Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TN0122

    Kawża T-122/08: Rikors ippreżentat fl- 14 ta' Marzu 2008 — Ir-Repubblika ta' Ċipru vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 142, 7.6.2008, p. 30–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.6.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 142/30


    Rikors ippreżentat fl-14 ta' Marzu 2008 — Ir-Repubblika ta' Ċipru vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-122/08)

    (2008/C 142/54)

    Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

    Partijiet

    Rikorrenti: Ir-Repubblika ta' Ċipru (rappreżentant: P. Kliridis)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla s-sejħa għal offerti EuropeAid/126316/C/SER/CY, għall-għoti tal-kuntratt intitolat “Twaqqif ta' unità ta' ġestjoni ta' programm in sostenn ta' l-implementazzjoni ta' proġetti ta' investiment fil-qasam ta' l-ilma/ilma mormi u ta' l-iskart solidu” li ġiet ippubblikata fil-lingwa Ingliża biss fis-sit http://ec.europa.eu/europaid/tender/data/ bejn wieħed u ieħor fl-4 ta' Jannar 2008, u li jiġu annullati l-Artikoli 5 u 28.2 ta' din is-sejħa.

    tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Il-motivi u l-argumenti prinċipali fformulati mir-rikorrenti huma identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-kawżi T-91/08, T-92/08 u T-93/08, Ir-Repubblika ta' Ċipru vs Il-Kummissjoni.


    Top