This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008TN0106
Case T-106/08: Action brought on 27 February 2008 — CPEM v Commission
Kawża T-106/08: Rikors ippreżentat fis- 27 ta' Frar 2008 — CPEM vs Il-Kummissjoni
Kawża T-106/08: Rikors ippreżentat fis- 27 ta' Frar 2008 — CPEM vs Il-Kummissjoni
ĠU C 107, 26.4.2008, p. 39–40
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
26.4.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 107/39 |
Rikors ippreżentat fis-27 ta' Frar 2008 — CPEM vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-106/08)
(2008/C 107/67)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Centre de promotion de l'emploi par la micro-entreprise (CPEM) (Marsilja, Franza) (rappreżentant: C. Bonnefoi, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrent
— |
tannulla n-nota ta' debitu; |
— |
tirrikonoxxi dritt ghal kumpens għal ħsara pubblika tar-reputazzjoni ta' organizzazzjoni li taħdem fil-kuntest ta' missjoni ta' interess ġenerali (stmata għal EUR 100 000); |
— |
tordna l-ħlas lura ta' l-ispejjeż ta' l-avukat u ta' konsulenza legali li kienu meħtieġa u li tagħhom ingħatat ġustifikazzjoni. |
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz tal-preżenti rikors, ir-rikorrent jitlob l-anullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li hemm fin-nota ta' debitu Nru 3240912189 tas-17 ta' Diċembru 2007, dwar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru C(2007) 4645 ta' l-4 ta' Ottubru 2007, li ħassret, wara r-rapport ta' l-OLAF, l-għajnuna mogħtija mill-Fond Soċjali Ewropew għall-finanzjament fil-forma ta' għotja globali għal proġett pilota eżegwita mir-rikorrent (1), li l-annullament tagħha ntalbet mir-rikorrent fil-kuntest tal-kawża T-444/07, CPME vs Il-Kummissjoni (2).
In sostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent isostni, b'mod prinċipali, li l-Kummissjoni kienet wettqet żball ta' dritt u abbuż ta' poter safejn in-nota ta' debitu kkontestata ma ġietx indirizzata lid-debitur effettiv. Filwaqt li invoka ksur ta' l-Artikolu 135 tar-Regolament Finanzjarju Nru 1605/2002 (3), huwa jsostni li n-nota ta' debitu kellha tiġi indirizzata lill-entità li kellha rwol ta' responsabbiltà finanzjarja fil-kuntest tal-proġett in kwistjoni, li kienet effettivament irċeviet l-għotjiet tal-Fond Soċjali Ewropew.
Barra minn hekk, ir-rikorrent isostni li l-fatt li ġiet indirizzata lilu n-nota ta' debitu jwassal għal ħsara għar-reputazzjoni tiegħu u l-kredibbilità tiegħu fir-rigward tas-sħab finanzjarji tiegħu meta tittieħed in kunsiderazzjoni l-missjoni ta' interess ġenerali li huwa jeżerċita.
(1) Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru C(1999) 2645 tas-17 ta' Awwissu 1999, emendata bid-Deċiżjoni Nru C(2001) 2144 tat-18 ta' Settembru 2001.
(3) Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1605/25 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 248, p. 1).