Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0139

    Kawża C-139/08: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Oberlandesgericht Karlsruhe (il-Ġermanja) fis- 7 ta' April 2008 — Proċeduri penali kontra Rafet Kqiku

    ĠU C 183, 19.7.2008, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.7.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 183/9


    Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Oberlandesgericht Karlsruhe (il-Ġermanja) fis-7 ta' April 2008 — Proċeduri penali kontra Rafet Kqiku

    (Kawża C-139/08)

    (2008/C 183/17)

    Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Oberlandesgericht Karlsruhe

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Prosekutur:

    1.

    Generalstaatsanwaltschaft Karlsruhe

    2.

    Staatsanwaltschaft Konstanz

    Konvenut: Rafet Kqiku

    Domandi preliminari

    L-Artikoli 1 u 2 tad-deċiżjoni Nru 896/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta' l-14 ta' Ġunju 2006, li tistabbilixxi reġim simplifikat għall-kontroll ta' persuni fuq il-fruntieri esterni li jkun ibbażat fuq ir-rikonoxximent unilaterali mill-Istati Membri ta' ċerti permessi ta' residenza maħruġa mill-Iżvizzera u l-Liechtenstein għal skopijiet ta' tranżitu mit-territorji tagħhom (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-permessi ta' residenza ta' l-Iżvizzera u tal-Liechtenstein, elenkati fl-anness ta' l-imsemmija deċiżjoni, joħolqu direttament, minħabba r-rikonoxximent unilaterali tagħhom, mill-Istati Membri li jimplementaw b'mod sħiħ l-acquis ta' Schengen, bħala ekwivalenti għall-viża uniformi jew għall-viża nazzjonali tagħhom, l-effett ta' permess ta' residenza li jawtorizza t-tranżitu miż-żona komuni;

    jew

    l-Artikoli 1 u 2 tad-deċiżjoni Nru 896/2006/KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi li għandhom permess ta' residenza ta' l-Iżvizzera u tal-Liechtenstein, elenkat fl-anness ta' l-imsemmija deċiżjoni, u rikonoxxut unilateralment mill-Istati Membri li jimplementaw b'mod sħiħ l-acquis ta' Schengen, huma eżenti, għall-finijiet ta' tranżitu miż-żona komuni, mill-obbligu ta' viża previst permezz ta' l-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 539/2001?


    (1)  ĠU L 167, p. 8.


    Top