizjali jkompli jassumi r-responsabbiltà għall-osservanza ta' l-obbligi kuntrattwali. |
2) |
Il-kelma “għoti” użata fl-Artikoli 3(1), 8 u 9 tad-Direttiva 92/50, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tkoprix adattament ta' kuntratt inizjali għal ċirkustanzi esterni mibdula, bħall-konverżjoni f'Euro tal-prezzijiet inizjalment espressi fil-munita nazzjonali, tnaqqis żgħir ta' dawn il-prezzijiet sabiex jiġu arrotondati u r-referenza għal indiċi ġdid ta' prezz meta fil-kuntratt inizjali kien ġie previst li l-indiċi stabbilit preċedentement kellu jiġi sostitwit b'indiċi l-ġdid. |
3) |
Il-kelma “għoti” użata fl-Artikoli 3(1), 8 u 9 tad-Direttiva 92/50, għandha tiġi interpretata bħala li ma tkoprix sitwazzjoni, bħal dik fil-kawża prinċipali, li fiha awtorità kontraenti, permezz ta' ftehim addizzjonali, tiftiehem ma' l-offerent magħżul, fil-perijodu ta' validità ta' kuntratt għal servizzi konkluż miegħu għal perijodu indeterminat, li tiġi mġedda għal perijodu ta' tliet snin, klawżola ta' rinunzja għat-terminazzjoni li tkun skadiet fid-data meta l-klawżola l-ġdida tkun ġiet miftiehma u tiftiehem miegħu li jiġu stabbiliti skontijiet akbar minn dawk inizjalment previsti fuq ċerti prezzijiet stabbiliti skond il-kwantitajiet f'qasam partikolari. |