EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0143

Kawża C-143/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) ta' l- 24 ta' April 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari mill- Finanzgericht Hamburg — Il-Ġermanja) — Reuter & Co. (Firma A.O.B.) vs Hauptzooamt Hamburg-Jonas (Agrikoltura — Regolament (KEE) Nru 3665/87 — Artikolu 11 — Sistema ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' prodotti agrikoli — Kundizzjoni għall-għoti tar-rifużjoni — Rifużjoni mħallsa lill-esportatur wara preżentazzjoni ta' dokumenti ffalsifikati mill-kokontraent tiegħu — Merkanzija mhux esportata — Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta' sanzjonijiet)

ĠU C 142, 7.6.2008, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 142/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) ta' l-24 ta' April 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari mill- Finanzgericht Hamburg — Il-Ġermanja) — Reuter & Co. (Firma A.O.B.) vs Hauptzooamt Hamburg-Jonas

(Kawża C-143/07) (1)

(Agrikoltura - Regolament (KEE) Nru 3665/87 - Artikolu 11 - Sistema ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' prodotti agrikoli - Kundizzjoni għall-għoti tar-rifużjoni - Rifużjoni mħallsa lill-esportatur wara preżentazzjoni ta' dokumenti ffalsifikati mill-kokontraent tiegħu - Merkanzija mhux esportata - Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta' sanzjonijiet)

(2008/C 142/13)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Reuter & Co. (Firma A.O.B.)

Konvenut: Hauptzooamt Hamburg-Jonas

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Finanzgericht Hamburg — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 11(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87, tas-27 ta' Novembru 1987, li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għall-prodotti agrikoli (ĠU L 351, p. 1), kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2945/94, tat-2 ta' Diċembru 1994 (ĠU L 310, p. 57) u ta' l-Artikolu 51 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999, tal-15 ta' April 1999, li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għall-prodotti agrikoli (ĠU L 102, p. 11) — Rifużjoni mħallsa lill-esportatur wara preżentazzjoni ta' dokumenti ffalsifikati minn terza persuna — Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta' sanzjonijiet

Dispożittiv

L-Artikolu 11(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87, tas-27 ta' Novembru 1987, li jistipula regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' prodotti agrikoli, kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2945/94, tat-2 ta' Diċembru 1994, għandu jiġi interpretat fis-sens li s-sanzjoni li huwa jipprovdi hija applikabbli fir-rigward ta' esportatur li applika għal rifużjoni fuq l-esportazzjoni għal merkanzija, meta din il-merkanzija, wara l-imġiba frawdolenti tal-kokontraent tiegħu, ma ġietx esportata.


(1)  ĠU C 117, 26.5.2007.


Top