This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52008XC0507(05)
Information communicated by Member States regarding State aid granted under Commission Regulation (EC) No 1857/2006 on the application of Articles 87 and 88 of the EC Treaty to State aid to small and medium-sized enterprises active in the production of agricultural products and amending Regulation (EC) No 70/2001
Tagħrif fil-qosor imwassal mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001
Tagħrif fil-qosor imwassal mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001
ĠU C 112, 7.5.2008, p. 20–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
7.5.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 112/20 |
Tagħrif fil-qosor imwassal mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001
(2008/C 112/11)
Numru XA: XA 253/07
Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja
Reġjun: Občina Ljutomer
Titolu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Podpora programom razvoja kmetijstva in podeželja v občini Ljutomer 2007–2013
Bażi ġuridika: Pravilnik o dodeljevanju državnih pomoči in izvajanju drugih ukrepov razvoja podeželja v občini Ljutomer
Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont globali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:
|
2007: EUR 59 898 |
|
2008: EUR 55 616 |
|
2009: EUR 56 344 |
|
2010: EUR 57 080 |
|
2011: EUR 57 825 |
|
2012: EUR 58 579 |
|
2013: EUR 59 342 |
Intensità massima ta' l-għajnuna:
1. Investiment f'impriżi agrikoli tal-produzzjoni primarja:
— |
sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni żvantaġġati u sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għal investiment f'oqsma oħra. |
L-għan ta' l-għajnuna huwa li jsir investiment għar-restawr tal-karatteristiċi tal-farms, biex jinxtara tagħmir għall-użu fil-produzzjoni agrikola, għall-investiment f'uċuħ permanenti, għat-titjib ta' l-art agrikola u għall-ġestjoni tal-mergħat.
2. Għajnuna għal konservazzjoni tal-pajsaġġi u l-bini tradizzjonali:
— |
sa 60 % ta' l-ispejjeż eliġibbli, jew sa 75 % f'żoni żvantaġġati, għall-investimenti intiżi għall-konservazzjoni tal-karatteristiċi patrimonjali ta' l-assi produttivi (bini tal-farm), sakemm l-investiment ma jsarrafx fi kwalunkwe żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni; |
— |
sa 100 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-investiment għall-għanijiet ta' konservazzjoni ta' wirt mhux produttiv misjub fil-farms (siti ta' interess arkeoloġiku jew storiku), |
— |
għajnuna addizzjonali tista' tingħata sa rata ta' 100 % biex tkopri spejjeż żejda minħabba użu ta' materjali tradizzjonali meħtieġa biex jinżammu l-karatteristiċi patrimonjali tal-bini. |
3. Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni:
— |
f'konformità mad-Digriet dwar il-kofinanzjament ta' primjums ta' l-assigurazzjoni għall-produzzjoni agrikola għas-sena attwali, l-ammont ta' għajnuna muniċipali huwa d-differenza bejn l-ammont ta' kofinanzjament tal-primjums ta' assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-primjums ta' l-assigurazzjoni, bl-inklużjoni tat-taxxa dwar it-tranżazzjonijiet ta' assigurazzjoni. |
4. Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art:
— |
sa 100 % ta' l-ispejjeż ġuridiċi u amministrattivi eliġibbli, bl-inklużjoni ta' l-ispejjeż ta' l-ispezzjonijiet. |
5. Provvista ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu:
— |
sa 100 % ta' l-ispejjeż għall-edukazzjoni u t-taħriġ tal-bdiewa, is-servizzi ta' konsulenza u l-organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, wirjiet, fieri, pubblikazzjonijiet, katalgi u websajts. L-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi sussidjati u m'għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi |
Data ta' l-implimentazzjoni: Settembru 2007 (jew id-data li fiha r-Regoli jidħlu fis-seħħ).
Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għoti ta' l-għajnuna individwali: sal-31 ta' Diċembru 2013
Għan ta' l-għajnuna: Appoġġ lill-SMEs
Referenza għall-Artikoli fir-Regolament (KE) Nru 1857/2006: Il-kapitolu II ta' l-abbozz tar-regoli għall-għoti ta' l-għajnuna mill-Istat u l-implimentazzjoni ta' miżuri oħrajn għall-iżvilupp taż-żoni rurali fil-muniċpalità ta' Ljutomer jinkludu miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli segwenti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istati lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3):
l-Artikolu 4: Investiment f'azjendi agrikoli,
l-Artikolu 5: Konservazzjoni tal-pajsaġġi u l-bini tradizzjonali,
l-Artikolu 12: Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni,
l-Artikolu 13: Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art,
l-Artikolu 15: Provvista ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu
Is-settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i): L-agrikoltura
Isem u indirizz l-awtorità li qed tagħmel l-għotja:
Občina Ljutomer |
Vrazova ulica 1 |
SLO-9240 Ljutomer |
Indirizz ta' l-internet: http://www.obcinaljutomer.si/obvestila_slika.php?upload_id=237
Tagħrif ieħor:: Il-miżura għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-uċuħ u l-frott tinkludi l-kundizzonijiet ta' maltemp li ġejjin li jistgħu jitqiesu bħala diżastri naturali: ġlata fir-Rebbiegħa, silġ, sajjetti, nirien ikkawżati mis-sajjetti, maltempati u għargħar.
Ir-Regoli tal-muniċipalità jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 fir-rigward tal-miżuri adottati mill-muniċipalità, u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (proċeduri qabel tingħata l-għajnuna, l-akkumulazzjoni, it-trasparenza u s-sorveljanza ta' l-għajnuna)
Darja HRGA
Aġent Direttur ta' l-amministrazzjoni muniċipali
Numru XA: XA 254/07
Stat Membru: Il-Latvja
Titolu ta' l-iskema ta' l-għajnuna u/jew l-isem tal-benefiċjarju: Atbalsta shēma “Atbalsts ciltsdarbam”
Il-bażi ġuridika: Ministru kabineta 2007. gada 23. janvāra noteikumi Nr. 78 “Noteikumi par valsts atbalstu lauksaimniecībai 2007. gadā un tā piešķiršanas kārtību” 2. pielikums
Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont globali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: In-nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema ta' l-għajnuna hija ta' LVL 9 910 000
Intensità massima ta' l-għajnuna:
Konformi ma' l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006:
(1) |
għajnuna b'rata sa 100 % biex jiġu koperti l-ispejjeż amministrattivi ta' l-istabbiliment u ż-żamma ta' reġistru tal-merħla; |
(2) |
għajnuna b'rata sa 70 % ta' l-ispejjeż tat-testijiet li jsiru minn jew f'isem partijiet terzi, biex tiġi determinata l-kwalità ġenetika jew ir-rendiment tal-bhejjem, bl-eċċezzjoni ta' kontrolli magħmula minn sid il-bhejjem u l-kontrolli ta' rutina għall-kwalità tal-ħalib; |
(3) |
sal-31 ta' Diċembru 2011, l-għajnuna b'rata sa 40 % biex tiġi koperta l-introduzzjoni fuq il-livell tal-farm ta' tekniki jew prattiki innovattivi tat-tgħammir tal-bhejjem, bl-eċċezzjoni ta' l-ispejjeż marbuta ma' l-inseminazzjoni artifiċjali; |
(4) |
għajnuna b'rata sa 100 % ta' l-ispejjeż għat-tneħħija ta' l-annimali mejta u 75 % ta' l-ispejjeż għall-qerda ta' dawn il-karkassi |
Konformi ma' l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006:
għajnuna b'rata sa 100 % ta' l-ispejjeż marbuta ma' l-organizzazzjoni ta' u l-parteċipazzjoni f'kompetizzjonijiet, esibizzjonijiet, fieri u fora bil-għan li tinqasam l-informazzjoni fis-settur
Implimentazzjoni:
Tul ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew l-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2013
Sal-31 ta' Diċembru 2011 għal għajnuna marbuta ma' l-introduzzjoni fuq il-livell tal-farm ta' tekniki jew prattiki innovattivi tat-tgħammir tal-bhejjem, bl-eċċezzjoni ta' l-ispejjeż marbuta ma' l-inseminazzjoni artifiċjali
L-għan ta' l-għajnuna:
L-għan ta' l-għajnuna għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju huwa:
— |
li min irabbi l-bhejjem jiġi mħeġġeġ jieħu sehem f'evalwazzjonijiet tal-bhejjem riproduttivi fuq bażi ta' valutazzjoni tal-frieħ u fi programmi oħra ta' selezzjoni; |
— |
biex tiżdied il-produttività ta' l-annimali, jittejjeb il-potenzjal ġenetiku u jiżdied in-numru ta' merħliet b'valur riproduttiv għoli; |
— |
li jiġu stabbiliti reġistri tal-produttività u oriġini ta' l-annimali u biex jittejjeb is-softwer marbut ma' attivitajiet riproduttivi u programmi ta' selezzjoni ta' l-annimali permezz tan-netwerk konġunt ta' l-IT; |
— |
għall-immodernizzar tal-produzzjoni ta' l-annimali u t-teknoloġiji għall-valutazzjoni tal-kwalità tal-laħam; |
— |
biex tiġi mħeġġa t-trobbija ta' razez ta' kwalità għolja u biex jittejbu l-karatteristiċi ta' pedigri tagħhom; |
— |
biex jinżammu u jittejbu l-annimali bil-pedigri u r-riżorsi ġenetiċi tagħhom fil-Latvja; |
— |
biex isiru evalwazzjonijiet ta' l-annimali bil-pedigri u jiġu organizzati wirjiet u testijiet/kompetizzjonijiet dwar il-kapaċità ta' ħidma għaż-żwiemel. |
Japplikaw l-Artikoli 15 u 16 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.
Spejjeż eliġibbli skond il-kriterji għall-għoti ta' l-għajnuna:
1. |
spejjeż amministrattivi mġarbba mill-istabbiliment u ż-żamma tar-reġistri tal-merħliet; |
2. |
spejjeż tat-testijiet li jsiru minn jew f'isem partijiet terzi, biex tiġi determinata l-kwalità ġenetika jew ir-rendiment tal-bhejjem, bl-eċċezzjoni ta' kontrolli magħmula minn sid il-bhejjem u l-kontrolli ta' rutina tal-kwalità tal-ħalib; |
3. |
spejjeż marbuta ma' l-introduzzjoni fuq il-livell tal-farm ta' tekniki jew prattiki innovattivi tat-tgħammir tal-bhejjem, bl-eċċezzjoni ta' l-ispejjeż marbuta ma' l-inseminazzjoni artifiċjali; |
4. |
spejjeż marbuta ma' l-organizzazzjoni ta' u l-parteċipazzjoni f'kompetizzjonijiet, esibizzjonijiet, fieri u fora bil-għan li tinqasam l-informazzjoni fis-settur |
Is-settur(i) konċernat(i): Setturi tat-tgħammir tal-bhejjem fejn il-kwalità ġenetika u l-produttività tal-bhejjem agrikoli tkun determinata skond il-programm ta' attivitajiet ta' tgħammir fis-settur
Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:
Ministère de l'agriculture |
Latvijas Republikas Zemkopības ministrija |
LV-1981 Riga |
Indirizz elettroniku: www.zm.gov.lv
Numru XA: XA 318/07
Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja
Reġjun: Območje občine Kuzma
Titlu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew l-isem tal-benefiċjarju: Podpora programom razvoja kmetijstva in podeželja v občini Kuzma 2007–2013
Bażi ġuridika: Pravilnik o dodeljevanju državnih pomoči na področju razvoja kmetijstva in podeželja v občini Kuzma
Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont globali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:
|
2007: EUR 12 519 |
|
2008: EUR 13 000 |
|
2009: EUR 13 000 |
|
2010: EUR 13 000 |
|
2011: EUR 14 000 |
|
2012: EUR 14 000 |
|
2013: EUR 14 000 |
Intensità massima ta' l-għajnuna:
1. Investiment f'impriżi agrikoli tal-produzzjoni primarja:
— |
sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'investiment f'żoni żvantaġġati u sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għal investiment f'oqsma oħra; sussidji fuq ir-rati ta' interess dwar self ta' investiment sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'investiment f'żoni żvantaġġati u sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għal investiment f'oqsma oħra. |
2. Konservazzjoni tal-pajsaġġi u l-bini tradizzjonali:
— |
sa 60 %, jew sa 75 % f'żoni żvantaġġati, tan-nefqa eliġibbli fil-każ ta' investimenti fil-konservazzjoni ta' karatteristiċi ta' wirt kulturali ta' assi produttivi dwar farms (bini ta' farms; fosos tal-qmuħ, xtillieri għat-tnixxif, imtamar tal-qmuħ, imqawel, kaxex tan-naħal, eċċ.); sa 100 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-investiment fil-konservazzjoni ta' wirt mhux produttiv misjub fil-farms (karatteristiċi arkeoloġiċi jew storiċi); sa 100 % biex tkopri spejjeż żejda minħabba użu tradizzjonali ta' materjali meħtieġa biex jinżammu l-karatteristiċi patrimonjali tal-bini. |
3. Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni:
— |
il-livell ta' kofinanzjament muniċipali m'għandux jaqbeż id-differenza bejn il-livell ta' kofinanzjament tal-primjums ta' l-assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali u sa 50 % tal-primjums ta' assigurazzjoni u pagamenti imħallsa relatati ma' l-assigurazzjoni, skond ir-Regolament dwar il-kofinanzjament tal-primjums ta' assigurazzjoni għall-assigurazzjoni ta' produzzjoni agrikola għas-sena kurrenti, għall-assigurazzjoni ta' l-uċuħ u frott u għall-assigurazzjoni tal-bhejjem kontra il-mard. |
4. Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art:
— |
sa 100 % ta' l-ispejjeż eliġibbli ġuridiċi u amministrattivi. |
5. Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità:
— |
sa 100 % ta' l-ispejjeż ta' l-attivitajiet ta' riċerka tas-suq, kunċett u disinn tal-prodott, li jinkludi l-preparazzjoni ta' l-applikazzjonijiet għar-rikonoxximent ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet ta' l-oriġini jew ċertifikati ta' karattru speċifiku f'konformità mar-regolamenti Kommunitarji rilevanti; sa 100 % ta' l-ispejjeż ta' l-introduzzjoni ta' skemi ta' kwalità ta' assigurazzjoni, sistemi ta' traċċabilità, sistemi biex jassiguraw l-awtentiċità u normi tas-suq jew sistemi ta' awditjar ambjentali għall-produzzjoni primarja. |
6. Provvista ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu:
— |
sa 100 % ta' l-ispejjeż rigward l-edukazzjoni u taħriġ, servizzi ta' konsulenza u l-organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, wirjiet, fieri, pubblikazzjonijiet, katalgi u websajts |
Data ta' l-implimentazzjoni: Ottubru 2007 (L-għajnuna ma tiġix allokata qabel ma s-sinteżi tiġi ppubblikata fil-websajt tal-Kummissjoni)
Tul ta' l-iskema jew għoti ta' l-għajnuna individwali: Sal-31.12.2013
Għan ta' l-għajnuna: appoġġ lill-SMEs
Referenza għall-Artikoli fir-Regolament (KE) Nru 1857/2006: Kapitolu II ta' l-abbozz tar-regoli dwar l-għoti ta' l-għajnuna mill-Istat għall-iżvilupp agrikolu u dak rurali fil-muniċipalità ta' Kuzma jinkludi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli li ġejjin tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3):
l-Artikolu 4: Investiment f'impriżi agrikoli tal-produzzjoni primarja,
l-Artikolu 5: Konservazzjoni tal-pajsaġġi u l-bini tradizzjonali,
l-Artikolu 12: Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni,
l-Artikolu 13: Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art,
l-Artikolu 14: Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità,
l-Artikolu 15: Provvista ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu
Is-settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i): L-agrikoltura
Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:
Občina Kuzma |
Kuzma 60c |
SLO-9263 Kuzma |
Indirizz ta' l-internet: http://www.uradni-list.si/1/ulonline.jsp?urlid=200793&dhid=91957
Tagħrif ieħor: Ir-Regoli dwar l-għoti ta' l-għajnuna mill-Istat għall-iżvilupp agrikolu u dak rurali fil-muniċipalità ta' Kuzma jilħqu l-ħtiġijiet tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 fir-rigward tal-miżuri adottati mill-muniċipalità u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (proċeduri qabel tingħata l-għajnuna, l-akkumulu, it-trasparenza u s-sorveljanza ta' l-għajnuna)
Jožef ŠKALIČ
Sindku
Numru XA: XA 324/07
Stat Membru: Spanja
Reġjun: Navarra
Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża benefiċjarja ta' l-għajnuna individwali: Ayudas a la renovación del parque de tractores y cosechadoras automotrices de Navarra
Bażi ġuridika: Orden Foral de la Consejera de Desarrollo Rural y Medio Ambiente por la que se aprueban las ayudas a la renovación del parque de tractores y cosechadoras automotrices de Navarra
Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew l-ammont totali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 200 000
Intensità massima ta' l-għajnuna: Għajnuna sa 50 % ta' l-investimenti eliġibbli fiż-żoni żvantaġġati.
Għajnuna sa 40 % ta' l-investimenti eliġibbli fiż-żoni l-oħra.
Fil-każ ta' bdiewa żgħażagħ, il-persentaġġi ta' hawn fuq jiżdiedu b'10 punti jekk l-investimenti jsiru matul il-ħames snin wara l-istabbiliment tagħhom.
Data ta' l-implimentazzjoni:
Tul ta' l-iskema jew ta' l-għoti ta' l-għajnuna individwali: Mill-1 ta' Diċembru 2007 sal-31 ta' Diċembru 2013
Għan ta' l-għajnuna:
(1) |
L-għan ewlieni ta' l-għajnuna huwa r-rimi ta' tratturi u ħassada li jitħaddmu b'magna proprja li m'għadhomx jintużaw, bħala inċentiv biex jinxtraw oħrajn ġodda li jużaw teknoloġiji ġodda u li huma iktar effiċjenti, adattabbli u sikuri. |
(2) |
Bħala għan sekondarju jista' jissemma: l-appoġġ għall-involviment ta' l-agrikoltura fit-tnaqqis tal-konsum tal-fjuwils fossili u ta' l-emissjonijiet li jniġġsu. |
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006: Investmenti f'azjendi ta' l-agrikoltura. Spejjeż eliġibbli: l-Artikolu 4(4)(b) Għajnuna għax-xiri ta' makkinarju
Settur jew setturi benefiċjarji: Is-settur agrikolu primarju
Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:
Gobierno de Navarra |
Departamento de Desarrollo Rural y Medio Ambiente |
C/ Tudela, 20 |
E-31003 Pamplona |
Sit ta' l-internet: http://www.cfnavarra.es/agricultura/COYUNTURA/AyudasEstado/pdfs/STNO07065%20OF.pdf
Tagħrif ieħor:
Dirección General de Desarrollo Rural |
C/ Tudela, 20 |
E-31003 Pamplona |
Tel. (34) 848 42 29 33 |
Email: izabalzv@cfnavarra.es |
Gobierno de Navarra |
Numru XA: XA 325/07
Stat Membru: L-Italja
Reġjun: Regione Piemonte — Provincia di Novara
Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna:: Interventi per l'innovazione e l'ammodernamento delle piccole e medie imprese: PMI agricole attive nel settore della produzione primaria di prodotti agricoli
Bażi legali: Delibera della Giunta Camerale CCIAA Novara n. 64 del 17 settembre 2007 ai sensi del regolamento (CE) n. 1857/2006
Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema: EUR 50 000
Intensità massima ta' l-għajnuna: 20 % tan-nefqa eliġibbli sa massimu ta' EUR 10 000 għal kull impriża
Data ta' l-implimentazzjoni: L-applikazzjonijiet għandhom jidħlu bejn it-3 ta' Diċembru 2007 sal-31 ta' Diċembru 2007
L-approvazzjoni ta' l-applikazzjonijiet issir fi żmien 90 jum mill-31 ta' Diċembru 2007
Tul ta' l-iskema: Għandu jiġi ppreżentat rendikont tan-nefqa fi żmien 10 tijiem mill-31 ta' Ottubru 2008
Likwidazzjoni sa tmiem l-2008
Għan ta' l-għajnuna: Sostenn favur interventi relatati mal-modernizzazzjoni ta' l-impriżi u għall-iżvilupp ta' l-innovazzjoni ta' prodotti u ta' proċessi u għall-iżvilupp sostenibbli għall-ekoloġija (l-introduzzjoni ġenerali u l-Artikolu 2 ta' l-Avviż għas-sejħiet)
Spejjeż eliġibbli: Akkwist ta' makkinarju, tagħmir u softwer meħtieġa għall-użu tagħhom, xogħlijiet ta' kostruzzjoni (l-Artikolu 4 tar-Regolament ta' eżenzjoni (KE) Nru 1857/2006)
Setturi konċernati: Produzzjoni primarja ta' prodotti agrikoli (is-subkodiċjiet kollha eliġibbli)
L-awtorità konċessonarja:
Camera di Commercio di Novara |
Via Avogadro, 4 |
I-28100 — Novara |
Sit ta' l-internet: www.no.camcom.it/contributi — Bando 0701 sez B
Tagħrif ieħor: Referente CCIAA Novara
Petrera Michela — Responsabile del Procedimento
Tel. (39) 0321 33 82 57
Fax. (39) 0321 33 83 33
e-mail servizi.imprese@no.camcom.it
L-Uffiċjal responsabbli għall-Proċedura
Michela PETRERA