EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/297/47

Kawża C-457/07: Rikors imressaq fid- 9 ta' Ottubru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża

ĠU C 297, 8.12.2007, p. 29–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 297/29


Rikors imressaq fid-9 ta' Ottubru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-457/07)

(2007/C 297/47)

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: S. Pardo Quintillán u P. Andrade, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża

Talbiet

tiddikjara li r-Repubblika Portugiża naqset milli teżegwixxi s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) ta' l-10 ta' Novembru 2005, mogħtija fil-kawża C-432/03, Il-Kummissjoni vs Ir-Repubblika Portugiża;

tikkundanna lir-Repubblika Portugiża tħallas penali ta' EUR 37 400 kuljum sakemm ma tikkonformax ruħha mas-sentenza;

tikkundanna lir-Repubblika Portugiża tħallas multa ta' EUR 5 280 kuljum, li tibda tiddekorri mill-10 ta' Novembru 2005, data tas-sentenza li stabbilixxiet il-ksur, sal-ġurnata ta' meta r-Repubblika Portugiża tkun ikkonformat ruħha mas-sentenza, jew sakemm tittieħed deċiżjoni skond l-Artikolu 228 KE;

tikkundanna lir-Repubblika Portugiża tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni tqis li r-Repubblika Portugiża qegħda tirrestrinġi l-aċċess għas-suq intern billi titlob ċertifikazzjoni minn qabel ta' materjal tal-kostruzzjoni ġdid li għalih ma jeżistu ebda speċifikazzjonijiet tekniċi u lanqas rikonoxximent reċiproku, sabiex taċċerta ruħha li dan il-materjal ikun adegwat għal ċertu użu. Ir-Repubblika Portuġiża qegħda ukoll tirrestrinġi l-aċċess għas-suq intern billi ma tirrikonixxix l-ekwivalenza ta' ċertifikati maħruġa minn Stati Membri oħra, f'dak li għandu x'jaqsam ma' materjal ġdid li għalih ma jeżistu ebda speċifikazzjonijiet tekniċi, fejn dan ir-rikonoxximent intalab minn operaturi ekonomiċi minbarra l-fabbrikant jew il-mandatarju tiegħu.

Il-legiżlazzoni Portugiża ma tippreċiżax il-kriterji li għandhom jiġu applikati mill-amministrazzjoni, fil-każ ta' applikazzjonijiet ta' approvazzjoni, sabiex jiġu evitati deċiżjonijiet arbitrarji. Fin-nuqqas ta' speċifikazzjonijiet tekniċi, il-liġi Portugiża tipprevedi kriterji li għandhom jiġu applikati f'deċiżjonijiet dwar rikonoxximent, li m'humiex oġġettivi u li huma diskriminatorji.

Ir-Repubblika Portugiża tkompli tastjeni milli tieħu dawk il-miżuri li kellha tieħu f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-operaturi ekonomiċi kontra minn applikat liġi bi ksur ta' l-Artikoli 28 u 30 tat-Trattat KE.


Top