Wählen Sie die experimentellen Funktionen, die Sie testen möchten.

Dieses Dokument ist ein Auszug aus dem EUR-Lex-Portal.

Dokument 62006CA0308

    Kawża C-308/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat- 3 ta' Ġunju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (England & Wales), Queen's Bench Division (Administrative Court) — Ir-Renju Unit) — The Queen, The International Association of Independent Tanker Owners (Intertanko), The International Association of Dry Cargo Shipowners (Intercargo), The Greek Shipping Co-operation Committee, Lloyd's Register, The International Salvage Union vs Secretary of State for Transport (Trasport marittimu — Tniġġis ikkawżat minn vapuri — Direttiva 2005/35/KE — Validità — Konvenzjoni ta' Montego Bay — Konvenzjoni Marpol 73/78 — Effetti legali — Invokabbiltà — Negliġenza serja — Prinċipju ta' ċertezza legali)

    ĠU C 183, 19.7.2008, S. 2–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.7.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 183/2


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-3 ta' Ġunju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (England & Wales), Queen's Bench Division (Administrative Court) — Ir-Renju Unit) — The Queen, The International Association of Independent Tanker Owners (Intertanko), The International Association of Dry Cargo Shipowners (Intercargo), The Greek Shipping Co-operation Committee, Lloyd's Register, The International Salvage Union vs Secretary of State for Transport

    (Kawża C-308/06) (1)

    (Trasport marittimu - Tniġġis ikkawżat minn vapuri - Direttiva 2005/35/KE - Validità - Konvenzjoni ta' Montego Bay - Konvenzjoni Marpol 73/78 - Effetti legali - Invokabbiltà - Negliġenza serja - Prinċipju ta' ċertezza legali)

    (2008/C 183/03)

    Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

    Qorti tar-rinviju

    High Court of Justice (England & Wales), Queen's Bench Division (Administrative Court)

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: The Queen, The International Association of Independent Tanker Owners (Intertanko), The International Association of Dry Cargo Shipowners (Intercargo), The Greek Shipping Co-operation Committee, Lloyd's Register, The International Salvage Union

    Konvenuta: Secretary of State for Transport

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — High Court of Justice (England & Wales), Queen's Bench Division (Administrative Court) — Validità ta' l-Artikoli 4 u 5(1) u (2) tad-Direttiva 2005/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 rigward it-tniġġis ikkawżat minn vapuri u l-introduzzjoni ta' sanzjonijiet għal ksur (ĠU L 255, p. 11) — Dispożizzjonijiet Komunitarji li għandhom bħala effett il-limitazzjoni ta' ċerti eċċezzjonijiet li jinsabu f'konvenzjoni internazzjonali (Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis minn Vapuri, imsejħa “Konvenzjoni MARPOL”) — Dispożizzjonijiet li jimponu sanzjonijiet kriminali f'sitwazzjonijiet fejn konvenzjoni internazzjonali (Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar [UNCLOS]) ma timponihomx

    Dispożittiv

    1)

    Il-validità tad-Direttiva 2005/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar it-tniġġis ikkawżat minn vapuri u l-introduzzjoni ta' sanzjonijiet għal ksur, la tista' tiġi evalwata:

    fid-dawl tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis minn Vapuri, iffirmata f'Londra fit-2 ta' Novembru 1973, kif ikkompletata bil-Protokoll tas-17 ta' Frar 1978,

    u lanqas fid-dawl tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar, iffirmata f'Montego Bay fl-10 ta' Diċembru 1982.

    2)

    Mill-eżami tar-raba' domanda ma rriżulta ebda element li jista' jaffettwa l-validità ta' l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2005/35 fid-dawl tal-prinċipju ġenerali ta' ċertezza legali.


    (1)  ĠU C 261, 28.10.2006.


    nach oben