Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TN0104

    Kawża T-104/08: Rikors ippreżentat fit- 23 ta' Frar 2008 — ars Parfum Creation & Consulting vs L-UASI (Forma ta' flixkun tal-fwieħa)

    ĠU C 107, 26.4.2008, p. 38–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.4.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 107/38


    Rikors ippreżentat fit-23 ta' Frar 2008 — ars Parfum Creation & Consulting vs L-UASI (Forma ta' flixkun tal-fwieħa)

    (Kawża T-104/08)

    (2008/C 107/65)

    Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: ars Parfum Creation & Consulting (Kolonja, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Späth u G. Hasselblatt, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-Deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-8 ta' Novembru 2007 (Kawża R 1656/2006-1);

    tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark tridimensjonali tal-forma ta' flixkun tal-fwieħa għal prodotti fil-klassi 3 (Applikazzjoni Nru 4 995 361).

    Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: jirrifjuta l-applikazzjoni

    Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: jiċħad l-appell

    Motivi invokati: ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1), peress li t-trade mark li saret applikazzjoni għaliha għandha karattru distintiv.


    (1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 11, 1994, p. 1).


    Top