EUR-Lex Juurdepääs Euroopa Liidu õigusaktidele

Tagasi EUR-Lexi avalehele

See dokument on väljavõte EUR-Lexi veebisaidilt.

Dokument 62008CN0043

Kawża C-43/08: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Bundespatentgerichts (il-Ġermanja) fit- 8 ta' Frar 2008 — Kawża dwar id-dritt tat-trade marks — Partijiet: ZVS Zeitungsvertrieb Stuttgart GmbH u l-president tad-Deutschen Patent- u. Markenamts

ĠU C 107, 26.4.2008, lk 12—13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/12


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Bundespatentgerichts (il-Ġermanja) fit-8 ta' Frar 2008 — Kawża dwar id-dritt tat-trade marks — Partijiet: ZVS Zeitungsvertrieb Stuttgart GmbH u l-president tad-Deutschen Patent- u. Markenamts

(Kawża C-43/08)

(2008/C 107/19)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundespatentgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: ZVS Zeitungsvertrieb Stuttgart GmbH u l-president tad-Deutschen Patent- u. Markenamts

Domandi preliminari

1.

L-Artikolu 3 tad-Direttiva 89/104/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 jirrikjedi, sabiex jiġu assigurati opportunitajiet indaqs fuq il-livell tal-kompetizzjoni, trattament bl-istess mod (1) fost il-kompetituri meta huma jirreġistraw trade marks?

2.

Fil-każ ta' risposta fl-affermativ, il-qorti għandha teżamina indikazzjonijiet konkreti ta' nuqqas ta' trattament ugwali li jwasslu għal distorsjoni tal-kompetizzjoni u tieħu in kunsiderazzjoni fl-analiżi tagħha d-deċiżjonijiet preċedenti li l-awtorità kompetenti ħadet f'każijiet simili?

3.

Fil-każ ta' risposta fl-affermativ, il-qorti għandha, meta hija tikkonstata tali diskriminazzjoni, tirrispetta l-projbizzjoni ta' kull diskriminazzjoni li twassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni meta tinterpreta u tapplika l-Artikolu 3 tad-Direttiva 89/104/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988?

4.

Fil-każ ta' risposta fin-negattiv għad-domandi 1, 2 u 3, il-leġiżlazzjoni nazzjonali għandha, sabiex tevita kull distorsjoni tal-kompetizzjoni, tobbliga lill-awtorità nazzjonali tiftaħ ex officio proċedura ta' annullament kontra trade marks preċedenti rreġistrati b'mod żbaljat?


(1)  ĠU L 40, p. 1.


Üles