Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62002TA0229

    Kawża T-229/02: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat- 3 ta' April 2008 — PKK vs Il-Kunsill ( Politika barranija u ta' sigurtà komuni — Miżuri ristrettivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu — Iffiżar tal-fondi — Rikors għal annullament — Motivazzjoni )

    ĠU C 142, 7.6.2008, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.6.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 142/23


    Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-3 ta' April 2008 — PKK vs Il-Kunsill

    (Kawża T-229/02) (1)

    (“Politika barranija u ta' sigurtà komuni - Miżuri ristrettivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu - Iffiżar tal-fondi - Rikors għal annullament - Motivazzjoni’)

    (2008/C 142/40)

    Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Osman Ocalan, f'isem il-Kurdistan Workers' Party (PKK) (rappreżentanti: M. Muller, QC, E. Grieves u P. Moser, barristers, u J.G. Pierce, solicitor)

    Konvenut: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: l-ewwel M. Vitsentzatos u M. Bishop, u sussegwentement M. Bishop u E. Finnegan, aġenti)

    Partijiet intervenjenti in sostenn tal-konvenut: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (rappreżentanti: l-ewwel R. Caudwell, u sussegwentement E. Jenkinson, aġenti, assistiti minn S. Lee, barrister); u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropew (rappreżentanti: P. Kuijper u C. Brown, u sussegwentement P. Hetsch u P. Aalto, aġenti)

    Suġġett

    Minn naħa, annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/460/KE, tas-17 ta' Ġunju 2002, li timplementa l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li tħassar id-Deċiżjoni 2002/334/KE (ĠU L 160, p. 26) u, min-naħa l-oħra, talba għal kumpens għad-danni.

    Dispożittiv

    1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/460/KE, tas-17 ta' Ġunju 2002, li timpeimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li tħassar id-Deċiżjoni 2002/334/KE hija annullata safejn din tirrigwarda l-Kurdistan Workers' Party (PKK).

    2)

    Il-Kunsill huwa kkundannat ibati, barra l-ispejjeż tiegħu stess, l-ispejjeż sostnuti minn Osman Ocalan, f'isem il-Kurdistan Workers' Party (PKK) quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza u l-Qorti tal-Ġustizzja.

    3)

    Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandhom ibatu kull wieħed minnhom l-ispejjeż tagħhom stess.


    (1)  ĠU C 233, 28.9.2002.


    Top