EUR-Lex Juurdepääs Euroopa Liidu õigusaktidele

Tagasi EUR-Lexi avalehele

See dokument on väljavõte EUR-Lexi veebisaidilt.

Dokument 62007CA0017

Kawża C-17/07 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat- 28 ta' Frar 2008 — Wineke Neirinck vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (Appell — Servizz pubbliku — Membru tal-persunal temporanju — Membru tal-persunal bil-kuntratt — Uffiċċju għall-Infrastruttura u l-Loġistika fi Brussell (UIB) — Proċedura ta' reklutaġġ — Ċaħda ta' kandidatura — Rikors għal annullament — Rikors għad-danni)

ĠU C 107, 26.4.2008, lk 6—7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-28 ta' Frar 2008 — Wineke Neirinck vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-17/07 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Membru tal-persunal temporanju - Membru tal-persunal bil-kuntratt - Uffiċċju għall-Infrastruttura u l-Loġistika fi Brussell (UIB) - Proċedura ta' reklutaġġ - Ċaħda ta' kandidatura - Rikors għal annullament - Rikors għad-danni)

(2008/C 107/09)

Lingwa tal-proċedura: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Wineke Neirinck [rappreżentanti: G. Vandersanden u L. Levi, avocats]

Parti oħra fil-proċeduri: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti]

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tieni Awla) ta' l-14 ta' Novembru 2006, Neirinck vs Il-Kummissjoni (T-494/04) li biha l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet it-talba tar-rikorrenti intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar iċ-ċaħda tal-kandidatura tagħha għall-kariga ta' ġurista fis-settur tal-politika immobbiljara fi ħdan l-Uffiċċju għall-Infrastruttura u l-Loġistika fi Brussell (UIB) u n-nomina ta' kandidat ieħor għall-imsemmija kariga kif ukoll, min-naħa l-oħra, għall-ksib ta' danni — Kunċett ta' interess ġuridiku — Obbligu ta' motivazzjoni — Distorsjoni ta' l-elementi ta' prova — Abbuż ta' poter — Interess tas-servizz u prinċipji ta' premura u ta' amministrazzjoni tajba

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej ta' l-14 ta' Novembru 2006, Neirinck vs Il-Kummissjoni (T-494/04), hija annullata in kwantu l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet il-motiv ibbażat fuq il-ksur ta' l-obblgu ta' motivazzjoni li jivvizzja d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tas-27 ta' April 2004 li tinforma lil W. Neirinck li ma għaddietx mill-prova orali tal-proċedura ta' reklutaġġ għall-kariga ta' ġurista fis-settur tal-politika immobbiljarja fi ħdan l-Uffiċċju għall-Infrastruttura u l-Loġistika fi Brussell, bħala membru tal-persunal bil-kuntratt.

2)

L-appell huwa miċħud għall-bqija.

3)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tas-27 ta' April 2004 li tinforma lil W. Neirinck li ma għaddietx mill-prova orali tal-proċedura ta' reklutaġġ għall-kariga ta' ġurista fis-settur tal-politika immobbiljarja fi ħdan l-Uffiċċju għall-Infrastruttura u l-Loġistika fi Brussell, bħala membru tal-persunal bil-kuntratt, hija annullata.

4)

Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.

5)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata tbati, barra l-ispejjeż tagħha stess, it-totali ta' dawk sostnuti minn W. Neirinck quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej u quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej.


(1)  ĠU C 95, 28.4.2007.


Üles