EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/304/16

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4765 — Symantec/Huawei/JV) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata Test b'rilevanza għaż-ŻEE

ĠU C 304, 15.12.2007, p. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 304/29


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.4765 — Symantec/Huawei/JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 304/16)

1.

Fis-16 ta' Novembru 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Symantec Corporation (“Symantec”, l-Istati Uniti ta' l-Amerka) u Huawei Technologies Co., Ltd. (“Huawei”, P.R. taċ-Ċina) jakkwistaw skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll konġunt ta' l-impriża JVCO (“JVCO”, P.R. taċ-Cina) permezz tax-xiri ta' ishma f'kumpanija maħluqa mill-ġdid li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.

L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal Symantec : fornitur dinji ta' soluzzjonijiet software u hardware u prodotti simili u servizzi li jgħinu lill-individwi u lill-intrapriżi sabiex jassiguraw is-sigurtà, id-disponibbiltà, u l-integrità ta' l-informazzjoni tagħhom.

għal Huawei: fornitur dinji ta' soluzzjonijiet ta' netwerkjar tat-telekomunikazzjonijiet u servizzi simili. Hija tispeċjalizza fir-riċerka u l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' tagħmir tal-komunikazzjoni, u fil-forniment ta' soluzzjonijiet għan-netwerks personalizzati għall-operaturi ta' telecom.

għal JVCO: l-iżvilupp u l-bejgħ ta' soluzzjonijiet għal tagħmir tal-ħżin u soluzzjonijiet għal tagħmir tas-sigurtà.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skond in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fin-Notifika.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.4765 — Symantec/Huawei/JV, fl-indirizz li ġej:

Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


Top