EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0197

Kawża C-197/08: Rikors ippreżentat fl- 14 ta' Mejju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Franċiża

ĠU C 183, 19.7.2008, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/14


Rikors ippreżentat fl-14 ta' Mejju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-197/08)

(2008/C 183/27)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: W. Mölls, aġent)

Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża

Talbiet tar-rikorrenti

tikkonstata li, billi adottat u żammet fis-seħħ sistema ta' prezzijiet minimi għas-sigaretti intiżi għall-konsum fi Franza, kif ukoll projbizzjoni li jinbiegħu prodotti tat-tabakk “bi prezz promozzjonali li jmur kontra l-għanijiet tas-saħħa pubblika”, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 95/59/KE (1);

tikkundanna lir-Repubblika Franċiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti ssostni li l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 95/59/KE, kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja, jipprojbixxi b'mod ċar li l-Istati Membri jintervjenu sabiex jimponu b'mod diskrezzjonali prezzijiet minimi għall-bejgħ bl-imnut tal-prodotti tat-tabakk manifatturat. Safejn huma jipprojbixxu lill-manifatturi u l-importaturi ta' terzi pajjiżi milli jiddeterminaw liberament il-prezzijiet massimi tal-bejgħ bl-imnut ta' kull wieħed mill-prodotti tagħhom, l-imsemmija prezzijiet minimi effettivament jillimitaw il-kompetizzjoni tal-prezzijiet u huma ta' ħsara għas-suq intern.

Barra minn hekk, fir-rigward tal-ħtieġa, invokata mil-konvenuta, li tiġi applikata deroga mill-imsemmija dispożizzjoni sabiex tiġi protetta s-saħħa pubblika, il-Kummissjoni ma tikkontestax il-fatt li, f'ċerti ċirkustanzi, jista' jkun neċessarju li tiġi applikata deroga mid-dispożizzjonijiet tat-Trattat KE dwar il-moviment liberu tal-merkanzija sabiex jintlaħaq dan l-għan. Madankollu, f'dan il-każ, kif diġà ddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja, l-għan tal-protezzjoni tas-saħħa pubblika jista' jintlaħaq b'mod xieraq permezz ta' taxxa ogħla fuq prodotti tat-tabakk manifatturat li tipproteġi l-prinċipju tal-libertà li jiġu stabbiliti l-prezzijiet.


(1)  Direttiva tal-Kunsill 95/59/KE tas-27 ta' Novembru 1995 dwar taxxi li mhumiex taxxi fuq il-qliegħ li jaffettwaw il-konsum ta' tabakk manifatturat (ĠU L 291, p. 40).


Top