EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2007/297/51
Case C-474/07: Action brought on 25 October 2007 — European Parliament v Commission of the European Communities
Kawża C-474/07: Rikors imressaq fil- 25 ta' Ottubru 2007 — Il-Parlament Ewropew vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Kawża C-474/07: Rikors imressaq fil- 25 ta' Ottubru 2007 — Il-Parlament Ewropew vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
ĠU C 297, 8.12.2007, p. 31–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
8.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 297/31 |
Rikors imressaq fil-25 ta' Ottubru 2007 — Il-Parlament Ewropew vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawża C-474/07)
(2007/C 297/51)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: K. Bradley u U. Rosslein, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrent
— |
tannulla r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 915/2007 (1) tal-31 ta' Lulju 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 622/2003 li jistabbilixxi l-miżuri sabiex jiġu implementati l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni, u |
— |
tordna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tbati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Bħala ko-leġiżlatur mal-Kunsill il-Parlament Ewropew iddeċieda fl-2002 li ċerti miżuri ta' implementazzjoni fuq is-sigurtà ta' l-avjazzjoni m'għandhomx jiġu ppubblikati. Ir-rikorrent isostni li l-Kummissjoni applikat din ir-regola b'mod żbaljat, billi naqset sistematikament milli tippubblika miżuri ta' implementazzjoni li ma jirrikjedux li jinżammu sigrieti. Billi adottat ir-Regolament Nru 915/2007, il-Kummissjoni interpretat żbaljatament is-setgħat mogħtija lilha taħt ir-Regolament Nru 2320/2002, kisret l-Artikolu 254 KE u l-prinċipji tad-demokrazija, tat-trasparenza u tan-natura pubblika ta' l-atti leġiżlattivi, ħolqot inċertezza legali, u naqset milli tipprovdi motivazzjoni xierqa.
(1) ĠU L 200, p. 3.