Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2008/149/07

Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5203 — EZW/Gazeley) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata Test b'rilevanza għaż-ŻEE

ĠU C 149, 14.6.2008, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 149/23


Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5203 — EZW/Gazeley)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 149/07)

1.

Fis-6 ta' Ġunju 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-Economic Zones World FZE (“EZW”, l-Emirati Għarab Magħquda) li hi parti mid-Dubai World Group takkwista fit-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll ta' l-impriża sħiħa Gazeley Ltd (“Gazeley”, ir-Renju Unit) permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet ta' negozju ta' l-impriżi msemmija huma:

għal EZW: il-holqien, l-iżvilupp u l-ġestjoni ta' żoni ekonomiċi, kummerċ loġistiku u parks industrijali,

għal Gazeley: l-iżvilupp ta' ċentri ta' distribuzzjoni fl-Ewropa tal-Punent, fiċ-Ċina u fi swieq oħra emerġenti.

3.

Wara evalwazzjoni preliminari, il-Kummissjoni tara li t-tranżazzjoni nnotifikata taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skond in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fin-Notifika.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jistgħu jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5203 — EZW/Gazeley fl-indirizz li ġej:

Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


Top