EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/297/49

Kawża C-459/07: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Graz (L-Awstrija) fid- 9 ta' Ottubru 2007 — Veli Elshani vs Hauptzollamt Linz

ĠU C 297, 8.12.2007, p. 30–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 297/30


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Graz (L-Awstrija) fid-9 ta' Ottubru 2007 — Veli Elshani vs Hauptzollamt Linz

(Kawża C-459/07)

(2007/C 297/49)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Graz

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Veli Elshani

Konvenut: Hauptzollamt Linz

Domandi preliminari

1.

Fid-dawl tal-fatt li l-ipoteżi ta' estinzjoni prevista fil-punt (d) ta' l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 233 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (1), tat-12 ta' Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (iktar 'il quddiem il-“kodiċi doganali”) ma tirreferix għal mument li fih id-dejn doganali jkun ġie inkors, iżda għal perijodu ta' wara li fih id-dejn doganali jkun ġie inkors, billi din tippreżupponi li dejn doganali jkun ġie “inkors” fil-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 202 tal-Kodiċi Doganali.

Il-kliem “ma' l-introduzzjoni kontra l-ligi” fis-sens tal-punt (d) ta' l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 233 tal-kodiċi doganali għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

l-introduzzjoni, fit-territorju doganali tal-Komunità, ta' merkanzija li għaliha dejn doganali jkun ġie inkors skond l-Artikolu 202 tal-kodiċi doganali jiġi estint ma' l-introduzzjoni tiegħhu fl-uffiċċju tad-dwana tal-fruntiera jew f'kull post ieħor stabbilit mill-awtoritajiet doganali, iżda mhux iktar tard minn meta din il-merkanzija titlaq mill-post fejn jinsab l-uffiċċju tal-fruntiera jew minn dak il-post stabbilit, għax b'hekk il-merkanzija tkun daħlet fit-territorju doganali, b'mod illi l-qbid u l-konfiska tal-merkanzija wara dan il-mument ma jkollux bħala effett l-estinzjoni ta' l-obbligu doganali,

jew fis-sens li

l-introduzzjoni, fit-territorju doganali tal-Komunità, ta' merkanzija li għaliha dejn doganali jkun ġie inkors skond l-Artikolu 202 tal-kodiċi doganali, tkompli skond perspettiva ekonomika sakemm ikompli t-trasport tagħha, bħala proċess uniformi li jirrigwarda l-introduzzjoni tal-merkanzija fit-territorju doganali, li jkompli wkoll sakemm il-merkanzija ma tilħaq l-ewwel post tagħha ta' destinazjoni u tieqaf hemm, b'mod illi qbid u konfiska tal-merkanzija jkollhom ukoll bħala effett, sa dak il-mument, li jġib fit-tmiem id-dejn doganali?

2.

Fil-każ ta' mġiba kontra l-liġi fis-sens ta' l-Artikolu 202 tal-kodiċi doganali, li jiġi skopert ma' l-introduzzjoni tal-merkanzija, id-dejn doganali għandu jiġi estint. Minn naħa l-oħra, il-qbid ta' merkanzija li sseħħ mat-tneħħija tas-sorveljanza doganali fuq din il-merkanzija, peress li hija mġiba kontra l-liġi fis-sens ta' l-Artikolu 203 tal-kodiċi doganali, m'għandux bħala effett l-estinzjoni immedjata tad-dejn doganali.

Il-punt (d) ta' l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 233 tal-kodiċi doganali għandu jiġi interpretat fis-sens li din l-estinzjoni tad-dejn doganali, li hija espressament limitata għall-każijiet li fih id-dejn doganali jiġi inkors skond l-Artikolu 202 tal-kodiċi doganali, għall-inqas tissodisfa l-obbligu ta' trattament ugwali fir-rigward ta' mġiba kontra l-liġi?


(1)  ĠU L 302, p. 1.


Top