Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0193

    Kawża C-193/08: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fl- 14 ta' Jannar 2008 — Partijiet fil-kawża prinċipali: Hermann Fischer, Rolf Schlatter u Regierungspräsidium Freiburg

    ĠU C 183, 19.7.2008, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.7.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 183/13


    Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fl-14 ta' Jannar 2008 — Partijiet fil-kawża prinċipali: Hermann Fischer, Rolf Schlatter u Regierungspräsidium Freiburg

    (Kawża C-193/08)

    (2008/C 183/26)

    Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundesgerichtshof (il-Ġermanja).

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Hermann Fischer, Rolf Schlatter u Regierungspräsidium Freiburg.

    Domandi preliminari

    L-Artikolu 15(1) ta' l-Anness I tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni (1), jimponi, f'dak li jirrigwarda l-aċċess għal attività bħala persuna li taħdem għal rasha u għat-twettiq tagħha, li jingħata, fil-pajjiż ospitanti, trattament mhux anqas favorevoli minn dak li jingħata liċ-ċittadini tiegħu stess fil-każ biss ta' persuni li jaħdmu għal rashom fis-sens ta' l-Artikolu 12(1) ta' l-Anness I tal-Ftehim, jew dan huwa validu wkoll għall-ħaddiema tal-fruntiera li jaħdmu għal rashom fis-sens ta' l-Artikolu 13(1) ta' l-Anness I tal-Ftehim?


    (1)  ĠU L 114, p. 6.


    Top