This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52008IG0227(02)
Initiative of the Republic of Slovenia, the French Republic, the Czech Republic, the Kingdom of Sweden, the Kingdom of Spain, the Kingdom of Belgium, the Republic of Poland, the Italian Republic, the Grand Duchy of Luxembourg, the Kingdom of the Netherlands, the Slovak Republic, the Republic of Estonia, the Republic of Austria and the Portuguese Republic, with a view to adopting a Council Decision of … on the European Judicial Network
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju ta' l-Iżvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju ta' l-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' l-Awstrija, tar-Repubblika Portugiża, bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' Deċiżjoni tal-Kunsill ta' … dwar in-Network Ġudizzjarju Ewropew
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju ta' l-Iżvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju ta' l-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' l-Awstrija, tar-Repubblika Portugiża, bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' Deċiżjoni tal-Kunsill ta' … dwar in-Network Ġudizzjarju Ewropew
ĠU C 54, 27.2.2008, p. 14–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
27.2.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 54/14 |
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju ta' l-Iżvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju ta' l-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' l-Awstrija, tar-Repubblika Portugiża, bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' Deċiżjoni tal-Kunsill ta' … dwar in-Network Ġudizzjarju Ewropew
(2008/C 54/03)
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari l-Artikoli 31 u 34(2)(c) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju ta' l-Iżvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju ta' l-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' l-Awstrija, tar-Repubblika Portugiża,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,
Billi:
(1) |
Stabbilit bl-Azzjoni Konġunta 98/428/ĠAI tad-29 ta' Ġunju 1998 (1), in-Network Ġudizzjarju Ewropew wera l-utilità tiegħu fil-faċilitazzjoni tal-koperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali. |
(2) |
Skond l-Artikolu 53 tal-Konvenzjoni tad-19 ta' Ġunju 1990 li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen u l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni tad-29 ta' Mejju 2000 dwar Assistenza Reċiproka f'Materji Kriminali bejn l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea, l-assistenza ġuridika reċiproka sseħħ permezz ta' kuntatti diretti bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti. Din id-deċentralizzazzjoni ta' assistenza ġuridika reċiproka issa hija implimentata fil-wisa'. |
(3) |
Il-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku ta' deċiżjonijiet ġudizzjarji f'materji kriminali huwa implimentat gradwalment. Huwa mhux biss jikkonferma l-prinċipju ta' kuntatti diretti bejn awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti, huwa jistabbilixxi wkoll il-proċeduri u jagħmilhom kompletament ġudizzjarji. |
(4) |
L-impatt ta' dan it-tibdil fuq il-koperazzjoni ġudizzjarja kien imkabbar iżjed bit-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea fl-2004 u l-2007. Minħabba din l-evoluzzjoni, in-Network Ġudizzjarju Ewropew huwa meħtieġ anke iżjed milli fiż-żmien tal-ħolqien tiegħu u għalhekk għandu jissaħħaħ. |
(5) |
L-Eurojust kien stabbilit bid-Deċiżjoni 2002/187/ĠAI (2) sabiex itejjeb il-koordinazzjoni u l-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri. Id-Deċiżjoni 2002/187/ĠAI jipprevedi li l-Eurojust għandu jżomm relazzjonijiet privileġġati man-Network Ġudizzjarju Ewropew abbażi ta' konsultazzjoni u komplimentarjetà. |
(6) |
Ħames snin ta' koeżistenza ta' l-Eurojust u n-Network Ġudizzjarju Ewropew urew kemm il-ħtieġa li ż-żewġ strutturi jinżammu kif ukoll il-ħtieġa li r-relazzjoni tagħhom tiġi kkjarifikata. |
(7) |
Jeħtieġ li l-koperazzjoni ġudizzjarja tissaħħaħ bejn l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea u li l-punti ta' kuntatt tan-Network Ġudizzjarju Ewropew u ta' l-Eurojust jitħallew jikkomunikaw għal dan il-fini kulmeta jkun meħtieġ, direttament u b'mod aktar effiċjenti permezz ta' network sigur ta' telekomunikazzjonijiet, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ħolqien
In-network ta' punti ta' kuntatt ġudizzjarji stabbilit bejn l-Istati Membri taħt l-Azzjoni Konġunta 98/428/ĠAI, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “in-Network Ġudizzjarju Ewropew”, għandu jkompli jopera skond id-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Kompożizzjoni
1. In-Network Ġudizzjarju Ewropew għandu jkun iffurmat, b'kont meħud tar-regoli kostituzzjonali, it-tradizzjonijiet ġudizzjarji u l-istruttura interna ta' kull Stat Membru, mill-awtoritajiet ċentrali responsabbli għall-koperazzjoni ġudizzjarja internazzjonali u l-awtoritajiet ġudizzjarji jew awtoritajiet kompetenti oħrajn b'responsabbiltajiet speċifiċi fi ħdan il-kuntest tal-koperazzjoni internazzjonali.
2. Għandu jkun stabbilit punt ta' kuntatt wieħed jew aktar ta' kull Stat Membru skond ir-regoli interni u d-diviżjoni interna tar-responsabbiltajiet tiegħu, b'kont meħud ta' l-iżgurar ta' kopertà effettiva tat-territorju kollu tiegħu.
3. Kull Stat Membru għandu jaħtar, minn fost il-punti ta' kuntatt, korrispondent nazzjonali għan-Network Ġudizzjarju Ewropew.
4. Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-punti ta' kuntatt tiegħu ikollhom funzjonijiet fir-rigward tal-koperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali u konoxxenza adegwata ta' lingwa ta' l-Unjoni Ewropea minbarra dik tal-lingwa nazzjonali tiegħu, b'kont meħud tal-ħtieġa li tkun tista' ssir komunikazzjoni mal-punti ta' kuntatt fl-Istati Membri l-oħrajn. Qabel jaħtru punt ta' kuntatt ġdid, l-Istat Membri jistgħu jitolbu l-opinjoni tal-korrispondenti nazzjonali.
5. Meta l-maġistrati ta' kollegament imsemmijin fl-Azzjoni Konġunta 96/277/ĠAI (3) jkunu nħatru fi Stat Membru u jkollhom doveri analogi ma' dawk assenjati bl-Artikolu 4 għall-punti ta' kuntatt, dawn għandhom ikunu marbutin man-Network Ġudizzjarju Ewropew u man-network sigur ta' telekomunikazzjonijiet skond l-Artikolu 10, mill-Istat Membru li jaħtar il-maġistrat ta' kollegament f'kull każ, skond il-proċeduri li għandhom jiġu stabbiliti minn dak l-Istat.
6. Il-Kummissjoni għandha tinnomina punt ta' kuntatt għal dawk l-oqsma li jaqgħu fl-isfera tal-kompetenza tagħha.
7. In-Network Ġudizzjarju Ewropew għandu jkollu Segretarjat li għandu jkun responsabbli għall-amministrazzjoni tan-network, f'koperazzjoni u f'konsultazzjoni mal-Presidenza tal-Kunsill. Is-Segretarjat jista' jirrappreżenta lin-Network, f'konsultazzjoni mal-Presidenza.
Artikolu 3
Mod ta' operat tan-network
In-Network Ġudizzjarju Ewropew għandu jopera b'mod partikolari fit-tliet modi li ġejjin:
(a) |
għandu jiffaċilita l-istabbiliment ta' kuntatti xierqa bejn il-punti ta' kuntatt fid-diversi Stati Membri sabiex iwettqu l-funzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4; |
(b) |
għandu jorganizza laqgħat perjodiċi tar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri skond il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 5, 6 u 7; |
(c) |
għandu kontinwament jipprovdi ċertu ammont ta' informazzjoni ta' sfond aġġornata, partikolarment permezz ta' network xieraq ta' telekomunikazzjonijiet, taħt il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 8, 9 u 10. |
Artikolu 4
Funzjonijiet tal-punti ta' kuntatt inkluż il-korrispondent nazzjonali
1. Il-punti ta' kuntatt, inkluż il-korrispondent nazzjonali, għandhom ikunu intermedjarji attivi bil-kompitu li jiffaċilitaw il-koperazzjoni ġudizzjarja bejn l-Istati Membri, b'mod partikolari fl-azzjoni tal-ġlieda kontra forom ta' kriminalità serja. Huma għandhom ikunu disponibbli sabiex jagħmluha possibbli għall-awtoritajiet ġudizzjarji lokali u l-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn f'pajjiżhom, għall-punti ta' kuntatt fil-pajjiżi l-oħrajn u l-awtoritajiet kompetenti ġudizzjarji lokali jew oħrajn fil-pajjiżi l-oħrajn li jistabbilixxu l-kuntatti diretti l-aktar xierqa.
Dawn jistgħu, jekk ikun meħtieġ, jivvjaġġaw sabiex jiltaqgħu ma' punti ta' kuntatt ta' l-Istati Membri l-oħrajn, abbażi ta' ftehim bejn l-amministrazzjonijiet ikkonċernati.
2. Il-punti ta' kuntatt, inkluż il-korrispondent nazzjonali, għandhom jipprovdu l-informazzjoni ġuridika u prattika meħtieġa lill-awtoritajiet ġudizzjarji lokali f'pajjiżhom, lill-punti ta' kuntatt fil-pajjiżi l-oħrajn u lill-awtoritajiet ġudizzjarji lokali fil-pajjiżi l-oħrajn sabiex dawn ikunu jistgħu jħejju talba effettiva għal koperazzjoni ġudizzjarja jew itejbu l-koperazzjoni ġudizzjarja b'mod ġenerali.
3. Fil-livell rispettiv tagħhom il-punti ta' kuntatt, inkluż il-korrispondent nazzjonali, għandhom jorganizzaw sessjonijiet ta' taħriġ dwar il-koperazzjoni ġudizzjarja għall-benefiċċju ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru tagħhom, f'koperazzjoni man-Network ta' Taħriġ Ġudizzjarju Ewropew.
Artikolu 5
Fini tal-laqgħat perjodiċi tal-punti ta' kuntatt
1. L-għanijiet tal-laqgħat perjodiċi tan-Network Ġudizzjarju Ewropew, li għalihom għandhom jiġu mistiedna mill-inqas żewġ punti ta' kuntatt minn kull Stat Membru, għandhom ikunu kif ġej:
(a) |
biex jippermettu lill-punti ta' kuntatt li jsiru jafu aħjar lil xulxin u jiskambjaw esperjenza, b'mod partikolari rigward l-operat tan-network; |
(b) |
biex jipprovdu forum għal diskussjoni ta' problemi prattiċi u ġuridiċi li jiltaqgħu magħhom l-Istati Membri fil-kuntest tal-koperazzjoni ġuridika, b'mod partikolari fir-rigward ta' l-implementazzjoni ta' miżuri adottati mill-Unjoni Ewropea. |
2. L-esperjenza rilevati li tinkiseb fi ħdan in-Network Ġudizzjarju Ewropew għandha tiġi mgħoddija lill-gruppi ta' ħidma kompetenti ta' l-Unjoni Ewropea sabiex isservi bħala bażi għad-diskussjoni ta' tibdil leġislattiv possibbli u titjib prattiku fil-qasam tal-koperazzjoni ġudizzjarja internazzjonali.
Artikolu 6
Frekwenza tal-laqgħat plenarji
Il-plenarja tan-Network Ġudizzjarju Ewropew, magħmula mill-korrispondenti nazzjonali, għandha tiltaqa' perjodikament fuq bażi ad hoc, mill-inqas darba f'sena u skond kif il-membri tagħha jqisu meħtieġ, fuq l-istedina tal-Presidenza tal-Kunsill, li għandha tieħu wkoll kont tax-xewqat ta' l-Istati Membri li n-Network jiltaqa'.
Artikolu 7
Post tal-laqgħat
1. Il-laqgħat jistgħu jsiru fil-bini tal-Kunsill fi Brussell, skond id-dispożizzjonijiet stabiliti fir-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill.
2. Madankollu, jistgħu jsiru laqgħat alternattivi fl-Istati Membri sabiex ikun possibbli li l-punti ta' kuntatt ta' l-Istati Membri kollha jiltaqgħu ma l-awtoritajiet ta' l-Istat ospitanti minbarra mal-punti ta' kuntatt tiegħu u jżuru korpi speċifiċi f'dak l-Istat b'responsabbilitajiet fil-kuntest tal-koperazzjoni ġudizzjarja internazzjonali jew tal-ġlieda kontra ċerti forom ta' kriminalità serja.
Artikolu 8
Kontenut ta' l-informazzjoni disseminata fi ħdan in-Network Ġudizzjarju Ewropew
In-Network Ġudizzjarju Ewropew għandu jagħmel disponibbli l-informazzjoni li ġejja għall-punti ta' kuntatt u għall-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti:
(1) |
dettalji sħaħ tal-punti ta' kuntatt f'kull Stat Membru bi, fejn meħtieġ, spjegazzjoni tar-responsabbiltajiet tagħhom fil-livell nazzjonali; |
(2) |
għodda ta' l-IT li tippermetti lill-awtorità emittenti ta' Stat Membru sabiex tidentifika l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor li għandha tirċievi u tesegwixxi t-talba tiegħu għal koperazzjoni ġudizzjarja, inklużi l-Mandati għal Arrest Ewropej, il-Mandati Ewropej għal Provi, l-ordnijiet għall-iffriżar ta' assi u t-talbiet għal assistenza ġuridika reċiproka; |
(3) |
informazzjoni ġuridika u prattika konċiża li tikkonċerna s-sistemi ġudizzjarji u proċedurali fl-Istati Membri; |
(4) |
it-testi ta' l-istrumenti ġuridiċi rilevanti u, għall- konvenzjonijiet attwalment fis-seħħ, it-testi tad-dikjarazzjonijiet u r-riżervi. |
Artikolu 9
Aġġornament ta' l-informazzjoni
1. L-informazzjoni mqassma fi ħdan in-Network Ġudizzjarju Ewropew għandha tiġi kontinwament aġġornata.
2. Għandha tkun ir-responsabbiltà ta' kull Stat Membru individwali li jivverifika l-preċiżjoni tad-data li tinsab fis-sistema u li jinforma lis-Segretarjat tan-Network Ġudizzjarju Ewropew immedjetament hekk kif ikun meħtieġ li tiġi emendata d-data dwar wieħed mill-erba' punti msemmijin fl-Artikolu 8.
Artikolu 10
Għodod tat-telekomunikazzjoni
1. In-Network Ġudizzjarju Ewropew għandu jiżgura li:
(a) |
l-informazzjoni prevista taħt l-Artikolu 8 tkun disponibbli f'websajt b'aġġornament kontinwu. |
(b) |
jiġi stabbilit network sigur ta' telekomunikazzjonijiet għall-ħidma operattiva tal-punti ta' kuntatt tan-Network Ġudizzjarju Ewropew |
(c) |
in-network sigur ta' komunikazzjoni jagħmel possibbli l-fluss ta' data u tat-talbiet kollha għal koperazzjoni ġuridika bejn l-Istati Membri, kif ukoll bejniethom u l-membri nazzjonali, il-korrispondenti nazzjonali ta' l-Eurojust u l-maġistrati ta' kollegament maħturin mill-Eurojust. |
2. In-network sigur ta' komunikazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 jista' jintuża wkoll mill-korrispondenti nazzjonali, il-korrispondenti nazzjonali għal materji terroristiċi, il-membri nazzjonali ta' l-Eurojust u l-maġistrati ta' kollegament maħturin mill-Eurojust għall-ħidma operattiva tagħhom. Huwa jista' jkun marbut mas-Sistema tal-Ġestjoni ta' Każijiet ta' l-Eurojust imsemmija fl-Artikolu 16 tad-Deċiżjoni 2002/187/ĠAI.
Artikolu 11
Relazzjoni bejn in-Network Ġudizzjarju Ewropew u l-Eurojust
1. In-Network Ġudizzjarju Ewropew u l-Eurojust għandhom iżommu relazzjonijiet privileġġati ma' xulxin, abbażi ta' konsultazzjoni u komplementarjetà, speċjlament bejn il-membru nazzjonali ta' l-Eurojust, il-punti ta' kuntatt tan-Network Ġudizzjarju Ewropew ta' l-istess Stat Membru u l-korrispondenti nazzjonali ta' l-Eurojust u tan-Network Ġudizzjarju Ewropew. Sabiex tiġi żgurata koperazzjoni effiċjenti għandhom jittieħdu l-miżuri li ġejjin:
(a) |
L-Eurojust għandu jkollha aċċess għal informazzjoni ċentralizzata min-Network Ġudizzjarju Ewropew skond l-Artikolu 8 ta' din id-Deċiżjoni u għan-network sigura ta' telekomunikazzjoni stabbilita taħt l-Artikolu 10 ta' din id-Deċiżjoni. |
(b) |
mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni 2002/187/ĠAI dwar l-Eurojust u skond l-Artikolu 4(4) ta' din id-Deċiżjoni, il-punti ta' kuntatt tan-Network Ġudizzjarju Ewropew għandhom, abbażi ta' każijiet individwali, jinfurmaw lill-Eurojust dwar każijiet li jinvolvu żewġ Stati Membri u dwar il-qasam ta' kompetenza ta' l-Eurojust:
|
(c) |
il-punti ta' kuntatt tan-Network Ġudizzjarju Ewropew għandhom jinfurmaw ukoll lill-Eurojust, abbażi ta' każijiet individwali, dwar il-każijiet kollha li jaqgħu fil-qasam ta' kompetenza ta' l-Eurojust u li jinvolvu mill-inqas tliet Stati Membri. |
(d) |
il-membri nazzjonali għandhom, abbażi ta' każijiet individwali, jinfurmaw lill-punti ta' kuntatt tan-Network Ġudizzjarju Ewropew dwar il-każijiet kollha li jqisu li jiġu ttrattati l-aħjar min-network. |
(e) |
is-Segretarjat tan-Network Ġudizzjarju Ewropew għandu jifforma parti mis-segretarjat ta' l-Eurojust. Għandu jiffunzjona bħala unità separata u awtonoma. Għandu jkun kapaċi juża r-riżorsi ta' l-Eurojust li huma meħtieġa għall-prestazzjoni tal-kompiti tan-Network Ġudizzjarju Ewropew. Ir-regoli li japplikaw għall-persunal ta' l-Eurojust għandhom japplikaw għall-persunal tas-segretarjat tan-Network Ġudizzjarju Ewropew kemm-il darba dawn ikunu kompatibbli ma' l-awtonomija operattiva tas-segretarjat tan-Network Ġudizzjarju Ewropew; |
(f) |
il-membri nazzjonali ta' l-Eurojust jistgħu jattendu għal laqgħat tan-Network Ġudizzjarju Ewropew fuq l-istedina ta' dan ta' l-aħħar. Il-punti ta' kuntatt tan-Network Ġudizzjarju Ewropew jistgħu jiġu mistiedna abbażi ta' każijiet individwali sabiex jattendu l-laqgħat ta' l-Eurojust. |
2. In-Network Ġudizzjarju Ewropew għandu jkun appoġġat mill-Amministrazzjoni ta' l-Eurojust. L-ispejjeż operattivi tan-Network Ġudizzjarju Ewropew għandhom ikunu jistgħu jiġu koperti mill-baġit ta' l-Eurojust skond l-Artikolu 33 tad-Deċiżjoni 2002/187/ĠAI.
Artikolu 12
Rappurtar lill-Kunsill u lill-Kummissjoni
Id-Direttur Amministrattiv ta' l-Eurojust u l-Presidenza tal-Kunsill, għandhom jirrapportaw lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bil-kitba kull sentejn dwar l-attivitajiet u l-ġestjoni, inkluż il-ġestjoni baġitarja, tan-Network Ġudizzjarju Ewropew. Għal dak il-għan, il-Presidenza għandha tħejji rapport bi-annwali dwar l-attivitajiet tan-Network Ġudizzjarju Ewropew u dwar kwalunkwe problema ta' politika kriminali fl-Unjoni enfasizzata b'riżultat ta' l-attivitajiet tan-Network Ġudizzjarju Ewropew. F'dak ir-rapport, in-Network Ġudizzjarju Ewropew, permezz tal-Presidenza, jista' jagħmel proposti għat-titjib tal-koperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali. In-Network Ġudizzjarju Ewropew jista' jippreżenta wkoll kwalunkwe rapport jew kwalunkwe informazzjoni oħra dwar l-operat tan-Network Ġudizzjarju Ewropew li jistgħu jkunu meħtieġa mill-Kunsill jew mill-Presidenza.
Artikolu 13
Baġit
Il-baġit ta' l-Eurojust għandu, skond l-Artikolu 35(1) tad-Deċiżjoni 2002/187/ĠAI, jinkludi parti speċifika dwar in-Network Ġudizzjarju Ewropew sabiex dan ikun jista' jwettaq il-kompiti tiegħu.
Artikolu 14
Applikazzjoni territorjali
Fir-rigward tar-Renju Unit, id-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni għandhom japplikaw għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, iċ-Channel Islands u l-Isle of Man.
Artikolu 15
Valutazzjoni ta' l-operat tan-Network Ġudizzjarju Ewropew
Kull erba' snin, il-Kunsill għandu jwettaq valutazzjoni ta' l-operat tan-Network Ġudizzjarju Ewropew abbażi ta' rapport imfassal mill-Kummissjoni, f'koperazzjoni man-Network Ġudizzjarju Ewropew.
Artikolu 16
Tħassir ta' l-Azzjoni Konġunta 98/428/ĠAI
L-Azzjoni Konġunta 98/428/ĠAI hija b'dan imħassra.
Artikolu 17
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, [...]
Għall-Kunsill
Il-President
[…]
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI tat-28 ta' Frar 2002 li tistabbilixxi l-Eurojust bil-għan li tiġi msaħħa l-ġlieda kontra l-kriminalità serja (ĠU L 63, 6.3.2002, p. 1).
(3) ĠU L 105, 27.4.1996, p. 1.