EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008XC0621(02)

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju u l-istrateġiji għat-tnaqqis tar-riskju għas-sustanzi: 2,3-epoxypropyltrimethylammonium chloride (EPTAC), (3-chloro-2-hydroxypropyl) trimethylammonium chloride (CHPTAC) u hexachlorocyclopentadiene (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

ĠU C 157, 21.6.2008, p. 10–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 157/10

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju u l-istrateġiji għat-tnaqqis tar-riskju għas-sustanzi: 2,3-epoxypropyltrimethylammonium chloride (EPTAC), (3-chloro-2-hydroxypropyl) trimethylammonium chloride (CHPTAC) u hexachlorocyclopentadiene

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 157/02)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 tat-23 ta' Marzu 1993 dwar il-valutazzjoni u l-kontroll tar-riskji ta' sustanzi eżistenti (1) jinvolvi r-rappurtar tad-dejta, l-iffissar tal-prijoritajiet, il-valutazzjoni tar-riskju u, fejn meħtieġ, l-iżvilupp ta' strateġiji biex ikunu limitati r-riskji ta' sustanzi eżistenti.

Fil-qafas tar-Regolament (KEE) Nru 793/93 is-sustanzi li ġejjin kienu identifikati bħala sustanzi ta' prijorità għall-valutazzjoni skond ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 143/97 (2) u (KE) Nru 2364/2000 (3) li jikkonċernaw rispettivament it-tielet u r-raba' lista ta' sustanzi ta' prijorità kif previst fir-Regolament (KEE) Nru 793/93:

2,3-epoxypropyltrimethylammonium chloride (EPTAC),

(3-chloro-2-hydroxypropyl) trimethylammonium chloride (CHPTAC),

hexachlorocyclopentadiene.

L-Istati Membri rapporteur maħtura skond dawk ir-Regolamenti temmew l-attivitajiet tal-valutazzjoni tar-riskji għall-bniedem u għall-ambjent għal dawk is-sustanzi skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1488/94 tat-28 ta' Ġunju 1994 li jistipula l-prinċipji għall-studju dwar ir-riskji lill-bniedem u l-ambjent ta' materjali eżistenti (4) u ssuġġerew strateġija biex ikunu limitati r-riskji skond ir-Regolament (KEE) Nru 793/93.

Il-Kumitat Xjentifiku dwar ir-Riskji għas-Saħħa u għall-Ambjent (SCHER) kien ikkonsultat u ħareġ opinjonijiet dwar l-valutazzjonijiet ta' riskju li saru mir-rapporteurs. Dawn l-opinjonijiet jistgħu jinsabu fuq il-websajt tal-Kumitat Xjentifiku.

L-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KEE) Nru 793/93 jistipula li r-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju u l-istrateġija proposta biex ikunu limitati r-riskji għandhom jiġu adottati fuq livell Komunitarju u ppubblikati mill-Kummissjoni. Din il-Komunikazzjoni, flimkien mar-Rakkomandazzjoni korrispondenti tal-Kummissjoni 2008/472/KE (5) (inkludi ref. għar-rakkomandazzjoni), tipprovdi r-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju (6) u strateġiji biex ikunu limitati r-riskji għas-sustanzi msemmija hawn fuq.

Ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju u l-istrateġiji biex ikunu limitati r-riskji li għalihom tipprovdi din il-komunikazzjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat li twaqqaf skond l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KEE) Nru 793/93.

(1)  ĠU L 84, 5.4.1993, p. 1.

(2)  ĠU L 25, 28.1.1997, p. 13.

(3)  ĠU L 273, 26.10.2000, p. 1

(4)  ĠU L 161, 29.6.1994, p. 3

(5)  ĠU L 162,20.6.2008.

(6)  Ir-Rapport tal-Valutazzjoni tar-Riskju komprensiv, kif ukoll sommarju tiegħu, jistgħu jinsabu fuq is-sit ta' l-internet ta' l-Uffiċċju Ewropew tas-Sustanzi Kimiċi:

http://ecb.jrc.it/existing-substances/

ANNESS

PARTI 1

CAS Nru: 3033-77-0

Einecs Nru: 221-221-0

Formula Strutturali:

Image

Isem Einecs:

2,3-epoxypropyltrimethylammonium chloride

Isem IUPAC:

Rapporteur:

Finlandja

Klassifikazzjoni (1):

Xejn

Il-valutazzjoni tar-riskju hija bbażata fuq prattiki attwali relatati maċ-ċiklu tal-ħajja tas-sustanza prodotta jew impurtata fil-Komunità Ewropea kif deskritti fil-valutazzjoni tar-riskju mibgħuta lill-Kummisjoni mill-Istat Membru Rapporteur (2).

Il-valutazzjoni tar-riskju ddeterminat, abbażi tat-tagħrif disponibbli, li fil-Komunità Ewropea s-sustanza tintuża primarjament bħala aġent ta' katjonizzazzjoni tal-lamtu fil-produzzjoni tal-karta.

Użijiet oħra huma fil-kwaternizzazzjoni tal-gwar (użat fil-manifattura tal-karta u tal-kartun għall-prodotti ta' l-ikel u bħala aġent għall-aggregazzjoni (flocculant) fl-industrija tal-minjieri), tad-derivattivi taċ-ċelluloża (miżjuda fil-kremi li jrattbu x-xagħar u fil-kremi emolljenti kożmetiċi) u tal-proteini.

VALUTAZZJONI TAR-RISKJU

A.   Is-saħħa tal-bniedem

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għall-ĦADDIEMA

1.

hija li hemm il-ħtieġa għal miżuri speċifiċi biex ikunu limitati r-riskji. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

hemm tħassib dwar mutaġeniċità, karċinoġeniċità u sensibilizzazzjoni bħala konsegwenza ta' esponiment fis-sitwazzjonijiet kollha,

hemm tħassib dwar tossiċità minn dożi ripetuti bħala konsegwenza ta' esponiment waqt teħid ta' kampjuni u xogħol fil-laboratorju waqt il-produzzjoni ta' l-EPTAC.

2.

hija li hemm il-ħtieġa għal aktar tagħrif u/jew ittestjar. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

hemm il-ħtieġa għal tagħrif aqwa biex ikunu ikkaratterizzati b'mod aktar xieraq ir-riskji rigward it-tossiċità riproduttiva.

Ir-rekwiżiti ta' tagħrif huma test tal-fertilità fuq żewġ ġenerazzjonijiet u test tat-tossiċità ta' l-iżvilupp.

Madankollu, minħabba li l-EPTAC huwa karċinoġenu ġenotossiku, din il-proprjetà waħedha hija biżżejjed biex twassal għall-miżuri l-aktar stretti għall-ġestjoni tar-riskju fil-postijiet tax-xogħol. Għalhekk, mhux se jintalbu r-rekwiżiti għal aktar tagħrif għall-EPTAC.

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għall-KONSUMATURI

hija li bħalissa m'hemmx il-ħtieġa għal aktar tagħrif u/jew ittestjar jew għal aktar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

il-valutazzjoni tar-riskju turi li l-esponiment huwa negliġibbli u għalhekk mhumiex mistennija riskji. Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li diġà qegħdin jiġu applikati huma kkunsidrati bħala biżżejjed.

għall-BNEDMIN ESPOSTI MILL-AMBJENT

1.

hija li hemm il-ħtieġa għal miżuri speċifiċi biex ikunu limitati r-riskji. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

hemm tħassib dwar mutaġeniċità u karċinoġeniċità minħabba li l-EPTAC huwa identifikat bħala karċinoġen mingħajr valur ta' limitu. Madankollu, il-valutazzjoni tar-riskju tindika li r-riskji huma diġà baxxi ħafna. Dan għandu jitqies meta jiġi kkunsidrat kemm huma xierqa l-kontrolli eżistenti u kemm huma possibbli u prattikabbli aktar miżuri speċifiċi għat-tnaqqis tar-riskju.

2.

hija li hemm il-ħtieġa għal aktar tagħrif u/jew ittestjar. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

hemm il-ħtieġa għal tagħrif aqwa biex ikunu ikkaratterizzati b'mod xieraq ir-riskji rigward it-tossiċità riproduttiva.

Ir-rekwiżiti ta' tagħrif huma test tal-fertilità fuq żewġ ġenerazzjonijiet u test tat-tossiċità ta' l-iżvilupp.

Madankollu, l-esponiment huwa diġà baxx ħafna u minħabba li l-EPTAC huwa karċinoġenu ġenotossiku, din il-proprjetà waħedha hija biżżejjed biex twassal għall-miżuri l-aktar stretti għall-ġestjoni tar-riskju fil-postijiet tax-xogħol. Għalhekk, mhux se jintalbu r-rekwiżiti għal aktar tagħrif għall-EPTAC.

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għas-SAĦĦA TAL-BNIEDEM (proprjetajiet fiżikokimiċi)

hija li bħalissa m'hemmx il-ħtieġa għal aktar tagħrif u/jew ittestjar jew għal aktar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

il-valutazzjoni tar-riskju turi li mhumiex mistennija riskji. Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li diġà qegħdin jiġu applikati huma kkunsidrati bħala biżżejjed.

B.   L-Ambjent

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għall-ATMOSFERA u għall-EKOSISTEMA TERRESTRI:

għall-EKOSISTEMA AKKWATIKA (inkluż l-ambjent tal-baħar)

hija li hemm il-ħtieġa għal miżuri speċifiċi biex ikunu limitati r-riskji. Il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

hemm tħassib dwar l-ilma tal-wiċċ u tas-sediment bħala konsegwenza ta' esponiment minn katjonizzazzjoni tal-lamtu bi proċess ta' tixrib fi skala lokali għal ħames siti.

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għall-MIKRO-ORGANIŻMI FL-IMPJANT GĦAT-TRATTAMENT TAD-DRANAĠĠ

hija li bħalissa m'hemmx il-ħtieġa għal aktar tagħrif u/jew ittestjar jew għal aktar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

il-valutazzjoni tar-riskju turi li mhumiex mistennija riskji. Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li diġà qegħdin jiġu applikati huma kkunsidrati bħala biżżejjed.

STRATEĠIJA BIEX IKUNU LIMITATI R-RISKJI

għall-ĦADDIEMA

Il-leġiżlazzjoni għall-ħarsien tal-ħaddiema li hija attwalment fis-seħħ fuq livell Komunitarju b'mod partikolari d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/37/KE (3) (id-Direttiva tal-Karċinoġeni u l-Mutaġeni) hija ġeneralment meqjusa li toffri qafas xieraq biex ikunu limitati r-riskji tas-sustanza sa fejn meħtieġ u għandha tapplika.

għall-BNEDMIN ESPOSTI MILL-AMBJENT

Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju rakkomandati għall-ħarsien ta' l-ambjent huma kkunsidrati bħala biżżejjed biex iħarsu lill-bnedmin esposti mill-ambjent.

PARTI 2

CAS Nru: 3327-22-8

Einecs Nru: 222-048-3

Formula Strutturali:

Image

Isem Einecs:

(3-chloro-2-hydroxypropyl) trimethylammonium chloride

Isem IUPAC:

(3-chloro-2-hydroxypropyl)trimethylammonium chloride

Rapporteur:

Finlandja

Klassifikazzjoni (4):

Xejn

Il-valutazzjoni tar-riskju hija bbażata fuq prattiki attwali relatati maċ-ċiklu tal-ħajja tas-sustanza prodotta jew impurtata fil-Komunità Ewropea kif deskritti fil-valutazzjoni tar-riskju mibgħuta lill-Kummisjoni mill-Istat Membru Rapporteur (2).

Il-valutazzjoni tar-riskju ddeterminat, abbażi tat-tagħrif disponibbli, li fil-Komunità Ewropea s-sustanza tintuża primarjament bħala aġent ta' katjonizzazzjoni tal-lamtu fil-produzzjoni tal-karta.

Użijiet oħra huma fil-kwaternizzazzjoni tal-gwar (użat fil-manifattura tal-karta u tal-kartun għall-prodotti ta' l-ikel u bħala aġent għall-aggregazzjoni (flocculant) fl-industrija tal-minjieri), tad-derivattivi taċ-ċelluloża (miżjuda fil-kremi li jrattbu x-xagħar u fil-kremi emolljenti kożmetiċi) u tal-proteini.

Użijiet oħra magħrufa tas-CHPTAC huma bħala aġenti tal-mili, bħala materja prima fl-industrija taż-żebgħa u fis-sintesi ta' kimiċi oħra, bħall-karnitin, li jintuża fin-nutraċewtiċi.

VALUTAZZJONI TAR-RISKJU

A.   Is-saħħa tal-bniedem

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għall-ĦADDIEMA

1.

hija li hemm il-ħtieġa għal miżuri speċifiċi biex ikunu limitati r-riskji. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

hemm tħassib dwar il-mutaġeniċità, il-karċinoġeniċità u s-sensibilizzazzjoni fis-sitwazzjonijiet kollha ta' l-użu bħala konsegwenza ta' esponiment għall-EPTAC minħabba l-bidla intenzjonata tas-CHPTAC fl-EPTAC waqt l-użu.

2.

hija li hemm il-ħtieġa għal aktar tagħrif. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

hemm il-ħtieġa għal tagħrif aqwa biex ikunu ikkaratterizzati b'mod xieraq ir-riskji rigward il-mutaġeniċità u t-tossiċità riproduttiva tas-CHPTAC.

Madankollu, għandu jitqies li l-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju qegħdin jittieħdu diġà minħabba l-esponiment potenzjali għall-epichlorohydrin fil-manifattura tas-CHPTAC u l-epichlorohydrin huwa klassifikat bħala karċinoġen tal-kategorija 2.Miżuri għat-tnaqqis tar-riskju għandhom jiġu applikati wkoll għaliex bidla intenzjonata tas-CHPTAC għall-EPTAC sseħħ fil-każijiet kollha ta' l-użu u għall-EPTAC hemm tħassib dwar il-karċinoġeniċità li għandha twassal għall-miżuri l-aktar stretti għall-ġestjoni tar-riskju. Meta jitqiesu l-miżuri stretti tal-ġestjoni tat-tnaqqis tar-riskju meħtieġa għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, ir-rekwiżiti għal aktar tagħrif dwar is-CHPTAC mhux se jintalbu.

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għall-KONSUMATURI

hija li bħalissa m'hemmx il-ħtieġa għal aktar tagħrif u/jew ittestjar jew għal aktar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

il-valutazzjoni tar-riskju turi li l-esponiment huwa negliġibbli u għalhekk mhumiex mistennija riskji. Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li diġà qegħdin jiġu applikati huma kkunsidrati bħala biżżejjed.

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għall-BNEDMIN ESPOSTI MILL-AMBJENT

hija li hemm il-ħtieġa għal aktar tagħrif u/jew ittestjar. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

hemm il-ħtieġa għal tagħrif aqwa biex ikunu ikkaratterizzati b'mod xieraq ir-riskji rigward il-mutaġeniċità u t-tossiċità riproduttiva tas-CHPTAC.

Madankollu, minħabba li l-esponimenti huma stmati li huma baxxi ħafna mhux se jintalbu r-rekwiżiti għal aktar tagħrif għas-CHPTAC.

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għas-SAĦĦA TAL-BNIEDEM (proprjetajiet fiżikokimiċi)

hija li bħalissa m'hemmx il-ħtieġa għal aktar tagħrif u/jew ittestjar jew għal aktar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

il-valutazzjoni tar-riskju turi li mhumiex mistennija riskji. Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li diġà qegħdin jiġu applikati huma kkunsidrati bħala biżżejjed.

B.   L-ambjent

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għall-ATMOSFERA u għall-EKOSISTEMA TERRESTRI:

hija li bħalissa m'hemmx il-ħtieġa għal aktar tagħrif u/jew ittestjar jew għal aktar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

il-valutazzjoni tar-riskju turi li mhumiex mistennija riskji. Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li diġà qegħdin jiġu applikati huma kkunsidrati bħala biżżejjed.

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għall-EKOSISTEMA AKKWATIKA (inkluż l-ambjent tal-baħar)

hija li hemm il-ħtieġa għal miżuri speċifiċi biex ikunu limitati r-riskji. Il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

hemm tħassib dwar l-ilma tal-wiċċ u tas-sediment bħala konsegwenza ta' esponiment minn katjonizzazzjoni tal-lamtu bi proċess ta' tixrib fi skala lokali għal erba' siti.

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għall-MIKRO-ORGANIŻMI FL-IMPJANT GĦAT-TRATTAMENT TAD-DRANAĠĠ

hija li bħalissa m'hemmx il-ħtieġa għal aktar tagħrif u/jew ittestjar jew għal aktar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

il-valutazzjoni tar-riskju turi li mhumiex mistennija riskji. Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li diġà qegħdin jiġu applikati huma kkunsidrati bħala biżżejjed.

STRATEĠIJA BIEX IKUNU LIMITATI R-RISKJI

għall-ĦADDIEMA

Il-leġiżlazzjoni dwar il-ħarsien tal-ħaddiema li bħalissa tinsab fis-seħħ fuq livell Komunitarju hija ġeneralment meqjusa li tipprovdi qafas xieraq biex jiġu limitati r-riskji tas-sustanzi sa fejn meħtieġ, u għandha tapplika.

PARTI 3

CAS Nru: 77-47-4

Einecs Nru: 201-029-3

Formula Strutturali:

Image

Isem Einecs:

Hexachlorocyclopentadiene

Isem IUPAC:

Hexachlorocyclopentadiene

Rapporteur:

L-Olanda

Klassifikazzjoni (5):

T+; R26

T; R24

Xn; R22

C; R34

N; R50/53

Il-valutazzjoni tar-riskju hija bbażata fuq prattiki attwali relatati maċ-ċiklu tal-ħajja tas-sustanza prodotta jew impurtata fil-Komunità Ewropea kif deskritti fil-valutazzjoni tar-riskju mibgħuta lill-Kummisjoni mill-Istat Membru Rapporteur (2).

Il-valutazzjoni tar-riskju ddeterminat, abbażi tat-tagħrif disponibbli, li fil-Komunità Ewropea l-hexachlorocyclopentadiene huwa primarjament użat bħala prodott intermedjarju fil-produzzjoni tal-pestiċida endosulfan, u fis-sinteżi ta' l-aċidu HET li jintuża bħala kopolimer għall-produzzjoni ta' poliesteri u alkidresini li jwaqqfu t-tixrid tan-nar u li huma reżistenti għall-korrużjoni (eż., termoplastiks). Użijiet anqas importanti ta' l-HCCP huma bħala intermedjarju fil-produzzjoni ta' kisja speċjali, żebgħat u farmaċewtiċi.

Il-valutazzjoni tar-riskju identifikat sorsi oħra ta' esponiment għas-sustanza għall-bniedem u għall-ambjent, b'mod partikolari, formazzjoni mhux intenzjonata tal-hexachlorocyclopentadiene f'xi proċessi industrijali tas-semikundutturi, li ma jirriżultawx miċ-ċiklu tal-ħajja tas-sustanza prodotta jew impurtata fil-Komunità Ewropea. Dan is-sors ġie vvalutat, iżda formazzjoni mhux intenzjonata tal-hexachlorocyclopentadiene fin-nirien ma ġietx ivvalutata.

VALUTAZZJONI TAR-RISKJU

A.   Is-saħħa tal-bniedem

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għall-ĦADDIEMA

hija li hemm il-ħtieġa għal miżuri speċifiċi biex ikunu limitati r-riskji. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

hemm tħassib dwar effetti respiratorji u infjammazzjoni ta' l-ovarji b'konsegwenza ta' esponiment mill-inalazzjoni ripetuta li sseħħ waqt il-produzzjoni ta' pestiċidi u prodotti li jwaqqfu t-tixrid tan-nar, u l-użu ta' prodotti li fihom HCCP residwu.

hemm tħassib dwar infjammazzjoni ta' l-ovarji b'konsegwenza ta' esponiment ripetut tal-ġilda li sseħħ waqt il-produzzjoni ta' pestiċidi u prodotti li jwaqqfu t-tixrid tan-nar, u l-okkorrenza mhux intenzjonata ta' l-HCCP fl-industrija tas-semikondutturi.

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għall-KONSUMATURI u għall-BNEDMIN ESPOSTI MILL-AMBJENT

hija li bħalissa m'hemmx il-ħtieġa għal aktar tagħrif u/jew ittestjar jew għal aktar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

il-valutazzjoni tar-riskju turi li mhumiex mistennija riskji. Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li diġà qegħdin jiġu applikati huma kkunsidrati bħala biżżejjed.

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għas-SAĦĦA TAL-BNIEDEM (proprjetajiet fiżikokimiċi)

hija li bħalissa m'hemmx il-ħtieġa għal aktar tagħrif u/jew ittestjar jew għal aktar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

il-valutazzjoni tar-riskju turi li mhumiex mistennija riskji. Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li diġà qegħdin jiġu applikati huma kkunsidrati bħala biżżejjed.

B.   L-ambjent

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għall-ATMOSFERA, għall-EKOSISTEMA AKKWATIKA u għall-EKOSISTEMA TERRESTRI

hija li bħalissa m'hemmx il-ħtieġa għal aktar tagħrif u/jew ittestjar jew għal aktar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

il-valutazzjoni tar-riskju turi li mhumiex mistennija riskji. Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li diġà qegħdin jiġu applikati huma kkunsidrati bħala biżżejjed.

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji

għall-MIKRO-ORGANIŻMI FL-IMPJANT GĦAT-TRATTAMENT TAD-DRANAĠĠ

hija li bħalissa m'hemmx il-ħtieġa għal aktar tagħrif u/jew ittestjar jew għal aktar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:

il-valutazzjoni tar-riskju turi li mhumiex mistennija riskji. Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li diġà qegħdin jiġu applikati huma kkunsidrati bħala biżżejjed.

STRATEĠIJA BIEX IKUNU LIMITATI R-RISKJI

għall-ĦADDIEMA

Il-leġiżlazzjoni dwar il-ħarsien tal-ħaddiema li bħalissa tinsab fis-seħħ fuq livell Komunitarju hija ġeneralment meqjusa li tipprovdi qafas xieraq biex jiġu limitati r-riskji tas-sustanzi rilevanti sa fejn meħtieġ, u għandha tapplika.

Fi ħdan dan il-qafas huwa rakkomandat li:

jiġu stabbiliti valuri ta' limitu għall-esponiment fuq il-post tax-xogħol għall-HCCP fuq livell Komunitarju skond id-Direttiva 98/24/KE (6).

(1)  Din is-sustanza kimika attwalment mhijiex inkluża fl-Anness I tad-Direttiva 67/548/KEE

(2)  Ir-Rapport tal-Valutazzjoni tar-Riskju komprensiv, kif ukoll sommarju tiegħu, jistgħu jinsabu fuq is-sit ta' l-internet ta' l-Uffiċċju Ewropew tas-Sustanzi Kimiċi:

http://ecb.jrc.it/existing-substances/

(3)  ĠU L 158, 30.4.2004, p. 50.

(4)  Din is-sustanza kimika attwalment mhijiex inkluża fl-Anness I tad-Direttiva 67/548/KEE

(5)  Il-klassifikazzjoni tas-sustanza hija stabbilita mid-Direttiva tal-Kummissjoni 96/54/KE tat-30 ta' Lulju 1996 li tadatta għall-progress tekniku għat-tnejn-u-għoxrin darba d-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta' sustanzi perikolużi (ĠU L 248, 30.9.1996, p. 1).

(6)  ĠU L 131, 5.5.1998, p. 11

Top