Pasirinkite eksperimentines funkcijas, kurias norite išbandyti

Šis dokumentas gautas iš interneto svetainės „EUR-Lex“

Dokumentas 52008XC0426(07)

    Tagħrif fil-qosor imwassal mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

    ĠU C 106, 26.4.2008, p. 22—27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.4.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 106/22


    Tagħrif fil-qosor imwassal mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

    (2008/C 106/09)

    Numru XA: XA 323/07

    Stat Membru: L-Ungerija

    Reġjun: Il-pajjiż kollu

    Titlu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: 2007. évben aszálykárt szenvedett mezőgazdasági termelők kedvezményes hitelhez jutási lehetőségének támogatása

    Bażi ġuridika:

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1860/2004 tas-6 ta' Ottubru 2004 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna de minimis fis-setturi agrikoli u tas-sajd (ĠU L 325, 28.10.2004, p. 4);

    2006. évi LXXXVIII. törvény a nemzeti agrár-kárenyhítési rendszerről;

    88/2006 (XII. 28.) FVM rendelet a nemzeti agrárkár-enyhítési rendszerről szóló 2006. évi LXXXVIII. törvény végrehajtásának szabályairól;

    A földművelésügyi és vidékfejlesztési miniszter /2007. (…..) FVM rendelete a 2007. évben aszálykárt szenvedett mezőgazdasági termelők kedvezményes hitelhez jutási lehetőségéről

    Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont kumplessiv ta' għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: Nefqa annwali ppjanata: HUF 200-220 miljun

    Intensità massima ta' l-għajnuna: L-intensità massima tas-self u s-sussidju ta' garanzija flimkien hija ta' 80 % tat-telf tal-produzzjoni

    Data ta' implimentazzjoni: Minn Ottubru 2007

    Tul ta' żmien ta' l-iskema jew għotja ta' għajnuna individwali:

    Għan ta' l-għajnuna: L-għan ta' l-għajnuna huwa li jipprovdi lill-bdiewa (impriżi żgħar u ta' daqs medju) b'kumpens għall-ħsara imġarrba minn nixfa fl-2007.

    Il-bdiewa soffrew tnaqqis sostanzjali mid-dħul tagħhom (f'uħud mill-każijiet it-telf ta' produzzjoni kien ta' bejn 50 % u 100 %). Sabiex ikun kumpensat dan it-telf ta' dħul, il-bdiewa għandhom ikunu intitolati għal self issussidjat u tali self għandu jkun ukoll akkumpanjat b'garanzija preferenzjali.

    L-ammont ta' għajnuna inkluż fil-garanzija tas-self huwa kalkulat fuq il-bażi tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1860/2004 tas-6 ta' Ottubru 2004 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna de minimis fis-setturi ta' l-agrikoltura u tas-sajd. L-istituzzjonijiet li jagħtu l-garanziji jipprovdu l-garanzija fuq is-self fuq il-bażi tad-Digriet 50/2007. (VI. 27) FVM dwar il-garanzija istituzzjonali fejn tista' tiġi rifonduta bħala għajnuna de minimis mill-impriżi agrikoli. Mar-redenzjoni tal-garanzija, l-istituzzjonijiet li jagħtu l-garanziji jittrasferixxu lill-istituzzjoni finanzjarja li tipprovdi l-finanzjament l-ammont komplut tal-kontrogaranzija riċevut mir-riżorsi tal-baġit.

    L-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 japplika.

    L-intensità massima ta' għajnuna li tista' tintlaħaq (sussidju tar-rata ta' interess u dispożizzjoni tal-garanzija) hija 80 % tat-telf ta' dħul

    Settur(i) konċernat(i): Is-settur ta' produzzjoni veġetali (uċuħ tar-raba')

    Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

    Földművelésügyi és Vidékfejlesztési Minisztérium

    Kossuth Lajos tér 11.

    H-1055 Budapest

    Indirizz ta' l-internet: http://www.fvm.hu/main.php?folderID=1846&articleID=11273&ctag=articlelist&iid=1

    András Máhr

    Segretarju ta' l-Istat

    Numru XA: XA 337/07

    Stat Membru: L-Italja

    Reġjun: Umbria

    Titlu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew isem il-kumpanija benefiċjarja ta' għajnuna individwali: Progetti integrati di filiera a favore delle PMI attive nel settore della produzione, trasformazione e commercializzazione dei prodotti di cui all'allegato I del trattato. Criteri per la concessione degli aiuti

    Bażi ġuridika: Deliberazione della Giunta Regionale n. 1798 del 12 novembre 2007 avente per oggetto “Modifiche ed integrazioni alla DGR 1449/2007 concernente: Progetti integrati di filiera a favore delle PMI attive nel settore della produzione, trasformazione e commercializzazione dei prodotti di cui all'allegato I del trattato, criteri per la concessione degli aiuti”

    Din l-iskema ta' għajnuna għandha titqies bħala adattament fl-iskema ta' għajnuna preċedenti eżentata rreġistrata mill-Kummissjoni, skond ir-Regolament (KE) Nru 1/2004, taħt in-numru XA 02/05. Se tiġi mnedija b'avviż pubbliku speċifiku, li jiffisa t-termini u l-kundizzjonijiet għall-preżentazzjoni ta' l-applikazzjonijiet għall-għajnuna, li jiġi ppubblikat biss wara li tiġi kkonfermata skond l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006, il-wasla għand il-Kummissjoni ta' din l-informazzjoni u l-pubblikazzjoni tagħha fuq is-sit elettroniku tal-Kummissjoni stess.

    Għall-kategoriji ta' għajnuna relatati mas-setturi ta' l-ipproċessar u tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti elenkati fl-Anness I għat-Trattat, ta' min wieħed jinnota li l-bażi ġuridika, li hija l-iskema ta' l-għajnuna eżenti msemmija nru. XA 02/05, tiġi modifikata skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 70/2001, kif ġie emendat u ssupplementat bl-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006. Għaldaqstant, l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 70/2001 imsemmi, jipprovdi għat-trażmissjoni lill-Kummissjoni tal-KE, flimkien ma' din in-nota, is-sinteżi relatata li fiha l-informazzjoni fil-qosor li tirrappreżenta l-premessa legali għat-tnedija ta' l-iskeda ta' għajnuna eżenti fit-tali settur

    Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont annwali kumplessiv ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 5 450 000 li minnhom:

    EUR 5 000 000 prijoritarjament għall-impriżi fid-distrett ta' Lago Trasimeno — PG, (Magione, Panicale, C.del Lago, Tuoro, Passignano, Città della Pieve, Piegaro, Paciano);

    EUR 450 000 bħala l-ewwel allokazzjoni u skond l-iskeda tal-PSR ta' l-Umbria għall-2007-2013, li qed tistenna l-approvazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea, għall-għoti ta' l-għajnuna għas-sostenn tal-proġetti fis-settur ta' l-industrija ta' l-ikel, għall-bqija tar-reġjun

    Intensità massima ta' l-għajnuna:

    1.

    Għas-settur tal-produzzjoni primarja l-għajnuna, fil-forma ta' kontributi kapitali, qed tingħata skond il-limitu massimu kif ġej:

    40 fil-mija għan-nefqa mġarrba għal dawn l-interventi/l-operat:

    (a)

    il-kostruzzjoni jew it-tijib ta' proprjetà immobbli kif ukoll l-akkwist ta' artijiet agrikoli sal-massimu ta' 10 % ta' l-ispiża kumplessiva ta' l-intervent minn kull attwarju. Bl-istess mod, huwa permess l-akkwist ta' proprjetà immobbli, jekk dan ikun indispensabbli biex il-proġett jiġi finalizzat, sa l-ammont massimu tan-nefqa eliġibbli ta' EUR 516 għal kull metru kwadru li jkun tajjeb biex jintuża.

    (b)

    Spejjeż marbutin ma' l-introduzzjoni ta' sistemi ta' negozju ta' kwalità konformi mal-kriterji ta' l-istandards ISO 9000;

    20 fil-mija ta' l-ispejjeż imġarrba għall-akkwist ta' makkinarju u tagħmir inklużi dawk ta' l-informatika;

    12 % għall-ispejjeż ġenerali marbutin ma' l-infiq taħt a) u b), inkluż l-akkwist ta' brevetti u ta' liċenzji;

    Ir-rati msemmija jiżdiedu b'10 punti jekk l-intervent/l-operat iseħħ f'żona fil-muntanji jew żvantaġġati kif stabbilit fil-Programm għall-Iżvilupp Rurali ta' l-Umbria għall-2007-2013, skond l-Artikoli 50 u 94 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2002 u 10 punti oħra jekk dan jiġi realizzat minn bdiewa żgħażagħ.

    Fi kwalunkwe każ l-ammont globali ta' għajnuna mogħtija lil impriża individwali ma jistax taqbeż l-EUR 400 000 fi kwalunkwe perjodu tul tliet snin finanzjarji jew EUR 500 000 jekk l-istabbiliment jinstab f'żona fil-muntanji jew żvantaġġata kif stabbilit fil-Programm għall-Iżvilupp Rurali ta' l-Umbria għall-2007-2013, skond l-Artikoli 50 u 94 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005.

    Fis-settur tal-produzzjoni primarja huma inklużi wkoll l-investimenti li jkunu saru fl-istabbiliment agrikolu li huma meħtieġa għat-tħejjija tal-prodotti ta' l-annimal jew tal-ħaxix għall-ewwel bejgħ. L-ewwel bejgħ ifisser il-bejgħ li jsir minn produttur primarju lill-bejjiegħa jew proċessuri u kull operat neċessarju għat-tħejjija tal-prodott għal dan l-ewwel bejgħ kif ukoll il-bejgħ lill-konsumatur finali sakemm dan iseħħ f'postijiet mhux distinti minn postijiet oħra użati għall-attività primarja.

    Esklużi mill-għajnuna huma:

    l-akkwist ta' drittijiet ta' produzzjoni kemm ta' annimali kif ukoll ta' ħxejjex annwali,

    dranaġġ, tagħmir u xogħlijiet marbutin ma' irrigazzjoni,

    tħawwil ta' ħxejjex annwali,

    investimenti sempliċi ta' bdil,

    investimenti għall-manifattura ta' prodotti li jimitaw jew jissostitwixxu l-ħalib u l-prodotti tal-ħalib.

    2.

    Għas-settur ta' l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni l-għajnuna, fil-forma ta' kontribut kapitali, tingħata sal-limitu massimu ta' 40 fil-mija ta' l-ispejjeż imġarrba minħabba dawn l-interventi/l-operat:

    (a)

    il-kostruzzjoni jew it-titjib fil-proprjetà immobbli. Bl-istess mod, tista' tiġi akkwistata proprjetà immobbli, jekk dan ikun indispensabbli biex il-proġett jiġi finalizzat, sa l-ammont massimu tan-nefqa eliġibbli ta' EUR 516 għal kull metru kwadru li jkun tajjeb biex jintuża;

    (b)

    spejjeż marbutin ma' l-introduzzjoni ta' sistemi ta' kwalità fl-istabbilimenti skond il-kriterji ta' l-istandards ISO 9000;

    (c)

    l-akkwist ta' makkinarju, tagħmir inklużi dawk ta' l-informatika, stallazzjonijiet teknoloġiċi;

    (d)

    l-ispejjeż ġenerali marbutin ma' l-infiq taħt a), b) u c) fil-limitu massimu ta' 12 %, inkluż l-akkwist ta' brevetti u ta' liċenzji.

    Esklużi mill-għajnuna huma:

    l-investimenti fil-livell ta' kummerċ bl-imnut,

    l-investimenti għall-ipproċessar jew il-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti ġejjin minn pajjiżi barra mill-Komunità.

    Għal kull impriża, l-infiq massimu eliġibbli huwa limitat għal 40 % tal-bejgħ imsemmi fl-aħħar baġit approvat fid-data tal-preżentazzjoni ta' l-applikazzjoni jew inkella s-sehem kapitali għal għaxar darbiet sottoskrit fl-istess data.

    Fi kwalunkwe każ, fir-rigward ta' l-impriżi ta' pproċessar u ta' kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I tat-Trattat, l-ispejjeż huma eliġibbli għall-għajnuna biss jekk ikunu konformi mar-Regolament (KE) Nru 70/2001.

    3.

    Għas-setur tal-ġestjoni integrata f'termini ta' kwalità, protezzjoni ambjentali, saħħa pubblika, saħħa tal-pjanti u ta' l-annimali, benessri ta' l-annimali u sikurezza fuq ix-xogħol l-għajnuna, fil-forma ta' kontribut f' kapital, tingħata skond il-limiti kif ġej:

    sa 100 % ta' l-ispejjeż imġarrba mill-produtturi, individwali jew assoċjati, u sa massimu ta' EUR 30 000 għal kull stabbiliment, għall-interventi li ġejjin:

    (a)

    infiq relatat mal-verifiki konnessi mal-ħruġ ta' l-ewwel ċertifikat kif previst għall-prodotti ta' kwalità rikonoxxut fil-livell Komunitarju (DOC, DOCG, DOP, IGT, IGP, SGT u prodotti organiċi);

    sa 50 % tan-nefqa mġarrba u sal-massimu ta' EUR 100 000 kull impriża, għall-interventi li ġejjin:

    (b)

    infiq marbut ma' l-introduzzjoni ta' sistemi ta' kwalità ambjentali skond il-kriterji ta' l-istandards ISO 14000 jew EMAS;

    sa 80 % tan-nefqa mġarrba u sal-massimu ta' EUR 100 000 kull impriża, għall-interventi li ġejjin:

    (c)

    infiq fuq l-introduzzjoni ta' sistemi ta' ċertifikazzjoni fil-katina tal-produzzjoni ta' l-ikel;

    sa 70 % tan-nefqa mġarrba mill-impriżi individwali jew asssoċjati u sal-massimu ta' EUR 200 000 għall-interventi relatati ma' servizzi ta' sostenn għall-kummerċjalizzazzjoni, bħal:

    (d)

    pubblikazzjonijiet, bħal katalgi jew siti elettroniċi, li fihom informazzjoni dwar il-prodott imsemmi fis-settur sakemm l-informazzjoni tkun newtrali u sakemm l-operaturi kollha fis-settur ikollhom possibiltà ndaqs li jidhru fil-pubblikazzjonijiet;

    (e)

    l-organizzazzjoni u l-parteċipazzjoni f'kompetizzjonijiet, fieri kummerċjali, wirjiet u fora għall-qsim ta' l-għarfien bejn l-istabbilimenti limitata għall-ispejjeż marbutin ma': reġistrazzjoni, vjaġġar, pubblikazzjoni, kiri ta' stands, premji simboliċi sa EUR 250 kull premju għal kull rebbieħ;

    (f)

    prodotti ta' kwalità rikonoxxuti fil-livell Komunitarju (DOC, DOCG, DOP, IGT, IGP, SGT u prodotti organiċi):

    i.

    it-tixrid ta' għarfien xjentifku;

    ii.

    l-informazzjoni dwar is-sistemi ta' kwalità u l-benefiċċji nutrittivi tat-tali prodotii u l-użu tagħhom sakemm ir-referenzi għall-oriġini jikkorrispondu eżattament mar-referenzi rreġistrati mill-Komunità

    L-għajnuna għas-servizzi ta' assistenza teknika fl-ebda każ ma tinvolvi ħlasijiet diretti lill-produtturi agrikoli, ħlief fil-każijiet previsiti skond l-Artikolu 14 (5) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006

    Data ta' l-applikazzjoni: l-1 ta' Ottubru 2007

    Tul ta' żmien ta' l-iskema: sat-31 ta' Diċembru 2008

    Għan ta' l-għajnuna: Interventi ta' sostenn għall-SMEs attivi fis-settur tal-produzzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti elenkati fl-Anness I tat-Trattat tal-KE (esklużi s-setturi forestali, tal-bioenerġija u tas-sajd) li ġew finalizzati għat-tisħiħ tal-kompetittività fis-setturi prinċipali ta' l-industrija ta' l-ikel fl-Umbria permezz ta' l-introduzzjoni ta' innovazzjonijiet ta' prodott u ta' proċess u l-ġestjoni integrata rigward kwalità, sikurezza u protezzjoni ambjentali u s-servizzi ta' appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli, l-aktar prodotti ta' kwalità.

    Għas-settur tal-produzzjoni, l-Artikoli tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 li ġew applikati għall-eżenzjoni ta' l-iskema preżenti huma: 4, 14, u 15.

    Għas-settur ta' l-ipproċessar u tal-kummerċjalizzazzjoni, l-Artikoli tar-Regolament (KE) Nru 70/2001 li ġew applikat għall-eżenzjoni ta' l-iskema preżenti huma: 4 u 5.

    L-ispejjeż eliġibbli koperti mill-iskema ta' l-għajnuna huma indikati fil-paragrafu preċedenti “Intensità massima ta' l-għajnuna”

    Settur(i) konċernat(i): Is-setturi kkonċernati għall-iskema ta' l-għajnuna huma s-setturi tal-produzzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti elenkati fl-Anness I tat-Trattat tal-KE (ekslużi s-setturi forestali, tal-bioenerġija u tas-sajd).

    L-inizjattivi kollha previsti fl-iskema ta' l-għajnuna għandhom juru prova ta' l-eżistenza normali ta' opportunitajiet tas-suq. M'humiex eliġibbli investimenti li jżidu l-kapaċità produttiva fis-setturi b'limitazzjonijiet speċifiċi fl-ambitu ta' l-organizzazzjonijiet tas-suq komuni sakemm ma jkunux iġġustifikati mill-akkwist tal-kwoti tal-produzzjoni korrispondenti

    Isem u indrizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

    Regione Umbria — Direzione regionale all'Agricoltura e foreste, aree protette, valorizzazione dei sistemi naturalistici e paesaggistici, beni ed attività culturali, sport e spettacolo

    Centro Direzionale Fontivegge

    I-06100 Perugia

    Sit ta' l-internet: www.regione.umbria.it

    ikklikkja fuq “aree tematiche”,

    ikklikkja fuq ix-xellug “agricoltura e foreste”,

    taħt “ultime notizie” ikklikkja fuq “D.G.R. del”,

    ikklikkja fuq “clicca qui”.

    Posta elettronika:

    fgarofalo@regione.umbria.it

    Tagħrif ieħor: L-għajnuna prevista għas-settur ta' l-ipproċessar u tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I tat-Trattat tiġi applikata għall-għajnuna eżentata skond ir-Regolament (KE) Nru 70/2001. Għaldaqstant, f'konformità ma' l-Artikolu 9 tar-Regolament imsemmi, in-nota dwar l-informazzjoni fil-qosor dwar l-għajnuna eżentata fit-tali settur qed tintbagħat lill-Kummissjoni flimkien ma' din in-nota

    Numru XA: XA 344/07

    Stat Membru: Franza

    Reġjun: Département de la Manche

    It-titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew l-isem tal-kumpanija li qed tirċievi għajnuna individwali: Accompagnement au développement de la Qualification Agriculture Raisonnée

    Bażi ġuridika:

    Articles L 1511 et suivants, articles L 3231-2 et L3232-17 du Code général des collectivités territoriales

    Délibération du conseil général de la Manche no 2006-II-3/06 du 19 juin 2006

    Convention entre l'État et le département relative à l'accompagnement au développement de la qualification à l'agriculture raisonnée

    Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema: Għajnuna annwali ta' EUR 28 750 (massimu)

    Intensità massima ta' l-għajnuna: 100 % tat-tariffi tat-tekniku, b'massimu ta' jumejn xogħol għal kull azjenda

    Data ta' l-implimentazzjoni: Mill-wasla tar-rikonoxximent ta' l-irċevuta mill-Kummissjoni Ewropea

    Tul ta' żmien għall-iskema ta' l-għajnuna jew għall-għajnuna individwali: L-iktar tard sal-31 ta' Diċembru 2009

    Għan ta' l-għajnuna: L-għan ta' l-iskema hu l-promozzjoni ta' l-iżvilupp tal-kwalifikazzjoni għall-agrikoltura sostenibbli billi l-Kunsill Ġenerali ta' Manche ikopri l-ispejjeż għall-massimu ta' jumejn xogħol minn tekniku. L-għajnuna titħallas lil entità tal-Kunsill inkarigata mill-verifika ta' qabel u mhux lill-produttur agrikolu. L-għajnuna se tkun irregolata bid-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 15 tar-Regolament ta' l-Eenzzjoni Agrikola (Regolament (KE) Nru 1857/2006)

    Settur(i) ikkonċernat(i): L-azjendi agrikoli kollha tad-dipartiment, dejjem jekk jaqgħu fi ħdan id-definizzjoni tal-Komunità ta' impriżi żgħar u ta' daqs medju

    Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

    Monsieur le président du conseil général de la Manche

    Direction des affaires économiques et du développement rural

    Service du développement rural

    Maison du département

    Rond-point de la liberté

    F-50008 Saint-Lo cedex

    Sitweb: http://www.cg50.fr/economie/agriculture

    XA Number: XA 346/07

    Stat Membru: Spanja

    Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna: Ayudas para paliar los daños ocasionados por las tormentas de lluvia, granizo y viento ocurridas en la segunda quincena del mes de mayo de 2007, que afectaron a varias comunidades autónomas

    Bażi ġuridika: Orden APA/ /2007, de … de octubre, por la que se desarrolla el artículo 4 del Real Decreto-ley no 5/2007, de 22 de junio, por el que se adoptan medidas urgentes para reparar los daños causados por las tormentas de lluvia, granizo y viento, que han afectado en la segunda quincena del mes de mayo de 2007, a diversas comunidades autónomas

    Nefqa annwali ppjanata: EUR 9,1 miljun

    Intensità massima ta' l-għajnuna: Sa 80 % tat-telf imġarrab

    Data ta' l-implimentazzjoni: Matul is-sitt xhur wara l-pubblikazzjoni ta' l-Orden imsemmija

    Tul ta' żmien ta' l-iskema ta' għajnuna: Diċembru 2008

    Għan ta' l-għajnuna: L-għan ta' din l-għajnuna huwa li tagħmel tajjeb għat-telf fil-ħsad imġarrab mill-bdiewa minħabba l-maltempati ta' xita qalila, silġ u riħ, fejn it-telf ma jkunx kopert minn poloz ta' l-assigurazzjoni.

    Bħala prerekwiżit fondamentali għal din l-għajnuna, il-produzzjoni tal-benefiċjarji għandha tkun assigurata fi ħdan il-Pjan annwali ta' assigurazzjoni ta' l-azjendi agrikoli.

    Biex azjenda tkun eliġibbli għal din l-għajnuna, il-ħsarat imġarrba għandhom jirrappreżentaw aktar minn 30 % tal-produzzjoni normali.

    L-għajnuna se tkun limitata għal 80 % tat-telf imġarrab, billi jiġi applikat tnaqqis assolut ta' 20 % tat-telf.

    Il-kalkolu tat-telf isir abbażi ta' kull azjenda individwali.

    Mill-ammont ikkalkulat, jitnaqqas il-kumpens irċevut mill-poloz ta' l-assigurazzjoni.

    Din l-iskema ta' għajnuna hija skond l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006

    Settur(i) benefiċjaru/i: Il-kundizzjonijiet klimatiċi ħżiena msemmija laqtu l-produzzjoni ta' ċereali, tadam u frott

    Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

    Entidad Estatal de Seguros Agrarios (ENESA)

    C/ Miguel Ángel, no 23 — 5a planta

    E-28010 Madrid

    Sit ta' l-internet: http://oracle3.mapya.es/documentos_pwe/rd/orden_tormentas.pdf

    enesa@mapa.es

    Numru XA: XA 352/07

    Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

    Reġjun: Območje občine Vransko

    Titolu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew l-isem tal-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Programi razvoja podeželja v občini Vransko 2007–2013

    Bażi ġuridika: Pravilnik o dodeljevanju pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva in podeželja v občini Vransko za programsko obdobje 2007–2013

    Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont globali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:

     

    2007: EUR 60 900

     

    2008: EUR 60 900

     

    2009: EUR 60 900

     

    2010: EUR 65 000

     

    2011: EUR 65 000

     

    2012: EUR 70 000

     

    2013: EUR 70 000

    Intensità massima ta' l-għajnuna:

    1.   Investiment f'impriżi agrikoli għall-produzzjoni primarja:

    sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni żvantaġġati u sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għal investiment f'oqsma oħra;

    sa 60 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni żvantaġġati u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħra, fejn l-investiment isir minn bdiewa żgħażagħ fi żmien ħames snin minn meta jibdew l-attivitajiet tagħhom.

    L-għajnuna tingħata għal investiment fir-restawr ta' karatteristiċi tal-farm u għax-xiri ta' tagħmir li jintuża fil-produzzjoni agrikola, u għal investiment f'għelejjel permanenti, titjib ta' l-art agrikola u ġestjoni tal-mergħat.

    2.   Għajnuna għall-konservazzjoni ta' bini tradizzjonali:

    għal karatteristiċi mhux produttivi, sa 100 % ta' l-ispejjeż reali mġarrba;

    għal assi produttivi f'azjendi agrikoli, sa 60 % jew — f'żoni żvantaġġati — 75 % ta' l-ispejjeż reali, sakemm l-investiment ma jsarrafx fi kwalunkwe żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni ta' l-azjenda agrikola;

    għajnuna addizzjonali tista' tingħata sa rata ta' 100 % biex tkopri spejjeż żejda minħabba użu ta' materjali tradizzjonali meħtieġa biex jinżammu l-karatteristiċi patrimonjali tal-bini.

    3.   Trasferiment ta' bini agrikolu fl-interess pubbliku:

    sa 100 % ta' l-ispejjeż reali, jekk it-trasferiment sempliċiment jikkonsisti fiż-żarmar, it-tneħħija u l-kostruzzjoni mill-ġdid tal-faċilitajiet eżistenti;

    meta r-rilokazzjoni twassal għal faċilitajiet aktar moderni li minnhom igawdi l-bidwi, huwa għandu jikkontribwixxi għallinqas 50 % fil-każ ta' żoni żvantaġġati, u 60 % fil-każ ta' żoni oħra, taż-żieda fil-valur tal-faċilitajiet ikkonċernati wara r-rilokazzjoni. Jekk il-benefiċjarju jkun bidwi żagħżugħ, din il-kontribuzzjoni għandha tkun għallinqas 55 %, jew 45 % fil-każ ta' żoni żvantaġġati;

    meta t-trasferiment iwassal għal żieda fil-kapaċità produttiva, il-bidwi għandu jikkontribwixxi mill-anqas 60 %, jew 50 % f'żoni żvantaġġati, ta' l-ispejjeż marbuta ma' din iż-żieda. Jekk il-benefiċjarju jkun bidwi żagħżugħ, din il-kontribuzzjoni għandha tkun għallinqas 55 %, jew 45 % fil-każ ta' żoni żvantaġġati.

    4.   Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni:

    l-ammont ta' appoġġ muniċipali huwa d-differenza bejn l-ammont ta' kofinanzjament tal-primjums ta' l-assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali u l-ammont sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-għelejjel u l-frott u biex jiġu assigurati l-bhejjem kontra l-mard.

    5.   Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art:

    sa 100 % ta' l-ispejjeż ġuridiċi u amministrattivi reali mġarrba.

    6.   Għajnuna biex tinkoraġġixxi l-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità:

    sa 100 % ta' l-ispejjeż għal attivitajiet ta' riċerka tas-suq, il-ħolqien u d-disinn tal-prodott, li jinkludi l-għajnuna mogħtija għat-tħeħħija ta' l-applikazzjonijiet għar-rikonoxximent ta' indikazzjonijiet ġeografiċi, denominazzjonijiet ta' l-oriġini jew ċertifikati ta' karattru speċifiku skond ir-regolamenti Komunitarji rilevanti. L-għajnuna tingħata fil-forma ta' servizzi sussidjati u ma tinvolvix ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi.

    7.   Għajnuna għall-provvista ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu:

    sa 100 % ta' l-ispejjeż għall-edukazzjoni u taħriġ tal-bdiewa, għas-servizzi ta' konsulenza, għall-organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, wirjiet u fieri, pubblikazzjonijiet, katalogi, siti ta' l-internet u t-tixrid ta' għarfien xjentifiku. L-għajnuna tingħata fil-forma ta' servizzi sussidjati u ma tinvolvix ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi

    Data ta' l-implimentazzjoni: Novembru 2007 (l-għajnuna ma tingħatax qabel ma tiġi pubblikata is-sinteżi fuq il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea)

    Tul ta' l-iskema jew ta' l-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2013

    Għan ta' l-għajnuna: Appoġġ lill-SMEs

    Referenza għall-Artikoli tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u spejjeż eliġibbli: Il-Kapitolu II tar-Regoli proposti dwar l-għoti ta' l-għajnuna għall-konservazzjoni u l-iżvilupp ta' żoni agrikoli u rurali fil-muniċipalità ta' Vransko għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013 (Pravilnik o dodeljevanju pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva in podeželja v Občini Vransko za programsko obdobje 2007-2013) jinkludi miżuri relatati ma' l-għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli li ġejjin mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat għal impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3):

    l-Artikolu 4: Investiment f'azjendi agrikoli;

    l-Artikolu 5: Konservazzjoni tal-pajsaġġi u l-bini tradizzjonali;

    l-Artikolu 6: Trasferiment ta' bini agrikolu fl-interess pubbliku;

    l-Artikolu 12: Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni;

    l-Artikolu 13: Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art;

    l-Artikolu 14: Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità;

    l-Artikolu 15: Provvista ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu.

    Is-settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i): L-agrikoltura

    Isem u indirizz l-awtorità li qed tagħmel l-għotja:

    Občina Vransko

    Vransko 59

    SLO-3305 Vransko

    Indirizz ta' l-internet: http://www.uradni-list.si/1/ulonline.jsp?urlid=200797&dhid=92173

    Tagħrif ieħor: L-għajnuna għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-għelejjel u l-frott tinkludi l-kundizzonijiet meteoroloġiċi negattivi li ġejjin li jistgħu jiġu meqjusa bħala diżastri naturali: ġlata fir-rebbiegħa, silġ, sajjetti, nirien ikkawżati mis-sajjetti, maltempati u għargħar.

    Ir-Regoli tal-muniċipalità jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 fir-rigward tal-miżuri li għandhom jiġu adottati mill-muniċipalitajiet, u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (proċeduri qabel l-għoti ta' l-għajnuna, l-akkumulu, it-trasparenza u s-sorveljanza ta' l-għajnuna).

    Is-Sindku tal-Muniċipalità ta' Vransko

    Franc SUŠNIK


    Į viršų