EUR-Lex Достъп до правото на Европейския съюз

Обратно към началната страница на EUR-Lex

Този документ е извадка от уебсайта EUR-Lex.

Документ 62008TN0140

Kawża T-140/08: Rikors ippreżentat fl- 14 ta' April 2008 — Ferrero vs UASI — Tirol Milch (TiMi KINDERJOGHURT)

ĠU C 142, 7.6.2008г., стр. 35—35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 142/35


Rikors ippreżentat fl-14 ta' April 2008 — Ferrero vs UASI — Tirol Milch (TiMi KINDERJOGHURT)

(Kawża T-140/08)

(2008/C 142/63)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ferrero SpA (Alba, l-Italja) (rappreżentanti: C. Gielen, avukat u F. Jacobacci, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Tirol Milch GmbH (Innsbruck, l-Awstrija)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-30 ta' Jannar 2008 fil-Każ R 628/2007-2; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: Trade mark verbali magħmula mill-kliem “TiMi KINDERJOGHURT” għal prodotti fil-klassi 29 — Applikazzjoni Nru 792 978

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Tirol Milch reg. Gen. mbH

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark ikkontestata

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Annullament tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni u ċaħda tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità

Motivi invokati: It-Tieni Bord ta' l-Appell għamel żball meta ddikjara li d-deċiżjonijiet finali preċedenti bejn l-istess partijiet u li jikkonċernaw l-istess trade mark huma vinkolanti fil-proċedimenti sussegwenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni u l-Bord ta' l-Appell; Ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li t-trade mark ikkontestata tixbah trade mark preċedenti


Нагоре