Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/297/86

    Kawża T-376/07: Rikors ippreżentat fis- 26 ta' Settembru 2007 — Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 297, 8.12.2007, p. 42–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.12.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 297/42


    Rikors ippreżentat fis-26 ta' Settembru 2007 — Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-376/07)

    (2007/C 297/86)

    Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: M. Lumma u J. Moller)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

    Talbiet tar-rikorrenti

    li tiġi annullata d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Lulju 2007, K (2007) 3226, dwar l-ordni li tingħata informazzjoni dwar l-iskema ta' għajnuna MX 19/2006 — Verifika tas-sistema ta' għajnuna XS 24/2002 — Finanzjament tal-ħolqien u ta' l-iżvilupp ta' l-impriża — Il-Ġermanja u l-iskema ta' għajnuna MX 9/2006 — Verifika tas-sistema ta' għajnuna XS 29/2002 — Direttiva dwar l-implementazzjoni ta' skemi reġjonali ta' għajnuna għall-ekonomija industrijali mill-Bavarja — Il-Ġermanja;

    li l-konvenuta tiġi ordnata tbati l-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Lulju 2007, K (2007) 3226 finali, dwar l-ordni li tingħata l-informazzjoni mitluba abbażi ta' l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 70/2001 (1), fir-rigward tas-sistemi ta' għajnuna XS 24/2002 u XS 29/2002.

    In sostenn tar-rikors tagħha, qabel kollox ir-rikorrenti tgħid li d-deċiżjoni kkontestata tikser ir-Regolament (KE) Nru 994/98 (2). F'dan ir-rigward hija ssostni li, bit-talba ta' informazzjoni, il-Kummissjoni teżerċita verifika ex-post indipendentement mis-sitwazzjoni inizjali. Skond ir-rikorrenti, din il-verifika ma taqax taħt il-kompetenza mogħtija lill-konvenuta mir-Regolament Nru 994/98, peress li d-drittijiet ta' informazzjoni tal-Kummissjoni huma previsti biss fil-każ li hija tqajjem dubji dwar l-applikazzjoni korretta ta' Regolament ta' eżenzjoni ġenerali.

    Barra minn hekk, ir-rikorrenti tilmenta bil-ksur tal-projbizzjoni tal-venire contra factum proprium, peress li minn diversi dokumenti tal-Kummissjoni jirriżulta li hija stess ma tqisx li hija kompetenti għall-verifika ex-post indipendentement mis-sitwazzjoni inizjali.


    (1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 tat-12 ta' Jannar 2001 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna ta' l-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju (ĠU L 10, p. 33).

    (2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 994/98 tas-7 ta' Mejju 1998 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għal ċertu kategoriji ta' għajnuna Statali orizzontali (ĠU L 142, p. 1).


    Top