This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2008/184/10
Prior notification of a concentration (Case COMP/M.5141 — KLM/Martinair) Text with EEA relevance
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5141 — KLM/Martinair) Test b'rilevanza għaż-ŻEE
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5141 — KLM/Martinair) Test b'rilevanza għaż-ŻEE
ĠU C 184, 22.7.2008, p. 41–41
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 184/41 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.5141 — KLM/Martinair)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 184/10)
1. |
Fis-17 ta' Lulju 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża KLM Royal Dutch Airlines N.V. (“KLM”, l-Olanda) ikkontrollata minn Air France — KLM Holding S.A. (“Air France-KLM”, Franza) takkwista, skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll ta' l-impriża kollha Martinair Holland N.V. (“Martinair”, l-Olanda) permezz tax-xiri ta' ishma. |
2. |
L-attivitajiet ta' negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' taħt ir-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija riżervata. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista' jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta. Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (fks nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5141 — KLM/Martinair, fl-indirizz li ġej:
|