Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007FB0101

    Kawża F-101/07: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat- 22 ta' Mejju 2008 — Cova vs Il-Kummissjoni (Inċidenti ta' proċedura — Eċċezzjoni ta' inammissibbiltà)

    ĠU C 183, 19.7.2008, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.7.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 183/31


    Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-22 ta' Mejju 2008 — Cova vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-101/07) (1)

    (Inċidenti ta' proċedura - Eċċezzjoni ta' inammissibbiltà)

    (2008/C 183/61)

    Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Philippe Cova, (Brussell, il-Belġju), (rappreżentant: S. A. Pappas, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti)

    Suġġett tal-kawża

    Annullament tad-deċiżjoni li tillimita għal sena l-perijodu li fih ir-rikorrent, uffiċjal li ġie msejjaħ jokkupa ad interim pożiżżjoni ta' Kap ta' Diviżjoni, jista' jibbenifika mill-allowance differenzjali prevista fl-Artikolu 7(2) tar-Regolamenti tal-Persunal.

    Dispożittiv tad-digriet

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

    2)

    Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 269, 10.11.2007, p. 73.


    Top