EUR-Lex Juurdepääs Euroopa Liidu õigusaktidele
See dokument on väljavõte EUR-Lexi veebisaidilt.
Dokument 62008TN0102
Case T-102/08 P: Appeal brought on 25 February 2008 by Asa Sundholm against the judgment of the Civil Service Tribunal delivered on 13 December 2007 in Case F-27/07 Sundholm v Commission
Kawża T-102/08 P: Appell ippreżentat fil- 25 ta' Frar 2008 minn Asa Sundholm mis-sentenza mogħtija fit- 13 ta' Diċembru 2007 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-27/07, Sundholm vs Il-Kummissjoni
Kawża T-102/08 P: Appell ippreżentat fil- 25 ta' Frar 2008 minn Asa Sundholm mis-sentenza mogħtija fit- 13 ta' Diċembru 2007 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-27/07, Sundholm vs Il-Kummissjoni
ĠU C 107, 26.4.2008, lk 38—38
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
26.4.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 107/38 |
Appell ippreżentat fil-25 ta' Frar 2008 minn Asa Sundholm mis-sentenza mogħtija fit-13 ta' Diċembru 2007 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-27/07, Sundholm vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-102/08 P)
(2008/C 107/64)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Asa Sundholm (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal, avocats)
Appellata: Il-Kummissjoni tal-Kommunitajiet Ewropej
Talbiet ta' l-appellanti
— |
tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-13 ta' Diċembru 2007 fil-kawża F-27/07; |
— |
tiddeċiedi mill-ġdid permezz tad-dispożizzjonijiet ġodda kif kellha tagħmel l-ewwel qorti: tannulla d-deċiżjoni li tistabbilixxi r-rapport dwar l-iżvilupp tal-karriera ta' l-appellanti għall-perijodu bejn l-1 ta' Lulju 2001 sal-31 ta' Diċembru 2002, b'eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-20 ta' April 2005; |
— |
tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż taż-żewġt istanzi. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Fl-appell tagħha, l-appellanti titlob l-annullament tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku li tiċħad ir-rikors li bih hija talbet l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi r-rapport dwar l-iżvilupp tal-karriera ta' l-appellanti għall-perijodu bejn l-1 ta' Lulju 2001 sal-31 ta' Diċembru 2002, filwaqt li l-ewwel rapport għall-imsemmi perijodu kien ġie annullat permezz tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-20 ta' April 2005 (1).
In sostenn ta' l-appell tagħha, l-appellanti tinvoka aggravju bbażat fuq żball ta' liġi, fuq il-ksur ta' l-Artikolu 233 KE u fuq in-nuqqas ta' osservanza tad-dritt Komunitarju dwar l-obbligu speċjali ta' motivazzjoni.
Hija ssostni li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq żball ta' liġi billi interpreta ħażin il-portata tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-20 ta' April 2005 kif ukoll l-Artikolu 233 KE billi kkunsidra li l-Awtorità tal-Ħatra ma kellhiex, bħala miżuri ta' eżekuzzjoni tas-sentenza, u fid-dawl tal-motivi tagħha kif ukoll taż-żmien li għadda bejn id-deċiżjoni annullata u l-eżekuzzjoni ta' l-imsemmija sentenza, tipprovdi motivazzjoni iktar wiesgħa fir-rigward ta' l-obbligu ta' l-amministrazzjoni li tagħti motivazzjoni b'mod iktar speċifiku għar-rapport dwar l-iżvilupp tal-karriera stabbilit, b'eżekuzzjoni ta' sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza, u skond l-appellanti, tard.
Barra minn hekk, hija tqis li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kien interpreta ħażin l-awtorità assoluta tal-kawża deċiża mill-Qorti tal-Prim'Istanza billi aċċetta li s-sempliċi kanċellazzjoni tal-kummenti magħmula illegalment tikkostitwixxi rettifika ġusta ta' l-evalwazzjoni ta' l-appellanti.
(1) Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza, Sundholm vs Il-Kummissjoni, T-86/04, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra.