This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008X0201(02)
Agreement of 31 December 2007 between the European Central Bank and the Central Bank of Malta regarding the claim credited to the Central Bank of Malta by the European Central Bank under Article 30.3 of the Statute of the European System of Central Banks and of the European Central Bank
Ftehim tal- 31 ta' Diċembru 2007 bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-Bank Ċentrali ta' Malta rigward il-klejm ikkreditata lill-Bank Ċentrali ta' Malta mill-Bank Ċentrali Ewropew skond l-Artikolu 30.3 ta' l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew
Ftehim tal- 31 ta' Diċembru 2007 bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-Bank Ċentrali ta' Malta rigward il-klejm ikkreditata lill-Bank Ċentrali ta' Malta mill-Bank Ċentrali Ewropew skond l-Artikolu 30.3 ta' l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew
ĠU C 29, 1.2.2008, p. 6–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
1.2.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 29/6 |
FTEHIM
tal-31 ta' Diċembru 2007
bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-Bank Ċentrali ta' Malta rigward il-klejm ikkreditata lill-Bank Ċentrali ta' Malta mill-Bank Ċentrali Ewropew skond l-Artikolu 30.3 ta' l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew
(2008/C 29/05)
IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW U L-BANK ĊENTRALI TA' MALTA,
Billi:
(1) |
Skond l-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2007/22 tal-31 ta' Diċembru 2007, dwar il-ħlas tal-kapital, it-trasferiment ta' l-assi barranin ta' riżerva u l-kontribuzzjonijiet mis-Central Bank of Cyprus u l-Bank Ċentrali ta' Malta għar-riżervi u l-provvedimenti tal-Bank Ċentrali Ewropew (1), l-ammont aggregat ekwivalenti għall-euro ta' assi barranin ta' riżerva li l-Bank Ċentrali ta' Malta għandu jittrasferixxi lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) b'effett mill-1 ta' Jannar 2008, skond l-Artikolu 49.1 ta' l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn issa 'l quddiem “l-Istatut tas-SEBĊ”) huwa ta' EUR 36 553 305,17. |
(2) |
Skond l-Artikolu 30.3 ta' l-Istatut tas-SEBĊ u l-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2007/22, b'effett mill-1 ta' Jannar 2008, il-BĊE għandu jikkredita lill-Bank Ċentrali ta' Malta bi klejm iddenominata fl-euro ekwivalenti għall-ammont aggregat u ddenominat fl-euro tal-kontribuzzjoni tal-Bank Ċentrali ta' Malta ta' assi barranin ta' riżerva, skond l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 ta' dik id-Deċiżjoni. Il-BĊE u l-Bank Ċentrali ta' Malta jaqblu li jistabbilixxu l-klejm tal-Bank Ċentrali ta' Malta għall-ammont ta' EUR 35 831 257,94, sabiex jiġi żgurat li l-proporzjon bejn l-ammont fl-euro tal-klejm tal-Bank Ċentrali ta' Malta u l-ammont aggregat iddenominat fl-euro tal-klejms ikkreditati lill-banek ċentrali nazzjonali l-oħra ta' l-Istati Membri li diġà adottaw l-euro (minn issa 'l quddiem “il-BĊNi parteċipanti”) ikun indaqs mal-proporzjon bejn il-piż tal-Bank Ċentrali ta' Malta fl-iskema kapitali tal-BĊE u l-piż aggregat tal-BĊNi parteċipanti l-oħra f'din l-iskema. |
(3) |
Id-differenza bejn l-ammonti msemmija fir-recitals 1 u 2 tirriżulta mill-applikazzjoni, għall-valur ta' l-assi barranin ta' riżerva ttrasferiti diġà mill-Bank Ċentrali ta' Malta skond l-Artikolu 30.1 ta' l-Istatut tas-SEBĊ, tar-'rati tal-kambju kurrenti' msemmija fl-Artikolu 49.1 ta' l-Istatut tas-SEBĊ, u mill-effett fuq il-klejms skond l-Artikolu 30.3 ta' l-Istatut tas-SEBĊ li l-BĊNi parteċipanti l-oħra kellhom, ta' l-aġġustament ta' l-iskema kapitali tal-BĊE fl-1 ta' Jannar 2004, skond l-Artikolu 29.3 ta' l-Istatut SEBĊ u t-tkabbir ta' l-iskema kapitali tal-BĊE fl-1 ta' Mejju 2004 u fl-1 ta' Jannar 2007, skond l-Artikolu 49.3 ta' l-Istatut tas-SEBĊ. |
(4) |
Minħabba din id-differenza hawn fuq imsemmija, il-BĊE u l-Bank Ċentrali ta' Malta jaqblu li l-klejm tal-Bank Ċentrali ta' Malta tista' titnaqqas billi jitpaċa kontriha l-ammont li l-Bank Ċentrali ta' Malta għandu jikkontribwixxi għar-riżervi u l-provvedimenti tal-BĊE skond l-Artikolu 49.2 ta' l-Istatut tas-SEBĊ u l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2007/22, fil-każ li l-klejm tal-Bank Ċentrali ta' Malta hija akbar mill-ammont ta' EUR 35 831 257,94. |
(5) |
Il-BĊE u l-Bank Ċentrali ta' Malta għandhom jaqblu dwar modalitajiet oħra għall-ikkreditar tal-klejm tal-Bank Ċentrali ta' Malta, waqt li jiġi kkunsidrat li, skond il-movimenti tar-rata tal-kambju, jista' jinħtieġ li l-klejm tiżdied aktar milli titnaqqas għall-ammont imsemmi fir-recital 2. |
(6) |
Il-Kunsill Governattiv approva li l-BĊE isir parti minn dan il-Ftehim, li jittratta deċiżjoni li għandha tittieħed skond l-Artikolu 30 ta' l-Istatut tas-SEBĊ, skond il-proċedura speċifikata fl-Artikolu 10.3 ta' l-Istatut SEBĊ, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Modalitajiet għall-ikkreditar tal-klejm tal-Bank Ċentrali ta' Malta
1. Jekk l-ammont tal-klejm li l-BĊE għandu jikkredita lill-Bank Ċentrali ta' Malta skond l-Artikolu 30.3 ta' l-Istatut tas-SEBĊ u l-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2007/22 (minn issa 'l quddiem “il-klejm tal-Bank Ċentrali ta' Malta” jew “il-klejm”) huwa akbar minn EUR 35 831 257,94 fid-data finali li fiha l-BĊE jirċievi l-assi barranin ta' riżerva mill-Bank Ċentrali ta' Malta skond l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni BĊE/2007/22, allura l-ammont tal-klejm għandu jitnaqqas b'effett minn dik id-data għal EUR 35 831 257,94. Dan it-tnaqqis għandu jsir billi, l-ammont li l-Bank Ċentrali ta' Malta għandu jikkontribwixxi għar-riżervi u l-provvedimenti tal-BĊE b'effett mill-1 ta' Jannar 2008, skond l-Artikolu 49.2 ta' l-Istatut tas-SEBĊ u l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2007/22, jitpaċa kontra l-klejm. L-ammont paċut għandu jkun ittrattat bħala kontribuzzjoni minn qabel għar-riżervi u l-provvedimenti tal-BĊE skond l-Artikolu 49.2 ta' l-Istatut tas-SEBĊ u l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2007/22, li għandha titqies li tkun saret fid-data ta' dik it-tpaċija.
2. Jekk l-ammont li għandu jiġi kkontribwit mill-Bank Ċentrali ta' Malta għar-riżervi u l-provvedimenti tal-BĊE skond l-Artikolu 49.2 ta' l-Istatut tas-SEBĊ u l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2007/22 huwa anqas mid-differenza bejn: (a) l-ammont tal-klejm tal-Bank Ċentrali ta' Malta; u (b) EUR 35 831 257,94, allura l-ammont tal-klejm għandu jitnaqqas għal EUR 35 831 257,94: (i) billi jitpaċa skond il-paragrafu 1 hawn fuq; u (ii) billi l-BĊE iħallas lill-Bank Ċentrali ta' Malta ammont fl-euro daqs l-ammont tad-defiċit li jifdal wara din it-tpaċija. Kull ammont li jrid jitħallas mill-BĊE skond dan il-paragrafu għandu jkun dovut b'effett mill-1 ta' Jannar 2008. Il-BĊE għandu, sadanittant, jagħti struzzjonijiet għat-trasferiment ta' dan l-ammont, u ta' l-imgħax nett akkumulat fuq dan l-ammont, permezz tas-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET/TARGET2). L-imgħax akkumulat għandu jkun ikkalkulat kuljum, bl-użu tal-metodu ta' kalkulazzjoni “actual over 360-day” b'rata daqs ir-rata ta' l-imgħax marġinali wżata mill-Eurosistema fl-operazzjoni prinċipali ta' finanzjament mill-ġdid l-aktar riċenti tagħha.
3. Jekk l-ammont tal-klejm tal-Bank Ċentrali ta' Malta huwa anqas minn EUR 35 831 257,94 fid-data finali li fiha l-BĊE jirċievi l-assi barranin ta' riżerva mill-Bank Ċentrali ta' Malta skond l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni BĊE/2007/22, allura l-ammont tal-klejm għandu jiżdied f'dik id-data għal EUR 35 831 257,94. Iż-żieda għandha ssir billi l-Bank Ċentrali ta' Malta jħallas lill-BĊE ammont fl-euro daqs id-differenza. Kull ammont li għandu jitħallas mill-Bank Ċentrali ta' Malta skond dan il-paragrafu għandu jkun dovut mill-1 ta' Jannar 2008, u għandu jitħallas skond il-proċeduri speċifikati fl-Artikolu 5(4) u (5) tad-Deċiżjoni BĊE/2007/22.
Artikolu 2
Dispożizzjonijiet finali
1. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2008.
2. Dan il-Ftehim għandu jitħejja f'żewġ kopji oriġinali u ffirmati bl-Ingliż. Il-BĊE u l-Bank Ċentrali ta' Malta għandhom iżommu kopja oriġinali kull wieħed.
Magħmul fi Frankfurt am Main, fil-31 ta' Diċembru 2007.
Għall-Bank Ċentrali Ewropew
Jean-Claude TRICHET
President
Għall-Bank Ċentrali ta' Malta
Michael C. BONELLO
Gvernatur