EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2008/087/05

Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5113 — Abe Investment/Getty) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata Test b'rilevanza għaż-ŻEE

ĠU C 87, 8.4.2008, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 87/6


Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5113 — Abe Investment/Getty)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 87/05)

1.

Fit-28 ta' Marzu 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Abe Investment, L.P. (“Abe Investment”, l-Istati Uniti ta' l-Amerika), ikkontrollata minn Hellman & Friedman Capital Partners VI, L.P. (“HFCP”, l-Istati Uniti ta' l-Amerika), akkwistat skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill kontroll sħiħ ta' l-impriża Getty Images, Inc. (“Getty Images”, l-Istati Uniti ta' l-Amerika), permezz ta' ftehim għall-amalgamazzjoni ta' Abe Acquisition Corp. (“Abe Acquisition”, l-Istati Uniti ta' l-Amerika), sussidjarja li hija kollha kemm hi proprjetà ta' Abe Investment, ma' Getty Images.

2.

L-attivitajiet ta' negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:

HFCP: investiment t'ekwità privata Is-setturi ta' investiment huma s-servizzi finanzjarji, is-servizzi tas-saħħa, industrijali/ta' l-enerġija, l-assigurazzjoni, il-midja/il-kummerċjalizzazzjoni, is-servizzi professjonali, is-servizzi tas-software/ta' l-informazzjoni,

Getty Images: il-ħolqien u d-distribuzzjoni ta' kontent tal-midja diġitali.

3.

Permezz ta' eżaminazzjoni preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' taħt ir-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riservata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet li jista' jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.

L-osservazzjonijiet għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5113 — Abe Investment/Getty, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussell


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


Top