Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0170

    Kawża C-170/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal- 5 ta' Ġunju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Polonja (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Taxxi interni — Obbligu ta' kontroll tekniku fuq vetturi użati importati — Artikoli 28 KE u 30 KE — Direttiva 96/96/KE — Rikonoxximent tal-kontrolli tekniċi mwettqa f Stati Membri oħrajn)

    ĠU C 183, 19.7.2008, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.7.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 183/4


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-5 ta' Ġunju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Polonja

    (Kawża C-170/07) (1)

    (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Taxxi interni - Obbligu ta' kontroll tekniku fuq vetturi użati importati - Artikoli 28 KE u 30 KE - Direttiva 96/96/KE - Rikonoxximent tal-kontrolli tekniċi mwettqa f Stati Membri oħrajn)

    (2008/C 183/06)

    Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Hottiaux u K. Herrmann, aġenti)

    Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: E. Ośniecka-Tamecka, aġent)

    Suġġett

    Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur ta' l-Artikolu 28 KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi, fuq il-vetturi użati importati, l-obbligu ta' kontroll tekniku qabel ir-reġistrazzjoni tagħhom, filqaqt li l-vetturi nazzjonali li għandhom l-istess karatteristiċi mhumiex suġġetti għal tali rekwiżit.

    Dispożittiv

    1)

    Billi ssuġġettat il-vetturi użati importati, irreġistrati preċedentement fi Stati Membri oħrajn, għal kontroll tekniku qabel ir-reġistrazzjoni tagħhom fil-Polonja, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi li hija għandha skond l-Artikolu 28 KE.

    2)

    Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 183, 4.8.2007.


    Top