Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006CA0197

    Kawża C-197/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas- 17 ta' April 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank van koophandel Hasselt, il-Belġju) — Confederatie van immobiliën-beroepen België, Beroepsinstituut van vastgoedmakelaars vs Willem Van Leuken (Rikonoxximent ta' diplomi — Direttiva 89/48/KEE — Aġent ta' proprjetà immobbli)

    ĠU C 142, 7.6.2008, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.6.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 142/4


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-17 ta' April 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank van koophandel Hasselt, il-Belġju) — Confederatie van immobiliën-beroepen België, Beroepsinstituut van vastgoedmakelaars vs Willem Van Leuken

    (Kawża C-197/06) (1)

    (Rikonoxximent ta' diplomi - Direttiva 89/48/KEE - Aġent ta' proprjetà immobbli)

    (2008/C 142/04)

    Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Rechtbank van koophandel Hasselt

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Confederatie van immobiliën-beroepen België, Beroepsinstituut van vastgoedmakelaars

    Konvenut: Willem Van Leuken

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Rechtnabk van Koophandel Hasselt — Interpretazzjoni ta' l-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/48/KEE, tal-21 ta' Diċembru 1988, dwar sistema ġenerali għar-rikonoxximent ta' diplomi ta' edukazzjoni ogħla mogħtija mal-kompletar ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali ta' mill-inqas tliet snin (ĠU 1989, L 19, p. 16) — Obbligu ta' aġent ta' proprjetà immobbli stabbilit fi Stat Membru u li jeżerċità attività ta' senserija fi Stat Membru ieħor li jissodisfa l-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju ta' din il-professjoni imposti mil-leġiżlazzjoni ta' dan l-Istat Membru fl-implementazzjoni ta' din id-direttiva — L-istess obbligu fil-każ ta' ftehim ta' kollaborazzjoni bejn dan l-aġent u aġent awtorizzat mill-Istat Membru kkonċernat

    Dispożittiv

    L-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/48/KEE, tal-21 ta' Diċembru 1988, dwar sistema ġenerali għar-rikonoxximent ta' diplomi ta' edukazzjoni ogħla mogħtija mal-kompletar ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali ta' mill-inqas tliet snin, kif emendata mid-Direttiva 2001/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-14 ta' Mejju 2001, jipprekludu liġi ta' Stat Membru li tissuġġetta t-twettiq, fit-territorju tiegħu, ta' attivitajiet bħal dawk in kwistjoni fil-kawża prinċipali minn prestatarju stabbilit fi Stat Membru ieħor u li jkun jinsab f'sitwazzjoni bħal dik tal-konvenut fil-kawża prinċipali għal awtorizzazzjoni li l-ħruġ tagħha jkun suġġett għal eżitu pożittiv ta' test ta' kapaċità fil-liġi.


    (1)  ĠU C 165, 15.7.2006.


    Top