EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/297/80

Kawża T-28/05: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat- 18 ta' Ottubru 2007 — Ekabe Internationl vs L-UASI — Ebro Puleva (OMEGA 3) ( Trade mark Komunitarja — Proċedura ta' oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva OMEGA 3 — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti PULEVA-OMEGA 3 — Probabbiltà ta' konfużjoni — Xebh bejn is-sinjali — Artikolu 8(1)b tar-Regolament KE Nru 40/94 )

ĠU C 297, 8.12.2007, p. 39–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 297/39


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-18 ta' Ottubru 2007 — Ekabe Internationl vs L-UASI — Ebro Puleva (OMEGA 3)

(Kawża T-28/05) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedura ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva OMEGA 3 - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti PULEVA-OMEGA 3 - Probabbiltà ta' konfużjoni - Xebh bejn is-sinjali - Artikolu 8(1)b tar-Regolament KE Nru 40/94’)

(2007/C 297/80)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ekabe International SCA (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: C. de Haas, avocat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Ebro Puleva, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: P. Casamitjana Lleonart, avocat)

Suġġett tal-kawża

Rikors magħmul kontra d-deċiżjoni tar-raba' Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tas-6 ta' Ottubru 2004 (kawża R 117/2001 4), dwar proċedura ta' oppożizzjoni bejn Puleva SA (li saret Ebro Puleva, SA) u Ekabe International SCA.

Dispożittiv tas-sentenza

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ekabe International SCA hija kkundannata tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 82, 2.4.2005.


Top