EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2008/050/08

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5035 — Radeberger/Getränke Essmann/Phoenix) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

ĠU C 50, 23.2.2008, p. 38–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 50/38


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5035 — Radeberger/Getränke Essmann/Phoenix)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 50/08)

1.

Fit-18 ta' Frar 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Radeberger Gruppe Holding GmbH (“Radeberger”, il-Ġermanja) [li tappartjeni għal Dr. August Oetker KG, il-Ġermanja] takkwista fl-ambitu tat-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll ta' l-impriżi kollha Getraenke Essmann GmbH (“Essmann”, il-Ġermanja) u Phoenix Vertriebs- und Beteiligungsgesellschaft mbH (“Phoenix”, il-Ġermanja) permezz ta' xiri ta' titoli.

2.

l-attivitajiet ta' negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal Radeberger: il-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' birra u xorb mhux-alkoholiku,

għal Essmann: id-distribuzzjoni ta' xorb fuq livell ta' bejgħ bl-ingrossa,

għal Phoenix: propjetarju ta' liċenzja tal-birra (distribuzzjoni tal-birra minn Essmann).

3.

Wara l-ewwel evalwazzjoni, il-Kummissjoni sabet li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista' jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (nru tal-fax (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5035 — Radeberger/Getränke Essmann/Phoenix, f'indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru għall-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


Top