Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TN0195

    Kawża T-195/08: Rikors ippreżentat fit- 30 ta' Mejju 2008 — Antwerpse Bouwerken vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 183, 19.7.2008, p. 28–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.7.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 183/28


    Rikors ippreżentat fit-30 ta' Mejju 2008 — Antwerpse Bouwerken vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-195/08)

    (2008/C 183/52)

    Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Antwerpse Bouwerken NV (Antwerp, il-Belġju) (rappreżentanti: J. Verbist u D. de Keuster, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tad-29 ta' April 2008, ikkomunikata mill-Kummissjoni Ewropea b'ittra tad-29 ta' April 2008 u li r-rikorrenti rċeviet fil-5 ta' Mejju 2008, li permezz tagħha l-Kummissjoni Ewropea infurmat lir-rikorrenti li ma kinetx intgħażlet bħala kandidata, kif supplimentata minn ittra tal-Kummissjoni Ewropea tas-6 ta' Mejju 2008, li r-rikorrenti rċeviet fit-8 ta' Mejju 2008, li permezz tagħha l-Kummissjoni Ewropea esponiet il-motivi tagħha għad-deċiżjoni ta' rifjut, kif ukoll tannulla d-deċiżjoni ta' l-assenjazzjoni tat-23 ta' April 2008, ikkomunikata mill-Kummissjoni Ewropea b'ittra tal-15 ta' Mejju 2008 u li r-rikorrenti rċeviet fis-16 ta' Mejju 2008;

    tistabbilixxi r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Kummissjoni għad-danni subiti mir-rikorrenti u tikkwantifika d-danni sussegwentement;

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta' dawn il-proċeduri.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Ir-rikorrenti ppreżentat offerta fir-rigward ta' kuntratt ta' xogħol tal-Kummissjoni għall-bini ta' diviżjoni ta' produzzjoni ta' materjal ta' referenza (1).

    In sostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti ssostni ksur ta' l-Artikolu 91 tar-Regolament Nru 1605/2002 (2) u ta' l-Artikoli 122, 138 u 148 tar-Regolament Nru 2342/2002 (3) flimkien ma' l-Artikoli 2 u 28 tad-Direttiva 2004/18/KE (4).

    Skond ir-rikorrenti, mid-dokumentazzjoni dwar l-għażla ta' l-offerent jirriżulta li l-offerta magħżula ma tissodisfax rekwiżit essenzjali tad-dokumenti tal-kuntratt u li għalhekk l-offerta, li ma ssodisfatx il-kundizzjonijiet tad-dokumenti tal-kuntratt, kellha tiġi rrifjutata. L-intervent ta' l-offertent li ntgħażel, skond ir-rikorrenti, ma kienx sempliċament kjarifika ta' l-offerta, iżda kien jikkostitwixxi kompletazzjoni ta' l-offerta, ħaġa li f'dik il-fażi tal-proċedura ma kinetx ammessa.

    Barra minn hekk, ir-rikorrenti tiddeduċi li d-deċiżjoni ta' għoti tal-kuntratt ma tirrispettax il-prinċipju ta' trasparenza, peress li fid-dokumentezzjoni dwar il-valutazzjoni, kif mibgħuta lir-rikorrenti, ġew reżi illeġibbli punti essenzjali.


    (1)  B-Geel: Bini ta' diviżjoni ta' produzzjoni ta' materjali ta' referenza (ĠU S 102-108785).

    (2)  Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605, tal-25 ta' Ġunju 2002, li jistabbilixxi r-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).

    (3)  Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342, tat-23 ta' Diċembru 2002, li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolamenti Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1).

    (4)  Direttiva Nru 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta' Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114).


    Top