This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008A0223(01)
Commission opinion of 21 February 2008 in application of Article 7 of Directive 94/9/EC of the European Parliament and the Council Directive as regards a prohibition measure adopted by the Swedish authorities in respect of a Barrier Gland MCT Brattberg — RGSFB — ATEX SE-01-07 (Text with EEA relevance)
Opinjoni tal-Kummissjoni tal- 21 ta’ Frar 2008 b'applikazzjoni ta' l-Artikolu 7 tad-Direttiva 94/9/KE tal-Parlament Ewropew u d-Direttiva tal-Kunsill fir-rigward ta' miżura ta' projbizzjoni adottata mill-awtoritajiet Żvediżi fir-rigward ta' Barrier Gland MCT Brattberg — RGSFB — ATEX SE-01-07 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Opinjoni tal-Kummissjoni tal- 21 ta’ Frar 2008 b'applikazzjoni ta' l-Artikolu 7 tad-Direttiva 94/9/KE tal-Parlament Ewropew u d-Direttiva tal-Kunsill fir-rigward ta' miżura ta' projbizzjoni adottata mill-awtoritajiet Żvediżi fir-rigward ta' Barrier Gland MCT Brattberg — RGSFB — ATEX SE-01-07 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU C 50, 23.2.2008, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
23.2.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 50/1 |
OPINJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-21 ta’ Frar 2008
b'applikazzjoni ta' l-Artikolu 7 tad-Direttiva 94/9/KE tal-Parlament Ewropew u d-Direttiva tal-Kunsill fir-rigward ta' miżura ta' projbizzjoni adottata mill-awtoritajiet Żvediżi fir-rigward ta' Barrier Gland“MCT Brattberg — RGSFB”
ATEX SE-01-07
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 50/01)
1. IN-NOTIFIKA MILL-AWTORITAJIET TAR-RENJU TA' L-IŻVEŻJA
L-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 94/9/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jikkonċernaw tagħmir u sistemi protettivi maħsuba għall-użu f'atmosferi potenzjalment esplussivi jistipula li l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex jiżguraw li t-tagħmir, is-sistemi protettivi u l-aġġeġġi li d-Direttiva tapplika għalihom, jistgħu jitqiegħdu fis-suq u jitħaddmu biss jekk, meta jkunu installati u miżmuma kif suppost u użati għall-għan li għalih ikunu maħsuba, ma jipperikolawx is-saħħa u s-sikurezza ta' persuni u, fejn hu xieraq, ta' annimali domestiċi jew proprjetà.
L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva jistipula li meta Stat Membru jaċċerta li tagħmir, sistemi protettivi jew aġġeġġi li juru l-marka ta' konformità CE u li jkunu użati skond l-għan li għalih ikunu maħsuba jistgħu jipperikolaw is-sikurezza tan-nies u, fejn xieraq, ta' l-annimali domestiċi jew tal-proprjetà, huwa għandu jieħu l-miżuri xierqa kollha sabiex jirtira mis-suq tagħmir jew sistemi protettivi ta' dan it-tip, jipprojbixxi t-tqegħid tagħhom fis-suq, it-tħaddim jew l-użu tagħhom, jew jirrestrinġi l-moviment liberu tagħhom. L-Istat Membru għandu jgħarraf minnufih lill-Kummissjoni b'kull miżura ta' dan it-tip, filwaqt li jindika r-raġuni tad-deċiżjoni tiegħu.
Fis-26 ta' Marzu 2007, l-awtoritajiet ta' l-Iżvezja nnotifikaw formalment lill-Kummissjoni Ewropea b'miżura ta' projbizzjoni li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq u l-irtirar mis-suq ta' Barrier Gland bit-trejdmark MCT Brattberg, mudell RGSFB, manifatturat minn MCT Brattberg AB, 37192 Karlskrona, l-Iżveżja.
Skond l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva, il-Kummissjoni hija mitluba, wara li tikkonsulta mal-partijiet ikkonċernati, li tiddikjara jekk issibx li miżura bħal din hija ġġustifikata jew le. Jekk il-miżura tinstab li hija ġġustifikata, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri biex dawn ikunu jistgħu jieħdu l-miżuri xierqa kollha fir-rigward tat-tagħmir jew sistema ta' protezzjoni kkonċernati, skond l-obbligi tagħhom mill-Artikolu 2(1).
2. IR-RAĠUNIJIET MOGĦTIJA MILL-AWTORITAJIET ŻVEDIŻI
Il-miżuri li ħadu l-awtoritajiet Żvediżi kienu bbażati fuq in-nuqqas ta' konformità tal-prodott mar-rekwiżiti essenzjali ta' saħħa u sikurezza ta' l-Anness II tad-Direttiva ATEX 94/9/KE, b'referenza għall-applikazzjoni ħażina ta' l-ispeċifikazzjoni ta' l-istandards armonizzati Ewropej li huma msemmija fiċ-Ċertifikat ta' Eżami tat-Tip tal-KE:
— |
EN 50018:2000 + A1:2002 Apparat elettriku għal atmosferi potenzjalment esplussivi — Dħul li ma jaqbadx “d”: Defiċjenzi tekniċi: Nuqqas ta' konformità mar-rekwiżit tat-test ta' l-issiġillar (sottoklawżola C.3.1.1 ta' l-istandard, rekwiżit ta' saħħa u sikurezza 1.2.9 ta' l-Anness II tad-Direttiva). Il-gland ma għadditx mit-test ta' l-issiġillar, maħsub biex isir fuq kampjun għat-test bi pressjoni ta' 30 bar għal 2 minuti:
Defiċjenzi amministrattivi: Ċertifikat (sottoklawżola 13.1 ta' l-istandard). L-ebda speċifikazzjoni tat-tipi u l-varjanti tal-barrier glands; Gland iċċertifikat bħala “apparat” minflok Eks-komponent. |
— |
EN 50014:1997 + A1:1999 + A2:1999 Apparat elettriku għal atmosferi potenzjalment esplussivi — Rekwiżiti ġenerali: Defiċjenzi amministrattivi: Istruzzjonijiet (klawżola 27 ta' l-istandard, rekwiżit essenzjali ta' saħħa u sigurtà 1.0.6 ta' l-Anness II tad-Direttiva). Ir-rikapitulazzjoni tal-markament huwa nieqes; Hemm oskuritajiet rigward ċerti tipi u varjanti (liema mill-glands huma koperti miċ-ċertifikat), ħin ta' ssetiljar (x'ħin japplika għall-glands iċċertifikati) u glands iċċertifikati għall-pajpijiet (jekk il-glands iċċertifikati jitħallewx jintużaw għall-pajpijiet); Id-dokument imsemmi fiċ-ċertifikat (“Nomenklatura ta' moduli ddrilljati”) ma setax jiġi identifikat mill-istruzzjonijiet. |
3. L-OPINJONI TAL-KUMMISSJONI
Fis-27 ta' Marzu 2007, il-Kummissjoni kitbet lill-manifattur — MCT Brattberg AB — u lill-Entità Nnotifikata li ħarġet iċ-Ċertifikat ta' Eżami tat-Tip tal-KE — LCIE Fontenay-aux-Roses — u stidnithom jikkomunikaw l-osservazzjonijiet tagħhom rigward il-miżura li ħadu l-awtoritajiet Żvediżi.
Fl-14 ta' Mejju 2007, LCIE Fontenay-aux-Roses wieġbu b'ittra, li kkontestat id-defiċjenzi amministrattivi li sabu l-awtoritajiet Żvediżi u stqarrew li “ma kinux kritiċi”. Huma hemżu wkoll ittra mill-manifattur, MCT Brattberg, li kkanċella l-kuntratt ma' LCIE u talabhom jirtiraw iċ-ċertifikat.
Fil-31 ta' Awwissu 2007, l-awtoritajiet Żvediżi bagħtu ittra lill-Kummissjoni indirizzata lilhom mill-manifattur, MCT Brattberg, bid-data tat-8 ta' Frar 2007, li stqarret li ġej: “Irtirajna ċ-ċertifikat LCIE mill-aġenti u l-kumpaniji sussidjarji kollha u ma aħna nbigħu l-ebda tagħmir b'akkreditazzjoni ATEX f'dan il-mument. It-tagħmir kollu bil-markamenti ATEX issa ġew irtirati u mqiegħda fi kwarantina permezz tas-Sistema ta' Assikurazzjoni tal-Kwalità tagħna”.
Fid-dawl tad-dokumentazzjoni disponibbli, il-kummenti tal-partijiet interessati u l-miżuri meħuda mill-manifattur, il-Kummissjoni tqis li l-proġett suġġett għall-miżuri restrittivi jonqos milli jikkonforma mar-rekwiżiti essenzjali ta' saħħa u sigurtà msemmija hawn fuq. Dawn in-nuqqasijiet ta' konformità, b'mod partikolari d-defiċjenzi tekniċi, joħolqu riskji serji għall-persuni li jużaw il-prodott imsemmi.
Għaldaqstant, wara li segwiet il-proċedura meħtieġa, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-miżuri meħuda mill-awtoritajiet Żvediżi huma ġġustifikati.
Magħmula fi Brussell, 21 ta’ Frar 2008.
Għall-Kummissjoni
Günter VERHEUGEN
Viċi-President tal-Kummissjoni