Wählen Sie die experimentellen Funktionen, die Sie testen möchten.

Dieses Dokument ist ein Auszug aus dem EUR-Lex-Portal.

Dokument 62007CA0507

    Kawża C-507/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat- 3 ta' Ġunju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblica Franċiża (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Regolament (KE) Nru 6/2002 — Proprjetà industrijali u kummerċjali — Disinni jew mudelli Komunitarji — Artikolu 80(2) — Nuqqas ta' komunikazzjoni tal-lista tal-qrati)

    ĠU C 183, 19.7.2008, S. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.7.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 183/6


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-3 ta' Ġunju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblica Franċiża

    (Kawża C-507/07) (1)

    (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Regolament (KE) Nru 6/2002 - Proprjetà industrijali u kummerċjali - Disinni jew mudelli Komunitarji - Artikolu 80(2) - Nuqqas ta' komunikazzjoni tal-lista tal-qrati)

    (2008/C 183/09)

    Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: H. Krämer, aġent)

    Konvenuta: Ir-Repubblica Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u A. Hare, aġenti)

    Suġġett

    Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 tat-12 ta' Diċembru 2001 dwar id-disin[ni jew mudelli] Komunitarji (ĠU 2002, L 3, p. 1) — Nuqqas ta' komunikazzjoni tal-lista, prevista fl-Artikolu 80(2) tar-regolament iċċitat iktar 'il fuq, tal-qrati tad-disinni jew mudelli Komunitarji, li tindika isimhom u t-territorju tagħhom tal-ġurisdizzjoni.

    Dispożittiv

    1)

    Fin-nuqqas ta' komunikazzjoni tal-qrati tad-disinni jew mudelli Komunitarji lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 80(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 tat-12 ta' Diċembru 2001 dwar id-disin[ni jew mudelli] Komunitarji.

    2)

    Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 8, 12.1.2008.


    nach oben