Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62004TA0018

    Kawża T-18/04: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l- 10 ta' Ġunju 2008 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni ( Sigurtà soċjali — Talba għall-assunzjoni tar-responsabbiltà għall-ispejjeż mediċi — Ċaħda impliċita tat- talba )

    ĠU C 183, 19.7.2008, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.7.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 183/18


    Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-10 ta' Ġunju 2008 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-18/04) (1)

    (“Sigurtà soċjali - Talba għall-assunzjoni tar-responsabbiltà għall-ispejjeż mediċi - Ċaħda impliċita tat- talba’)

    (2008/C 183/37)

    Lingwa tal-kawża: It-Taljan

    Partijiet

    Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment A. Distante, imbagħad G. Cipressa, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u J. Curral, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

    Suġġett

    Fl-ewwel lok, talba għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita ta' l-Awtorità tal-Ħatra li ċaħdet it-talba tar-rikorrent tal-25 ta' Novembru 2002, ippreżentata sabiex jikseb ir-rimborż ta' 100 % ta' l-ispejjeż mediċi skond l-Artikolu 72 tar-Regolamenti tal-Persunal ta' l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, fit-tieni lok, talba għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita ta' ċaħda ta' l-ilment tar-rikorrent kontra ċ-ċaħda tat-talba tal-25 ta' Novembru 2002, fit-tielet lok, talba sabiex jiġi kkonstatat id-dritt tar-rikorrent, skond l-Artikolu 72 tar-Regolamenti tal-Persunal, għar-rimborż ta' 100 % ta' l-ispejjeż mediċi li saru biex jikkura l-patoloġiji li jsofri minnhom u, fir-raba' lok, talba sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata tħallas 100 % ta' dawn l-ispejjeż mediċi.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni impliċita ta' ċaħda tat-talba tal-25 ta' Novembru 2002 hija annullata.

    2)

    Ir-rikors, fuq il-bqija, huwa miċħud.

    3)

    Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 71, 20.3.2004.


    Top