Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TN0118

Kawża T-118/08: Rikors ippreżentat fit- 13 ta' Marzu 2008 — Actega Terra vs L-UASI (TERRAEFFEKT matt & gloss)

ĠU C 107, 26.4.2008, p. 42–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/42


Rikors ippreżentat fit-13 ta' Marzu 2008 — Actega Terra vs L-UASI (TERRAEFFEKT matt & gloss)

(Kawża T-118/08)

(2008/C 107/71)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Actega Terra GmbH (Lehrte, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Andorfer-Erhard Rechtsanwältin)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l--Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-7 ta' Jannar 2008, kawża R 1467/2007-1;

taċċerta li l-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 ma jipprekludix ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 5 454 517 li għaliha saret applikazzjoni, “TERRAEFFEKT matt & gloss”, għal prodotti fil-klassi 2 “Żmalt, b'mod partikolari għall-industrija grafika; il-prodotti kollha fuq imsemmija ma japplikawx għas-settur tal-bini”;

sussidjarjament, tillimita l-elenku tal-prodotti ta' l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja, kif ġej:

“klassi 2: Żmalt, bil-proprjetà speċifika, b'mod partikolari għall-industrija grafika, li jrendi, skond il-proprjetajiet tal-bażi, wiċċ matt jew ileqq, billi tiġi mogħtija passata fuq il-bażi; il-prodotti kollha fuq imsemmija ma japplikawx għas-settur tal-bini”

u taċċerta f'dan ir-rigward li l-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 ma jipprekludix ir-reġistrabbiltà tat-trade mark li għaliha saret applikazzjoni;

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali “TERRAEFFEKT matt & gloss” għal prodotti fil-klassi 2 (applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 5 454 517).

Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: ċaħda ta' l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni.

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: ċaħda tar-rikors.

Motivi invokati: ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1), billi t-trade mark li għaliha saret applikazzjoni għandha l-karattru distintiv meħtieġ u mhijiex purament deskrittiva.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 11, 1994, p. 1).


Top